52005DC0525

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-valuri Ewropej f’dinja globalizzata - Kontribut tal-Kummissjoni għal-Laqgħa tal-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern ta’ Ottubru /* KUMM/2005/0525 finali */


Brussell, 20.10.2005

KUMM(2005) 525 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW , LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-valuri Ewropej f’dinja globalizzata Kontribut tal-Kummissjoni għal-Laqgħa tal-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern ta’ Ottubru

WERREJ

1. Unità u diversità fit-tfassil ta’ politikia ekonomika u soċjali 4

2. Intemmu t-trasformazzjoni – ir-rendiment ta’ llum, l-isfidi ta’ llum u ta’ għada. 5

2.1. Il-politika attwali ma ġabitx ġustizzja soċjali għal kulħadd 5

2.2. Il-Globalizzazzjoni 6

2.3. Il-popolazzjoni li qiegħda tixjieħ 10

3. It-tweġiba għall-Isfida 11

4.1. Min għandu jagħmel xiex? Ir-Rwol ta’ l-Ewropa 12

4.2. Ideat għall-bidla 14

4.2.1. Il-livell ta’ l-UE 14

4.2.2. Il-livell nazzjonali 15

4.2.3. L-isħubija l-ġdida ta’ l-UE u l-Istati Membri 15

5. Konklużjoni 16

DAħLA

L-Ewropa trid tirrifoma u timmodernizza l-politika tagħha sabiex tieħu ħsieb il-valuri tagħha. Il-modernizzazzjoni hija essenzjali sabiex ikomplu jinżammu il-livelli ta’ prosperità storikament għoljin, il-koeżjoni soċjali, il-ħarsien ambjentali u l-kwalità tal-ħajja.

Illum, l-Ewropa ta’ dinamiżmu, innovazzjoni, u ftuħ, ta’ komunikazzjonijiet tal-mobajl 3G jew l-internet qiegħda maġenb l-Ewropa ta’ 19-il miljun persuna qiegħda, faqar fost it-tfal, u tkabbir staġnat, fejn wisq huma esklużi mill-opportunitajiet u l-prosperità. Din hija duwalità skomda li timmina l-bosta kisbiet ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha wara nofs seklu ta’ paċi u standards ta’ għajxien imtejjba.

Għal bosta għexieren ta’ snin wara t-twaqqif tal-Komunità Ewropea, l-istrutturi eżistenti għenu biex jitwettqu riżultati li laħqu l-ambizzjonijiet tal-Komunità kif kienet. Iżda dan aktar u aktar m’għadux il-każ. It-tkabbir qiegħed jimxi bil-mod, il-qgħad strutturali jibqa’ għoli, l-inugwaljanzi jiżdiedu. Jekk ma nkunux kapaċi ninbidlu, il-forzi tal-kompetizzjoni globali, l-impatt tat-teknoloġiji ġodda u l-popolazzjoni tagħna li qiegħda tixjieħ se jwessgħu d-differenza bejn iż-żewġ Ewropi, u bejn l-Ewropa u d-dinja. Is-suċċess ekonomiku tagħna u l-vijabbiltà finanzjarja tas-sistemi soċjali tagħna – pensjonijiet, servizzi soċjali, saħħa – huma dubbjużi. Din m’hix sempliċi kwistjoni ta’ ekonomija jew finanzi pubbliċi; din hija l-ewwel u qabel kollox kwistjoni ta’ ġustizzja soċjali. Il-kwistjoni hija dwar x’tip ta’ Ewropa rridu li uliedna jgħixu fiha – u kif se nħallsu għaliha.

L-status quo mhux għażla. Mat-tkabbir u b’aktar Ewropej f’xogħolijiet aktar produttivi, jista’ jkollna r-riżultati li jilħqu l-aspettattivi u l-valuri ta’ l-Ewropej. B’azzjoni fl-oqsma l-aktar importanti, nistgħu navvanzaw l-integrazzjoni Ewropea. It-tkabbir u l-impjiegi huma aġenda tassew Ewropea.

Il-ħtieġa għal bidla hija rikonoxxuta b’mod wiesa’; ngħidu aħna fil-proċess ta’ riforma mniedi f’Lisbona f’Marzu 2000. Iżda din l-analiżi għadha ma nbidlitx bis-sħiħ f’azzjoni. L-Ewropa ma tistax tistenna aktar; għaliex dak li hu differenti ħames snin wara huwa s-sens ikbar ta’ urġenza[1]. Il-kompetizzjoni globali, partikolarment mill-Asja, intensifikat ruħha. L-għarfien l-aktar avvanzat m’għadux limitat għall-Ewropa jew l-Amerika ta’ Fuq. Mill-universitajiet Indjani qed jiggradwaw iktar minn kwart ta’ miljun inġinier fis-sena. Sas-sena 2010 fiċ-Ċina n-nefqa għar-riċerka mistennija tilħaq dik ta’ l-UE.

L-aħbar tajba hija li ma rridux nibdew mill-bidunett. Diġà tnedew riformi importanti f’bosta Stati Membri. Dawn ikomplu jibdu fuq l-istabilità li joffru l-Euro u l-unjoni monetarja. U kollha impenjaw irwieħhom li jkomplu mexjin ’l quddiem b’ritmu aktar mgħaġġel. U għandna wkoll l-istrateġija ġdida ta’ Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi, li tnediet din is-sena.

Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea qiegħda f’pożizzjoni tajba ħafna biex tgħin din it-trasformazzjoni. L-unjoni ekonomika u monetarja u l-Euro joffru sfond ta’ stabbiltà u inflazzjoni baxxa. Issa l-Ewropa tista’ tuża’ d-daqs tagħha, bħala l-ikbar blokk kummerċjali fid-dinja, biex tgħin fit-twettiq ta’ soluzzjonijiet ambizzjużi u bilanċjati għall-problemi internazzjonali li jmorru mit-tibdil fil-klima sal-kummerċ. Il-finanzjamenti u l-programmi ta’ l-UE jista’ jkollhom rwol importanti fl-appoġġ għall-azzjoni nazzjonali, ħaġa li tagħmel iktar importanti l-ħtieġa għal ftehim dwar il-perspettivi finanzjarji tal-ġejjieni qabel tmiem is-sena. L-istrumenti esterni tagħna, mit-tkabbir sal-politika ta’ żvilupp, jistgħu jxerrdu l-prosperità u s-sigurtà lil hinn mill-fruntieri eżistenti ta’ l-Ewropa.

Ma jistax ikun hemm soluzzjonijiet parzjali. L-ebda pajjiż ma jista’ jilqa’ dawn l-isfidi waħdu. Jekk naħdmu flimkien f’livell Ewropew u nazzjonali, nistgħu nagħtu futur lill-Ewropa. Jista’ jkollna leħen b’saħħtu, biex inwasslu l-viżjoni Ewropea u l-valuri Ewropej fost is-sħab tagħna madwar id-dinja.

UNITÀ U DIVERSITÀ FIT-TFASSIL TA’ POLITIKIA EKONOMIKA U SOċJALI

Valuri komuni Ewropej jsaħħu kull wiħed mill-mudelli soċjali tagħna. Huma l-fundazzjonijiet ta’ l-istrateġija sppeċifika Ewropea lejn il-politika soċjali u ekonomika.

L-Istati Membri ta’ l-UE żviluppaw ll-istrateġija tagħhom li tirrifletti l-istorja u l-għażliet kollettivi tagħhom. Kull wieħed ġabar flimkien elementi komuni bħal pensjonijiet pubbliċi, is-saħħa u l-kura fit-tul, ħarsien soċjali, edukazzjoni, regolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol u t-tqassim mill-ġdid tal-ġid permezz tal-politiki tat-taxxa. L-Istati Membri huma responsabbli mit-tfassil u l-għoti ta’ dawn is-servizzi differenti.

Il-varjazzjonijiet fi ħdan l-UE huma konsiderevoli. Ngħidu aħna, il-Litwanja, il-Latvja u l-Irlanda jonfqu 14 sa 15% tal-GDP f’sistemi ta’ ħarsien soċjali, ir-Renju Unit u l-Belġju 27% u Franza u l-Isvezja 30%. Il-livell ta’ pensjonijiet pubbliċi taħt dawn is-sistemi fl-UE jvarja ħafna minn bejn 31 u 37% tad-dħul medju fl-Irlanda, r-Renju Unit u l-Belġju għal aktar minn 70% fl-Awstrija, il-Finlandja, l-Ungerija, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Portugal u Spanja. Dan ir-rapport ma jippruvax jidentifika xi “mudelli” partikolari iżda pjuttost jirrikonoxxi (i) li l-ebda pajjiż għadu ma sab it-tweġibiet kollha u (ii) li kull sistema għandha karatteristiċi distinti Ewropej li fuqhom għandna nibnu:

- L-ewwel, f’livell nazzjonali l-politiki ekonomiċi u soċjali huma mibnija fuq valuri komuni bħal m’huma s-solidarjetà u l-koeżjoni, l-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni, saħħa u sigurtà xierqa fuq il-post tax-xogħol, aċċess universali għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, kwalità tal-ħajja u kwalità fix-xogħol, żvilupp sostenibbli u s-sehem tas-soċjetà ċivili. Dawn il-valuri jirrappreżentaw għażla Ewropea favur ekonomija tas-suq soċjali. Huma riflessi fit-trattati ta’ l-UE, fl-azzjoni u l-leġiżlazzjoni tagħha, kif ukoll fil-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-drittijiet fundamentali tagħna.

- It-tieni, iċ-ċittadini Ewropej għandhom aspettattivi akbar mill-istat milli għandhom l-ekwivalenti tagħhom fl-Asja u l-Amerika. Is- settur pubbliku spiss għandu rwol kbir, sew permezz tar-regolamentazzjoni jew in-nefqa tal-gvern, fl-organizzazzjoni u l-iffinanzjar tas-sistemi nazzjonali. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha kellhom rwol b’saħħtu fit-twassil ta’ servizzi ta’ kwalità għolja ta’ interess ġenerali li kienu aspett ewlieni ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali. Bħala medja, il-25 Stat Membru ta’ l-UE jiddedikaw 27% tal-GDP għan-nefqa pubblika favur il-ħarsien soċjali, imqabbla mal-15% fl-Istati Uniti u s-17% fil-Ġappun.

- It-tielet, “Dimensjoni Ewropea” b’saħħitha ssaħħaħ is-sistemi nazzjonali. Kontra dak li jiġri f’reġjuni oħra tad-dinja, hawnhekk is-sistemi nazzjonali huma msaħħin mill-politika f’livell Ewropew (bħall-istabbiltà mogħtija mill-politika makro-ekonomika, id-dinamiżmu maħluq mis-suq intern u mill-aġenda soċjali, u l-koeżjoni mmexxija ‘l quddiem mill-Fondi Strutturali ta’ l-UE).

- Ir-raba’, hemm tradizzjoni qawwija ta’ djalogu u sħubija soċjali bejn il-gvernijiet, l-industrija u t-trejdunjons – anki jekk il-mekkaniżmi dettaljati jvarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor. F’livell Ewropew dan ġie rifless fit-Trattati ta’ l-UE u, prereżempju, fis-Samits Soċjali Tripartitiċi li jsiru regolari.

- Iżda l-istrateġiji eżistenti jipprovdu tweġibiet għall-isfidi attwali?

Intemmu t-trasformazzjoni – ir-rendiment ta’ llum, l-isfidi ta’ llum u ta’ għada.

Il-politika tal-lum hija sfidata minn teknoloġiji ġodda, mix-xjuħija u l-globalizzazzjoni. Ix-xjuħija toffri ħajjiet itwal b’saħħa aħjar, il-globalizzazzjoni toħloq opportunitajiet kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. Fl-istess waqt ix-xjuħija toħloq sfida għas-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi attwali, u l-globalizzazzjoni tisfida l-abbiltà tagħna li nikkompetu. L-Ewropa lesta biex tinbidel?

Il-politik a attwali ma ġabitx ġustizzja soċjali għal kulħadd

Anki mingħajr sfidi ġodda, ir-rendiment ekonomiku dgħajjef diġà llum qiegħed jagħmilha diffiċli għall-gvernijiet li jwieġbu għal dak li jistennew in-nies.

- 19-il miljun qiegħda huma inaċċettabbli . It-taħlita ta’ rati baxxi ta’ impjiegi u livelli ta’ qgħad inaċċettabilment għolja u persistenti f’bosta Stati Membri hija l-akbar problema soċjali li niffaċċjaw. Żgħażagħ, nisa, immigranti u ħaddiema aktar kbar (55-64) huma l-agħar li jintlaqtu – ir-rata ta’ impjieg għan-nisa, pereżempju, hija bħala medja 13% iktar baxxa minn dik għall-irġiel. Minkejja r-riformi fis-sistemi tal-pensjoni u skemi ta’ irtirar bikri, fl-2003 kienu 40.2% biss tal-ħaddiema anzjani (ta’ età bejn il-55 u l-64) li kienu għandhom qegħdin jaħdmu; ir-rata kienet 60% fl-Istati Uniti u 62% fil-Ġappun.

Graff 1: Tul ta’ qgħad f’19-il pajjiż ta’ l-OECD (2003) |

[pic] |

Impjieg mill-ġdid aktar mgħaġġe Impjieg mill-ġdid bil-mod > Sors: OECD (2004). Statistika tal-Forza tax-Xogħol 1983-2003. |

- Id-dgħufija fl-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-produttività qiegħda żżomm lura s-swieq tax-xogħol u r-rendiment ekonomiku f’xi Stati Membri. In-nies m’għandhomx il-ħiliet li n-negozju għandu bżonn.L-għarfien u t-teknoloġija huma importanti; iżda minkejja li żidna n-numri tal-gradwati fix-xjenza u l-matematika, ftit wisq minnhom jagħżlu li jkomplu karriera xjentifika u dawk li jagħżlu li jagħmlu hekk bosta drabi jmorru l-Istati Uniti. Żewġ terzi tad-differenzi fil-livell ta’ għajxien bejn l-Istati Uniti u l-UE ġejjin minn rendiment fqir fil-produttività hawnhekk. Fiċ-Ċina l-investiment fir-riċerka qiegħed jiżdied b’20% fis-sena.

- L-ostakli għad-dħul u ħruġ fis-suq tax-xogħol huma għoljin wisq. Ir-regolamentazzjoni tax-xogħol u l-istituzzjonijiet soċjali għandhom jgħinu biex dawk li għadhom mingħajr xogħol u dawk li jinsabu fl-ewwel skaluna ta’ l-impjieg jingħataw aktar opportunitajiet biex jimxu lejn impjiegi aħjar u aktar siguri.

- Id-differenzi bejn l-għonja u l-foqra fl-Unjoni Ewropea hija konsiderevoli, kemm fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll bejniethom. Aktar minn 25% taċ-ċittadini ta’ l-UE jgħixu f’reġjuni fejn il-produzzjoni tagħhom hija taħt il-75% tal-medja ta’ l-UE. Għall-Ewropa bħala entità waħda, id-distakk bejn l-għoxrin fil-mija ta’ l-għonja u l-għoxrin fil-mija tal-foqra tal-popolazzjoni qiegħed jikber. Wieħed minn kull ħamest itfal jgħix fir-riskju tal-faqar u r-riskji huma ogħla fost it-tfal b’omm waħedha u fid-djar fejn il-ġenituri huma qiegħda.

Il- Globalizzazzjoni

Il-globalizzazzjoni m’hix xi ħaġa ġdida. Iżda l-veloċità li issa qiegħda sseħħ hija straordinarja. Kuljum aħna qegħdin nħossu l-impatt ta’ ġganti ekonomiċi emerġenti ġodda bħaċ-Ċina, l-Indja u pajjiżi oħra. U l-UE mhix qiegħda tnaqqas id-distakk ma’ l-Istati Uniti.

- Fl-għaxar snin mill-1992 il-kummerċ dinji kiber b’aktar minn 8% kull sena u nibtu ġganti kummerċjali ġodda. Għoxrin sena ilu 10 fil-mija biss tal-prodotti manifatturati kienu jiġu minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u minn pajjiżi emerġenti. Sa l-2020 is-sehem taċ-Ċina u l-Indja waħedhom jista’ jkun ta’ 50% Is-sehem taċ-Ċina u l-Indja fil-kummerċ dinji tal-merkanzija żdied. L-istatistika turi li fl-2004, is-sehem tal-kummerċ globali ta’ merkanzija taċ-Ċina qabeż lil dak tal-Ġappun.

Graff 2 : Ishma ta' tal-kummer ċ dinji f’Merkanzija (kummerċ bejn l-UE-25 eskluż)

[pic] | 1995 2004 UE-25 (intra eskluża) 19,1% 18,5% Stati Uniti 16,5% 17,1% Ġappun 9,5% 7,4% Ċina 3,4% 8,4% Indja 0,8% 1,2% |

Sors: Database ta’ l-istatistika tad-WTO u IMF (DOTS)

- Iċ-Ċina u l-Indja qegħdin jiġbdu lejhom investiment għar-riċerka u malajr qed ineħħu r-reputazzjoni tagħhom bħala ekonomiji bi “spejjeż baxxi, b’valur baxx”. Filwaqt li ċ-Ċina serrħet ħafna fuq is-saħħa ta’ l-esportazzjonijiet ta’ manifattura tagħha bħala ċ-ċavetta prinċipali għat-tkabbir, is-suċċess ta’ l-Indja jidher aktar fis-servizzi. Fiż-żewġ każijiet, is-settur prinċipali ta’ l-esportazzjoni juri żieda fil-kontenut teknoloġiku kif jidher mill-perċentwali tal-merkanzija ta’ teknoloġija għolja u s-servizzi taċ-Ċina u ta’ l-Indja fl-esportazzjonijiet totali tagħhom.

Graff 3: Sehem ta' l-esportazzjonijiet ta' Teknoloġija għolja (% ta’ l-esportazzjonijiet manifatturati tal-pajjiż) | Graph 4: Sehem ta’ l-esportazzjonijiet ta’servizz relatati ma’ l-ICT (%ta’ l-esportazzjonijiet tas-servizzi kummerċjali tal-pajjiż) |

[pic] | [pic] |

Ċina ▬ ▪ ▪ ▬ Indja ▪ ▪ ▪ ▪ Dinja ▬▬▬ | Ċina ▬ ▪ ▪ ▬ Indja ▪ ▪ ▪ ▪ Dinja ▬▬▬ |

Sors: Indikaturi WB ta’ l-Iżvilupp Globali

Nota : Is-Servizzi ta’ esportazzjoni kummerċjali ta’ l-ICT jinkludu kompjuter, informazzjoni, servizzi ta’ komunikazzjoni u servizzi oħra barra trasport, vjaġġar, assigurazzjoni u ffinanzjar.

- Id-distakk fir-rendiment ma’ l-Istati Uniti ma naqasx. Dan japplika mhux biss f’termini ta’ standards ta’ għajxien, tkabbir u impjiegi, iżda anki f’setturi ewlenin – bħall-investiment fir-R&D u t-teknoloġiji ġodda, l-għadd ta’ brevetti maħruġin u l-perċentwali tal-popolazzjoni b’edukazzjoni terzjarja. L-Ewropa baqgħet lura wkoll fl-użu ta’ teknoloġiji ġodda li huma importanti għat-titjib tal-produttività.

- Is-swieq finanzjarji mexxew it-triq fil-globalizzazzjoni. Il-kummerċ u l-investiment imxew id f’id, u tul it-triq taw spinta lill-integrazzjoni tas-suq finanzjarju. L-investiment dirett barrani kiber minn 5% tal-GDP globali fl-1985 għal aktar minn 15% lejn tmiem is-snin disgħin. Iċ-Ċina, li sa ftit ilu daqs l-1990 irċeviet ftit – madwar 1.4% ta’ FDI, kienet l-ikbar riċevitur fl-2003, u warajha kien hemm Franza u l-Istati Uniti. Bħala sinjal ieħor ta’ internazzjonalizzazzjoni, l-ikbar mitt kumpanija internazzjonali fid-dinja jimpjegaw kważi nofs il-forza tax-xogħol tagħhom barra mill-pajjiż oriġinali tagħhom.

- It-teknoloġija u l-ftuħ tas-suq kemm fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja għenu biex jitwettaq dan it-tkabbir rapidu. Iktar kummerċ, li ġab miegħu spejjeż irħas ta’ komunikazzjoni u ta’ transport, għamilha aktar faċli għan-negozji li jfittxu servizzi u prodotti minn partijiet oħra tad-dinja – u fetaħ opportunitajiet għall-esportaturi hawnhekk, iżda ġab ukoll pressjonijiet kompetittivi ġodda. Ir-rivoluzzjoni tal- Broadband , (kif ukoll ħiliet ta’ lingwa u teknoloġija f’postijiet bħall-Indja), ippermettew li tiġi nnegozjata firxa dejjem usa’ ta’ servizzi – li tinkoraġġixxi għoti ta' għadd ta’ attivitajiet ta’ servizz 'il barra b'kuntratt mill-intrapriżi ta’ l-UE , iżda tiġbed ukoll kummerċ u investiment addizzjonali fl-UE. [ Id-differenzi qawwijin fl-ispejjeż tax-xogħol huma wieħed mill-fatturi fis-suċċess ta’ parteċipanti ekonomiċi ġodda. Dawn id-differenzi kbar jirriflettu biċ-ċar livelli ta’ xogħol ta’ produttività vast ħafna. Dan ifisser li l-Ewropa ma tistax tikkompeti biss fuq l-ispejjeż – iżda aktar għandha żżid il-produttività u l-kwalità billi tuża l-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħha u l-abbiltà li tikkompeti fi prodotti u servizzi b’kontenut ogħla ta’ għarfien.

Graff 5: Spejjeż totali tax-xogħol (2002) [pic] |

Ħlasijiet medji fis-siegħa f’dollari Amerikani – valutati fuq ir-rata tal-kambju tas-suq għall-ħaddiema tal-produzzjoni fil-manifattura fl-2002. Sors: OECD (2005), li tikkwota dawn l-egħjun: Id-database OECD STAN u d-Dipartiment tax-Xogħol Amerikan, L-Uffiċċju għall-Istatistika tax-Xogħol, Statistiċi tax-Xogħol Barranin, Novembru 2004, minbarra li l-informazzjoni tal-paga fl-Indja huma stimi bbażati fuq informazzjoni mit-Tbassir Ekonomiku ta’ Oxford għall-2001 u 2003 |

- Ħlasijiet medji fis-siegħa f’dollari Amerikani – valutati fuq ir-rata tal-kambju tas-suq għall-ħaddiema tal-produzzjoni fil-manifattura fl-2002. Għajn: OECD (2005), li tikkwota dawn l-egħjun: Id-database OECD STAN u d-Dipartiment tax-Xogħol Amerikan, L-Uffiċċju għall-Istatistika tax-Xogħol, Statistiċi tax-Xogħol Barranin, Novembru 2004, minbarra li l-informazzjoni tal-paga fl-Indja huma stimi bbażati fuq informazzjoni mit-Tbassir Ekonomiku ta’ Oxford għall-2001 u 2003.

It-talba globali għall-enerġija qiegħda tikber filwaqt li l-provvista tibqa’ ristretta. Il-prezzijiet taż-żejt u gass kibru b’darbtejn meta mqabbla mal-livelli tagħhom ħames snin ilu. Tkabbir fiċ-Ċina u fl-Indja taw spinta l-użu ta' enerġija globali f'dawn il-pajjiżi, fl-istess waqt li l-konsum ta' l-Istati Uniti kiber. Fi żmien ħamsa u għoxrin sena, l-UE x'aktarx li se timporta aktar minn 90% tal-ħtieġa tagħha għaż-żejt u l-gass. Hemm biża’ li l-prezzijiet għolja flimkien mas-serħan fuq provvista esterna, imexxu aktar bil-mod il-prospetti ta’ tkabbir fil-ġejjieni.

Hemm differenza bejn il-perċezzjoni tagħna ta’ globalizzazzjoni u l-imġiba tagħna. Hija għajn ta’ ansjetà, partikolarment f’dawk il-pajjiżi ta’ l-UE b’qgħad għoli iżda f’ekonomija ta’ pajjiż ħafna mill-impjiegi jinħolqu u jintilfu, mhux għaliex il-produzzjoni tittieħed f’parti oħra tad-dinja. Irridu niftakru li l-globalizzazzjoni hija mmexxija min-xewqa umana – ix-xewqa ta' biljuni ta' nies li joħolqu ħajja aħjar għalihom u għal familji tagħhom. Il-globalizzazzjoni hija mmexxija minna lkoll, bl-għażliet li nagħmlu u l-opportunitajiet li toffrilna biex nesperjenzaw affarijiet ġodda. U l-globalizzazzjoni hija l-opportunità biex jikber id-daqs tal-kejk kollu, sabiex kulħadd jieħu biċċa. Fl-istess waqt, l-inkwiet dwar il-globalizzazzjoni huwa reali u għandu jiġi indirizzat u mhux injorat. Il-globalizzazzjoni titfa’ dawl fuq id-dgħufijiet eżistenti. Tikkonferma l-ħtieġa ta’ swieq li jaħdmu sew u ta’ politika li tnaqqsu l-impatti negattivi li jġibu l-pressjonijiet kompetittivi globali. Turi wkoll il-ħtieġa għal riformi strutturali biex tassigura li l-UE tkun tista’ tibqa’ post li jiġbed l-investiment, partikolarment għal attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fi prodotti u servizzi ta’ valur għoli, fejn in-negozji tagħna jisbqu.

I l-popolazzjoni li qiegħda tixjieħ

Skond it-tendenzi attwali l-popolazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea preżenti, fl-2050 se tkun iżgħar u ixjaħ, anke minħabba rati baxxi ta’ twelid. Fl-istess waqt, it-tendenza ’l fuq tat-tul tal-ħajja mat-twelid se tkompli: sa l-2050 l-għomor medju se jkun tela’ għal 81 għall-irġiel u għal 86 għan-nisa. Għalkemm l-immigrazzjoni fl-Unjoni fl-aħħar snin kienet sinifikanti, waħedha, mhix se tipprovdi soluzzjoni fil-medda t-twila għar-rati ta’ twelid baxxi u għall-popolazzjoni tagħna li qed tixjieħ.

- L-Ewropej se jkomplu jixjieħu. Sa l-2050 jista’ jkun hemm 48 miljun ruħ inqas bejn il-15 u l-64 sena u 58 miljun iktar nies ’l fuq minn 65. Fl-għexieren ta’ snin li ġejjin, l-Ewropa se tinbidel minn sitwazzjoni ta’ erbgħa persuni ta’età li jaħdmu għal kull ċittadin anzjan fl-2004, għal proporzjon ta’ 2 għal 1. Ir-rati ta’ fertilità qegħdin jonqsu f’bosta Stati Membri u mingħajr politika aktar faċli għal familji, kwalunkwa tibdil f’din it-tendenza x’aktarx li se jkun bil-mod.

- Forza ta’ xogħol iżgħar ixekkel it-tkabbir. Mill-2015 forza ta’ xogħol li tkun qed tiċkien se tkun ta’ ostaklu għat-tkabbir potenzjali fl-Unjoni, u tniżżlu minn 2 għall-2.5% illum għall-1.25% biss fl-2040. L-impatt se jinħass iktar fl-għaxar Stati Membri li daħlu reċentement fl-UE.

- Tkabbir iktar baxx se jseħħ fi żmien meta l-ispejjeż għall-popolazzjoni li qiegħda tixjieħ jibdew jogħlew. Skond il-politika attwali, it-tbassir jissuġġerixxi li l-infiq, ngħidu aħna, fuq in-nefqa għall-pensjonijiet marbuta ma’ l-età, saħħa u kura fit-tul se jiżdied fl-għexieren ta’ snin li ġejjin bejn 4 u 8% tal-GDP. Xi pajjiżi ta’ l-UE jista’ jkollhom żidiet ogħla. Iktar min-nofs ta’ l-Istati Membri kollha ta’ l-UE, li l-parti ’l kbira minnhom jinsabu fiż-żona ta’ l-euro, se jħabbtu wiċċhom ma’ riskji kbar għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi tagħhom. Għall-UE kollha kemm hi, dan jindika żidiet mhux sostenibbli ta’ dejn pubbliku (jew żidiet inaċċettabbli fit-tassazzjoni u/jew tnaqqis fis-servizzi jew benefiċċji pprovdutil-).

Graff 6: Impatt tal-popolazzjoni li qed tixjieħ fuq ir-rati tal-potenzjali ta’ tkabbir

[pic]

Sors: Kummissjoni Ewropea

L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ l-UE ilhom jieħdu passi biex jilqgħu l-isfida tax-xjuħija. F’livell nazzjonali, f’diversi Stati Membri tnedew riformi importanti fis-sistemi tal-pensjoni u arranġamenti għall-irtirar bikri. F’livell ta’ UE, politiki makro-ekonomiċi joffru triq lejn l-istabbiltà u l-finanzi pubbliċi sodi li għandhom ipoġġu lill-Istati Membri f’pożizzjoni aħjar biex fil-futur jilqgħu għaż-żidiet fin-nefqa. It-twettiq ta’ riformi maqbula (skond l-aġenda ta’ Lisbona) għandhom itejbu r-rendiment ekonomiku fil-medda t-twila, waqt li għaddej dibattitu importanti dwar l-aħjar politiki, għall-gvernijiet u għall-Imsieħba Soċjali, biex jappoġġjaw “xjuħija attiva” u jressqu lejn xulxin b’mod aħjar ix-xogħol u l-ħajja privata.

IT-TWEġIBA GħALL-ISFIDA

Qabel ma jiġu kkunsidrati modi ta’ tweġiba għall-isfidi mfissra fuq, huwa essenzjali li jiġi aċċettat li huma jistgħu jiġu ffaċċjati biss jekk rendiment ekonomiku mtejjeb u sistemi soċjali effettivi jappoġġjaw lil xulxin. Hemm bosta eżempji ta’ dawn ir-rabtiet li jsaħħu lil xulxin:

- Popolazzjonijiet jixjieħu. Irridu iktar nies jaħdmu, b’mod produttiv għal aktar żmien. Biex jagħmlu dan għandhom bżonn tal-ħiliet li jpoġġuhom f’pożizzjoni li jieħdu vantaġġ sħiħ mit-teknoloġiji ġodda. U aħna rridu kemm noħolqu l-impjiegi kif ukoll nagħtu lin-nies iċ-ċans li jeħduhom. Dan huwa partikolarment veru għal dawk li ma jistgħux jaħdmu mingħajr kura tat-tfal bi prezz tajjeb, iżda jfisser ukoll, ngħidu aħna, reviżjoni tat-taxxa u tas-sistemi ta’ benefiċċju biex ikun żgurat li n-nies ikun jaqblilhom jaħdmu.

- Il-globalizzazzjoni u bidla. In-negozji tagħna jibbenefikaw minn swieq aktar miftuħin u l-innovazzjoni tat-teknoloġija, ġewwa u barra l-UE. Iżda rridu ngħinu wkoll lill-individwi, billi jkollna l-politiki ġusti li jappoġġjaw nies li xogħolhom qiegħed jgħib; billi jiġu mgħejuna jsibu impjiegi ġodda, malajr. Dan huwa partikolarment importanti għal nies li ma marrux skola u aktar tard f’ħajjithom jiġu bżonn ta’ ħiliet ġodda.

- Mobbiltà. F’dinja globalizzata b’popolazzjoni li qiegħda tixjieħ, mobbiltà akbar fi ħdan l-Unjoni Ewropea (kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom) se tkun essenzjali, mhux l-inqas biex ittejjeb l-opportunitajiet għan-nies biex isibu x-xogħol u jitgħallmu u jużaw ħiliet ġodda. L-istess jgħodd ukoll għall-ħaddiema li m’humiex mill-UE. Dak ifisser li jitneħħew l-ostakli għall-opportunitajiet. Iżda dan irid ikun akkumpanjat minn miżuri biex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni u tkun promossa l-integrazzjoni.

Is-sustanza hi li aħna nkunu nistgħu nilqgħu l-isfidi ġodda kemm-il darba n-nies ikollhom attitudni ġdida lejn ix-xogħol u s-sistemi soċjali tagħna jkollhom attitudni ġdida lejn in-nies. Dan jista' jintlaħaq meta l-moedrnizzazzjoni tas-sistemi soċjali timxi id f'id mar-riforma ekonomika.

Il-medda t-twila tas-sistemi soċjali tagħna

Il-Kunsill Ewropew tat-22 u tat-23 ta’ Marzu talbu lill-Kummissjoni “biex tirrifletti dwar il-kwistjonijiet li qegħdin jinqalgħu dwar il-garanzija ta’ ffinanzjar sostenibbli tal-mudel soċjali tagħna”.

L-Istati Membri jiffinanzjaw sistemi soċjali permezz ta’ taħlitiet differenti ta’ taxxi diretti, tassazzjoni indiretta, u kontribuzzjonijiet tas-siġurtà soċjali. Ir-responsabilità biex jiġu ddeterminati bosta aspetti tal-politika ta’ tassazzjoni u r-rati tat-taxxa tibqa’ marbuta sew ma’ l-Istati Membri. Kif jistgħu jadattaw ruħhom għaċ-ċirkostanzi l-ġodda?

Huma jistgħu jgħollu t-taxxi. Iżda minħabba l-isfidi kbar fil-baġit li s-sistemi nazzjonali se jkunu qed jiffaċċjaw, dan mhux dejjem joffri soluzzjoni vijabbli għall-futur u l-libertà tagħhom li jaġġustaw ir-rati waħedhom tista’ tkun limitata mill-globalizzazzjoni. It-tnaqqis ta’ spejjeż tista’ tkun soluzzjoni, iżda f’każijiet oħrajn tista’ xxekkel l-impenn tagħna għall-investiment fl-għarfien, n-netwerks u n-nies.

Hi x’inhi t-taħlita ta’ soluzzjonijiet magħżula, hemm il-ħtieġa li ssir ħidma biex is-sistemi preżenti ta’ taxxi jaħdmu aħjar madwar l-UE. Pożizzjoni iktar koordinata f’livell ta’ l-UE u kooperazzjoni amministrattiva iktar effettiva bejn l-Istati Membri jistgħu jtejjbu b’mod sinifikanti r-rendiment tas-sistemi ta’ taxxa. Dan jista’ jgħin biex tinżamm l-attività ekonomika u l-assi “mobbli” (kapitali, intrapriżi) fl-UE, filwaqt li jiġi evitat ir-riskju ta’ konċentrazzjoni ta’ taxxa fil-livelli inqas mobbli bħalma hu x-xogħol. Ix-xogħol diġà ġie mniedi mill-Istati Membri dwar taxxa korporata komuni u kkonsolidata, regoli tat-taxxa iktar sempliċi u uniformi għall-attività minn pajjiż għall-ieħor u sistema aħjar ta’ skambju ta’ informazzjoni.

It-taħlita ta’ taxxi magħżula mill-Istati Membri tista’ tolqot ukoll l-iffinanzjar sostenibbli tas-sistemi soċjali tagħna. Matul il-perjodu 1970-1999, it-tassazzjoni effettiva fuq ix-xogħol żdiedet filwaqt li t-taxxi kemm fuq il-kapital kif ukoll fuq il-konsum baqgħu bejn wieħed u ieħor stabbli. Din it-tassazzjoni ogħla fuq ix-xogħol jidher li kienet ta’ diżinċentiv għall-ħolqien ta’ impjiegi addizzjonali, speċjalment impjiegi b’livell ta’ ħila baxx; iżda bit-twessiegħ tal-bażi tat-taxxa billi jiddaħħlu iktar nies fil-qasam tax-xogħol għadu l-iktar mod effettiv għall-gvernijiet biex ikabbru d-dħul mingħajr ma jgħollu r-rati tat-taxxa. Ċaqliq ta’ tassazzjoni minn fuq ix-xogħol għal fuq il-konsum u/jew taxxi fuq it-tniġġis jistgħu wkoll jgħinu bħala parti minn strateġija usa’ biex jiżdiedu l-livelli ta’ impjieg.

Min għandu jagħmel xiex? Ir-Rwol ta’ l-Ewropa

Illum bejn wieħed u ieħor għandna tqassim ċar tar-responsabbiltajiet. L-Istati Memb ri huma responsabbli għat-tfassil u t-twettiq tas-sistemi soċjali tagħhom. L-Unjoni għandha responsabbiltajiet wiesgħa għas-suq intern, iżda tagħti kontribut ukoll għal ġabra ikbar ta’ għanijiet li jmorru mill-impjiegi u l-koeżjoni, sar-riċerka u l-innovazzjoni; politiki li jinfluwenzaw is-suċċess tas-sistemi nazzjonali. Il-politiki ekonomiċi u l-istat tal- welfare ma jistgħux jeżistu mingħajr xulxin, iżda mhux id-deċiżjonijiet kollha hemm bżonn li jittieħdu fl-istess livell.

M’għandniex nissottovalutaw il- potenzjal għall-Unjoni Ewropea biex tgħin il-proċess ta’ modernizzazzjoni .

Fit-tfassil tat-tweġiba internazzjonali għal globalizzazzjoni, l-impatt ta’ l-Istati Membri li jaġixxu waħedhom huwa minimu. Iżda l-Ewropa - 25 pajjiż b’valuri komuni u istituzzjonijiet b’saħħithom jaġixxu flimkien – għandha okkażjoni reali li tifforma l-globalizzazzjoni, f’żoni bħal kummerċ, regoli internazzjonali tax-xogħol jew li tindirizza s-saħħa globali jew it-theddid ta’ sigurtà. L-Ewropa għandha ħafna x’toffri – hija l-akbar blokk ta’ negozju fid-dinja, hija l-aktar donatriċi importanti ta’ l-għajnuna, tagħti stimolu f’termini ta’ ġustizzja soċjali u drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, u hija l-entità ewlenija li tagħti l-proposti ta’ soluzzjonijiet multi-laterali għall-isfidi ambjentali u oħrajn ta’ żvilupp sostenibbli. L-ebda pajjiż jew reġjun ieħor ma għandu dan il-vantaġġ enromi.

L-Unjoni tipprovdi livell intermedju kruċjali – bejn l-azzjoni nazzjonali u r-regoli internazzjonali. Hija eżempju ta’ suċċess ta’ “globalizzazzjoni” fuq skala reġjunali. Toffri l-ispazju adattat għal regolazzjoni u solidarjetà effettiva li fih benefiċċji ta’ l-integrazzjoni reġjunali jagħtu okkażjoni aqwa li jinkiseb benefiċċju mill-globalizzazzjoni. Is-suq waħdieni tagħna ta’ 450 miljun ruħ joffri opportunitajiet ġodda għat-tkabbir, impjiegi u investiment, filwaqt li politika laterali tfisser li nistgħu ngħinu l-Istati Membri itaffu l-impatt tal-bidla.

It-tkabbir isaħħaħ l-effettività ta’ l-azzjoni internazzjonali tagħna bl-istess mod kif isaħħaħ il-każ għal aktar – mhux anqas – integrazzjoni madwar l-Unjoni. Għamel kontribut deċiżiv lil ekonomiji tal-pajjiżi li kienu se jissieħbu u fetaħ il-bibien għal opportunitajiet ġodda għat-tkabbir, investiment u impjieg.

Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea għandha sett ta’ għodda għad-dispożizzjoni tagħha.

- Leġiżlazzjoni, kemm biex tagħti spinta lill-bidla ekonomika, pereżempju billi tagħmel is-suq waħdieni realtà, u sabiex tiżgura li hija akkompanjata bil-ħolqien ta' standards li jħarsu l-valuri u l-kwalità tal-ħajja tagħna.

- Poteri eżekuttivi , ngħidu aħna li jippermettu lill-UE tuża l-piż tagħha fit-taħditiet dwar il-kummerċ b’mod li l-ebda Stat Membri ma jista’ jagħmel waħdu ; u s-setgħat ta’ infurzar u ta' sistema ġudizzjarja meħtieġa sabiex jiżguraw li l-għanjiet leġiżlattivi tagħna jsiru realtà, għal benefiċċju ta' l-Ewropej kollha.

- Setgħat ta’ kompetizzjoni u ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat li tjiebu aktar bħala riżultat ta’ riformi riċenti li saru taħt din il-Kummissjoni,.jiżguraw kundizzjonijiet indaqs bejn negozji Ewropej, żgħar u kbar, jgħinu sabiex itejbu l-kompetittività tagħhom, jistimulaw l-innovazzjoni u t-tkabbir, u jiggarantixxu lill-konsumaturi għażla wiesgħa ta’ oġġetti u servizzi bi prezzijiet li wieħed jiflaħ għalihom. Baġit, essenzjali biex jappoġġa koeżjoni Ewropea ekonomika, soċjali u territorjali, netwerks Ewropej ta' informatika, enerġija u trasport, edukazzjoni u riċerka Ewropea u proġetti industrijali innovattivi bħas-sistema ta' satellita ta’ GALILEO.

- Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li tikkontribwixxi għal ħolqien ta’ kundizzjonijiet għal kompetittività fl-Ewropa, pereżempju, permezz ta’ ġestjoni aħjar ta’ l-immigrazzjoni legali fil-livell ta’ l-UE sabiex toħroġ il-potenzjal sħiħ ta’ l-ekonomiji Ewropej.

- Strumenti esterni, mit-tkabbir u mill-Politika Ewropea tal-Viċinat li tippermettilna nistimolaw it-tkabbir u nwasslu l-valuri tagħna lil hinn mill-fruntieri tagħna. Il-benefiċċji ekonomiċi tat-tkabbir reċenti nħassu kemm mill-Istati Membri ġodda kif ukoll minn dawk eżistenti.

- Setgħat ta’ sorveljanza u ko-ordinazzjoni fil-livell ta’ l-UE fi ħdan l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tagħna, li jiżguraw li fil-politika makro-ekonomika kollha, l-Istati Membri jimxu fl-istess direzzjoni, Anke jekk b’veloċitajiet differenti.

- Rwol, bil-Kummissjoni fiċ-ċentru, bħala katalist għal ideat ġodda u riforma: li jaħdem bi sħab ma’ Stati Membri sabiex iħeġġeġ strateġiji ġodda għal bidla.

Ideat għall-bidla

Allura x’nistgħu nagħmlu fuq livell nazzjonali u livell Ewropew? Il-modernizzazzjoni ekonomika, fis-suq tax-xogħol u soċjali hija kemm sfida kif ukoll meħtieġa. , Iżda l-punt tat-tluq għall-azzjoni jrid ikun ta’ iktar koerenza u koordinazzjoni bejn dawk kollha li jieħdu d-deċiżjonijiet u bejn il-politika ekonomika u soċjali. Dwar politika huwa meħtieġ li jingħaraf li l-ilħuq tar-riformi ekonomiċi jew tas-suq tax-xogħol huwa l-ilħuq tal-ġustizzja soċjali; dawn huma iż-żewġ naħat tal-munita. Dwar minn jieħu d-deċiżjonijiet, bosta deċiżjonijiet jittieħdu u għandhom jittieħdu u jiġu implimentati f’livell nazzjonali jew sub-nazzjonali, filwaqt li oħrajn huma b’mod ċar għall-UE, fir-rispett tal-poteri miftiehma fit-Trattati Ewropej. Dan li ġej jiffoka fuq il-ħtiġijiet li hemm bżonn u fuq liema livell Ewropew jitwettaq.

Il-livell ta’ l-UE

- Inwettqu s-suq intern, inkluż għas-servizzi, it-telekomunikazzjoni, l-enerġija u s-servizzi finanzjarji. Is-suq intern iżid aktar dinamiżmu u għażla fl-ekonomija Ewropea. L-isfida llum hija li jiġu estiżi l-ħafna benefiċċji tiegħu għas-settur tas-servizzi biex tiddaħħal iktar kompetizzjoni u biex inkomplu ntejbu t-tradizzjoni soda tagħna ta’ servizzi ta’ kwalità għolja u finanzjarjament vijabbli ta’ interess ġenerali. Għandu jsir ukoll progress fuq il-patenti tal-Komunità.

- Inwasslu swieq aktar miftuħa u aktar ġusti fi ħdan l-UE permezz ta’ l-implimentazzjoni kontinwa ta’ regoli tal-kompetizzjoni u ta’ l-għajnuna statali.

- Inħeġġu l-intrapriża permezz ta’ kondizzjonijiet li jippermettu lil negozji Ewropej, partikolarment negozji ta’ daqs żgħir u medju li jiwaqqfu u jirnexxu

- Niftħu swieq ta’ pajjiżi terzi għall-produtturi Ewropej, b’mod partikolari permezz ta’ tlestija ta’ ftehim ambizzjuż u bbilanċjat fid- Doha Round . Irridu nippromwovu kummerċ ħieles u ġust li jibbenefika mhux bixx lill-Ewropa iżda ukoll lill-ifqar pajjiżi.

- Niftiehmu l-perspettivi finanzjarji sa l-aħħar tas-sena, sabiex niżguraw, pereżempju, programmi multiannwali għal koeżjoni, żvilupp rurali, edukazzjopni, riċerka, innovazzjoni, mobilità u sigurtà; u sabiex niftiehmu Fond Ġdid ta’ Aġġustament tal-Globalizzazzjoni li jistgħu jikkomplementaw il-fondi strutturali, u notevolment il-Fond Soċjali Ewropew, billi jipprovdu reazzjoni rapida, iffukata fuq in-nies, għall-problemi urġenti li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni.

- Intejbu t-tħaddim xieraq ta’ l-EMU bħala prekondizzjoni ta’ qofol għall-ħolqien ta’ tkabbir u ta’ impjiegi.

- Intejbu l-governanza ekonomika u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u soċjali. Ngħidu aħna, bit-tisħiħ ta' strumenti bħal-linji gwida integrati ta’ l-UE għat-tkabbir u l-impjiegi u t-tisħiħ ta’ l-interazzjoni tagħhom mal-koordinazzjoni aktar effettiva fil-livell ta’ l-UE fil-qasam tal-ħarsien soċjali. L-għan għandu jkun li fl-Istati Membri l-progress ikun ikkontrollat aħjar u jingħata appoġġ fejn ikun meħtieġ.

Il-livell nazzjonali

- Jimplimentaw ir-riformi u l-politika strutturali miftiehma fi ħdan l-istrateġija ta’ Liżbona li ġġedded għal tkabbir u impjiegi.

- Jgħollu r-rati ta’ imġjieg u nnaqqsu l-qġħad, partikolarment permezz ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol u billi nippromwovu flessibilità u kapaċità ta’ adattament imfassla li jħarsu n-nies aktar milli l-impjiegi; irridu naħsbu għal min għandu l-impjieg daqskemm irridu naħsbu għall-impjieg.

- Jodottaw il-pensjoni, is-saħħa u l-kura fit-tul biex jintlaħqu l-ħtiġijiet li qed jinbidlu u l-offerta ta’ protezzjoni adegwata u aċċess universali għall-kura ta’ kwalità u aġġornament tal-mod kif ir-riskji u r-responsabbiltajiet jinqasmu bejn l-Istat u ċ-ċittadini tiegħu. Sistemi ta’ protezzjoni nazzjonali għandhom jindirizzaw realtajiet ġodda bħal ma huma l-istat ta' single parent u t-tkissir tar-relazzjoni. Għandhom ukoll joffru politika li tgħin lill-familji li tindirizza r-rati baxxi ta’ twelid fl-UE u joffru servizz ta’ childcare li jifilħu finanzjarjament kulħadd sabiex tiżdied il-possibbiltà tan-nisa u tas- single parents li jidħlu fis-suq tax-xogħol u jibqgħu jifformaw parti minnu

- Joffru soluzzjonijiet innovattivi għal dawk li għandhom paga baxxa biex ikollhom pagi li jistgħu jgħixu bihom; biex jaqalgħu xi ħaġa iżjed mal-paga sabiex din tkun biżżejjed biex jgħixu; jogħla l-potenzjal produttiv tal-ħaddiema biex ikunu jistgħu jaqilgħu aktar – dan ifisser li l-Istat jingħata responsabbiltà iktar attiva biex jippromwovi x-xogħol u jnaqqas il-qgħad fit-tul u fost iż-żgħażagħ.

L-isħubija l-ġdida ta’ l-UE u l-Istati Membri

Jidher ċar li la l-UE u lanqas l-Istati Membri ma jistgħu jwettqu bidla waħedhom. Dawn li ġejjin huma suġġerimenti speċifiċi għal strateġija aktar ikkordinata bejn il-livell nazjzonali u dak sovra nazzjonali, f’oqsma ġodda għall-azzjoni kemm għall-politika ekonomika u kif ukoll għal dik soċjali. Dawn huma

- Noħolqu ambjent li jippremja l-innovazzjoni. L-għarfien, ir-riċerka, il-ħiliet,u l-edukazjzoni għandhom jissarrfu f'suċċess fil-konfront tal-globalizzazzjoni. Huma jinsabu wkoll fil-qalba ta' l-isforzi sabiex jgħinu n-nies jadattaw matul ħajjithom kollha għal dinja li qed tinbidel. Irridu nħarsu lejn kif għandna niżviluppaw proġetti Ewropej effettivi f’dan il-qasam nibnu fuq is-suċċess u l-esperjenza ta’ l-Airbus u Galileo. Dawn għandhom jirċievu għajnuna minn appoġġ għall-eċċellenza fl-universitajiet tagħna, u relazzjoni aktar mill-qrib bejn l-universitajiet u n-negozji.

- Jifformulaw fid-dettall politika ta’ l-enerġija mifruxa fuq medda twila ta’ żmien u koerenti. Strateġija ġdida ta’ politika li tqis il-kwistjoni bħala entità sħiħa, kemm fis-sens ta’ l-użu ta’ l-enerġija kif ukoll tas-sigurtà u d-diversità tal-forniment; li torbot l-enerġija ma’ oqsma ta’ politika oħra bħar-riċerka, l-agrikoltura u l-ambjent , pereżempju, il-bijoenerġija. Dan huma fattur essenzjali li jiżgura tkabbir ekonomiku li huwa sostenibbli mill-ambjent.

- Jiddirieġu aktar riżorsi (kemm pubbliċi kif ukoll privati) lejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet; strateġiji ġodda għas-“sigurtà” tax-xogħol li jiffukaw fuq li jagħtu lin-nies il-ħiliet li jeħtieġu sabiex jibqgħu kapaċi jadattaw matul il-ħajja ta' ħidma tagħhom, aktar milli jħarsu impjiegi partikolari.

- Jippromwovu tiġdid ta’ djalogu soċjali fil-livelli kollha. Għandu jieħu rwol sħiħ fl-immobilizzar ta’ appoġġ wiesa’ u ftehim komuni ta’ l-isfidi li naffaċċjaw u s-soluzzjonijiet proposti. Meta wieħed iqis ir-rabta mill-qrib bejn azzjoni fil-livell ta’ l-UE u fil-livell nazzjonali, l-Imsieħba soċjali għandhom jartikolar aħjar dak li jagħmlu f'kull livell.

- Jappoġġjaw sforzi sabiex jaffrontaw il-konsegwenza soċjali tar-ristrutturar ekonomiku . Ir-riformi tas-suq intern, il-modernizzazzjoni tas-swieq tax-xogħol u l-kapaċità ta’ adattament tas-sistemi soċjali huma kollha elementi essenzjali biex tiġi ġestita l-globalizzazzjoni u sabiex jinħolqu t-tkabbir u l-impjiegi. Il-firxa sħiħa tal-politika u l-programmi ta’ l-UE teħtieġ li tappoġġa sforzi nazzjonali, sabiex tiddefendi l-bidla u timmobilizza l-appoġġ, pereżempju, permezz ta’ Djalogu Soċjali.

- Iżidu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex isaħħu l-effiċjenza u s-sostenibilità tas-sistemi ta’ tassazzjoni u jgħinu sabiex jiżguraw li jinġabar aktar introjtu, sabiex jissimplifikaw il-ħajja għal min iħallas it-taxxa u jtejbu l-prestazzjoni ta' l-ekonomija. Dan ifisser li jimmodernizzaw u jissimplifikaw is-sistemi attwali.

Dan kollu jrid isir fi ħdan kuntest li jżomm politika makro-ekonomika sana li toffri stabilità, finanzi pubbliċi sani u imflazzjoni baxxa. Dawn it-tipi ta’ politika joħolqu l-kondizzjonijiet it-tajba għat-tkabbir; l-impjiegi u l-investiment; billi jżommu l-inflazzjoni taħt kontroll jgħinu l-koeżjoni soċjali u billi jniżżlu l-livell globali tad-dejn tal-gvern aktar ma jgħaddi ż-żmien, iħallu l-Istati Membri f'pożizzjoni aqwa li jilħqu l-ispejjeż tal-ġejjieni ta’ popolazzjoni li qegħda tixjieħ.

KONKLUżJONI

IL-ħTIEġA GħA r-riforma u l-modernizzazzjoni hija ċara. L-Istati Membri kollha se jiffċċjaw talba akbar għas-servizzi soċjali u sfidi għall-finanzjament tagħhom. Irridu nimmodernizzaw sabiex niżguraw edukazzjoni u saħħa pubblika ta' kwalità għolja kontinwa, impjiegi sodisfaċenti għal kulħadd u pensjonijiet adegwati. Il-modernizzazzjoni għandha tagħtina l-konfidenza li naħsdu l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni.

L-Ewropa għandha rwol ċentrali x’tieħu u l-Kummissjoni se tiżgura li se jseħħ proprju hekk. Se tieħu l-inizjattiva, anki fi ħdan il-“Pjan D” tagħha għad-djalogu maċ-ċittadini, li tispjega għaliex l-Ewropa hija relevanti aktar minn qatt qabel sabiex tipprovdi soluzzjonijiet għall-isfidi li naffaċċjaw. Il-Kummissjoni tinsab lesta sabiex taħdem ma’ l-Istati Membru u partijiet oħra sabiex tibni roadmap li tiddeskrivi l-Ewropa moderna li trendi prosperità ekonomika u ġustizzja soċjali. Permezz tal-modernizzazzjoni se nippreservaw il-valuri tagħna.

[1] Impjiegi, Impjiegi, Impjiegi, Il-Ħolqien ta’ aktar xogħol fl-Ewropa, Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli għall-Impjiegi, Novembru 2003 u Naffrontaw l-Isfidi , Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli, Novembru 2004.

0,0%

5,0%

10,0%

15,0%

20,0%

25,0%

1995

2004

UE-25

US

Ċina+Indja (Ċina ta’fuq, Indja segment irrigat)

Ġappun

0,5

1

1,5

2

2,5

3

3,5

2000

2010

2020

2030

2040

2050

%

STATI UNITI

UE15

ĠAPPUN