52005PC0184

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewopew - Il-Programm ta’ L-Aja: Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin Il-Partenarjat għal tiġdid Ewropew fil-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja /* KUMM/2005/0184 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 10.5.2005

KUMM(2005) 184 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U L-PARLAMENT EWOPEW

Il-Programm ta’ L-Aja: Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin Il-Partenarjat għal tiġdid Ewropew fil-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja

WERREJ

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUIMMSSJONI LILL-KUNSILL U L-PARLAMENT EWROPEW Il-Programm ta’ l-Aja: Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin Il-Partenarjat għal tiġdid Ewropew fil-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja 1

1. Introduzzjoni 3

2. Il-Pjan ta’ Azzjoni li jimplimenta il-Programm ta’ l-Aja : it-traduzzjoni tal-prijoritajiet politiċi u l-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni 3

2.1. Il-mandat politiku tal-Programm ta’ l-Aja 3

2.2. Il-Programm ta’ l-Aja u l-Kostituzzjoni 5

2.3. Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin: partenarjat għat-tiġdid Ewropew 5

2.4. Implimentazzjoni, evalwazzjoni u flessibbiltà 11

3. L-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet konkreti 12

ANNEX IL-PROGRAMM TA’ L-AJA: GħAXAR PRIJORITAJIET GħALL-ħAMES SNIN LI ġEJJIN LISTA TA’ MIżURI U SKEDA GħALL-ADOZZJONI 13

1. INTRODUZZJONI

Il-Kunsill Ewropew ta' l-4-5 ta' Novembru 2004 approva l- Programm Multiannwali ta' l-Aja għat-tisħiħ taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

Il-Programm ta’ l-Aja hu s-suċċessur tal- Programm ta’ Tampere , li kien approvat mill-Kunsill Ewropew fil-15-16 ta’ Ottubru 1999. Dan kien l-ewwel programm multiannwali li waqqaf prijoritajiet għal żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-Kummissjoni evalwat ir-riżultati ta’ l-aħħar ħames snin fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Ġunju 2004[1].

Il-Programm ta’ l-Aja jimmarka t-tmiem ta’ ċiklu u l-bidu ta’ ieħor. B’hekk, mhix sorpriża li dan it-tieni programm multiannwali jibni fuq l-esperjenza pożittiva ta’ dawn l-aħħar ħames snin. Sabiex jitwettaq il-Programm ta' l-Aja, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta Pjan ta' Azzjoni lill-Kunsill li fih għandhom jiġu tradotti f’azzjonijiet konkreti l-miri u l-prijoritajiet tal-Programm, inkluż skeda għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet kollha.

Dan il- Pjan ta’ Azzjoni, għalhekk, hu kompost f’żewġ partijiet. L-ewwel parti (il-kapitolu 2) tagħti deskrizzjoni fil-qosor tal-kwistjonijiet trattati, u ta’ xi wħud mill-aspetti l-aktar importanti tal-Programm. Din tidentifika wkoll, mill-orjentazzjonijiet tal-Programm, għaxar prijoritajiet speċifiċi li fuqhom il-Kummissjoni temmen li għandhom jiġu kkonċentrati sforzi għall-ħames snin li ġejjin. It-tieni parti (il-kapitolu 3) tikkonsisti f’anness li jelenka l-miżuri konkreti u azzjonijiet li għandhom jittieħdu matul il-ħames snin li ġejjin. Din il-lista taderixxi mill-qrib ma’ l-istruttura tal-Programm ta’ l-Aja .

Hu importanti wkoll li jiġi nnutat li dan il-Pjan ta’ Azzjoni għandu jinqara flimkien ma' Pjanijiet u dokumenti ta’ strateġija oħra rigward kwistjonijiet ta’ politika speċifika fiż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja: għandu jkun l-inkarigu tal-Kummissjoni li tassigura l-koerenza ġenerali ta’ dawn l-eżerċizzji. Ftit minn dawn id-dokumenti ġew ippreżentati mill-Kummissjoni reċentament ħafna jew waslu biex jiġu ppreżentati (il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE ta’ l-14 ta’ Frar 2005[2], wara l-Istrateġija Ewropea l-ġdida dwar id-Droga 2005-2012; il-Komunikazzjoni dwar il-Perspettivi għall-iżvilupp tar-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet f’materji kriminali u tal-fiduċja reċiproka u l-Komunikazzjoni “L-iżvilupp ta’ Kunċett Strateġiku dwar l-Affrontar tal-Kriminalità Organizzata”.

Il-Programm ta’ l-Aja jitlob eżami f’nofs it-terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni sa l-1 ta’ Novembru 2006. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta fil-ħin opportun rapport dwar il-progress li sar u dwar l-aġġustamenti possibbli meħtieġa għall-Programm.

2. IL-PJAN TA’ AZZJONI LI JIMPLIMENTA L-PROGRAMM TA’ L-AJA : IT-TRADUZZJONI TAL-PRIJORITAJIET POLITIċI U L-MONITORAġġ TA’ L-IMPLIMENTAZZJONI

2.1. Il-mandat politiku tal-Programm ta’ l-Aja

Il-Programm ta’ l-Aja jafferma mill-ġdid l-importanza li l-Unjoni Ewropea tagħti liz-zona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, billi tagħmilha waħda ta’ prijorità għolja fuq l-aġenda ta’ l-Unjoni – mhux biss għax tidher fost l-għanijiet fundamentali ta’ l-Unjoni, iżda b’mod partikulari peress li hi fil-qalba ta’ l-interessi taċ-ċittadini.

Il-Programm jistipula l- qafas u l-għanijiet ewlenin għall-ħames snin li ġejjin. Dan jipprova jwieġeb għall-aspettazzjonijiet taċ-ċittadini tagħna u jitratta l-aspetti kollha tal-politiki li jirrigwardaw il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja u jindirizza kemm l-orjentazzjonijiet ġenerali (drittijiet fundamentali, implimentazzjoni u evalwazzjoni) u l-orjentazzjonijiet speċifiċi , billi jiffoka fuq (1) it-tisħiħ tal-libertà[3] (2) it-tisħiħ tas-sigurtà (3) it-tisħiħ tal-ġustizzja u (4) ir-relazzjonijiet esterni. L-Istrateġija Ewropea dwar id-Droga 2005-2012 approvata mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2004 hi parti integrali mill-Programm ta’ l-Aja.

Il-Programm isejjaħ għal Strateġija li tkopri id- dimensjoni esterna tal-politika ta' l-Unjoni dwar il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, u titlob lill-Kumissjoni sabiex tippreżentah f'kollaborazzjoni mill-qrib mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli. Din għandha tirrifletti r-relazzjonijiet speċjali ta’ l-Unjoni ma’ pajjiżi terzi u reġjuni u għandha tiffoka fuq il-ħtiġijiet speċifiċi għal kooperazzjoni magħhom fil-ġustizzja u l-affarijiet ta’ l-intern (JHA). Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni għandha tippreżenta Komunikazzjoni biex tipprepara l-Istrateġija li tikkompleta dan il-Pjan ta’ Azzjoni.

Il-Kunsill Ewropew “innota li għandha tingħata konsiderazzjoni dovuta ta’ l- implikazzjonijiet finanzjarji għall-aġenda multiannwali fiż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.” Jidher ċar li waħda mill-kondizzjonijiet minn qabel biex jinkisbu l-għanijiet tal-politika li ġew iffissati, hi li dawn l-għanijiet jitqabblu ma riżorsi finanzjarji adegwati. Fis-6 ta’ April 2005, il-Kummissjoni ppreżentat tliet Programmi ta’ Qafas dwar (1) is-Solidarjetà u l-Ġestjoni tal-Flussi Migratorji, (2) Is-Sigurtà u s-salvagwardja tal-Libertajiet u (3) Id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja[4]. It-tliet proposti huma konformi mal-prijoritajiet strateġiċi stipulati mill-Programm ta’ l-Aja.

L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-Programm ta’ Tampere tat-2 ta’ Ġunju 2004[5] u r-Rakkomandazzjoni adottata mill-Parlament Ewropew fl-14 ta’ Ottubru 2004[6] ittieħdu f’kunsiderazzjoni fil-Programm ta’ l-Aja, partikularment b’konnessjoni ma’ l-introduzzjoni tal-proċedura taħt l-Artikolu 251 TKE (proċedura ta’ ko-deċiżjoni) għal partijiet mit-Titolu IV TKE. Meta wieħed jara l-impetu politiku mill-Kunsill Ewropew, fit-22 ta’ Diċembru 2004 il-Kunsill seta’ jadotta deċiżjoni li tapplika l-ko-deċiżjoni u l-vot ta' maġġoranza kkwalifikata għall-miżuri kollha tat-Titolu IV bl-eċċezzjoni ta' l-immigrazzjoni illegali, mill-1 ta' Jannar 2005[7]. Dan hu l-ewwel suċċess tal-Programm ta’ l-Aja. Ir-rwol imsaħħaħ tal-Parlament Ewropew m’huwiex biss titjib fil-leġittimità demokratika, iżda r-rata tat-tlestija tax-xogħol x’aktarx li jiżdied bl-abolizzjoni tal-vot unanimu.

Madankollu, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2004 ma nkludietx, kif inhu pprovdut fl-Artikolu 67 tat-Trattat, dispożizzjoni li tadatta l-poteri tal-Qorti. Il-Kummissjoni għadha tal-fehma li f’dan il-qasam, li jmiss mill-viċin id-dritt ta' l-individwi, aċċess akbar għall-Qorti tal-Ġustizzja hi essenzjali. Il-kwistjoni ta’ aċċess akbar għall-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjonijiet preliminari hi kwistjoni li għandha tiġi kkunsidrata b’mod partikulari – kif inhu rikonoxxut mir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu III-369 tal-Kostituzzjoni u msemmi fil-Programm ta’ l-Aja – peress illi hemm il-bżonn li tali każijiet jiġu mħaffa.

2.2. Il-Programm ta’ l-Aja u l-Kostituzzjoni

Il- Programm ta’ l-Aja jirrifletti l-ambizzjonijiet espressi fil-Kostituzzjoni li, suġġetti għal proċeduri ta’ ratifika nazzjonali, għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2006, li se ġġib reviżjoni konsiderevoli tad-dispożizzjonijiet eżistenti li jirregolaw iż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-integrazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-innovazzjonijiet li joħorġu mill-Kostituzzjoni ma setgħux jiġu applikati qabel l-aħħar tal-perijodu ta’ ratifika. B’mod koerenti, il-Kummissjoni hi kommessa li twettaq ix- xogħol preparatorju meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tal-Kostituzzjoni.

2.3. Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin: partenarjat għal tiġdid Ewropew

Fil-preparazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni li jimplimenta l-Programm ta’ l-Aja, il-Kummissjoni pprovdiet lista ta’ l-azzjonijiet li l-Programm jitlob. Il-kisba ta’ l-għanijiet ambizzjużi tal-Programm ta’ l-Aja għandhom jiġu assigurati permezz ta’ sforz kollettiv tal-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni fil-qafas ta’ partenarjat b’saħħtu u effettiv.

Fl-għanijiet strateġiċi diġà miftiehma mill-Kunsill Ewropew fil-Programm ta’ l-Aja fid-dawl tat-tisħiħ taż-żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, u li huma tradotti f’miżuri konkreti fil-kapitolu 3 (anness) wara l-ordni tal-Programm ta’ l-Aja innifsu, il-Kummissjoni identifikat għaxar prijoritajiet li fuqhom temmen li għandhom ikunu partikularment konċentrati l-isforzi kollettivi fil-ħames snin li ġejjin. L-għaxar prijoritajiet huma ta’ l-istess importanza u jkopru l-ispektrum sħiħ ta’ l-għanijiet ta’ l-Aja. Dan l-eżerċizzju għandu jevita tixrid ta’ l-isforzi u jassigura li jinkisbu l-għanijiet tal-Programm. Il-Kummissjoni temmen ukoll li hu kruċjali li jiġi identifikat il-valur miżjud fuq livell Ewropew ta’ kwalunkwe inizjattiva leġislattiva u mhux leġislattiva li għandha tittieħed fiż-żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, billi tapplika b’mod sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà u tisfrutta l-mekkaniżmi ta’ regolamentazzjoni aqwa kif ukoll billi tħejji valutazzjoni ta’ l-impatt fuq il-proposti ewlenin li għandhom jiġu ppreżentati.

L- Għanijiet Strateġiċi 2005-2009 [8] jirreferi b’mod speċifiku għall-iżvilupp ta’ partenarjat fid-dawl tat-tisħiħ ta’ żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja. Fl-għanijiet ta’ (a) it-tisħiħ tal-libertà (b) it-tisħiħ tas-sigurtà (c) it-tisħiħ tal-ġustizzja, l-għaxar prijoritajiet ewlenin identifikati mill-Kummissjoni jistgħu jiġu mqassra kif ġej:

Drittijiet fundamentali u ċittadinanza: il-ħolqien ta’ politiki stabbiliti Biex ikun assigurat l-iżvilupp sħiħ ta’ politiki li jimmonitorjaw u li jippromovu rispett għad-drittijiet fundamentali għall-persuni kollha u għall-politiki li jsaħħu ċ-ċittadinanza. Il-ġlieda kontra t-terroriżmu: il-ħiddma lejn rispons globali Biex ikun iffukat fuq aspetti differenti tal-prevenzjoni, l-istat ta’ preparazzjoni u r-rispons sabiex jissaħħu aktar, u fejn hu meħtieġ jiġu kkumplimentati, l-kapaċitajiet ta’ l-Istati Membri li jiġġieldu kontra t-terroriżmu, f’oqsma rilevanti bħall-ingaġġ, l-iffinanzjar, l-analiżi tar-riskju, il-protezzjoni ta’ l-infrastrutturi kritiċi u l-ġestjoni tal-konsegwenzi. Żona ta’ eżilju komuni: it-twaqqif ta’ proċedura armonizzata effettiva skond il-valuri u t-tradizzjonijiet umanitarji ta’ l-Unjoni Biex jaħdem lejn it-twaqqif ta’ żona ta’ rifuġju komuni li jieħu f‘kunsiderazzjoni t-tradizzjoni umanitarja u r-rispett ta’ obbligi internazzjonjali ta’ l-Unjoni u l-effettività ta’ proċedura armonizzata. Il-ġestjoni ta’ l-emigrazzjoni; id-definizzjoni ta’ metodu bbilanċjat Biex ikun definit metodu għall-ġestjoni ta’ l-emigrazzjoni permezz ta’ l-iżvilupp ta’ politika komuni dwar l-immigrazzjoni li tindirizza l-emigrazzjoni legali fil-livell ta’ l-Unjoni, waqt li ssaħħaħ aktar il-ġlieda kontra l-emigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar tal-persuni, b’mod partikulari nisa u tfal. Integrazzjoni: li jiġi sfruttat kemm jista’ jkun l-impatt ta’ l-emigrazzjoni fuq is-soċjetà u l-ekonomija tagħna Biex ikunu żviluppati miżuri ta’ sostenn li jgħinu l-Istati Membri u li jagħtu politiki aqwa dwar l-integrazzjoni sabiex jiġi sfruttat kemm jista’ jkun l-impatt ta’ l-emigrazzjoni fuq is-soċjetà u l-ekonomija tagħna u biex jimpedixxi l-iżolament u l-esklużjoni soċjali tal-komunitajiet ta' emigranti. Dan għandu jikkontribwixxi għall-fehma u d-djalogu bejn ir-reliġjonijiet u l-kulturi, ibbażat fuq il-valuri fundamentali ta' l-Unjoni. Fruntieri interni, fruntieri esterni u viżi: l-iżvilupp ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni għal Unjoni bla perikli. Biex tkun żviluppata aktar ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni u politika komuni tal-viża, waqt li tiġi assigurata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-persuni (min-nies-għan-nies). Il-privatezza u s-sigurtà fil-qsim ta’ l-informazzjoni: il-kisba ta’ l-aħjar bilanċ Biex jinkiseb l-aħjar bilanċ bejn il-privatezza u s-sigurtà fil-qsim ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji, permezz tas-sostenn u l-inkuraġġiment ta’ djalogu kostruttiv bejn il-partijiet kollha kkonċernati biex jiġu identifikati soluzzjonijiet ibbilanċjati, waqt li jkunu rrispettati b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data, kif ukoll il-prinċipju ta’ disponibbiltà ta’ l-informazzjoni kif stipulat fil-Programm ta’ l-Aja. Il-kriminalità organizzata: l-iżvilupp ta’ kunċett strateġiku Biex ikun żviluppat u l-implimentat kunċett strateġiku li jitratta l-kriminalità organizzata fil-livell ta' l-UE. Biex ikunu wżati b’mod sħiħ u żviluppati aktar il-Europol u l-Eurojust. Il-ġustizzja ċivili u kriminali: il-garanzija ta’ żona ta’ ġustizzja Ewropea effettiva għal kulħadd Biex tkun garantita żona ta’ ġustizzja Ewropea billi jkun assigurat aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd u l-infurzar ta’ sentenzi. Għandha titmexxa l-approssimazzjoni, b’mod partikulari permezz ta’ l-adozzjoni ta’ regoli li jassiguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-persuni, bil-ħsieb li tinbena fiduċja reċiproka u li jissaħħaħ ir-rikonoxximent reċiproku, li jibqa’ l-pedament tal-kooperazzjoni ġudizzjarja. Biex tkun imtejba l-liġi kuntrattwali sostantiva ta’ l-UE. Il-libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja: il-qsim tar-responsabbiltà u s-solidarjetà Biex tingħata tifsira lil kunċetti ta’ responsabbiltà komuni u ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri billi jingħataw riżorsi finanzjarji adegwati li jistgħu jilħqu l-għanijiet tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja bl-aktar mod effiċjenti. |

10. (1) Drittijiet fundamentali u ċittadinanza: il-ħolqien ta’ politiki stabbiliti

Id-drittijiet fundamentali huma fil-qalba tal-valuri ta’ l-Unjoni. Għandu jiġi assigurat l-iżvilupp sħiħ ta’ politiki li jimmonitorjaw u li jippromovu rispett għad-drittijiet fundamentali għall-persuni kollha u għal politiki li jsaħħu ċ-ċittadinanza.

Il-Kostituzzjoni tpoġġi lill-individwu fiċ-ċentru tal-proġett Ewropew billi integrat il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u billi pprovdiet għall-adeżjoni fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

Barra minn hekk, hu importanti li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jiġu pprovduti b'informazzjoni preċiża u ta' min joqgħod fuqha dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni. Il-bidla taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija lejn it-twaqqif ta’ Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali stabbilita, għandha tkun element ieħor importanti fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

Fost dawk id-drittijiet, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali lid-drittijiet tat-tfal, minħabba fil-protezzjoni tagħhom, peress illi t-tfal huma fost l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni. Il-Kostituzzjoni tinkludi b’mod espliċitu “il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal” fost l-għanijiet ta’ l-Unjoni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, f’kollaborazzjoni ma’ l-Istati Membri, tmexxi l-isforzi tagħha biex tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa u biex tipprovdi appoġġ lill-vittmi.

Il-Kummissjoni għandha tmexxi l-azzjonijiet tagħha biex tiġġieled id-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha. Dan għandu jinkludi l-assigurazzjoni ta’ implimentazzjoni u infurzar effettiv tal-leġislazzjoni ta’ l-UE kontra d-diskriminazzjoni.

Għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-protezzjoni tad- data personali, li ġiet rikonoxxuta mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-Kostituzzjoni bħala dritt fundamentali għalih waħdu, maqtugħ mid-dritt għall-privatezza.

Iċ-Ċittadinanza ta’ l-Unjoni tinvolvi numru ta’ drittijiet kruċjali bħaċ-ċaqliq ħieles fl-UE, l-protezzjoni diplomatika u konsulari jew id-drittijiet għall-vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet lokali. Sabiex jittejjeb l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadinanza taċ-ċittadini ta’ l-UE, miżuri huma maħsuba f’dawn l-oqsma kollha.

(2) Il-ġlieda kontra t-terroriżmu: il-ħiddma lejn rispons globali

Hu meħtieġ rispons globali biex jiġi indirizzat it-terroriżmu. L-aspettazzjonijiet li għandhom iċ-ċittadini mill-Unjoni ma jistgħux jiġu injorati, u l-Unjoni lanqas tista’ ma tweġibhomx.

L-attenzjoni għandha tiġi ffukata fuq aspetti differenti tal-prevenzjoni, l-istat ta’ preparazzjoni u r-rispons sabiex jissaħħu aktar, u fejn hu meħtieġ jiġu kkumplimentati, l-kapaċitajiet ta’ l-Istati Membri li jiġġieldu kontra t-terroriżmu, billi jiġi kkonċentrat fuq l-ingaġġ, l-iffinanzjar, l-analiżi tar-riskju, l-protezzjoni ta’ l-infrastrutturi kritiċi u l-ġestjoni tal-konsegwenzi.

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu titlob metodu integrat u koerenti , li jkopri firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet li l-Programm ta’ l-Aja identifika. Żona kritika li titlob l-attenzjoni ta’ l-Unjoni hi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti differenti ta’ l-Istati Membri, l-aktar sinifikanti fl- iskambju ta' informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni ta' attivitajiet terroristiċi.

Hu wkoll ta’ importanza kbira li nifhmu l-fenomenu kumpless tat-terroriżmu fl-Ewropa: il-proċessi ta’ indottrinazzjoni u ta’ l- ingaġġ u t-tip ta’ ambjent li jħallu jinbtu ideat u movimenti terroristiċi. Sforzi fil- ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu għandhom ikomplu jitmexxew.

L-isforzi ta’ l-Istati Membri u l-UE għandhom jiġu kumplimentati permezz ta’ kooperazzjoni esterna , fil-ħiddma ma’ pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, b’mod partikulari billi jiġu mgħejjuna fl-iffinanzjar ta’ proġetti kontra t-terroriżmu u ta’ bini tal-kapaċità, kif ukoll it-trattament ta’ l-għeruq tat-terroriżmu.

(3) Żona ta’ refuġju komuni: it-twaqqif ta’ proċedura armonizzata effettiva skond il-valuri u t-tradizzjonijiet umanitarji ta’ l-Unjoni

It-twaqqif ta’ Sistema Ewropea Komuni dwar ir-Refuġju hija prijorità oħra. Fil-ħames snin li ġejjin, ix-xogħol se jikkonċentra fuq il-konklużjoni ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-istrumenti ta’ l-ewwel fażi sa’ l-2007, u s-sottomissjoni ta’ l-istrumenti u l-miżuri tat- tieni fażi fl-iżvilupp ta’ politika ta’ kenn politiku komuni, li għandu jfittex li jwaqqaf proċedura komuni u status uniformi għall-persuni li qed jibbenefikaw minn refuġju jew protezzjoni sussidjarja qabel l-aħħar ta’ l-2010.

Kooperazzjoni amministrattiva bejn is-servizzi nazzjonali ta’ l-Istati Membri għandhom jiġu nfurzati mill-ġdid, u fondi assenjati biex jgħinu lill-Istati Membri fl-ipproċessar u l-lqugħ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Il-Programm ta’ l-Aja indika wkoll il-ħtieġa li tiġi studjata l-possibbiltà ta’ l-ipproċessar konġunt ta’ l-applikazzjonijiet għar-refuġju.

L-iżvilupp ta’ Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali u Skemi ta’ Sistemazzjoni mill-ġdid mill-UE qed jitniedu mill-Kummissjoni.

(4) Il-ġestjoni ta’ l-immigrazzjoni: id-definizzjoni ta’ metodu bbilanċjat

Metodu bbilanċjat ġdid għall-ġestjoni ta’ l-emigrazzjoni , li jitratta kemm l-emigrazzjoni legali kemm dik illegali, għandu jiġi definit u politika ta’ l-immigrazzjoni komuni li tindirizza s-sitwazzjoni ta’ emigranti legali fil-livell ta’ l-Unjoni għandha tiġi żviluppata, waqt li tissaħħaħ aktar il-ġlieda kontra l-emigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-persuni, b’mod partikulari n-nisa u t-tfal.

Waqt li d-deċiżjoni dwar kemm għandhom jiġu aċċettati emigranti minn pajjiżi terzi f’kull Stat Membru sabiex ifittxu x-xogħol f’kapaċità ta’ impjegat jew sabiex jaħdmu għal rashom, tibqa’ deċiżjoni nazzjonali, żona ta’ ċaqliq ħieles titlob politika ta’ immgrazzjoni komuni , li tkopri proċeduri u kriterji ta’ dħul u li ġġib status legali fiż-żgur u sett ta’ drittijiet iggarantiti li jassistu l-integrazzjoni ta’ dawk li jitħallew jidħlu. Barra minn hekk, l-emgrazzjoni għandha rwol fundamentali fl-ekonomiji u s-soċjetajiet ta' l-Istati Membri kif ukoll ta’ pajjiżi ta’ l-oriġini u ta’ tranżitu, li jiġġustifika wkoll il-ħtieġa għall-metodu komuni bbażat fuq użu razzjonali ta' ħaddiema emigranti.

Il-prezz uman, soċjali u ekonomiku ta’ l-emigrazzjoni illegali – mhux biss fil-pajjiżi li qed jilqgħu iżda wkoll fil-pajjiżi ta’ l-oriġini u ta’ tranżitu – huma għolja ħafna, u jitolbu regoli dwar proċeduri ta’ ritorn, it-tħaffif tal-konklużjoni ta’ ftehim ta’ dħul mill-ġdid, u aktar koordinazzjoni biex jiġġieled il-kuntrabandu u t-traffikar tal-persuni. Madankollu, ir-rispett għad-drittijiet u d-dinjità taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż dawk li jinsabu f’sitwazzjoni irregolari fl-Unjoni għandha tibqa’ dejjem prinċipju ta’ gwida fil-politika ta’ l-UE. B’mod partikulari, it-trattament ta’ persuni li ġew traffikati lejn jew ġewwa l-UE għandu jirrispetta s-sitwazzjoni speċifika tagħhom u l-istandards tal-persuni.

Politika komuni dwar l-immigrazzjoni ma tistax tillimita ruħha għall-politiki ta' dħul u ripatriju: ġestjoni ta' suċċess ta' flussi migratorji għandha ssir element integrali u għandha tinkludi investiment serju f’ relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi , kemm ta’ oriġini u ta’ tranżitu, b’mod partikulari permezz ta’ assistenza u kooperazzjoni, fl-interess reċiproku ta’ pajjiżi terzi ta’ l-Unjoni.

(5) Integrazzjoni: li jiġi sfruttat kemm jista’ jkun l-impatt ta’ l-emigrazzjoni fuq is-soċjetà u l-ekonomija tagħna

Biex jiġi sfruttat kemm jista’ jkun l-impatt pożittiv ta’ l-immigrazzjoni fuq is-soċjetà u l-ekonomija tagħna u, bħala kwistjoni ta’ importanza kbira, biex timpedixxi l-iżolament u l-esklużjoni soċjali ta' komunitajiet ta' immigranti, hu meħtieġ li l-Istati Membri jiġu mgħejjuna u inkuraġġuti sabiex jipprovdu politiki dwar l-integrazzjoni aqwa. Politika ta’ integrazzjoni ta’ suċċess għandha tikkontribwixxi għall-fehma u d-djalogu bejn ir-reliġjonijiet u l-kulturi .

L-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi teħtieġ il-mobilizzazzjoni ta’ firxa ta’ politiki tradizzjonali, li jinkludu wkoll l-impjieg u l-edukazzjoni.

Hemm il-ħtieġa ta’ kuntatti akbar bejn l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu skambjati esperjenzi u informazzjoni dwar l-integrazzjoni.

B’hekk, hu meħtieġ li jiġi mwaqqaf Qafas Ewropew dwar l-Integrazzjoni bbażat fuq il-prinċipji komuni approvati mill-Kunsill Ewropew li jassigura rispett tal-valuri ta' l-UE u li jiddefendi n-nuqqas ta' diskriminazzjoni.

(6) Fruntieri interni, fruntieri esterni u viżi: l-iżvilupp ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni għal Unjoni bla perikli.

Żona fejn iċ-ċaqliq ħieles tal-persuni hu assigurat b’mod sħiħ, titlob sforżi ulterjuri li jwasslu għal kontroll integrat ta’ l-aċċess għat-territorju ta’ l-Unjoni, ibbażat fuq ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni, politika komuni tal-viża u bl-għajnuna ta’ teknoloġiji ġodda, inkluż l-użu ta’ identifikaturi bijometriċi.

Wara l-aħħar tkabbir ta’ l-Unjoni, il-kisba ta’ ċaqliq intern ħieles għandha tkun prijorità, kif ukoll it- tneħħija totali tal-kontrolli fuq il-persuni mal-fruntieri interni . F’dan is-sens, it-twaqqif ta’ SIS II u t-tħaddim bla xkiel ta’ l-evalwazzjonijiet, ipprovdut mit-Trattati ta’ Adeżjoni, huma fundamentali sabiex titħejja t-triq għall-Istati Membri l-ġodda.

Pass importanti fil- ġestjoni tal-fruntieri esterni huwa l-ħolqien ta’ l-Aġenzija għall-Ġestjoni tal-Fruntieri, li għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni u l-assistenza għall-Istati Membri fis-sorveljanza u l-kontroll tal-fruntieri esterni.

L-iżvilupp ta’ politika tal-viża effettiva għandha tkun iffaċilitata permezz tad-disponibbiltà tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża. Din għandha titlob l-infurzar mill-ġdid tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jiġu maħluqa ċentri ta’ applikazzjoni komuni għall-viża, li jista’ jkun l-ewwel pass ‘l quddiem lejn servizz konsulari komuni Ewropew .

Element ieħor importanti huwa l-inklużjoni ta’ identifikaturi bijometriċi fid-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar u l-identifikazzjoni, li jżid is- sigurtà tad-dokumenti waqt li jirispetta b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, sinerġiji possibbli bejn l-UE u sistemi nazzjonali ta' informazzjoni, ibbażati fuq l-interoperabilità, għandhom jiġu sfruttati b'mod sħiħ.

(7) Il-privatezza u s-sigurtà fil-qsim ta’ l-informazzjoni: il-kisba ta’ l-aħjar bilanċ

Żamma effettiva tal-liġi u l-ordni u l-investigazzjoni tal-kriminalità transkonfinali f’żona ta’ ċaqliq ħieles ma tistax tiġi pprojbita minn proċeduri twal u ineffiċjenti għall-iskambju ta’ informazzjoni.

L-Unjoni għandha tappoġġa u tinkuraġixxi djalogu kostruttiv bejn il-partijiet kollha kkonċernati sabiex jiġu identifikati soluzzjonijiet ibbilanċjati, li jirrispettaw b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad- data , kif ukoll il- prinċipju tad-disponibbiltà ta’ l-informazzjoni.

Il-prinċipju tad-disponibbiltà, kif ipprovdut fil-Programm ta’ l-Aja, itenni li informazzjoni għall-finijiet ta’ l-infurzar tal-liġi meħtieġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru wieħed għandu, skond ċerti kondizzjonijiet, jsir disponibbli mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti għal dan l-għan, inkluż il-possibbiltà ta’ konsultazzjoni reċiproka tad- databases ta’ l-Istati Membri.

F’dan il-qasam, għandu jinstab l-aħjar bilanċ bejn il-privatezza u s-sigurtà fil-qsim ta' informazzjoni bejn awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi u dawn ġudizzjarji.

Il-bilanċ bejn il-privatezza u s-sigurtà għandu wkoll jiġi kkunsidrat b’attenzjoni fil-qasam ta' l-iskambju tad- data tal-passiġġieri ta' l-ajru għall-finijiet ta’ sigurtà ta' l-avjazzjoni u ta’ l-anti-terroriżmu.

(8) Il-kriminalità organizzata: l-iżvilupp ta’ kunċett strateġiku

Kunċett strateġiku li jitratta l-kriminalità organizzata fuq livell ta’ l-UE għandu jiġi żviluppat u implimentat. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta fi ftit żmien Komunikazzjoni “L-Iżvilupp ta’ Kunċett Strateġiku dwar l-affrontar tal-Kriminalità Organizzata” . Dan jinkludi miżuri mfassla biex itejjbu l-għarfien tal-fenomenu u għat-tisħiħ tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-kooperazzjoni fil-kriminalità organizzata fl-UE. L-istrateġija għandha tikkontempla wkoll l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fuq din il-kwistjoni bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha.

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu teħtieġ titjib fil-kooperazzjoni bejn is-servizzi ta’ l-infurzar tal-liġi (il-pulizija, il-ġustizzja, id-dwana) kif ukoll permezz ta' użu sħiħ u żvilupp aktar ta' l- Europol u l-Eurojust . Il-ħiddma lejn mudell ta’ intelliġenza kriminali Ewropea hi waħda mill-aktar inkarigi importanti tal-ġejjieni f’dan il-qasam u teħtieġ l-isforzi komuni ta’ l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-korpi ta’ l-UE.

(9) Il-ġustizzja ċivili u kriminali: il-garanzija ta’ żona ta’ ġustizzja Ewropea effettiva għal kulħadd

Żona Ewropea ta’ ġustizzja hi aktar minn żona fejn sentenzi miksuba fi Stat Membru wieħed huma rikonoxxuti u infurzati fi Stat Membru ieħor. Din hi aktar żona fejn aċċess effettiv għall-ġustizzja hu garantit sabiex jinkisbu u jiġu nfurzati deċiżjonijiet ġudizzjarji . Għal dan l-għan, l-Unjoni m’għandhiex biss tikkunsidra regoli dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u kunflitt tal-liġijiet, iżda wkoll miżuri li jibnu l-fiduċja u r-responsabbiltà reċiproka bejn l-Istati Membri, li joħlqu standards proċedurali minimi u li jassiguraw standards għolja tal-kwalità tas-sistemi tal-ġustizzja, b’mod partikulari fir-rigward tas-sens ta’ ġustizzja u r-rispett għad-drittijiet tad-difiża. Il-ftehim reċiproku jista’ jitmexxa aktar permezz tal-ħolqien progressiv ta’ “Kultura ġudizzjarja Ewropea” li l-Programm ta’ l-Aja jitlob, ibbażat fuq it-taħriġ u n- networking . Hi wkoll meħtieġa strateġija koerenti fir-relazzjonijiet ta’ l-UE ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Fil-qasam tal- ġustizzja ċivili , it-tlestija tal-Programm dwar ir-irkonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet u affarijiet kummerċjali, hu ta’ importanza kbira. Dan għandu jinvolvi l-adozzjoni ta’ proposti ta’ liġi li diġà ġew ippreżentati mill-Kummissjoni, jew li huma fil-proċess li jitressqu, u t-tnedija ta’ konsultazzjonijiet sabiex tiġi ppreparata leġislazzjoni ġdida li għada m’hix suġġetta għar-rikonoxximent reċiproku (bħal kwistjonijiet ta’ proprjetà tal-familja, suċċessjonijiet u testmenti). Aspett ieħor fundamentali li għandu jiġi indirizzat hu l-infurzar ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u r-rikonoxximent reċiproku ta’ dokumenti pubbliċi u privati. Fir-rigward tal-liġi tal-kuntratti sustantiva ta’ l-UE, Kwadru ta’ Referenza Komuni (KRK), li għandu jintuża’ bħala mezz biex itejjeb il-koerenza u l-kwalità tiegħu tal-leġislazzjoni ta’ l-UE, għandu jiġi adottat l-aktar tard fl-2009.

Fir-rigward tal- ġustizzja kriminali , l-approssimazzjoni u t-twaqqif ta’ standards minimi ta’ bosta aspetti tal-liġi proċedurali (bħal ne bis in idem , l-immaniġġjar ta’ evidenza jew sentenzi in absentia ) huma strumentali fil- bini ta’ fiduċja reċiproka u t-tmexxija tar- rikonoxximent reċiproku . Għal dan ta’ l-aħħar, għandhom jitmexxew bosta azzjonijiet sabiex tiġi assigurata azzjoni effiċjenti u fil-ħin minn awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi (bħal rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri kawtelari bla arrest, jew rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ ħabs) u, b’mod aktar ġenerali, biex l-assistenza reċiproka tradizzjonali tiġi sostitwita bi strumenti ġodda bbażati fuq ir-rikonoxximent reċiproku. L-Eurojust għandu jiġi kkunsidrat bħala l-attur ewlieni għall-iżvilupp ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja Ewropea f'affarijiet kriminali. Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba u minħabba fl-iżviluppi futuri, ir-rwol tiegħu għandu jkunu mgħejjun u l-potenzjalitajiet tiegħu sfruttati b’mod sħiħ. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha wkoll tkompli x-xogħol tagħha u l-possibbiltajiet li toffri l-Kostituzzjoni, fir-rigward tat-titjib tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni.

(10) Il-qsim tar-responsabbiltà u s-solidarjetà

Ma jista’ jinkiseb l-ebda objettiv tal-politika mingħajr riżorsi finanzjarji adegwati u l-Programm ta’ l-Aja stabbilixxa konnessjoni ċara bejn dawk iż-żewġ elementi. Għal dan l-għan, f’April 2005, il-Kummissjoni ppreżentat tliet Programmi ta’ Qafas, li jfittxu li jagħtu tifsira prattika lill-kunċetti ta’ responsabbiltà komuni u solidarjetà bejn l-Istati Membri billi jirrevedu t-tip ta’ strumenti ta’ politika u finanzi li jistgħu jilħqu l-għanijiet ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja bl-aktar mod effiċjenti.

2.4. Implimentazzjoni, evalwazzjoni u flessibbiltà

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi b’mod sħiħ l-importanza li l-Programm ta’ l-Aja rrikonoxxa għad-dimensjoni ta' implimentazzjoni u għall-bżonn li jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jistgħu jevalwaw u jivvalutaw b’mod adegwat l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ miżuri fiż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

Fl-Artikolu III-260, il-Kostituzzjoni tipprovdi għall-adozzjoni ta’ miżuri li jawtorizzaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li jevalwaw b’mod imparzjali u oġġettiv l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ l-Unjoni f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta Komunikazzjoni fil-bidu ta’ l-2006 li tagħti l-punti prinċipali ta’ l-għanijiet ewlenin tal-mekkaniżmu futur u għandha l-ħsieb li tippreżenta proposti wara d-dħul fis-seħħ tal-Kostituzzjoni.

Fil-frattemp, madankollu, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ l-UE (“tabella ta’ valutazzjoni”) u sabiex tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali.

Dan għandu jippermetti ħarsa aktar sħiħa tal-qagħda tal-politika fir-rigward taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u ta’ l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri adottati mill-Istati Membri. L-ewwel tabella ta’ valutazzjoni għandha tiġi ppreżentata f’Diċembru 2005, u din se teżiġi l-parteċipazzjoni attiva ta’ l-Istati Membri, li għandhom jiġu mistiedna sabiex jagħtu notifika b'mod regolari tal-progress tagħhom fl-implimentazzjoni tal-miżuri adottati.

Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew ħeġġeġ lill-Kunsill li jiżviluppa metodi prattiċi biex jiffaċilitaw implimentazzjoni opportuna fl-oqsma kollha tal-politika: li jeħtieġ li jiġu żviluppati pjanijiet xierqa għall-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali, li jassigura li t-tul tal-perijodu ta’ implimentazzjoni jkun xieraq, u li jeżamina rapporti regolari dwar il-progress mill-Kummissjoni.

Meta jitqies l-ambjent politiku ġenerali fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, x’aktarx li joħorġu prijoritajiet politiċi ġodda bħala riżultat ta’ avvenimenti mhux mistennija, li bosta drabi jkunu ta’ natura u dimensjoni internazzjonali. Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu jkun flessibbli u adattabbli, l-aktar fil-futur imbiegħed, sabiex jippermetti prijoritajiet ġodda li jistgħu joħorġu fis-snin li ġejjin. Il-Kostituzzjoni għandha tawtorizza razzjonalizzazzjoni konsiderevoli tal-qafas legali u istituzzjonali. Hawnhekk ukoll, il-Kunsill Ewropew ikkunsidra bħala importanti li tingħata ċerta flessibbiltà, billi jiġi impost eżami tal-Programm ta' l-Aja.

3. L-IDENTIFIKAZZJONI TA’ AZZJONIJIET KONKRETI

Il-Programm ta’ l-Aja jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha tittraduċi l-għanijiet ta’ l-Aja f’miżuri konkreti. Għal dan l-għan, l- anness għall-Komunikazzjoni jikkonsisti f’Pjan ta’ Azzjoni li jelenka l-azzjonijiet u l-miżuri ewlenin li għandhom jittieħdu matul il-ħames snin li ġejjin, inkluż sett speċifiku ta’ dati ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tagħhom lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

Wara l-approvazzjoni tal-konklużjonijiet ta’ Tampere fl-1999 u tal-Programm ta’ l-Aja ta’ l-2004, il-Kunsill Ewropew għandu jżomm ir-rwol tiegħu ta’ gwida fid-definizzjoni ta’ linji ta’ gwida strateġiċi u l-ippjanar ta’ azzjoni futura fiż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill sabiex jiddiskuti din il-Komunikazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanjaha bil-ħsieb ta’ approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2005.

ANNESS IL-PROGRAMM TA’ L-AJA: GħAXAR PRIJORITAJIET GħALL-ħAMES SNIN LI ġEJJIN LISTA TA’ MIżURI U SKEDA GħALL-ADOZZJONI

1. ORJENTAZZJONIJIET ĠENERALI

- It-twaqqif ta’ sistema għal valutazzjoni oġġettiva u imparzjali ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ l-UE fil-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja

- Komunikazzjoni dwar u Proposta għall-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ valutazzjoni, kif maħsub fl-Artikolu III-260 tat-Trattat Kostituzzjonali (2006)

1.1. Rispett u promozzjoni attiva tad-drittijiet fundamentali

- Programm ta’ Qafas “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” taħt il-Perspettivi Finanzjarji l-ġodda (2005)

- Programm Speċifiku dwar iċ-Ċittadinanza u d-Drittijiet Fundamentali (2007)

- Programm Speċifiku dwar il-Ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne) u l-prevenzjoni u l-informazzjoni dwar id-droga (2007)

- Id-dħul ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali ( diskussjonijiet informali li għandhom jibdew fl-2005 )

- Proposta li testendi l-mandat taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija lejn Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali (proposta fl-2005)

- Il-Programm Daphne II: programm ta’ Ħidma ta’ l-2006 (2005)

- Studju dwar miżuri ta’ prevenzjoni biex tiġi kkumbattuta l-vjolenza kontra n-nisa (2006)

- Komunikazzjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal (2005)

1.2. Strateġija Ewropea dwar id-droga

- Pjanijiet ta’ Azzjoni ta’ l-UE dwar id-droga 2005-2008 ( 2005 ) u 2009-2012 ( 2009 )

- Valutazzjoni kontinwa tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE dwar id-Droga 2005-2008 ( annwali )

- Green Paper dwar ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-formulazzjoni ta’ politiki fil-qasam tad-droga ( 2006 )

- Rapport dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim tad-Deċiżjoni Kwadru dwar it-traffikar tad-droga ( 2007)

- Rapport dwar il-progress ta’ valutazzjoni ta’ l-impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE dwar id-droga 2005-2008 ( 2008 )

- Komunikazzjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE dwar id-droga 2009-2012 ( 2009 )

2. IT-TISĦIĦ TAL-LIBERTÀ

2.1. Iċ-Ċittadinanza ta’ l-Unjoni

- Rapporti dwar l-applikazzjoni tad-Direttivi 90/364, 90/365 u 93/96 dwar id-dritt ta’ residenza ta’ pensjonanti, studenti u persuni li m’humiex attivi u ta’

- Direttiva 93/109/KE dwar id-dritt għall-vot fl-elezzjonijiet tal-PE, inkluż fl-Istati Membri l-ġodda u, jekk hu xieraq, proposti għall-emendar tad-Direttiva ta’ l-aħħar ( 2005/2006 )

- Proposta biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni diplomatika u konsulari ( 2006 )

- Proposta dwar dispożizzjonijiet u kondizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (2007)

- L-eżami ta’ miżuri possibbli biex isaħħu u jżidu mad-drittijiet stipulati taħt id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċittadinanza tat-Trattati (l-Artikolu 22 TKE) ( 2008 )

- Li jkun permess liċ-ċittadini ta’ l-UE u lill-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu fl-Unjoni Ewropea skond termini simili għaċ-ċittadini ta’ Stat Membru li jkunu qed jiċċaqilqu jew jibdlu l-post tar-residenza tagħhom fil-pajjiż tagħhom stess

- Il-kontroll tat-traspożizzjoni, il-konformità u l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva 2004/38/KE dwar iċ-ċaqliq ħieles u r-residenza ( 2006 )

- Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttivi 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE dwar iċ-ċaqliq ħieles u r-residenza ( 2006 )

- Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar iċ-ċaqlieq ħieles u r-residenza u, jekk hu xieraq, proposti għall-emendar tad-Direttiva ( 2008 )

2.2. Politika dwar ir-refuġju, il-migrazzjoni u l-fruntieri

- Programm ta’ Qafas “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Emigranti” taħt il-Perspettivi Finanzjarji l-ġodda (2005)

- Twaqqif ta' Fond għall-Fruntieri Esterni ( 2007 )

- Twaqqif ta’ Fond għall-Integrazzjoni ( 2007 ) [9]

- Twaqqif ta’ Fond Għar-Ripatriju (2007)

- Adattament tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (2007)

- Analiżi komuni ta’ fenomena ta’ migrazzjoni fl-aspetti kollha tagħhom (L-infurzar mill-ġdid tal-kollezzjoni, il-provvediment, l-iskambju u l-użu effiċjenti ta’ informazzjoni u data aġġornata)

- Rapporti annwali ta’ l-istatistika dwar il-migrazzjoni u r-refuġju ( qed isiru fil-preżent )

- L-adozzjoni ta’ Regolament Kwadru ta’ l-UE dwar il-ġabra ta’ statistika dwar il-migrazzjoni u r-refuġju ( 2005 )

- Green Paper dwar il-futur tan- Network ta’ Migrazzjoni Ewropea ( 2005 )

- Proposta li twaqqaf Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ ta’ l-Emigrazzjoni (2006)

2.3. Sistema Komuni ta’ Refuġju Ewropew

- L-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tar-Refuġju ( 2005 )

- L-evalwazzjoni ta’ l-istrumenti legali ta’ l-ewwel fażi

- Il-monitoraġġ tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strumenti ta’ l-ewwel fażi ( 2005-2007 )

- It-tieni fażi ta’ żvilupp ta’ politika komuni dwar ir-refuġju, l-istabbiliment ta’ proċedura komuni dwar ir-refuġju u status uniformi għal dawk li jingħataw ir-refuġju jew protezzjoni sussidjarja

- Proposta għal status ta’ resident fit-tul għal Refuġjati (2005)

- Strumenti u miżuri tat-tieni fażi li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew (adozzjoni qabel l-aħħar ta’ l-2010)

- It-twaqqif ta’ strutturi li jinvolvu s-servizzi nazzjonali ta’ refuġju ta’ l-Istati Membri għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni ( Komunikazzjoni – 2005 )

- Studji dwar l-implikazzjonijiet ta’ l-ipproċessar konġunt ta’ applikazzjonijiet għar-refuġju

- Studju dwar l-ipproċessar konġunt ta’ applikazzjonijiet għar-refuġju fi ħdan l-Unjoni ( 2006 )

- Studju, li għandu jitmexxa b’konsulatazzjoni mill-qrib mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), dwar l-ipproċessar konġunt ta’ l-applikazzjonijiet għar-refuġju barra mit-territorju ta’ l-UE, ( 2006 )

- It-twaqqif ta’ Uffiċċju Ewropew ta’ appoġġ għall-forom kollha ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri lis-Sistema Komuni Ewropea għar-Refuġju ( wara t-twaqqif ta' proċedura komuni dwar il-kenn u fuq il-bażi ta' evalwazzjoni )

- It-twaqqif tal-Fond Ewropew għar-Refuġju (ERF) 2005-2013 li jassisti l-Istati Membri fl-ipproċessarta’ applikazzjonijiet ta’ refuġju u fl-ilqugħ ta’ ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

- Rapport Finali dwar il- Fond Ewropew għar-Refuġjati ( 2005 )

- Proposta għall-emendar tad-deċiżjoni dwar il- Fond Ewropew għar-Refuġjati li tgħin lill-Istati Membri fl-ilqugħ ta’ ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (2005)

- Approvazzjonijiet ta’ programmazzjoni multiannwali nazzjonali tal- Fond Ewropew għar-Refuġjati ( 2005, 2008 u 2011 )

- L-Adattament tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (2007)

2.3.1. Il-migrazzjoni legali inklużi l-proċeduri ta’ dħul

- L-iżvilupp ta’ politika dwar l-emigrazzjoni legali

- Il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ direttivi ta’ l-ewwel fażi dwar l-emigrazzjoni legali ( 2005-2011 )

- Dibattitu fuq il- Green Paper dwar l-emigrazzjoni ekonomika ( 2005 )

- Fuq il-bażi ta’ l-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika fuq il- Green Paper dwar l-emigrazzjoni ekonomika, preżentazzjoni ta’ Pjan tal-Politika dwar l-emigrazzjoni legali, inkluż il-proċeduri ta’ dħul ( 2005)

2.3.2. L-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

- It-twaqqif ta’ qafas Ewropew koerenti għall-integrazzjoni

- Komunikazzjoni dwar qafas Ewropew għall-integrazzjoni ( 2005 )

- Il-promozzjoni ta’ l-iskambju strutturali ta’ esperjenza u informazzjoni dwar l-integrazzjoni [10]

- Il-ġestjoni ta’ azzjonijiet preparatorji INTI ( 2005-2006 )

- Rapporti annwali dwar l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni (2005 qed isiru fil-preżent )

- Manwal dwar l-integrazzjoni ( it-tieni edizzjoni 2006, qed isir fil-preżent )

- L-iżvilupp ta’ websajt fuq l-Internet ( 2006 )

- It-twaqqif ta’ Fond għall-Integrazzjoni (2007)

2.3.3. Il-ġlieda kontra l-imigrazzjoni illegali

- Kontribuzzjoni għall-ġestjoni ta’ networks ta’ komunikazzjoni dwar l-imigrazzjoni f’pajjiżi terzi rilevanti ( 2005 qed issir fil-preżent )

- Rapport annwali fuq il-politika komuni dwar l-emigrazzjoni illegali ( 2005 qed isir fil-preżent )

- L-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni li twaqqaf network żgur ta’ informazzjoni bbażata fuq il- web għas-servizzi ta’ emigrazzjoni ta’ l-Istati Membri (ICONET) ( 2005 )

- Proposta għall-konklużjoni u l-firma tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar azzjoni kontra t-traffikar tal-persuni (CAHTEH) (2005)

- It-twaqqif ta’ politika ta’ tneħħija u ta’ ripatrijazzjoni bbażata fuq standards komuni u kooperazzjoni aktar mill-qrib u assistenza teknika reċiproka

- Proposta dwar proċeduri ta’ ripatriju (2005)

- It-tnedija ta’ l-azzjonijiet preparatorji għall-appoġġ finanzjarju għall-Ġestjoni ta’ ripatriju ( 2005 )

- L-appuntar ta’ Rappreżentant Speċjali tal-Kummissjoni għal politika komuni dwar id-dħul mill-ġdid ( 2005 )

- Il-konklużjoni ta’ ftehim tal-Komunità dwar id-dħul mill-ġdid u l-ġestjoni ta’ ftehim eżistenti (fil-ħin)

- It-twaqqif ta’ Fond Għar-Ripatriju (2007)

2.3.4. Id-dimensjoni esterna tar-refuġju u l-emigrazzjoni

- Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fil-ġestjoni ta’ l-emigrazzjoni u r-rifuġju

- Komunikazzjoni dwar l-emigrazzjoni u l-iżvilupp ( 2005 )

- Verżjoni riveduta għall-2006 tad-dokument ta’ referenza tal-Programm AENEAS, 2004-2006 ( 2005 )

- L-ikkompletar ta’ l-integrazzjoni tal-migrazzjoni għal ġod-Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiż u r-Reġjun għall-pajjiżi terzi kollha rilevanti ( 2005 )

- L-iżvilupp ta’ Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali ta’ l-UE

- Pjan ta’ azzjoni għall-Programm ta’ Protezzjoni Reġjonali ta’ l-UE, inkluż l-iskema ta’ sistemazzjoni mill-ġdid ( 2005 )

- It-tnedija ta’ programm ta’ protezzjoni tal-piloti ( 2005 )

- Kooperazzjoni intensifikata ma’ pajjiżi ta’ tranżitu biex dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jimmaniġġjaw aħjar l-emigrazzjoni u biex tipprovdi protezzjoni adegwata għar-Refuġjati

- Rapport dwar progress u kisbiet fir-refuġju u l-emigrazzjoni, fil-kuntest tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinat ( 2005 )

2.3.5. Ġestjoni tal-fruntieri, bijometrika, sistemi ta’ informazzjoni u politika dwar il-viża

- L-abolizzjoni tal-kontrolli ta’ persuni mal-fruntieri interni

- Proposta dwar strumenti legali SIS II (2005)

- Il-bidu ta’ valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta' l- acquis li ma għandux x'jaqsam mas-SIS II fl-Istati Membri l-ġodda ( 2006 )

- Valutazzjoni ta’ l- acquis li għandu x’jaqsam mas-SIS II fl-Istati Membri l-ġodda ( wara l-operazzjonalità tas-SIS II – 2007 )

- L-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tneħħija ta’ kontrolli mal-fruntieri ma’ l-Istati Membri l-ġodda u bejniethom ( 2007 )

- Proposta għas-supplimentar tal-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni eżistenti ta’ Schengen b’mekkaniżmu ta’ superviżjoni (malli tkun tlestiet l-abolizzjoni ta’ kontrolli mal-fruntieri interni fl-Istati Membri l-ġodda) (2007-2008)

- It-twaqqif ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni

- Proposta dwar timijiet ta’ esperti nazzjonali li jappoġġjaw l-Istati Membri fil-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni fl-ambitu ta’ l-Aġenzija ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri (2005)

- “Manwal għall-Gwardjani tal-Fruntieri” ( wara l-adozzjoni tal-Kodiċi tal-Komunità dwar ir-regoli li jirregolaw iċ-ċaqliq ta’ persuni minn naħa għall-oħra tal-fruntieri )

- Proposta dwar il-poteri eżekuttivi mogħtija lill-uffiċjali ta’ l-Istati Membri li joperaw mal-fruntieri esterni ta’ Stat Membru ieħor (2006)

- Rapport ta’ valutazzjoni dwar l-Aġenzija tal-Fruntieri Esterni, inkluż eżami ta’ l-inkarigi ta’ l-Aġenzija u valutazzjoni dwar jekk din għandhiex ukoll tkopri aspetti oħra tal-ġestjoni tal-fruntieri (inkluża l-valutazzjoni tal-funzjonament tat-timijiet ta’ esperti nazzjonali u l-vijabilità ta’ sistema ta’ gwardjani Ewropej tal-fruntieri) ( 2007 )

- It-twaqqif ta' Fond għall-Fruntieri Esterni (2007)

- L-applikazzjoni parzjali ta’ l- acquis ta’ Schengen

- L-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni parzjali ta’ l- acquis ta’ Schengen mill-Irlanda ( 2005 )

- L-adozzjoni tad-Deċi¿joni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni parzjali ta’ l- acquis ta’ Schengen (SIS) mir-Renju Unit ( 2005 )

- Strateġija koerenti u soluzzjonijiet armonizzati fl-UE dwar identifikaturi u data bijometrika

- Proposta li timmodifika l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar standards u proċeduri għat-teħid ta’ data bijometrika, inkluż l-obbligu li tiġi pprovduta tali data u l-ispeċifikar ta’ l-eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu (2005)

- Preparazzjoni għall-iżvilupp ta’ standards minimi għall-Karti ta’ l-Identità nazzjonali (mill-2005 ‘l quddiem)

- Preparazzjoni għall-i¿vilupp ta’ standards minimi għall-Karti ta’ l-Identità speċifiċi għas-setturi jekk ikun xieraq (mill-2005 ‘l quddiem)

- L-integrazzjoni ta' identifikaturi bijometriċi f'dokumenti ta' l-ivvjaġġar, viża, permessi ta' residenza, passaporti ta' ċittadini ta' l-UE u sistemi ta’ informazzjoni ( 2006 )

- Komunikazzjoni dwar sinerġiji msaħħa bejn SIS II, VIS u Eurodac ( 2006 )

- Politika tal-viża, inkluż l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Viża (VIS)

- Laqgħat ma’ pajjjiżi terzi dwar il-lista pożittiva tal-viża sabiex jiġi assigurat ivvjaġġar bla viża għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri lejn dawk il-pajjiżi terzi kollha ( qed isir fil-preżent, li għandhom jittieħdu flimkien ma' l-eżami tal-lista tal-viża )

- Proposti dwar l-emendi meħtieġa biex isaħħu aktar l-politiki tal-viża u t-twaqqif ta' ċentri ta' applikazzjoni komuni għall-viża (2005)

- Eżami regolari tal-lista tal-viża (Ir-Regolament 539/2001) ( regolarment )

- Proposta dwar proċeduri ta’ faċilità tal-viża għall-membri tal-familja Olimpika – Turin 2006 (2005)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament 1295/2003 “Proċeduri ta’ faċilita tal-viża għall-membri tal-Familja Olimplika – Ateni 2004” ( 2005 )

- Proposta li temenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-ħlasijiet tal-viża (2005)

- Programm tal-Ħidma ARGO ( 2005 u 2006 )

- Proposti dwar it-tranżitu: ir-rikonoxximent unilaterali ta’ dokumenti Schengen mill-Istati Membri l-ġodda / ir-rikonoxximent ta’ permessi ta’ residenza Svizzera mill-Istati Membri (2005)

- Rakkomandazzjoni għal direttivi ta’ negozjazzjoni għal ftehim ta’ tneħħija ta’ viża bejn il-KE u l-pajjiżi terzi dwar il-kondizzjonijiet ta’ ċaqliq ħieles fl-Unjoni għal perijodu ta' bejn tliet u sitt xhur (2005)

- L-adozzjoni ta’ proposta li twaqqaf metodu għat-traffiku tal-fruntieri lokali ( 2005 )

- Rapport dwar l-operat ta’ l-iskema ta’ tranżitu ta’ Kaliningrad ( 2005 )

- Il-faċilità ta’ Kaliningrad[11] (2005-2006)

- Il-Faċilità ta’ Schengen għal seba’ Stati Membri ( 2005 u 2006 )

- Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għan-negozjar ta’ direttivi dwar l-iffaċilitar ta’ viża ta’ pajjiżi terzi fil-kuntest tal-politika ta’ dħul mill-ġdid tal-KE, fejn hu possibbli u fuq il-bażi ta’ reċiproċità, fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ partenarjat reali dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni ta’ l-emmigranti (2005-2009)

- Proposta li timmodifika l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar kooperazzjoni konsulari lokali (2006)

- Proposta dwar l-eżami ta’ Struzzjonijiet Konsulari Komuni (2006)

- L-implimentazzjoni teknika tal-VIS, li tibda mill-funzjonalitajiet għall-ipproċessar ta’ data alfanumerika u ritratti ( 2006 ) u li żżid il-funzjonalitajiet għal data bijometrika ( 2006 )

- Proposta dwar il-ħolqien ta’ uffiċċji konsulari komuni (2007)

3. IT-TISĦIĦ TAS-SIGURTÀ

- Programm ta’ Qafas “Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet" taħt il-Perspettivi Finanzjarji l-ġodda (2005)

- Programm speċifiku dwar “Il-Prevenzjoni mill-kriminalità u l-ġlieda kontriha” (2007)

- Programm speċifiku dwar “Il-Prevenzjoni, l-Istat ta’ Preparazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Konsegwenza tat-Terroriżmu” (2007)

3.1. Il-qsim ta’ informazzjoni fost awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji waqt li jintlaħaq l-aħjar bilanċ bejn il-privatezza u s-sigurtà

- Proposta dwar iż-żamma ta’ data pproċessata b’konnessjoni mad-dispożizzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pubblika għall-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali (2005)

- L-identifikazzjoni ta’ salvagwardji adegwati u rimedji legali effettivi għat-trasferiment ta’ data personali fil-kuntest ta’ kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’kwistjonijiet kriminali

- L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ disponibilità għall-iskambjar ta’ informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi

- Proposta dwar it-twaqqif ta' prinċipju ta' disponibilità ta' informazzjoni rilevanti għall-infurzar tal-liġi (2005)

- Proposta dwar salvagwardji adegwati għat-trasferiment ta’ data personali għall-finijiet tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja (2005)

- Proposta li tikkonċerna metodu ta’ l-UE komuni għall-użu tad-data tal-passiġġieri għas-sigurtà tal-fruntieri u dik ta' l-avvjazzjoni u għanijiet oħra ta' infurzar tal-liġi (2005)

- Proposta dwar l-aċċess permezz ta’ l-infurzar tal-liġi għall-VIS (2005)

- L-iżvilupp ta’ rabtiet bejn SIS II u s-sistema ta’ informazzjoni tal-Europol (2007)

- Eżami konġunt dwar il-ftehim tad- Data tal-Passiġġieri ta’ l-Ajru (PNR) ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika (2005)

- Il-kompletar ta’ negozjazzjonijiet ta’ ftehim dwar il-PNR mal-Kanada u l-Awstralja (2005), u ma’ pajjiżi oħra jekk ikun hemm bżonn

- Id-definizzjoni ta’ linji ta’ gwida li jassiguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-privatezza għall-aċċess għad- data tal-PNR fl-ambitu ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO)

- Proposta dwar il-konsultazzjoni reċiproka ta’ Databases tad-DNA (2005)

- Proposta dwar il-konsultazzjoni reċiproka ta’ databases tal-marki tas-swaba (2007)

- Proposta għal arkitettura ġenerali tal-Komunità dwar databases forensiċi/tal-pulizija (2008)

3.2. It-terroriżmu

- It-twaqqif ta’ metodu koerenti totali li jikkombatti t-terroriżmu

- Segwitu għall-proġett pilota favur il-vittmi tat-terroriżmu (2006)

- L-infurzar tal-kooperazzjoni bejn awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi biex jikkumbattu t-terroriżmu permezz ta' l-għażla ta' punt ta' kuntatt speċjalizzat f'kull Stat Membru, li għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni u l-intelliġenza kollha rilevanti għal dak li jikkonċerna attivitajiet terroristiċi li jinvolvu persuni, gruppi jew entitajiet elenkati fl-anness għall-pożizzjoni komuni 2001/931/PESK ( 2005 )

- Il-ħolqien ta’ Network Ewropew ta’ infurzar tal-liġi (LEN) għall-ġlieda kontra t-terroriżmu (2005)

- Komunikazzjoni dwar sigurtà akbar ta’ splussivi, tagħmir ta’ fabrikazzjoni ta’ bombi (2005)

- It-tieni rapport dwar it-terroriżmu ( 2005 )

- Komunikazzjoni dwar radikalizzazzjoni vjolenti (2005) u azzjonijiet ta’ segwitu jekk ikun hemm il-bżonn (2007)

- Proposta għall-prevenzjoni ta’ l-użu ħażin ta’ ogranizzazzjonijiet ta’ karità għall-iffinanzjar tat-terroriżmu (2006)

- Komunikazzjoni dwar riżultati tal-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni inter pares dwar it-terroriżmu fil-25 Stat Membru (2006/2007)

- Id-definizzjoni tal-bżonn u tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ strumenti legali li jassiguraw li l-Istati Membri kollha jistgħu jiffriżaw l-assi ta’ persuni magħżula fuq bażi preventiva skond Rakkomandazzjonijiet Speċjali tal-Forza tax-Xogħol ta’ l-Azzjoni Finanzjarja ( 2007 )

- Kontribuzzjoni għax-xogħol li qed isir fil-preżent fuq it-tfixkil tal-produzzjoni u l-firxa ta' armi kimiċi, nukleari u bijoloġiċi (2007)

- It-twaqqif ta’ Programm speċifiku dwar “Il-Prevenzjoni, l-Istat ta’ Preparazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Konsegwenza tat-Terrori¿mu” (2007)

- L-eżami u l-adattazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità b’mod parallel ma’ miżuri li għandhom jiġu adottati biex jikkumbattu t-terroriżmu

- It-tieni rapport ibbażat fuq l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13.6.2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu ( 2005 )

3.3. Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata

- Komunikazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ kunċett strateġiku dwar l-affrontar tal-kriminalità organizzata (2005)

- It-twaqqif ta’ Programm speċifiku dwar “Il-Prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità” (2007)

- It-titjib ta’ l-għarfien dwar il-kriminalità organizzata u t-tisħiħ tal-kisba u l-analiżi ta’ l-informazzjoni

- Komunikazzjoni dwar pjan ta’ azzjoni – Statistika ta’ l-UE dwar il-Kriminalità ( 2005 )

- Dokument ta’ Ħidma ta’ l-istaff tal-Kummissjoni dwar l-infurzar tal-liġi għall-kriminalità immexxi mill-intelliġenza ( 2005 )

- Rakkomandazzjonijiet għal metodoloġija standard għal vulnerabbiltà għall-ipprovar tal-kriminalità ( 2007 )

- Il-preżentazzjoni ta’ rapport Ewropew dwar il-Kriminalità ( 2007 )

- It-tisħiħ tal-prevenzjoni mill-kriminalità organizzata

- L-ipprovar tar-reat ta' leġislazzjoni u t-tfassil ta' miżuri ta' prevenzjoni tar-reati f'prodotti u servizzi ( 2005 )

- Rapport dwar ir-riżultati ta’ studju wara r-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ l-2001 dwar il-kontribuzzjoni tas-soċjetà ċivili fis-sejba ta’ tfal neqsin jew sfruttati sesswalment ( 2005 )

- Pjan ta’ Azzjoni dwar partenarjati privati/pubbliċi għall-protezzjoni ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi u kumpaniji privati mill-kriminalità organizzata ( 2006 )

- It-titjib tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni Ewropea bejn unitajiet tal-kriminalità ta’ teknoloġija għolja fl-Istati Membri, u mas-settur privat ( Network ta’ Intelliġenza tal-Kriminalità Elettronika), inkluż l-iżvilupp ta’ manwal Ewropew tal-kriminalità elettronika ( 2006 )

- Komunikazzjoni dwar il-kriminalità elettronika u l-politika dwar is-sigurtà elettronika ( 2006 )

- Miżuri kontra l-korruzzjoni:

- L-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta dwar l-etika u l-integrità għall-uffiċjali pubbliċi ( 2007 )

- Proposta li tintroduċi ċerti obbligi dwar uffiċjali fir-rigward tar-rapportaġġ tat-tixħim kif ukoll il-kxif ta’ assi u interessi tal-kummerċ (2008)

- It-tisħiħ ta’ l-għodda biex ikunu indirizzati l-aspetti finanzjarji tal-kriminalità organizzata

- Inizjattivi biex ikun promoss l-użu ta’ investigazzjoni finanzjarja bħala teknika ta’ l-infurzar tal-liġi u biex jiġu mwaqqfa standards minimi komuni ta' taħriġ ( 2005-2007 ):

- Sett komuni ta’ standards ta’ taħriġ f’ħiliet ta’ investigazzjoni finanzjarja ( 2005 )

- Rakkomandazzjoni għal Memorandum ta’ Ftehim dwar rispons ta’ informazzjoni minn unitajiet ta’ intelliġenza finanzjarja lil korpi ta’ rapportaġġ fuq rapporti dwar transazzjonijiet suspettużi (2006)

- Rakkomandazzjoni u/jew proposta biex tissaħħaħ it-trasparenza ta’ entitajiet legali biex inaqqsu l-vulnerabilità għall-infiltrazzjoni mill-kriminalità organizzata (2006)

- Il-promozzjoni tat-twaqqif ta’ unitajiet ta’ intelliġenza dwar assi tal-kriminalità fl-Istati Membri ta’ l-UE (kontinwa)

- L-eżami ta’ standards għar-ritorn ta’ assi kkonfiskati jew mitlufa bħala kumpens jew restituzzjoni lil vittmi identifikabbli tal-kriminalità jew lil organizzazzjonijiet tal-karità ( 2008 )

- It-titjib ta’ leġislazzjoni u l-eżaminar ta’ strumenti legali eżistenti fejn hu meħtieġ

- Pakkett leġislattiv dwar il-ġlieda kontra l-iffalsifikar (2005)

- Komunikazzjoni dwar it-traffikar tal-persuni ( 2005 )

- L-eżaminar u, fejn hu xieraq, l-iżvilupp ulterjuri tal-leġislazzjoni preżenti dwar it-traffikar tal-persuni, per eżempju sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni pubblika-privata, il-koordinazzjoni ma’ l-UE u l-involviment ta’ l-Europol (2006)

- L-eżaminar u, fejn hu xieraq, l-iżvilupp ulterjuri tal-qafas legali li jipprevjeni u li jiġġieled it-traffikar fl-organi umani, tessuti u celluli (2006)

- L-eżaminar u, fejn hu xieraq, it-tisħiħ tal-leġislazzjoni preżenti dwar il-ħtif ta’ l-assi tal-kriminalità, kemm jekk jeħtieġ kundanna kriminali jew le (2007)

- Studju komparattiv li jevalwa l-ħtieġa għal strumenti li jikkumbattu attivitajiet tal-Kriminalità Organizzata li jirrigwardaw Frodi Fiskali fi ħdan l-Istati Membri ta' l-UE u pajjiżi ta' adeżjoni u dawk kandidati (2005)

- Proposta għall-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni dwar affarijiet kriminali, b’mod partikulari dwar l-elementi kostitwenti ta’ penalitajiet fil-qasam tal-frodi fiskali jew dwar standards u l-aqwa prattiċi bl-għan li titjieb il-kooperazzjoni ta' l-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra l-frodi fiskali organizzata (2007)

- Proposta dwar is-serq ta’ l-identità u miżuri ta’ ġestjoni ta’ l-identità inkluża database ta’ dokumenti ta’ l-identità (2007)

- Studju u riċerka lejn approssimazzjoni ulterjuri tal-leġislazzjoni, per eżempju fl-oqsma tat-traffikar ta’ l-armi illeċiti, intrigi ta’ qerq u estorsjoni ( 2008 )

- It-tijib tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni

- It-tieni rapport ibbażat fuq l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, it-traċċar, l-iffriżar, il-ħtif u l-konfiska ta’ mezzi u l-qligħ mill-kriminalità ( 2005 )

- It-tieni rapport ibbażat fuq l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 li jikkumbatti l-frodi u l-iffalsifikar ta' mezzi ta' pagamenti magħrufa bħala non-cash ( 2005 )

- Ir-rapport ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru "Il-korruzzjoni tas-settur privat" ( 2005 )

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tas-27.1.2003 dwar il-Protezzjoni ta’ l-ambjent permezz tal-liġi kriminali ( 2005 )

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Konfiska ta’ Qligħ Relatati mal-Kriminalità, Mezzi u Proprjetajiet (2007)

- Il-valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Istati Membri tal-kooperazzjoni doganali (Il-Konvenzjoni Napli II) ( 2008 )

- Il-valutazzjoni dwar il-politiki ta’ l-Istati Membri dwar in-nuqqas ta’ korruzzjoni ( 2009 )

- Il-valutazzjoni dwar miżuri li jikkumbattu l-kriminalità finanzjarja ( 2001 )

3.4. Kooperazzjoni tal-pulizija u dik doganali

- L-implimentazzjoni tal-programm ta’ Ħidma dwar kooperazzjoni doganali approvata mill-Kunsill ĠAI fit-30.03.2004 wara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-2.10.2003 dwar strateġija għall-kooperazzjoni doganali ( 2004-2006 )

- Komunikazzjoni dwar il-ġlieda kontra t-traffikar transkonfinali illeċitu f'oġġetti ristretti jew ipprojbiti ( 2007 )

- Proposta dwar l-Europol, inkluż ir-rwol tal-Parlament Ewropew u parlamenti Ewropej fl-iskrutinju ta’ l-attivitajiet ta’ l-Europol (mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008)

- Definizzjoni ta’ politika dwar ir-relazzjoni bejn l-Europol u l-Eurojust (mhux aktar tard mill- 2008 )

- Definizzjoni tar-rwol tal-Kumitat ta’ Skrutinju (COSI) ( mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008 )

- It-titjib tal-kooperazzjoni ta’ l-infurzar tal-liġi u

- l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen fir-rigward tal-kooperazzjoni operazzjonali transkonfinali tal-pulizija

- Proposta dwar it-titjib tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi b’mod partikulari mal-fruntieri interni bejn l-Istati Membri (2005)

- Komunikazzjoni u proposta għal Direttiva dwar sikurezza mtejba fit-trasport u sigurtà miżjuda permezz tal-ħolqien ta’ żona ta’ kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja dwar in- Networks ta’ Trasport Trans-Ewropej (2005)

- L-aġġornament tal-manwal SIRENE (2005)

- Proposta dwar l-aċċess permezz ta’ l-infurzar tal-liġi għall-VIS (2005)

- L-iżvilupp ta’ rabtiet bejn SIS II u s-sistema ta’ informazzjoni tal-Europol (2007)

- Regoli standard tal-kwalità komuni (etika tal-pulizija, programmi ta’ monitoraġġ) dwar il-pulizija ( 2008 )

- L-armonizzazzjoni ta’ l- istandards ta' kwalità ta' laboratorji forensiċi ( 2008 )

- Programmi ta’ skambju sistematiċi għall-awtoritajiet ta’ l-uffiċjali ta’ l-infurzar tal-liġi

- L-adozzjoni tal-proposta mmirata għat-twaqqif ta’ CEPOL (Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija) bħala korp ta’ l-Unjoni ( 2005 )

- It-titjib tal-kooperazzjoni operazzjonali bejn awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi ta’ Stat Membru wieħed ma’ l-Istati Membri l-oħra

- It-twaqqif ta’ operazzjonijiet konġunti tad-dwana u tal-pulizija ta’ tul qasir u/jew timijiet konġunti multidixxiplinari ( kontinwu )

- L-elaborazzjoni ta’ standards minimi għall-użu bejn il-ġurisdizzjonijiet ta’ tekniki ta’ l-investigazzjoni ( 2006 )

- Gwida dwar l-aqwa prattika għall-promozzjoni u l-espansjoni ta’ l-użu ta’ forom speċjali ta’ kooperazzjoni għal amministrazzjonijiet doganali kif ipprovdut mill-Konvenzjoni ta’ Napli II ( 2007 )

- It-titjib tal-kooperazzjoni Ewropea bejn korpi kontra l-korruzzjoni permezz tat-twaqqif ta’ network bejn awtoritajiet ta’ kontra l-korruzzjoni (inklużi dawk tal- pulizija, dawk ġudizzjarji, tal-prosekuzzjoni u dawk doganali) fuq livell ta’ l-UE u dak transnazzjonali ( 2008 )

3.5. Il-ġestjoni ta’ kriżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li toħloq sistema sikura ta’ allert rapidu ġenerali (ARGUS) u Ċentru ta' Kriżi tal-Kummissjoni li jikkoordina sistemi eżistenti ta' allert ( 2005 )

- Proposta għall-ħolqien ta' Network ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar Infrastruttura Kritika (CIWIN) (2005)

- Pjan dwar il-protezzjoni ta’ infrastrutturi kritiċi ( 2005 )

- Arranġamenti Integrati ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet ta’ l-UE ( għandhom jiġu implimentati sa l-1 ta’ Lulju 2006 )

3.6. Prevenzjoni tal-kriminalità ġenerali

- L-iżvilupp tan- Network Ewropew ta’ Prevenzjoni mill-Kriminalità ( 2005 )

4. IT-TISĦIĦ TAL-ĠUSTIZZJA

- Ara wkoll il-Programm ta’ Qafas “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” taħt il-Perspettivi Finanzjarji l-ġodda (2005)

- Programm speċifiku dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Affarijiet Ċivili u Kummerċjali (2007)

- Programm speċifiku dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Affarijiet Kriminali (2007)

4.1. Il-bini tal-kunfidenza u l-fiduċja reċiproka

- It-tisħiħ tal-kooperazzjoni

- Appoġġ mill-Unjoni għal networks ta’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet ġudizzjarji ( kontinwa )

- Tkomplija ta’ l-iżvilupp tal-websajt tan- Network Ġudizzjarju Ewopew u tad- databases dwar l-istrumenti Ewropej tal-każistika ( kontinwa )

- Aġġornament u titjib kontinwu ta’ l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew ( kontinwu )

- Ċelebrazzjoni annwali tal-Jum Ewropew tal-Ġustizzja Ċivili ( kontinwa)

- Il-ħolqien ta’ “kultura Ġudizzjarja Ewopea”

- Valutazzjoni tal-kwalità tal-Ġustizzja ( Komunikazzjoni – 2006 )

- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-taħriġ ġudizzjarju fl-UE ( 2005 ), kontinwazzjoni tal-proġett pilota għall-iskambju ta’ maġistrati ( 2005 ) u azzjoni preparatorja ( 2006 )

- Il-ħolqien, mill-istrutturi eżistenti, ta’ network effettiv ta’ taħriġ Ewropew għall-awtoritajiet ġudizzjarji kemm għall-affarijiet ċivili kif ukoll dawk kriminali (2007)

- L-iżvilupp ta’ networking ta’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet ġudizzjarji

- Rapport dwar it-tħaddim tan- Network Ġudizzjarju Ewropew f’affarijiet ċivili u kummerċjali ( 2005 ) u proposta għall-emenda, kif inhu xieraq ( 2006 )

- Workshops ta’ l-UE għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-membri tal-professjonijiet legali bl-għan li jiġu mwaqqfa l-aħjar prattiċi ( 2006 )

- Koerenza u kwalità aqwa tal-leġislazzjoni ta’ l-UE

- Proposta għall-emendar tar-Regolament 1348/2000 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u dawk extra-ġudizzjarji f’affarijiet ċivili u kummerċjali (2005)

- Rapport dwar it-tħaddim tar-Regolament Nru 1206/2001 dwar it-teħid ta’ evidenza u proposta għal emenda, kif inhu xieraq ( 2007 )

- Rapport dwar it-tħaddim tar-Regolament “Brussell I” ( 2007 ) u proposta għal emenda, kif inhu xieraq ( 2009 )

- Rapport finali dwar ir-riċerka li jinkludi Kwadru Komuni ta' Referenza (2007)

- L-adozzjoni ta’ Kwadru Komuni ta’ Referenza (CFR) fil-liġi ta’ l-UE dwar il-kuntratti ( l-aħħar tard sa l-2009)

4.2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet kriminali

- It-twaqqif ta’ Programm speċifiku dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Affarijiet Kriminali (2007)

- It-tmexxija ‘l quddiem ta’ l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku:

- Komunikazzjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet f’affarijiet kriminali u l-infurzar mill-ġdid tal-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri ( 2005 )

- White Paper dwar l-iskambjar ta’ informazzjoni dwar il-kundanni u l-effett ta’ tali kundanni fl-UE (2005 )

- Proposta dwar it-teħid f’kunsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea waqt proċedimenit kriminali ġodda (2005)

- Proposta dwar it-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar kundanni kriminali u ż-żamma tagħhom mill-Istat Membru tan-nazzjonalità (2005)

- Komunikazzjoni dwar il-ħolqien ta’ indiċi ta’ ċittadini li m'humiex mill-UE li ġew ikkundannati fi Stat Membru ta' l-UE (2005)

- Inizjattiva dwar l-Ordni ta’ Infurzar Ewropew u t-trasferiment ta’ persuni li ngħatatilhom sentenza mill-qorti bejn l-Istati Membri ta’ l-UE (2005)

- Proposta dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ superviżjoni mhux ta’ kustodja ta’ qabel il-kawża (2005)

- Komunikazzjoni dwar l-iskwalifika ( 2005 )

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta' Arrest Ewopew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri ( 2005 )

- Inizjattiva dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar fl-Unjoni Ewropea ta’ projbizzjonijiet li joħorġu minn kundanni għal reati sesswali kommessi kontra t-tfal (2005)

- Proposta dwar id-diskwalifiki mis-sewqan (li jagħti format ġdid lill-Konvenzjoni ta’ l-1998) (2006)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tat-22/7/2003 dwar l-eżekuzzjoni fl-UE ta’ ordnijiet li jiffriżaw il-proprjetà jew l-evidenza ( 2006 )

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal penalitajiet finanzjarji (2006)

- Proposta dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet alternattivi u dwar is-sentenza sospiża (2007)

- Proposta li tikkompleta l-Mandat Ewropew ta’ l-Evidenza (2008)

- Approssimazzjoni

- Green Paper dwar il-Kunflitti ta’ Ġurisdizzjoni u d- Double Jeopardy ( ne bis in idem ) (2005)

- Green Paper dwar il-preżunzjoni ta’ l-innoċenza ( 2005 )

- It-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Qafas tal-15.3.2001 dwar il-pożizzjoni tal-vittmi fi proċeduri kriminali (2005)

- It-tielet rapport dwar id-Deċiżjoni Kwadru tal-15.3.2001 dwar il-pożizzjoni tal-vittmi f’proċeduri kriminali ( 2006 )

- Proposta dwar kunflitti ta’ ġurisdizzjoni u l-prinċipju ta’ ne bis in idem (2006)

- Green Paper dwar l-immaniġġjar ta’ l-evidenza ( 2006 )

- Green Paper dwar sentenzi b'kontumaċja ( in absentia ) ( 2006 )

- Proposta dwar standards minimi li jikkonċernaw it-teħid ta’ l-evidenza (2007)

- Proposta dwar sentenzi b'kontumaċja (in absentia) (2007)

- Proposta dwar l-approssimazzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali settorjali (mhux aktar tard mill-2007)

- Strumenti oħra fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet kriminali:

- Rakkomandazzjoni dwar standards minimi għall-kisba u l-iskambju ta’ evidenza elettronika ( 2006 )

- Proposta dwar id-distruzzjoni volontarja ta’ evidenza dokumentata (2007)

- Proposta dwar il-protezzjoni ta’ xhieda u kollaboraturi tal-ġustizzja (2007)

- Studju dwar l-użu transkonfinali ta’ intelliġenza bħala evidenza ( 2008 )

- Valutazzjoni ta’ l-effiċjenza ta’ korpi ġudizzjarji speċjalizzati għat-trattament ta’ l-investigazzjoni ta’ każijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kriminalità organizzata (2009)

- Eurojust

- It-tieni rapport dwar it-traspożizzjoni legali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28.2.2002 li jwaqqaf il-Eurojust ( 2005 )

- Proposta dwar il-Eurojust (mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008)

- White Paper dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni (sa l-2009)

4.3. It-tisħiħ ta’ l-effiċjenza tal-ġustizzja u t-titjib tar-rikonoxximent reċiproku u l-aċċess effettiv għall-ġustizzja f’affarijiet ċivili

- Green Paper dwar is-suċċessjonijiet ( 2005 )

- Green Paper dwar il-kunflitt tal-liġijiet u l-ġurisdizzjoni dwar kwistjonijiet tad-divorzju (Ruma III) ( 2005 )

- Proposta dwar kunflitti ta’ liġijiet fir-rigward ta’ l-obbligi kuntrattwali (Ruma I) (2005)

- Proposta dwar talbiet żgħar (2005)

- Proposta dwar obbligi ta’ manteniment (2005)

- L-adozzjoni tal-proposta “Ruma II” dwar il-kunflitti tal-liġijiet fir-rigward ta’ l-obbligi mhux kuntrattwali ( 2006 )

- L-Adozzjoni tar-Regolament dwar l-Ordni tal-Pagament ( 2006 )

- L-adozzjoni ta’ Direttiva dwar is-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (ADR) - medjazzjoni ( 2006 )

- Green Paper dwar il-konsegwenzi fuq il-proprjetà ta’ relazzjonijiet matrimonjali u partenarjati ( 2006 )

- Green Paper(s) dwar l-infurzar effettiv ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji ( 2006-2007 )

- Green Paper dwar l-abolizzjoni/tnaqqis ta’ leġislazzjoni u miżuri amministrattivi għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tad-dokumenti ( 2007 )

- Green Paper dwar ir-rikonoxximent reċiproku f’affarijiet relatati ma’ l-istatus Ċivili ( 2008 )

- Green Paper dwar standards minimi għal xi aspetti tal-liġi proċedurali ( 2008 )

- Il-valutazzjoni tal-possibbiltà tas-suppressjoni ta’ l-exequatur u proposti leġislattivi, kif xieraq (2008-2010)

- It-twaqqif ta’ Programm speċifiku dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Affarijiet Ċivili u Kummerċjali (2007)

4.4. Ordni legali internazzjonali

- Il-konklużjoni ta’ negozjati li jirrigwardaw il-konvenzjoni dwar l-għażla tal-forum ( 2005 )

- Proposta għall-konklużjoni ta’ l-hekk imsejjaħ “ftehim paralleli” mad-Danimarka dwar “Brussell I” u n-notifika ta’ dokumenti (2005)

- Negozjaji tal-Konvenzjoni dwar it-Terroriżmu fil-Kunsill ta’ l-Ewropa ( 2005 )

- Involviment attiv ta’ l-attivitajiet tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali u fora oħra (G8, UN, OECD, OSCE, FATF) f’affarijiet kriminali ( 2005-2009 )

- L-eżaminar tal-każ għal ftehim bilaterali bejn l-UE ma’ pajjiżi terzi dwar l-estradizzjoni ( 2005-2009 )

- L-eżaminar tal-każ għal ftehim bilaterali bejn l-UE ma’ pajjiżi terzi dwar l-assistenza legali reċiproka ( 2005-2009 )

- Proposta dwar il-konklużjoni u l-iffirmar tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu f’isem il-KE (2005/2006)

- Id-dħul tal-Komunità għall-Konferenza ta’ l-Aja dwar il-liġi internazzjonali privata ( 2006 )

- Proposta għall-konklużjoni ta’ Konvenzjoni ta’ Lugano ġdida (2006)

- L-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar l-assistenza kontra t-terroriżmu fir-reviżjoni proposta ta’ strumenti eżistenti li jirregolaw l-assistenza esterna ( 2006 )

- Proposta dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni f’isem il-KE (2006)

- Il-konklużjoni ta’ negozjati li jirrigwardaw il-konvenzjoni dwar l-obbligi tal-manteniment ( 2007 )

- Proposta dwar il-konklużjoni tal-Protokoll ta’ l-Istati Uniti kontra l-manifattura illeċita u t-traffikar fl-armi, il-partijiet u komponenti tagħhom, u munizzjoni f’isem il-KE (2007)

5. RELAZZJONIJIET ESTERNI

- Strateġija dwar l-aspetti esterni kollha tal-politika ta’ l-Unjoni dwar il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, ibbażata fuq il-miżuri żviluppati fil-programm ta’ l-Aja ( 2005 )

- Komunikazzjoni dwar l-aspetti esterni kollha tal-politika ta’ l-Unjoni dwar il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (nofs l-2005 – kontribuzzjoni għall-istrateġija).

[1] “Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja: Valutazzjoni tal-Programm ta’ Tampere u orjentazzjonijiet futuri” - KUMM(2004) 401, 2.6.2004.

[2] KUMM(2005) 45, 14.2.2005.

[3] Għandu jiġi nnutat li l-kunċett tal-libertà jkopri l-partijiet kollha ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni. Għall-finijiet ta’ dan id-dokument, madankollu, il-libertà tirrifletti t-tifsira speċifika li hemm fil-Programm ta’ l-Aja.

[4] KUMM(2005) 122, 123 u 124, 6.4.2005.

[5] “Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja: Valutazzjoni tal-Programm ta’ Tampere u orjentazzjonijiet futuri” - KUMM(2004) 401, 2.6.2004.

[6] P6_TA(2004)0022, 14 ta’ Ottubru 2004, “Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill u lill-Kunsill Ewropew dwar il-futur taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja kif ukoll dwar il-miżuri meħtieġa biex titjieb il-leġittimità u l-effettività tagħha”.

[7] Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2004 li tipprovdi għal ċerti żoni koperti mit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li għandhom jkunu rregolati mill-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 ta’ dak it-Trattat (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 45).

[8] “Għanijiet Strateġiċi 2005-2009, Ewropa 2010: partenarjat għal tiġdid Ewropew” - KUMM(2005) 12, 26.1.2005.

[9] Dan il-Fond għandu jkun komplementari għall-Fond Soċjali Ewropew.

[10] Barra minn hekk, qed isiru attivitajiet kumplimentari fl-ambitu ta' l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi u l-Proċess dwar l-Inklużjoni Soċjali.

[11] Il-Faċilità ta’ Kaliningrad għandha tiġi sostitwita b’dispożizzjonijiet speċifiċi fi ħdan il-propost Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perijodu 2007-2013 bħala parti mill-programm ta' qafas “Solidarjetà u l-Ġestjoni ta’ flussi migratorji”.