1.2.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
CE 25/44 |
POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 5/2005
adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Novembru 2004
bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru.../2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta'....., dwar kondizzjonijiet għal aċċess għar-retikolati tat-trasmissjoni ta' gass naturali
(Test b' relevanza għaż-ŻEE)
(2005/C 25E/05)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali għamlet kontribut sinifikanti għall-ħolqien ta' suq intern tal-gass. Issa jeħtieġ li jiġu provduti bidliet strutturali fil-kwadru regolatorju biex jiġu megħluba l-barrieri li jkun baqa' għat-twettiq tas-suq intern b'mod partikolari dwar il-kummerċ tal-gass. Jinħtieġu regoli tekniċi addizzjonali, b'mod partikolari dwar is-servizzi ta' aċċess għal terzi, il-prinċipji tal-mekkaniżmi ta' allokazzjoni tal-kapaċità, proċeduri ta' amministrazzjoni tal-konġestjoni u l-ħtiġijiet ta' trasparenza. |
(2) |
L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-ewwel sett ta' Linji Gwida għall-Prattika Tajba, adottat mill-Forum Regolatorju Ewropew tal-Gass (il-Forum) fl-2002, turi li biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli stabbiliti fil-Linji Gwida fl-Istati Membri kollha, u sabiex tiġi provduta garanzija minima għal kondizzjonijiet ugwali ta' aċċess għas-suq fil-prattika, jeħtieġ li jiġi provdut sabiex ikunu jistgħu jibdew jiġu nfurzati legalment. |
(3) |
Sett ieħor ta' regoli komuni, intitolat “it-Tieni Linji Gwida għall-Prattika Tajba” ġie adottat fil-laqgħa tal-Forum fl-24-25 ta' Settembru 2003 u l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi, fuq il-bażi ta' dawk il-Linji Gwida, prinċipji u regoli bażiċi dwar aċċess għan-network u servizzi ta' aċċess għal terzi, amministrazzjoni ta' konġestjoni, trasparenza, bilanċjar u l-kummerċ ta' drittijiet tal-kapaċità. |
(4) |
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/55/KE jippermetti għal operatur ta' sistema ta' trasmissjoni u distribuzzjoni kombinati. Għalhekk, ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jeħtieġux tibdil ta' l-organizzazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta' trasmissjoni u distribuzzjoni li huma konsistenti mad-dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva 2003/55/KE u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tagħha. |
(5) |
Pipelines bi pressjoni għolja li jqabbdu d-distributuri lokali man-network tal-gass li m' humiex użati primarjament fil-kuntest ta' distrubuzzjoni lokali huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kriterji skond liema jkunu determinati tariffi għall-aċċess għan-network, sabiex jiġi żgurat li huma konformi bis-sħiħ mal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni u l-ħtiġijiet ta' suq intern li jaħdem tajjeb u li jitqies bi sħiħ il-bżonn għall-integrità tas-sistema u li jirriflettu l-ispejjeż fil-fatt magħmula, filwaqt li jiġi assigurat li jkun hemm inċentivi xierqa fir-rigward ta' l-effiċjenza, inkluż il-qliegħ xieraq mill-investimenti, u fejn xieraq, b' kunsiderazzjoni tal-benchmarking tat-tariffi mill-awtoritajiet regolatorji. |
(7) |
Fil-kalkolazzjoni tat-tariffi għall-aċċess għan-networks huwa importanti li jitqiesu l-ispejjeż fil-fatt magħmula, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi provdut qliegħ xieraq fuq l-investimenti u inċentivi biex jinbnew infrastrutturi ġodda. F'dan ir-rigward, u b'mod partikolari jekk teżisti kompetizzjoni ta' pipeline ma' pipeline effettiva, il-benchmarking ta' tariffi tkun konsiderazzjoni rilevanti. |
(8) |
L-użu ta' arranġamenti bbażati fuq is-suq, bħal ma huma rkantijiet, biex jiġu determinati t-tariffi, għandu jkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/55/KE. |
(9) |
Sett minimu komuni ta' servizzi ta' aċċess għal terzi huwa meħtieġ biex jiġi provdut standard minimu ta' aċċess fil-prattika fil-Komunita' kollha biex jiġi żgurat li s-servizzi ta' aċċess għal terzi huma kompatibbli biżżejjed u biex jippermettu l-benefiċċji li jirriżultaw minn suq intern tal-gass li jaħdem tajjeb. |
(10) |
Ir-referenzi għall-kuntratti armonizzati ta' trasport fil-kuntest ta' aċċess non-diskriminatorju għan-network ta' operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni ma jfissrux li t-termini u l-kondizzjonijiet tal-kuntratti ta' trasport ta' operatur partikolari tas-sistema fi Stat Membru għandhom ikunu l-istess bħal dawk ta' operatur ieħor tas-sistema ta' trasmissjoni f'dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor, sakemm ma jiġux stabbiliti rekwiżiti minimi li jridu jintlaħqu mill-kuntratti kollha ta' trasport. |
(11) |
L-amministrazzjoni tal-konġestjoni kontrattwali ta' networks hija kwistjoni importanti fit-tkomplija tas-suq intern tal-gass. Jeħtieġ li jiġu żviluppati regoli komuni li jibbilanċaw il-ħtieġa li tinħeles kapaċità mhux użata skond il-prinċipju tal-“use-it-or-lose-it” mad-drittijiet tad-detenturi tal-kapaċità li jużawha meta meħtieġ, filwaqt li fl-istess ħin tiġi msaħħa l-likwidità tal-kapaċità. |
(12) |
Minkejja li l-konġestjoni fiżika tan-networks fil-preżent rarament hija problema fil-Komunità, tista' ssir problema fil-futur. Huwa għalhekk importanti li jiġi provdut il-prinċipju bażiku għall-allokazzjoni tal-kapaċità staġnata f'tali ċirkustanzi. |
(13) |
Biex l-utenti tan-network jiksbu aċċess effettiv għal networks tal-gass għandhom bżonn ta' informazzjoni b'mod partikolari dwar rekwiżiti tekniċi u kapaċità disponibbli biex ikunu jistgħu jisfruttaw opportunitajiet ta' negozju li jiżviluppaw fil-kwadru tas-suq intern. Huma meħtieġa standards minimi komuni dwar tali trasparenza. Il-pubblikazzjoni ta' tali informazzjoni tista' ssir b'mezzi differenti, inkluż mezzi elettroniċi. |
(14) |
Is-sistemi ta' bilanċjar għall-gass li huma trasparenti u non-diskriminatorji, imħaddma minn operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni, huma mekkaniżmi importanti, b'mod partikolari għal suġġetti ġodda li jidħlu fis-suq li jista' jkollhom iktar diffikultà minn kumpanniji li huma diġà stabbiliti f'suq rilevanti biex jibbilanċaw il-portafoll ġenerali tal-bejgħ tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jiżguraw li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni joperaw tali mekkaniżmi b'mod li huwa kompatibbli mal-kondizzjonijiet ta' aċċess għan-network li huma trasparenti, effettivi u non-diskriminatorji. |
(15) |
Il-kummerċ tad-drittijiet primarji ta' kapaċità huwa parti importanti fl-iżvilupp ta' suq kompetittiv u fil-ħolqien ta' likwidità. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi regoli bażiċi dwar dan. |
(16) |
Jeħtieġ li jiġi żgurat li impriżi li jkunu qed jiksbu drittijiet tal-kapaċità jkunu jistgħu jbigħuhom lil impriżi oħra liċenzjati sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta' likwidità fis-suq tal-kapaċità. Dan l-approċċ, madankollu, ma jeskludix sistema li fiha kapaċita' mhux użata għal perijodu partikolari, determinat fuq livell nazzjonali, tkun disponibbli mill-ġdid għas-suq fuq bażi kostanti. |
(17) |
L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jiżguraw konformità mar-regoli li jinsabu f'dan ir-Regolament u l-Linji Gwida adottati bħala riżultat tiegħu. |
(18) |
Fil-Linji Gwida annessi ma' dan ir-Regolament, hemm definiti regoli dettaljati speċifiċi ta' implimentazzjoni, fuq il-bażi tat-tieni Linji Gwida għall-Prattika Tajba. Fejn hu xieraq, dawn ir-regoli għandhom jiżviluppaw tul iż-żmien, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn is-sistemi nazzjonali tal-gass. |
(19) |
Meta jkun qed jiġi propost li jiġu emendati l-Linji Gwida stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsultazzjoni minn qabel mal-partijiet kollha rilevanti konċernati mal-Linji Gwida, rappreżentati mill-organizazzjonijiet professjonali, u ma' l-Istati Membri fil-Forum u għandha titlob il-kontribut tal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għall-Elettriku u l-Gass. |
(20) |
L-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni rilevanti. Tali informazzjoni għandha tiġi trattata b'mod kunfidenzjali mill-Kummissjoni. |
(21) |
Dan ir-Regolament u l-Linji Gwida adottati skond dan ir-Regolament ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Komunità dwar il-kompetizzjoni. |
(22) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (3). |
(23) |
Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, prinċipalment li jiġu stabbiliti regoli ġusti għall-kondizzjonijiet ta' aċċess għas-sistemi ta' trasmissjoni tal-gass naturali, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba d-daqs u l-impatt ta' l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx 'lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jimmira sabiex jistabbilixxi regoli non-diskriminatorji għall-kondizzjonijiet ta' aċċess għas-sistemi ta' trasmissjoni tal-gass naturali filwaqt li jqis l-ispeċifiċitajiet tas-swieq nazzjonali u reġjonali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-ħidma tajba tas-suq intern tal-gass.
Dan l-objettiv għandu jinkludi l-istabbiliment ta' prinċipji armonizzati għat-tariffi, jew il-metodoloġiji li huma l-bażi tal-kalkolazzjoni tagħhom, għal aċċess għan-network, l-istabbiliment ta' servizzi għall-aċċess ta' terzi u prinċipji armonizzati għall-allokazzjoni tal-kapaċità u amministrazzjoni tal-konġestjoni, id-determinazzjoni tal-ħtiġijiet ta' trasparenza, ir-regoli ta' bilanċjar u ħlasijiet ta' żbilanċ, u l-iffaċilitar tal-kummerċ tal-kapaċità.
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu entità jew korp stabbilit b'mod konformi mad-Direttiva 2003/55/KE bil-għan tat-twettiq ta' waħda jew aktar mill-funzjonijiet li huma tipikament attribwiti lill-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni li għandu jkun suġġett għall-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1) |
“trasmissjoni” tfisser it-trasport ta' gass naturali permezz ta' network, li prinċipalment fih pipelines bi pressjoni għolja, għajr network ta' pipeline upstream u għajr il-parti ta' pipelines bi pressjoni għolja użati primarjament fil-kuntest ta' distribuzzjoni lokali ta' gass naturali, bil-ħsieb li jiġi mwassal lill-klijenti, iżda mhux inkluż il-forniment; |
2) |
“kuntratt ta' trasport” tfisser kuntratt li l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni ikkonkluda ma' utent tan-network bil-ħsieb li titwettaq trasmissjoni; |
3) |
“kapaċità” tfisser il-kurrent massimu, espress f'metri kubiċi normali għal kull unità ta' ħin jew f'unità ta' enerġija għal kull unità ta' ħin, li hu intitolat għalih l-utent tan-network skond id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt ta' trasport; |
4) |
“kapaċità mhux użata” tfisser kapaċità kostanti li utent tan-network ikun akkwista b'kuntratt ta' trasport iżda li l-utent ma jkunx innomina; |
5) |
“amministrazzjoni tal-konġestjoni” tfisser amministrazzjoni tal-portafoll tal-kapaċità ta' l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni bil-ħsieb ta' l-aħjar użu u ta' l-użu massimu tal-kapaċità teknika u l-iskoperta fil-ħin ta' konġestjoni ġejjiena u punti ta' saturazzjoni; |
6) |
“suq sekondarju” tfisser is-suq tal-kapaċità kummerċjata x'imkien ieħor għajr fuq is-suq primarju; |
7) |
“nominazzjoni” tfisser ir-rappurtar minn qabel mill-utent tan-network lill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni tal-kurrent attwali li jixtieq idaħħal fis-sistema jew jiġbed minnha; |
8) |
“nominazzjoni mill-ġdid” tfisser ir-rappurtar sussegwenti ta' nominazzjoni kkoreġuta; |
9) |
“integrità tas-sistema” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni fir-rigward ta' network ta' trasmissjoni li tinkludi faċilitajiet meħtieġa ta' trasmissjoni li fihom il-pressjoni u l-kwalità tal-gass naturali jibqgħu fil-limiti minimi u massimi stabbiliti mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, biex hekk it-trasmissjoni ta' gass naturali hija garantita mil-lat tekniku; |
10) |
“perijodu ta' bilanċjar” tfisser il-perijodu li fih it-teħid ta' ammont ta' gass naturali, espress f'unitajiet ta' enerġija, jrid ikun ikkumpensat minn kull utent tan-network permezz ta' tfiegħ ta' l-istess ammont ta' gass naturali fin-network ta' trasmissjoni skond il-kuntratt ta' trasport jew il-kodiċi tan-network; |
11) |
“utent tan-network” tfisser klijent jew klijent potenzjali ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni, u l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni nnifishom sa fejn hu meħtieġ biex ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fir-rigward ta' trasmissjoni; |
12) |
“servizzi li jistgħu jiġu interrotti” tfisser servizzi offruti mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni fir-rigward ta' kapaċità li tista' tiġi interrotta; |
13) |
“kapaċità li tista' tiġi interrotta” tfisser kapaċità ta' trasmissjoni ta' gass li tista' tiġi interrotta mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-kuntratt ta' trasport; |
14) |
“servizzi għal perijodu fit-tul” tfisser servizzi offruti mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni ta' sena jew iktar; |
15) |
“servizzi għal perijodu qasir” tfisser servizzi offruti mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għal inqas minn sena; |
16) |
“kapaċità kostanti” tfisser kapaċità ta' trasmissjoni ta' gass garantita b'mod kontrattwali mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni bħala waħda li ma tistax tiġi interrotta; |
17) |
“servizzi kostanti” tfisser servizzi offruti mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni fir-rigward ta' kapaċità kostanti; |
18) |
“kapaċità teknika” tfisser il-kapaċità kostanti massima li l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jista' joffri lill-utenti tan-network, filwaqt li jqis l-integrità tas-sistema u l-ħtiijietjiet operazzjonali tan-network ta' trasmissjoni; |
19) |
“kapaċità kuntrattata” tfisser il-kapaċità li l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jkun alloka lil utent tan-network permezz ta' kuntratt ta' trasport; |
20) |
“kapaċità disponibbli” tfisser il-parti mill-kapaċità teknika li mhix allokata u għadha disponibbli għas-sistema f'dak il-mument; |
21) |
“konġestjoni kontrattwali” tfisser sitwazzjoni fejn il-livell ta' talba għal kapaċità kostanti jaqbeż il-kapaċità teknika; |
22) |
“suq primarju” tfisser is-suq tal-kapaċità kummerċjata direttament mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni; |
23) |
“konġestjoni fiżika” tfisser sitwazzjoni fejn il-livell ta' talba għal kunsinni attwali f'xi ħin partikolari jaqbeż il-kapaċità teknika. |
2. Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/55/KE li huma relevanti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll bl-eċċezzjoni tad-definizzjoni ta' trasmissjoni fl-Artikolu 2, punt 3, tad-Direttiva 2003/55/KE.
Artikolu 3
Tariffi għal aċċess għan-networks
1. It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati biex jiġu kalkulati, applikati minn operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u approvati mill-awtoritajiet regolatorji skond l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2003/55/KE, kif ukoll it-tariffi pubblikati skond l-Artikolu 18(1) ta' dik id-Direttiva, għandhom ikunu trasparenti, iqisu l-ħtieġa għall-integrità tas-sistema u t-titjib tagħha u jirriflettu l-ispejjeż attwali magħmula filwaqt li jiżguraw inċentivi xierqa fir-rigward ta' effiċjenza, inkluż qliegħ xieraq fuq investimenti, u fejn hu xieraq għandu jiġi meqjus il-benchmarking ta' tariffi mill-awtoritajiet regulatorji. It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati biex jiġu kalkulati, għandhom jiġu applikati b'mod non-diskriminatorju.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t-tariffi jistgħu jiġu determinati wkoll permezz ta' arranġamenti bbażati fuq is-suq, bħal ma' huma rkantijiet, sakemm tali arranġamenti u l-qliegħ li jirriżulta minnhom huma approvati mill-awtorità regulatorja.
It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati biex jiġu kalkulati, għandhom jiffaċilitaw il-kummerċ effiċjenti tal-gass u l-kompetizzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jevitaw sussidji inkruċjati bejn utenti tan-network u jipprovdu inċentivi għal investiment u jżommu jew joħolqu interoperabilità għan-networks ta' trasmissjoni.
2. It-tariffi għal aċċess għan-network m' għandhomx jirrestrinġu l-likwidità tas-suq u lanqas iġibu distorsjoni tal-kummerċ bejn il-fruntieri ta' sistemi ta' trasmissjoni differenti. Fil-każ li differenzi fl-istrutturi tat-tariffi jew fil-mekkaniżmi ta' bilanċjar ifixklu l-kummerċ bejn sistemi ta' trasmissjoni, u minkejja l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2003/55/KE, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, ifittxu b'mod attiv il-konverġenza ta' l-istrutturi ta' tariffi u l-prinċipji ta' ħlas inkluż fir-rigward ta' bilanċjar.
Artikolu 4
Servizzi ta' Aċċess għal Terzi
1. Operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom:
(a) |
jiżguraw li joffru servizzi fuq bażi non-diskriminatorja lill-utenti kollha tan-network. B'mod partikolari, fejn operatur tas-sistema ta' trasmissjoni joffri l-istess servizz lil klijenti differenti, għandu jagħmel dan skond termini u kondizzjonijiet kontrattwali ekwivalenti, jew billi juża kuntratti ta' trasport armonizzati jew kodiċi ta' network approvati mill-awtorità kompetenti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/55/KE; |
(b) |
jipprovdu servizzi ta' aċċess lill-terzi li huma kemm kostanti kif ukoll li jistgħu jiġu interrotti. Il-prezz tal-kapaċità li tista' tiġi interrotta għandha tirrifletti l-probabbiltà ta' l-interruzzjoni; |
(ċ) |
joffru lill-utenti tan-network servizzi kemm għal perijodu fit-tul kif ukoll għal perijodu qasir. |
2. Il-kuntratti ta' trasport iffirmati b'dati ta' bidu li m' humiex standard jew iqsar minn kuntratt ta' trasport annwali standard m' għandhomx jirriżultaw f'tariffi li huma arbitrarjament iktar għoljin jew iktar baxxi u li ma jirriflettux il-valur tas-suq tas-servizz, skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3(1).
3. Fejn hu xieraq, servizzi ta' aċċess għal terzi jistgħu jingħataw, suġġett għal garanziji xierqa minn utenti tan-network fir-rigward ta' kemm tali utenti huma finanzjarjament affidabbli. Tali garanziji m' għandhomx jikkostitwixxu barrieri esaġerati għal dħul fis-suq u għandhom ikunu trasparenti, proporzjonati u non-diskriminatorji.
Artikolu 5
Prinċipji tal-mekkaniżmi ta' allokazzjoni tal-kapaċità u proċeduri ta' amministrazzjoni tal-konġestjoni
1. Il-kapaċità massima fil-punti kollha rilevanti msemmija fl-Artikolu 6(3) għandha tkun disponibbli għall-parteċipanti tas-suq, filwaqt li titqies l-integrità tas-sistema u l-operazzjoni effiċjenti tan-network.
2. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jimplimentaw u jippubblikaw mekkaniżmi ta' allokazzjoni tal-kapaċità non-diskriminatorji u trasparenti, li għandhom:
(a) |
jipprovdu sinjali ekonomiċi xierqa għal użu effiċjenti u massimu tal-kapaċità teknika u jiffaċilitaw investiment f'infrastruttura ġdida; |
(b) |
ikunu kompatibbli mal-mekkaniżmi tas-suq inkluż swieq lokali u ċentri ta' kummerċ filwaqt li jkunu flessibbli u kapaċi jadattaw għal ċirkustanzi tas-suq li jkunu qed jevolvu; |
(ċ) |
ikunu kompatibbli mas-sistemi ta' aċċess għan-network ta' l-Istati Membri. |
3. Meta l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jikkonkludu kuntratti ġodda ta' trasport jew jerġgħu jinnegozjaw kuntratti ta' trasport li diġà jeżistu, dawn il-kuntratti għandhom iqisu l-prinċipji segwenti:
(a) |
fl-eventwalità ta' konġestjoni kontrattwali, l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu joffri l-kapaċità mhux użata fis-suq primarju ta' l-inqas fuq bażi ta' jum bil-quddiem u li tista' tiġi interrotta, |
(b) |
utenti tan-network li jixtiequ ibigħu mill-ġdid jew jissullokaw il-kapaċità kuntrattata mhux użata fis-suq sekondarju għandhom ikunu intitolati li jagħmlu dan. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu notifikazzjoni jew informazzjoni dwar l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni minn utenti tan-network. |
4. Meta kapaċità kuntrattata skond kuntratti ta' trasport eżistenti tibqa' mhux użata u sseħħ konġestjoni kontrattwali, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom japplikaw paragrafu 3 sakemm dan ma jiksirx il-ħtiġijiet tal-kuntratti ta' trasport eżistenti. Fejn dan jikser il-kuntratti ta' trasport eżistenti, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jissottomettu talba lill-utent tan-network għall-użu fis-suq sekondarju tal-kapaċità mhux użata, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti, skond il-paragrafu 3.
5. Fl-eventwalità li tkun teżisti konġestjoni fiżika, mekkaniżmi ta' allokazzjoni tal-kapaċità li huma trasparenti u non-diskriminatorji għandhom jiġu applikati mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew, skond il-każ, mill-awtoritajiet regolatorji.
Artikolu 6
Ħtiġijiet ta' trasparenza
1. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi li joffru u l-kondizzjonijiet rilevanti applikati, flimkien ma' l-informazzjoni teknika meħtieġa mill-utenti tan-network biex ikunu jistgħu jiksbu aċċess effettiv għan-network.
2. Sabiex jiġu żgurati tariffi trasparenti, oġġettivi u non-diskriminatorji u biex jiġi faċilitat l-użu effiċjenti tan-network tal-gass, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jew l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata biżżejjed u b'mod raġonevoli dwar id-derivazzjoni, il-metodoloġija u l-istruttura tat-tariffi.
3. Għas-servizzi provduti, kull operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jippubblika informazzjoni dwar kapaċitajiet tekniċi, kuntrattati u disponibbli fuq bażi numerika għall-punti kollha rilevanti inkluż punti ta' dħul u ta' ħruġ fuq bażi perijodika u rikorrenti b'mod standardizzat li hu faċli biex jintuża.
4. Il-punti rilevanti ta' sistema ta' trasmissjoni li dwarhom trid tiġi pubblikata l-informazzjoni għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti wara konsultazzjoni ma' l-utenti tan-network.
5. Meta operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jikkunsidra li, minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità, mhux intitolat li jippubblika d-data kollha meħtieġa, għandu jfittex l-awtorizzazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti biex jillimita l-pubblikazzjoni fir-rigward tal-punt jew punti in kwistjoni.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu jew jirrifjutaw li jagħtu l-awtorizzazzjoni fuq bażi ta' każ b'każ, filwaqt li jqisu b'mod partikolari l-ħtieġa li tiġi rispettata l-kunfidenzjalità kummerċjali leġittima u l-għan li jinħoloq suq intern tal-gass kompetittiv. Jekk l-awtorizzazzjoni hija mogħtija, kapaċità disponibbli għandha tiġi pubblikata mingħajr ma tiġi indikata d-data numerika li tikser il-kunfidenzjalità.
L-ebda tali awtorizzazzjoni kif imsemmija f'dan il-paragrafu m' għandha tingħata fejn tliet utenti tan-network jew iżjed ikunu kkuntrattaw kapaċità fl-istess punt.
6. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom dejjem jikxfu l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament b'mod li jagħmel sens, li hu ċar b'mod kwantifikabbli u b'mod li hu faċilment aċċessibli u fuq bażi non-diskriminatorja.
Artikolu 7
Regoli ta' bilanċjar u ħlasijiet ta' żbilanċ
1. Regoli ta' bilanċjar għandhom jiġu mfassla b'mod ġust, non-diskriminatorju u trasparenti għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi. Ir-regoli ta' bilanċjar għandhom jirriflettu l-ħtiġijiet ġenwini tas-sistema filwaqt li jqisu r-riżorsi disponibbli għall-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni.
2. Fil-każ ta' sistemi ta' bilanċjar li m' humiex ibbażati fuq is-suq, il-livelli ta' tolleranza għandhom jiġu mfassla b'mod li jirrifletti l-bidla fl-istaġuni jew li jirriżulta f'livell ta' tolleranza ogħla minn dak li jirriżulta mill-bidla fl-istaġuni, u li jirrifletti l-kapaċitajiet tekniċi attwali tas-sistema ta' trasmissjoni. Il-livelli ta' tolleranza għandhom jirriflettu l-ħtiġijiet ġenwini tas-sistema filwaqt li jqisu r-riżorsi disponibbli għall-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni.
3. Piżijiet ta' żbilanċ għandhom jirriflettu b'mod wiesgħa l-ispejjeż, filwaqt li jipprovdu inċentivi xierqa għall-utenti tan-network biex jibbilanċjaw l-input u l-off-take tagħhom ta' gass. Għandhom jevitaw sussidjar inkruċjat bejn l-utenti tan-network u m'għandhomx ifixklu d-dħul ta' suġġetti ġodda fis-suq.
Kwalunkwe metodoloġija ta' kalkolazzjoni għal ħlasijiet ta' żbilanċ kif ukoll it-tariffi finali għandhom jiġu pubblikati mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni kif xieraq.
4. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jistgħu jimponu ħlasijiet ta' penali fuq utenti tan-network li l-input u l-off-take tagħhom mis-sistema ta' trasmissjoni mhumiex f'bilanċ skond ir-regoli ta' bilanċjar imsemmija fil-paragrafu 1.
5. Ħlasijiet ta' penali li jaqbżu l-ispejjeż ta' bilanċjar attwali magħmula għandhom jiġu meqjusa meta jkunu qed jiġu kalkolati t-tariffi b'mod li ma jnaqqasx l-interess fil-bilanċjar u għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti.
6. Sabiex ikun possibli għall-utenti tan-network li jieħdu azzjoni korrettiva fil-ħin, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jipprovdu informazzjoni on-line li hija biżżejjed, affidabbli u provduta f'waqtha dwar l-istatus tal-bilanċjar ta' l-utenti tan-network. Il-livell ta' informazzjoni provduta għandu jirrifletti l-livell ta' informazzjoni disponibbli għall-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni. Fejn jeżistu, ħlasijiet għall-forniment ta' tali informazzjoni għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jiġu pubblikati mill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jistinkaw biex jarmonizzaw reġimi ta' bilanċjar u jirrazzjonalizzaw l-istrutturi u l-livelli ta' ħlasijiet ta' bilanċjar sabiex jiġi faċilitat il-kummerċ fil-gass.
Artikolu 8
Il-kummerċ ta' drittijiet tal-kapaċità
Kull operatur tas-sistema ta' trasmissjoni għandu jieħu passi raġonevoli biex jippermetti l-kummerċ ħieles ta' drittijiet tal-kapaċità u sabiex jiffaċilita dan il-kummerċ. Kull tali operatur għandu jiżviluppa kuntratti ta' trasport armonizzati u proċeduri dwar is-suq primarju biex jiġi faċilitat il-kummerċ sekondarju tal-kapaċità u jiġi rikonoxxut it-trasferiment tad-drittijiet primarji tal-kapaċità meta jkun notifikat minn utenti tan-network. Il-kuntratti armonizzati ta' trasport u l-proċeduri għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet regolatorji.
Artikolu 9
Linji Gwida
1. Fejn hu xieraq, Linji Gwida li jipprovdu l-grad minimu ta' armonizzazzjoni li hu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta' dan ir-Regolament għandhom jispeċifikaw:
(a) |
id-dettalji ta' servizzi ta' aċċess għal terzi nkluż il-karattru, it-tul ta' żmien u ħtiġijiet oħra ta' dawn is-servizzi, skond l-Artikolu 4; |
(b) |
id-dettalji tal-prinċipji li huma l-bażi tal-mekkaniżmi ta' allokazzjoni tal-kapaċità u dwar l-applikazzjoni ta' proċeduri ta' amministrazzjoni ta' konġestjoni f'każ ta' konġestjoni kontrattwali, skond l-Artikolu 5; |
(ċ) |
id-dettalji dwar id-definizzjoni ta' l-informazzjoni teknika meħtieġa għall-utenti tan-network biex jiksbu aċċess effettiv għas-sistema u d-definizzjoni tal-punti kollha rilevanti għall-ħtiġijiet ta' trasparenza, inkluż l-informazzjoni li trid tiġi pubblikata fil-punti kollha rilevanti u l-iskeda tal-ħin skond liema din l-informazzjoni għandha tiġi pubblikata, skond l-Artikolu 6. |
2. Linji Gwida dwar il-kwistjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness. Jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni; dan għandu jsir skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).
3. L-applikazzjoni u l-emenda tal-Linji Gwida adottati skond dan ir-Regolament għandhom jirriflettu differenzi bejn sistemi tal-gass nazzjonali, u għalhekk m' għandhomx jeħtieġu termini u kondizzjonijiet uniformi u dettaljati ta' aċċess għal terzi fuq il-livell Komunitarju. Jistgħu, madankollu, jistabbilixxu ħtiġijiet minimi li jridu jintlaħqu biex jinkisbu kondizzjonijiet trasparenti u non-diskriminatorji għal aċċess għan-network li huma meħtieġa għal suq intern tal-gass, li jistgħu mbagħad jiġu applikati fid-dawl ta' differenzi bejn sistemi tal-gass nazzjonali.
Artikolu 10
Awtoritajiet regolatorji
Fit-twettiq tar-responsabbilitajiet tagħhom skond dan ir-Regolament, l-awtoritajiet regolatorji ta' l-Istati Membri stabbiliti skond l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/55/KE għandhom jiżguraw konformità ma' dan ir-Regolament u l-Linji Gwida adottati skond l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament.
Fejn hu xieraq għandhom jikkoperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni.
Artikolu 11
Forniment ta' informazzjoni
L-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-għanijiet ta' l-Artikolu 9.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien raġonevoli li fih għandha tiġi provduta l-informazzjoni, filwaqt li tqis il-komplessità ta' l-informazzjoni meħtieġa u l-urġenza li biha hi meħtieġa l-informazzjoni.
Artikolu 12
Id-dritt ta' Stati Membri li jdaħħlu miżuri aktar dettaljati
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' l-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu miżuri li fihom dispożizzjonijiet iktar dettaljati minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-Linji Gwida msemmija fl-Artikolu 9.
Artikolu 13
Pieni
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa' mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2006 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.
2. Pieni previsti skond il-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu ta' natura tal-liġi kriminali.
Artikolu 14
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2003/55/KE.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tlett xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
Artikolu 15
Rapport tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fir-rapport tagħha skond l-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 2003/55/KE, il-Kummissjoni għandha tirraporta wkoll dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari r-rapport għandu jeżamina sa liema punt ir-Regolament kellu suċċess li jiżgura kondizzjonijiet għal aċċess għan-network li mhumiex diskriminatorji u li jirriflettu l-ispejjeż biex b'hekk networks ta' trasmissjoni tal-gass jikkontribwixxu għall-għażla tal-klijent f'suq intern li jaħdem tajjeb u għas-sigurtà ta' forniment għal perijodu fit-tul. Jekk meħtieġ, ir-rapport għandu jkollu miegħu proposti u/jew rakkomandazzjonijiet xierqa.
Artikolu 16
Derogi u eżenzjonijiet
Dan ir-Regolament m' għandux japplika għal:
(a) |
sistemi ta' trasmissjoni ta' gass naturali li jinstabu fi Stati Membri waqt li jkunu fis-seħħ id-derogi mogħtija skond l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2003/55/KE; Stati Membri li ġew mogħtija derogi skond l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2003/55/KE jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni għal deroga temporanja mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn mid-data li fiha tiskadi d-deroga msemmija f' dan il-punt; |
(b) |
Interkonnetturi bejn Stati Membri u żidiet sinifikattivi tal-kapaċità f'infrastrutturi li diġà jeżistu u modifikazzjonijiet ta' tali infrastrutturi li jippermettu l-iżvilupp ta' sorsi ġodda ta' forniment ta' gass kif imsemmi fl-Artikolu 22(1) u (2) tad-Direttiva 2003/55/KE li huma eżentati mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 18, 19, 20 u 25(2), (3) u (4) ta' dik id-Direttiva sakemm huma eżentati mid-dispożizzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu; jew |
(ċ) |
sistemi ta' trasmissjoni ta' gass naturali li ġew mogħtija derogi skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/55/KE. |
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2006 bl-eċċezzjoni tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 9(2), li għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' April 2004 (ĠU C 104E, 30.4.2004) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-...
(2) ĠU L 176,15.7.2003, p. 57.
(3) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
ANNESS
LINJI GWIDA DWAR
1. |
SERVIZZI TA' AĊĊESS GĦAL TERZI |
2. |
PRINĊIPJI LI HUMA L-BAŻI TAL-MEKKANIŻMI TA' ALLOKAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ, IL-PROĊEDURI TA' AMMINISTRAZZJONI TAL-KONĠESTJONI U L-APPLIKAZZJONI TAGĦHOM F'KAŻ TA' KONĠESTJONI KONTRATTWALI, U |
3. |
DEFINIZZJONI TA' L-INFORMAZZJONI TEKNIKA MEĦTIEĠA MILL-UTENTI TAN-NETWORK BIEX JIKSBU AĊĊESS EFFETTIV GĦAS-SISTEMA, ID-DEFINIZZJONI TAL-PUNTI KOLLHA RILEVANTI GĦAL ĦTIĠIJIET TA' TRASPARENZA U L-INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PUBBLIKATA FIL-PUNTI KOLLHA RILEVANTI U L-ISKEDA TAL-ĦIN SKOND LIEMA DIN L-INFORMAZZJONI GĦANDHA TIĠI PUBBLIKATA |
1. SERVIZZI TA' AĊĊESS GĦAL TERZI
(1) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom joffru servizzi kostanti u li jistgħu jiġu interrotti sa' perijodu minimu ta' jum. |
(2) |
Il-kuntratti ta' trasport armonizzati u l-kodiċi komuni tan-network għandhom jiġu mfassla b'mod li jiffaċilita l-kummerċ u l-użu mill-ġdid tal-kapaċità kuntrattata minn utenti tan-network mingħajr ma jiġi mfixkel il-ħrug tal-kapaċità. |
(3) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jiżviluppaw kodiċi tan-network u kuntratti armonizzati wara konsultazzjoni tajba ma' l-utenti tan-network. |
(4) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jimplimentaw proċeduri standardizzati ta' nominazzjoni u nominazzjoni mill-ġdid, ladarba jkun sar qbil dwarhom fl-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinazzjoni ta' l-Iskambju ta' Enerġija mill-Gass (EASEE-gas). Għandhom jiżviluppaw sistemi ta' informazzjoni u mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi biex jipprovdu informazzjoni adegwata lill-utenti tan-network u biex jissimplifikaw transazzjonijiet, bħal ma huma nominazzjonijiet, kuntrattar tal-kapaċità u trasferiment ta' drittijiet tal-kapaċità bejn l-utenti tan-network. |
(5) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jarmonizzaw il-proċeduri ta' rikjesti formalizzati u ħinijiet ta' rispons skond l-aħjar prattika fl-industrija bil-għan li jiġu minimizzati l-ħinijiet ta' rispons. Għandhom jipprovdu għal sistemi on-line ta' prenotazzjoni u konfermar tal-kapaċità proċeduri ta' nominazzjonijiet u nominazzjonijiet mill-ġdid sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2006 jekk tali proċeduri ġew miftehma fil-EASEE-gas. |
(6) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni ma għandhomx b'mod separat jitolbu ħlas minn utenti tan-network għal talbiet għal informazzjoni u transazzjonijiet assoċjati mal-kuntratt tagħhom ta' trasport u li jiġu mwettqa skond regoli u proċeduri standard. |
(7) |
Għal talbiet għal informazzjoni li jeħtieġu spiżi straordinarji jew eċċessivi, bħal ma huma studji ta' feasibility, jista' jintalab ħlas separat, sakemm il-ħlasijiet jistgħu jiġu sostanzjati kif għandu jkun. |
(8) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jikkooperaw ma' operaturi oħra tas-sistema ta' trasmissjoni fil-koordinazzjoni tal-manutenzjoni tan-networks rispettivi tagħhom sabiex jimminimizzaw kwalunkwe tfixkil tas-servizzi ta' trasmissjoni għall-utenti tan-network u għall-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni f'oqsma oħra u sabiex jiġu żgurati benefiċċji ugwali fir-rigward tas-sigurtà ta' forniment inkluż fir-rigward ta' tranżitu. |
(9) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jippubblikaw minn ta' l-inqas darba fis-sena, sa terminu ta' żmien determinat minn qabel, il-perijodi kollha ta' manutenzjoni ippjanati li jistgħu jaffettwaw id-drittijiet ta' l-utenti tan-network minn kuntratti ta' trasport u l-informazzjoni operazzjonali korrispondenti b'avviż adegwat minn qabel. Dan għandu jinkludi l-ippubblikar f'waqtu u fuq bażi non-diskriminatorja ta' kwalunkwe tibdil fil-perijodi ta' manutenzjoni ippjanati, u n-notifika ta' manutenzjoni li ma kinetx ippjanata, hekk kif dik l-informazzjoni issir disponibbli għall-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni. Matul perijodi ta' manutenzjoni, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jippubblikaw informazzjoni aġġornata regolarment dwar id-dettalji tal-manutenzjoni, kemm hu mistenni li ddum u x'effett ser ikollha. |
(10) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom, fuq talba, iżommu ġurnal ta' kuljum dwar il-manutenzjoni attwali u tfixkil tal-kurrent li jkunu seħħu u jqegħduh għad-dispożizzjoni ta' l-awtorità kompetenti. Fuq talba, l-informazzjoni għandha titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni ta' dawk milquta minn kwalunkwe tfixkil. |
2. PRINĊIPJI LI HUMA L-BAŻI TAL-MEKKANIŻMI TA' ALLOKAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ, L-PROĊEDURI TA' AMMINISTRAZZJONI TAL-KONĠESTJONI U L-APPLIKAZZJONI TAGĦHOM F'KAŻ TA' KONĠESTJONI KONTRATTWALI
2.1. Il-prinċipji li huma l-bażi tal-mekkaniżmi ta' allokazzjoni ta' kapaċità u proċeduri ta' amministrazzjoni tal-konġestjoni
(1) |
Il-mekkaniżmi ta' allokazzjoni tal-kapaċità u l-proċeduri ta' amministrazzjoni tal-konġestjoni għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tal-kompetizzjoni u kummerċ likwidu tal-kapaċità u għandhom ikunu kompatibbli mal-mekkaniżmi tas-suq, inkluż swieq lokali u ċentri ta' kummerċ. Għandhom ikunu flessibli u kapaċi jadattaw għal ċirkustanzi tas-suq li jkunu qed jevolvu. |
(2) |
Dawn il-mekkaniżmi u proċeduri għandhom iqisu l-integrità tas-sistema konċernata kif ukoll is-sigurtà tal-provvista. |
(3) |
Dawn il-mekkaniżmi u proċeduri la għandhom ifixklu d-dħul ta' parteċipanti ġodda fis-suq u lanqas ma għandhom joħolqu xkiel żejjed għad-dħul fis-suq. Ma għandhomx iwaqqfu parteċipanti tas-suq, inkluż suġġetti ġodda u kumpanniji b'sehem żgħir fis-suq, milli jikkompetu b'mod effettiv. |
(4) |
Dawn il-mekkaniżmi u proċeduri għandhom jipprovdu sinjali ekonomiċi xierqa għall-użu effiċjenti u massimu tal-kapaċità teknika u jiffaċilitaw investiment f'infrastruttura ġdida. |
(5) |
L-utenti tan-network għandhom jiġu avżati dwar it-tip ta' ċirkustanza li tista' taffettwa d-disponibbilità tal-kapaċità kuntrattata. Informazzjoni dwar interruzzjoni għandha tirrifletti l-livell ta' informazzjoni disponibbli għall-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni. |
(6) |
F'każ li minħabba raġunijiet ta' l-integrità tas-sistema jkun hemm diffikultajiet fit-twettiq ta' l-obbligi kontrattwali ta' kunsinna, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom javżaw lill-utenti tan-network u jfittxu mingħajr dewmien soluzzjoni non-diskriminatorja. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jikkonsultaw ma' l-utenti tan-network dwar proċeduri qabel l-implimentazzjoni tagħhom u jiftehmu dwarhom ma' l-awtorità regulatorja. |
2.2. Proċeduri ta' amministrazzjoni ta' konġestjoni f'każ ta' konġestjoni kontrattwali
(1) |
Fl-eventwalità li l-kapaċità kuntrattata ma tintużax, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom ipoġġu din il-kapaċità disponibbli fis-suq primarju fuq bażi li tista' tiġi interrotta permezz ta' kuntratti b'validitajiet differenti, sakemm din il-kapaċita' ma tkunx offruta mill-utent rilevanti tan-network fis-suq sekondarju bi prezz raġonevoli; |
(2) |
Qliegħ minn kapaċità meħlusa li tista' tiġi interrotta għandu jinqasam skond regoli stabbiliti jew approvati mill-awtorità regolatorja rilevanti. Dawn ir-regoli għandhom ikunu kompatibbli mal-ħtieġa ta' użu effettiv u effiċjenti tas-sistema. |
(3) |
Prezz raġonevoli għall-kapaċità meħlusa li tista' tiġi interrotta jista' jiġi determinat mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti filwaqt li jqisu ċ-ċirkustanzi speċifiċi eżistenti. |
(4) |
Fejn hu xieraq, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex joffru lis-suq mill-inqas partijiet mill-kapaċità mhux użata bħala kapaċità kostanti. |
3. DEFINIZZJONI TA' L-INFORMAZZJONI TEKNIKA MEĦTIEĠA MILL-UTENTI TAN-NETWORK BIEX JIKSBU AĊĊESS EFFETTIV GĦAS-SISTEMA, D-DEFINIZZJONI TAL-PUNTI KOLLHA RILEVANTI GĦAL ĦTIĠIJIET TA' TRASPARENZA, U L-INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PUBBLIKATA FIL-PUNTI KOLLHA RILEVANTI U L-ISKEDA TAL-ĦIN SKOND LIEMA DIN L-INFORMAZZJONI GĦANDHA TIĠI PUBBLIKATA
3.1. Definizzjoni ta' l-informazzjoni teknika meħtieġa mill-utenti tan-network biex jiksbu aċċess effettiv għas-sistema
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom minn ta' l-inqas jippubblikaw l-informazzjoni segwenti dwar is-sistemi u s-servizzi tagħhom:
(a) |
deskrizzjoni dettaljata u komprensiva tas-servizzi differenti offruti u l-prezz tagħhom; |
(b) |
it-tipi differenti ta' kuntratti ta' trasport disponibbli għal dawn is-servizzi u skond kif japplika, il-kodiċi tan-network u/jew il-kondizzjonijiet standard li jispjegaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet għall-utenti kollha tan-network, inkluż kuntratti ta' trasport armonizzati u dokumenti rilevanti oħra; |
(ċ) |
il-proċeduri armonizzati applikati meta tkun qed tintuża s-sistema ta' trasmissjoni inkluż id-definizzjoni ta' termini kjavi; |
(d) |
dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-amministrazzjoni tal-konġestjoni u l-proċeduri ta' użu mill-ġdid u proċeduri ta' kontra l-ħażna; |
(e) |
ir-regoli applikabbli għall-kummerċ tal-kapaċità fis-suq sekondarju vis-à-vis l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni; |
(f) |
fejn ikun applikabbli, il-livelli ta' flessibilità u tolleranza inklużi fit-trasport u servizzi oħra mingħajr ħlas separat, kif ukoll kwalunkwe flessibilità offruta flimkien ma' dan u l-ħlasijiet korrispondenti; |
(g) |
deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-gass ta' l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni li tindika l-punti kollha rilevanti li jagħqdu s-sistema tiegħu ma' dik ta' operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni oħrajn u/jew infrastrutturi tal-gass bħal ma hu l-gass naturali likwidifikat (LNG) u infrastruttura meħtieġa biex jiġu provduti servizzi anċillari kif definit fl-Artikolu 2(14) tad-Direttiva 2003/55/KE; |
(h) |
informazzjoni dwar il-kwalità tal-gass u l-ħtiġijiet ta' pressjoni; |
(i) |
ir-regoli applikabbli għal konnessjoni mas-sistema mħaddma mill-operatur tas-sistema tat-trasport; |
(j) |
kwalunkwe informazzjoni f'waqtha dwar tibdiliet proposti u/jew tibdiliet attwali għas-servizzi jew il-kondizzjonijiet, inkluż il-partiti mniżżla fil-punti (a) sa (i). |
3.2. Definizzjoni tal-punti kollha rilevanti għal ħtiġijiet ta' trasparenza
Il-punti rilevanti għandhom jinkludu minn ta' l-inqas:
(a) |
il-punti kollha ta' dħul f'network imħaddem minn operatur tas-sistema ta' trasmissjoni; |
(b) |
l-iktar punti ta' ħruġ importanti u żoni ta' ħruġ li jkopru minn ta' l-inqas 50 % tal-kapaċità totali ta' ħruġ tan-network ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni partikolari, inkluż il-punti kollha ta' ħruġ jew żoni ta' ħruġ li jkopru iktar minn 2 % tal-kapaċita totali ta' ħruġ tan-network; |
(ċ) |
ll-punti kollha li jagħqdu n-networks differenti ta' operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni; |
(d) |
il-punti kollha li jgħaqqdu n-network ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni ma' terminal LNG; |
(e) |
il-punti kollha essenzjali fin-network ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni partikolari inkluż il-punti li jgħaqqdu mal-hubs tal-gass. Huma kunsidrati essenzjali l-punti kollha li, mill-esperjenza, hemm probabbiltà li jesperjenzaw konġestjoni fiżika; |
(f) |
il-punti kollha li jgħaqqdu n-network ta' operatur tas-sistema ta' trasmissjoni partikolari ma' infrastruttura meħtieġa biex jiġu provduti servizzi anċillari kif definit mill-Artikolu 2(14) tad-Direttiva 2003/55/KE. |
3.3. Informazzjoni li trid tiġi pubblikata fil-punti kollha rilevanti u l-iskeda tal-ħin skond liema din l-informazzjoni għandha tiġi pubblikata
(1) |
Fil-punti kollha rilevanti, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jippubblikaw fuq l-Internet, sa perijodi ta' kuljum u fuq bażi perijodika/rikorrenti u b'mod standardizzat li hu faċli biex jintuża, l-informazzjoni segwenti dwar is-sitwazzjoni tal-kapaċità:
|
(2) |
Għall-punti kollha rilevanti, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jippubblikaw kapaċitajiet disponibbli għal perijodu ta' mill-inqas 18-il xahar minn qabel u għandhom jaġġornaw din l-informazzjoni minn ta' l-inqas kull xahar jew iktar ta' spiss, jekk ssir disponibbli informazzjoni ġdida. |
(3) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jippubblikaw ta' kuljum aġġornamenti tad-disponibbiltà ta' servizzi għal perijodu qasir (minn jum qabel u minn ġimgħa qabel) ibbażati, inter alia, fuq nomini, impenni kontrattwali fis-seħħ u previżjonijiet regolari fuq perijodu fit-tul ta' kapaċitajiet disponibbli fuq bażi annwali sa10 snin għall-punti kollha rilevanti. |
(4) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jippubblikaw, fuq bazi rikorrenti, ir-rati storiċi, minimi u massimi, ta' użu ta' kull xahar ta' kapaċità u l-kurrenti medji annwali fil-punti kollha rilevanti għall-aħħar tlett snin. |
(5) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom iżommu ġurnal ta' kuljum ta' kurrenti aggregati attwali għal mill-inqas tlett snin. |
(6) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom iżommu rekords effettivi tal-kuntratti kollha tal-kapaċità u l-informazzjoni oħra kollha rilevanti fir-rigward tal-kalkolu u l-provvediment ta' aċċess għal kapaċitajiet disponibbli, li għalihom l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom aċċess biex iwettqu d-doveri tagħhom. |
(7) |
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jipprovdu strumenti li huma faċli biex jintużaw għal kalkolu ta' tariffi għas-servizzi disponibbli u għall-verifikazzjoni on-line tal-kapaċità disponibbli. |
(8) |
Fejn l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni mhumiex f'pożizzjoni li jippubblikaw informazzjoni skond il-paragrafi 1, 3 u 7, għandhom jikkonsultaw ma' l-awtoritajiet rilevanti tagħhom u jistabbilixxu Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006. |
DIKJARAZZJONI TAR-REĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
1. |
Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet għal aċċess għar-retikolati tat-trasmissjoni ta' gass ibbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE. |
2. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni tiegħu fit-2 ta' Ġunju 2004. |
3. |
Il-Parlament Ewropew adotta l-Opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fl-20 ta' April 2004, li tapprova 41 emenda. Il-Kummissjoni mhux ser tippreżenta proposta modifikata. |
4. |
Fit-12 ta' Novembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat. |
II. L-GĦAN TAL-PROPOSTA
Il-proposta timmira lejn il-kompletament tad-Direttiva dwar is-Suq Intern tal-Gass (2003/55/KE) adottata s-sena l-oħra billi tistabbilixxi regoli ġusti u dettaljati għall-aċċess ta' partijiet terzi għar-retikolati ta' trasmissjoni ta' gass ta' Stati Membri, b'kont meħud ta' l-aspetti speċifiċi tas-swieq nazzjonali u reġjonali. Tista' tiġi kkunsidrata bħala parallela għar-Regolament (KE) 1228/2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għar-retikolat għal skambji transfruntiera ta' elettriku, adottati bħala parti mill-pakkett tas-suq intern. Il-proposta tibni fuq sett ta' linji gwida li fuqhom kien hemm qbil fuq bażi volontarja mill-Forum Regolatorju Ewropew dwar il-Gass (il-Forum ta' Madrid) li sejrin isiru obbligatorji permezz tar-Regolament propost.
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI
1. RIMARKI ĠENERALI
(a) |
Dwar il-41 emenda tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill segwa l-Kummissjoni billi
Il-Kunsill aċċetta impliċitament ukoll l-emenda 33. |
(b) |
Dwar il-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill introduċa ċerti modifiki oħra (ta' sustanza u/jew ta' forma) li huma riflessi hawn taħt. |
Il-bidliet kollha li l-Kunsill introduċa fil-proposta tal-Kummissjoni ġew aċċettati mill-Kummissjoni.
2. RIMARKI SPEĊIFIĊI
(a) |
Il-bidliet prinċipali introdotti mill-Kunsill fl-abbozz tar-Regolament huma dwar il-Linji Gwida msemmija fl-Artikolu 9 li l-firxa tagħhom ġiet imnaqqsa mill-Kunsill; b'mod partikolari giet imħassra mill-proposta tal-Kummissjoni l-possibbiltá tal-Kummissjoni li tadotta Linji Gwida ġodda permezz tal-proċedura tal-kumitat, u b'hekk tħalliet għall-Kummissjoni l-kompetenza li temenda l-Linji Gwida stabbiliti fl-Anness ta' l-abbozz tar-Regolament; dawn il-Linji Gwida jikkonċernaw servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi, il-prinċipji ta' mekkaniżmi ta' allokazzjoni ta' kapaċità u ta' proċeduri ta' l-immaniġġar ta' konġestjoni, u ħtiġijiet ta' trasparenza. Il-Kunsill introduċa ukoll paragrafu addizzjonali għall-Artikolu 9 fejn hu ċċarat li d-differenzi bejn sistemi ta' gass nazzjonali għandhom ikunu riflessi fil-Linji Gwida u fl-applikazzjoni tagħhom u f'emendi futuri. Barra minn hekk, il-Kunsill introduċa Artikolu ġdid (Artikolu 16) li jikkonferma li d-derogi rilevanti u l-eżenzjonijiet mogħtija taħt id-Direttiva 2003/55/KE japplikaw ukoll għal dan ir-Regolamant. Il-Kunsill biddel ukoll id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament mill-1 ta' Lulju 2005 sa l-1 ta' Lulju 2006 barra l-Artikolu 9(2) li għalih d-data ta' applikazzjoni hija l-1 ta' Jannar 2007 (Artikolu 17). |
(b) |
Bidliet oħra jikkonċernaw b'mod partikolari
|
IV. KONKLUŻJONIJIET
Il-Kunsill jemmen li l-pożizzjoni komuni tissodisfa b'mod estiż is-sustanza tal-parti l-kbira tax-xewqat espressi mill-Parlament Ewropew, u li ser tikkontribwixxi għall-kisba u l-funzjonament korrett tas-suq intern tal-gass.