52004PC0273

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE u d-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE {SEK(2004)443} /* KUMM/2004/0273 finali - COD 2004/0097 */


Brussel 21.4.2004

KUMM(2004) 273 finali

2004/0097 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE u d-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE

{SEK(2004)443}

(preżentata mill-Kummissjoni)

1. KUMMENTI ĠENERALI [1]

SUQ FINANZJARJU wieħed fl-UE se jkun fattur ewlieni fil-promozzjoni tal-kompetittività ta’ l-ekonomija Ewropea u biex jitbaxxew l-ispejjeż kapitali għall-kumpaniji. Suq integrat, regolat b’mod xieraq u mmexxi bi prudenza , jagħti benefiċċji kbar lill-konsumaturi u lill-parteċipanti l-oħrajn fis-suq, permezz ta’ sigurtà akbar kontra n-nuqqasijiet istituzzjonali. Il-mezz biex jinkiseb dan is-suq integrat huwa l-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji ħabbar proposta għal direttiva dwar is-sorveljanza tar-riassigurazzjoni fil-bidu ta’ l-2004.

Ir-riassigurazzjoni hija trasferiment strutturat tar-riskju bejn intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u kumpanija tar-riassigurazzjoni. Ir-riassigurazzjoni twettaq dawn il-funzjonijiet li ġejjin għal kumpanija ta’ l-assigurazzjoni: tnaqqis ta’ riskji tekniċi, trasferiment permanenti ta’ riskji tekniċi lir-riassiguratur, żjieda ta’ l-omoġeneità tal-portafoll ta’ l-assigurazzjoni, tnaqqis tal-volatilità tar-riżultati tekniċi, sostituzzjoni għall-kapital/fondi tal-kumpanija stess, provvista ta’ fondi għal skopijiet ta’ iffinanzjar u fornitura ta’ proviżjon ta’ servizz.

Minkejja l-konnessjoni ovvja tagħha man-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta, hemm xi karatteristiċi speċifiċi tar-riassigurazzjoni li ta’ min jenfasizza. M’hemm ebda relazzjoni kuntrattwali diretta bejn ir-riassiguratur u l-assigurat oriġinali, u d-detenturi tal-polzi normalment m’għandhom ebda priorità fuq l-assi tar-riassiguratur biex ikopru t-talbiet tagħhom. Barra minn hekk, ir-riassigurazzjoni hija attività ta’ negozju bejn partijiet professjonali. In-negozju tar-riassigurazzjoni huwa aktar internazzjonali u għandu livelli ogħla ta’ diversità fejn jidħlu l-ġeografija u l-kombinazzjonijiet ta’ linji assigurati min-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta.

Is-settur tar-riassigurazzjoni għandu rwol ewlieni fl-ekonomija billi jipprovdi kopertura sħiħa tar-riskji kollha għar-riskji assunti mill-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Filwaqt li l-livell medju ta’ ċessjoni fl-UE huwa x’aktarx baxx (i.e. xi 10% tal-primjums kollha ta’ l-assigurazzjoni huma riassigurati), il-livell ta’ ċessjoni huwa relattivament għoli għal xi attivitajiet (i.e. bħala medja, 18% għall-primjums ta’ l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja huma riassigurati, meta mqabbla ma’ medja ta’ 3% għall-primjums ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja). Minbarra li jassiguraw lill-assiguraturi, ir-riassiguraturi huma wkoll intermedjarji finanzjarji u investituri istituzzjonali ewlenin u l-assi finanzjarji tar-riassiguraturi rrappreżentaw 1% tas-suq globali tas-sigurtajiet fl-2001[2]. Għalhekk, l-istabbilità tas-settur tar-riassigurazzjoni mhix biss vitali għas-settur ta’ l-assigurazzjoni b’mod ġenerali, iżda wkoll għandha implikazzjonijiet importanti għas-sistema finanzjarja meħuda kollha flimkien.

L-evidenza reċenti dwar diffikultajiet finanzjarji fost ir-riassiguraturi iffokat l-attenzjoni fuq il-livell u n-natura tar-riskju assunt fis-settur. Ir-riassiguraturi jiffaċċjaw żewġ riskji minbarra dawk iffaċċjati mill-assiguraturi ewlenin. L-ewwel, normalment huma esposti għal aktar volatilità fir-riżultati finanzjarji tagħhom minħabba li jipproteġu s-suq primarju fiż-żmien ta’ l-akbar bżonn bħalma jiġri f’każ ta’ riskji ġejjin minn katastrofi. B’konsegwenza ta’ dan ir-riskju, hemm bżonn li jżommu livelli relattivament għoljin ta’ kapitalizzazzjoni. It-tieni, jistgħu jiġu msejħa biex jagħtu appoġġ għal sussidjarji li qed ifallu, minħabba li huma spiss il-kumpanija parent li tkun fil-kummerċ u li tinsab fuq nett fi struttura ta’ grupp. Minkejja dawn ir-riskji addizzjonali, ir-riassiguraturi joperaw f’suq globali fejn l-attivitajiet tagħhom ħafna drabi mhumiex soġġetti għal superviżjoni prudenzjali jew ir-reġim huwa eħfef minn dak li jgħodd għall-assiguraturi primarji. Barra minn dan, m’hemm ebda qafas globali għas-sorveljanza tar-riassigurazzjoni. Din is-sitwazzjoni qajmet ansjetà dwar riskji potenzjali fl-industrija tar-riassigurazzjoni. Min-naħa l-oħra, ir-riassiguraturi jistgħu jibbenefikaw minn effetti sinifikanti ta’ diversifikazzjoni ġeografika u settorali f’livell akbar mill-kumpaniji diretti.

Ir-riassigurazzjoni hija industrija li fil-biċċa l-kbira tagħha hija internazzjonali b’numru limitat ta’ kumpaniji kbar. Fl-2002, il-primjum totali tar-riassigurazzjoni ta’ l-40 akbar gruppi tar-riassigurazzjoni ammonta għal USD 138 601 200 000, li minnhom USD 58 544 000 000 ġew minn riassiguraturi fl-UE[3]. Fl-UE, il-Ġermanja għandha pożizzjoni dominanti b’kumpaniji bħal Munich Re, Hannover Re u Allianz Re. Lloyd's hija l-akbar kumpanija li tissottiskrivi r-riassigurazzjoni fir-Renju Unit, u SCOR flimkien ma’ Axa Re huma l-akbar riassiguraturi Franċiżi.

1) Il-ħtieġa għal qafas legali Ewropew għas-sorveljanza tar-riassigurazzjoni

Bħalissa m’hemm ebda regoli armoniżżati dwar ir-riassigurazzjoni fl-UE. In-nuqqas ta’ qafas regolatorju ta’ l-UE għar-riassigurazzjoni irriżulta f’differenzi sinifikanti fil-livell ta’ sorveljanza ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni fl-UE. Ir-regoli nazzjonali differenti ħolqu nuqqas ta’ ċertezza għal kumpaniji ta’ assigurazzjoni diretta (u d-detenturi tal-poloz tagħhom), ostakoli għall-kummerċ fis-suq intern, piż amministrattiv u spejjeż kif ukoll dgħajjfu il-pożizzjoni ta’ l-UE f’negozjati internazzjonali tal-kummerċ:

In-nuqqas ta’ ċertezza għal intrapriżi ta’ assigurazzjoni diretta (u d-detenturi tal-poloz tagħhom): Ir-reġimi differenti tas-sorveljanza tar-riassigurazzjoni fl-UE rriżultaw f’diffikultajiet akbar għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni diretta biex jagħżlu lir-riassiguraturi tagħhom b’mod prudenti u li bih l-ispiża tkun effikaċi. L-għażla ta’ riassiguraturi hija ta’ importanza deċiżiva għal kumpanija ta’ l-assigurazzjoni, u tista’ wkoll taffettwa l-abbiltà tal-kumpanija li tħallas it-talbiet għall-indennizz lid-detenturi tal-poloz.

L-ostakoli għall-kummerċ: Xi pajjiżi fl-UE jużaw sistemi fejn l-assi tar-riassiguratur jiġu mirhuna (kollateralizzati) sabiex ikopru il-proviżjonijiet fuq talbiet pendenti għall-indennizz. Dan jagħmilha aktar diffiċli biex l-amministrazzjoni ta’ l-investiment isir bl-aqwa mod, u għalhekk jirriżulta fi spejjeż tal-ħidma ogħla għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni. Dan fil-fatt jista’ jżid il-prezz li jitlob ir-riassiguratur talli jieħu fuqu r-riskji mingħand il-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni diretta. Il-kumpaniji tar-riassigurazzjoni jistgħu wkoll jiddeċiedu ma jkunux attivi fi swieq li jitolbu li tinżamm garanzija, u għalhekk id-disponibilità tal-protezzjoni tar-riassigurazzjoni tkun aktar ristretta.

Il-piż amministrattiv: Fl-UE, il- Comité Européen des Assurances (CEA) u l-OECD identifikaw x’impedimenti amministrattivi hemm biex servizzi ta’ riassigurazzjoni jkunu jistgħu jingħataw minn naħa għal oħra tal-fruntieri nazzjonali. In-nuqqas ta’ għarfien reċiproku bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza fl-UE fir-riassigurazzjoni f’xi każijiet ifisser li intrapriżi tar-riassigurazzjoni huma suġġetti għal regoli ta’ sorveljanza differenti f’bosta Stati Membri. Għal kumpaniji tar-riassigurazzjoni, dan jista’ jwassal għal xogħol doppju sinifikanti u aktar piżijiet amministrattivi. Eżempji ta’ miżuri amministrattivi ta’ piż huma l-bosta verifiki li l-persuna hija xierqa u idonea magħmula dwar l-ogħla individwi fl-amministrazzjoni tal-grupp, rekwiżit doppju għall-konferma mill-awdituri tal-bilanċi kif ukoll l-obbligu tal-fergħat li joħorġu rendikonti finanzjarji skond il-GAAP (prinċipji tar-rendikonti ġeneralment aċċettati) lokali għall-grupp kollu.

In-negozjati internazzjonali tal-kummerċ: Hemm min jargumenta illi n-nuqqas ta’ sistema armoniżżata ta’ l-UE tagħmel aktar diffiċli l-ftehim ta’ għarfien reċiproku internazzjonali. In-nuqqas ta’ dawn il-ftehim ifisser li r-riassiguraturi Ewropej għandhom quddiemhom ostakoli importanti għad-dħul fis-swieq barranin, bħal ma hi l-ħtieġa li tinżamm garanzija għall-valur tar-rabtiet tagħhom fis-suq barrani fejn ir-riassiguratur bi ħsiebu jwettaq il-kummerċ.

Jekk ma jittieħdu ebda azzjonijiet fuq livell ta’ l-UE, hemm riskju li s-suq intern tas-servizzi tar-riassigurazzjoni jkompli jaħdem b’mod li mhuwiex l-aħjar possibbli, li jagħmel ħsara lill-industrija tar-riassigurazzjoni fl-UE. In-negozjati mas-swieq terzi dwar ftehim dwar għarfien reċiproku jkun b’mod sinifikanti aktar diffiċli.

Ingħatat attenzjoni sinifikanti fuq livell internazzjonali f’dawn l-aħħar snin, għas-sorveljanza tar-riassigurazzjoni. Il-G7 u l-IMF urew it-tħassib tagħhom li n-nuqqas ta’ regolazzjoni tar-riassigurazzjoni jista’ jimpedixxi l-istabbilità finanzjarja internazzjonali. Fil-fatt, f’reviżjonijiet reċenti tal-Programm ta’ Stima tas-Settur Finanzjarju (FSAP) fl-Istati Membri, l-IMF tenn l-ħtieġa għal leġislazzjoni f’dan il-qasam. L-FSF (Forum ta’ l-Istabbilita’ Finanzjarja - Financial Stability Forum ) darba wara l-oħra wera t-tħassib tiegħu dwar it-trasparenza tas-suq tar-riassigurazzjoni u għalhekk ħoloq grupp ta’ ħidma biex jindirizza l-kwistjoni. L-OECD għandha xogħol għaddej fil-qasam tar-riassigurazzjoni, b’mod partikolari dwar tpartit ta’ informazzjoni dwar il-kumpaniji tar-riassigurazzjoni bejn dawk li jissorveljaw. Ix-xogħol ta’ l-IAIS (Għaqda Internazzjonali ta’ l-Awtoritajiet li Jissorveljaw l-Assigurazzjoni - International Association of Insurance Supervisors ) dwar ir-riassigurazzjoni huwa kkoordinat fil-qrib mal-proġett mgħaġġel ta’ l-UE. Ġie adottat sett ta’ prinċipji għal rekwiżiti minimi għas-sorveljanza tar-riassiguraturi kif ukoll standard dwar is-sorveljanza tar-riassiguraturi.

2) L-istrateġija tad-Direttiva

Kmieni waqt ix-xogħol dwar is-sorveljanza tar-riassiguraturi, is-Servizzi tal-Kummissjoni fasslu tliet prinċipji ta’ gwidi għal reġim futur ta’ l-UE tas-sorveljanza tar-riassiguraturi:

- Is-sistema għandha twaqqaf reġim sod u prudenti fl-interess tad-detenturi tal-poloz ta’ l-assigurazzjoni. Riassiguraturi b’saħħithom u sorveljati tajjeb jikkontribwixxu għal suq intern aktar b’saħħtu u stabbilità finanzjarja internazzjonali.

- Is-sistema għandha tibni fuq koordinazzjoni essenzjali tal-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri u l-għarfien reċiproku tas-sorveljanza fl-Istat Membru fejn hija liċenzjata l-intrapriża tar-riassigurazzjoni. Ladarba liċenzjata mill-Istat Membru tagħha, intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha awtomatikament tiġi permessa li twettaq in-negozju tar-riassigurazzjoni fil-Komunità Ewropea kollha taħt il-libertà ta’ l-istabbiliment u l-libertà li tipprovdi s-servizzi. M’għandha ssir ebda sorveljanza addizzjonali ta’, jew verifika dwar, l-intrapriża tar-riassigurazzjoni minn dawk li jissorveljaw fl-Istati Membri li jospitaw. Din l-istrateġija wriet l-idonejità tagħha matul bosta snin fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni diretta, fejn ġiet introdotta mit-Tielet Direttivi dwar l-Assigurazzjoni[4].

- L-introduzzjoni ta’ sistema armoniżżata għas-sorveljanza tar-riassigurazzjoni għandha twassal għat-tħassir ta’ sistemi bir-rahan ta’ l-assi biex ikopru proviżjonijiet dwar talbiet pendenti għall-indennizz.

Wara konsultazzjoni estensiva, il-Kummissjoni għażlet li tippreżenta proposta għal direttiva b’dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

- Strateġija ta’ sorveljanza bbażata fuq l-armoniżżazzjoni u l-għarfien reċiproku;

- Metodu mgħaġġel għal direttiva bbażata primarjament fuq regoli preżenti dwar sorveljanza diretta;

- Sistema ta’ liċenzjar obbligatorju

- Rekwiżiti dwar marġini ta’ solvibiltà skond dawk ta’ l-assigurazzjoni diretta, iżda bil-possibilità li dan il-marġinu jiżdied sa 50 % permezz tal-komitoloġija għal riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja fejn dan huwa ġustifikat b’mod oġġettiv.

Strateġija ta’ sorveljanza ta’ l-UE għandha tkun bażata fuq regoli legali armoniżżati li jiggarantixxugħarfien reċiproku bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni temmen li s-sorveljanza ta’ l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni hija fl-interess pubbliku u teħtieġ regolamentazzjoni pubblika. Sistemi oħrajn (per eżempju, strateġiji bażati fuq żvelar volontarju) ma jipprovdux fidi biżżejjed fis-sistema ta’ sorveljanza. In-nuqqas ta’ sanzjonijiet tanġibbli f’din l-istrateġija bażata fuq żvelar tista’ tagħmel lis-sistema inqas effiċjenti meta jiġu indirizzati problemi potenzjali fl-intrapriżi tar-riassigurazzjoni.

Il-Kummissjoni temmen li hemm ħtieġa għal azzjoni espedjenti biex tikseb riżultati tanġibbli f’perspettiva fit-terminu qasir għal medju. Il-punt tat-tluq ta’ soluzzjoni “mgħaġġla” bħal din ikunu r-regoli kurrenti dwar sorveljanza diretta u l-prattika fil-kummerċ, bl-aġġustamenti fejn xierqa. Il-proġett fit-terminu twil "Solvency II" għall-assigurazzjoni madankollu taffettwa wkoll ir-riassigurazzjoni, u dan ix-xogħol jista’, fil-parti pjuttost kbira tiegħu, jibni fuq il-kisbiet fi proġett mgħaġġel.

Id-Direttiva proposta titlob li l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni – bħall-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni diretta – ikunu liċenzjati sabiex iwettqu l-kummerċ tar-riassigurazzjoni. L-effiċjenza ta’ sistema ta’ liċenzjar ġiet ipprovata bl-użu wiesa’ tagħha fis-settur finanzjarju. Tali sistema tagħti wkoll mandat ċar lil min jissorvelja, inkluż il-poter li jitneħħew kumpaniji li mhumiex xierqa mis-suq tar-riassigurazzjoni. Barra minn dan, sistema ta’ liċenzjar tiżgura trattament konsistenti ta’ l-entitajiet kollha tar-riassigurazzjoni fl-UE, li ma kienx ikun il-każ kieku ntgħażlet soluzzjoni hekk imsejħa "passaport" (fejn kumpanija stess tagħżel jekk tapplikax għal passaport). Minbarra dan, din is-sistema żżid ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet tas-sorveljanza ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali, minħabba li jsiru l-unika awtorità kompetenti għas-sorveljanza prudenzjali ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni fil-Komunità. Is-sistema teħtieġ kooperazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

L-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni huma attivitajiet relatati u konsegwentament ir-rekwiżiti dwar is-solvibiltà għaż-żewġ attivitajiet għandhom ikunu simili. Id-Direttiva proposta għalhekk fiha rekwiżiti dwar is-solvibbiltà għar-riassigurazzjoni fuq il-ħajja li huma identiċi għal dawk ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja. Għar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja il-punt tal-bidu huwa li għandhom jgħoddu regoli simili. Madankollu, għar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, id-Direttiva proposta fiha l-possibiltà ta’ rekwiżit ta’ solvibbiltà miżjud wara deċiżjoni tal-komitoloġija. Il-Kummissjoni tqis din il-possibbiltà ta’ “titjib fil-klassi” għal xi klassijiet ta’ riassigurazzjoni jew tipi ta’ kuntratt ta’ riassigurazzjoni (sa 50%) bħala parti essenzjali tad-Direttiva proposta. Għandha tipprovdi għodda importanti biex tirfina r-rekwiżiti ta’ solvibbiltà biex ikunu aktar xierqa għan-natura tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni. L-għażla tal-komitoloġija tintuża biss wara analiżi dettaljata u konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati. Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ugwali bejn l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni u l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jagħmlu attivitajiet ta’ riassigurazzjoni, il-proposta tipprovdi wkoll għall-emendi li bħala konsegwenza huma meħtieġa għad-Direttiva dwar l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja 73/239/KEE u għad-Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja 2002/83/KE. Għalhekk, l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jwettqu r-riassigurazzjoni permezz ta’ attivitajiet ta’ aċċettazzjoni jkunu suġġetti għad-disposizzjonijiet tad-direttiva tar-riassigurazzjoni dwar il-marġinu ta’ solvibbiltà mitlub, fejn il-volum ta’ l-attivitajiet ta’ riassigurazzjoni tagħhom jirrapreżenta parti sinifikanti tal-kummerċ kollu tagħhom (Artikoli 57(5) u 59(8)). Dawn id-disposizzjonijiet jgħoddu biss meta d-deċiżjoni li taġġusta l-marġini ta’ solvibiltà mitlub għall-attivitajiet tar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja tkun ġiet adottata mill-Kummissjoni.

2. IL-KONSULTAZZJONI MA’ DAWK KOLLHA LI GħANDHOM XI INTERESS, U L-EVALWAZZJONI TA’ L-IMPATT

a) Il-konsultazzjoni ma’ dawk kollha li għandhom xi interess

Dawk interessati ġew ikkonsultati b’mod regolari matul il-proġett, u pprovdew lill-Kummissjoni kontribuzzjoni importanti ħafna. Fil-bidu tal-proġett, ġiet organizzata seduta b’aktar minn 100 parteċipant, u wara l-parteċipanti kollha (kif ukoll partijiet interessati oħrajn) ġew inklużi f’lista ta’ l-impostar li min kien fuqha rċieva d-dokumenti kollha prodotti taħt il-proġett jew messaġġ li qal li ġew impoġġija dokumenti ġodda fuq il- website tal-Kummissjoni dwar ir-riassigurazzjoni. Ġie ppubblikat ukoll studju dwar is-sorveljanza tar-riassigurazzjoni.[5]

Il-proġett ġie segwit minn partijiet interessati minn varjetà wiesagħa ta’ setturi u professjonijiet. Is-setturi kkonsultati huma bażikament dawn li ġejjin: l-assigurazzjoni (kumpaniji kummerċjali, assigurazzjoni ta’ wieħed lill-ieħor ( mutuals ), koperattivi eċċ), l-għaqdiet ta’ l-assigurazzjoni (fuq livell ta’ l-UE kif ukoll dak nazzjonali), l-intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni (sensara, eċċ), l-għaqdiet taż-żamma tal-kotba, l-għaqdiet ta’ l-attwarji, l-industrija ġenerali (UNICE), l-analisti, il-meniġers tar-riskju / meniġers ta’ l-assigurazzjoni ta’ kumpaniji “ captive ”, l-organizzazzjoni ta’ l-SME (BEUC), id-ditti ta’ konsulenza, il-banek, id-ditti ta’ l-avukati, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni.

Il-Kummissjoni bbenefikat b’mod sinifikanti mill-kontribut li taw dawk kollha li għandhom interess, b’mod partikolari minħabba li l-proġett involva ħafna kwistjonijiet tekniċi diffiċli ħafna. Id-dokumenti li ntbagħtu għall-kummenti kellhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet ta’ politika kif ukoll kwistjonijiet dettaljati.

Il-kummenti rċevuti dwar l-għanijiet tal-proġett tar-riassigurazzjoni

Il-kummentaturi b’mod ġenerali taw ħafna appoġġ għat-tliet għanijiet ewlenin tal-proġett. Xi wħud mill-Istati Membri qajmu kummenti dwar il-fatt li l-koordinazzjoni essenzjali tal-leġislazzjoni nazzjonali u l-għarfien reċiproku jipprojbixxu verifiki jew rekwiżiti addizzjonali mill-Istati Membri li jospitaw. B’mod partikolari, l-Istati Membri li bħalissa jużaw l-għotja ta’ garanziji ovvjament esprimew oġġezzjonijiet għat-tħassir ta' sistemi li jinvolvu r-rahan ta’ l-assi biex ikopru l-proviżjonijiet tekniċi fuq it-talbiet pendenti għall-indennizz. Madankollu, dawk interessati kollha taw appoġġ unanimu għall-għan kif formolat mis-servizzi tal-Kummissjoni. Xi Stati Membri kkummentaw dwar id-differenza fil-garanziji bejn l-oqsma ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja.

Il-kummenti rċevuti dwar il-kwistjonijiet ewlenin ta’ politika

L-istrateġija għal qafas ta’ sorveljanza għar-riassigurazzjoni

Il-parti l-kbira tal-kummentaturi kienu favur strateġija ta’ sorveljanza għar-riassigurazzjoni. Xi kumpaniji argumentaw favur soluzzjonijiet volontarji, iżda numru akbar ta’ kumpaniji u għaqdiet iddikjaraw li soluzzjoni ta’ sorveljanza biss tista’ twassal għal titjib fil-kwalità fir-riassigurazzjoni ta’ l-UE. Alternattiva ta’ status quo ma ġiet appoġġjata minn ħadd fost dawk interessati ewlenin.

L-Istati Membri argumentaw favur strateġija mgħaġġla, u din kienet ukoll il-perspettiva ċara tal-Kumitat ta’ l-Assigurazzjoni. Dawk interessati l-oħrajn taw ħafna appoġġ għal soluzzjoni mgħaġġla bażata fuq regoli kurrenti dwar is-sorveljanza diretta. Speċjalisti tekniċi (bħall-attwarji u accountant) madankollu indikaw li t-terminu ristrett li ngħata (2004) jillimita n-numru ta’ soluzzjonijiet possibbli, u b’hekk jippostponi l-introduzzjoni ta’ xi metodi sakemm jiġi finalizzati l-proġett Solvibiltà II.

Rekwiżiti ta’ solvibbiltà għar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja: Ir-reazzjonijiet minn dawk interessati fuq il-livell tar-rekwiżiti tas-solvibiltà kienu ħafna u qawwijin. Kien hemm numru kbir ta’ laqgħat mal-partijiet interessati, b’mod partikolari l-industrija ta’ l-assigurazzjoni, l-industrija tar-riassigurazzjoni minn kumpanija “captive”, meniġers tar-riskju, attwarji, konsulenti u accountants. B’mod ġenerali, ir-rappreżentanti ta’ l-industrija u l-konsultenti ta’ l-assigurazzjoni argumentaw li r-riassigurazzjoni hija attività qrib l-assigurazzjoni diretta u għalhekk għandhom jgħoddu l-istess rekwiżiti dwar solvibbiltà. Madankollu xi awtoritajiet li jissorveljaw l-assigurazzjoni kellhom opinjoni qawwija li r-riassigurazzjoni hija aktar volatili u aktar diffiċli li tiġi sorveljata u għalhekk ikun xieraq rekwiżit ftit aktar għoli. Il-Kummissjoni qieset il-fehmiet differenti espressi meta elaborat ir-rekwiżiti tas-solvibiltà stabbiliti fil-proposta għal Direttiva (Artikoli 37 u 40)

Rekwiżiti ta’ solvibiltà għar-riassigurazzjoni fuq il-ħajja: Din il-kwistjoni kienet ukoll is-suġġett ta’ ħafna diskussjoni, kemm dwar ir-rekwiżiti attwali kif ukoll il-metodi ta’ kalkolu. Is-Servizzi tal-Kummissjoni fil-fatt ikkonsultaw soluzzjonijiet differenti. Filwaqt li kkunsidrat il-kummenti li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li jkun preferibbli li tintuża l-istess strateġija bħall-assigurazzjoni diretta (regoli diretti dwar il-ħajja għar-riassigurazzjoni fuq il-ħajja, u regoli diretti mhux fuq il-ħajja dwar ir-riassigurazzjoni mhux fuq il-ħajja; Artikoli 38- 40).

Il-Kummenti rċevuti dwar kwistjonijiet legali dettaljati

Matul l-2003 kien hemm ukoll bosta konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet legali dettaljati. Il-proposta kurrenti ġiet preparata fid-dawl tal-kummenti minn partijiet interessati, b’mod partikolari l-industrija ta’ l-assigurazzjoni u l-professjoni ta’ l-attwarji. Ftit mis-sottomissjonijiet kienu dettaljati ħafna u taw kontribuzzjoni siewja ħafna għax-xogħol tas-Servizzi tal-Kummissjoni.

b) L-istima ta’ l-impatt

Saret stima estiża dwar l-impatt sabiex jiġi identifikat jekk hemmx ħtieġa ta’ azzjoni fuq livell ta’ l-UE u fil-każ ta’ risposta pożittiva, l-azzjoni meħtieġa.

L-istima dwar l-impatt turi qbil ġenerali dwar il-ħtieġa ta’ din l-azzjoni jekk l-għanijiet imsemmija fit-Taqsima 1 ta’ dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni kellhom jintlaħqu.

Dwar l-alternattivi differenti ta’ politika meqjusa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, ġew meqjusa tliet għażliet:

1. Status quo , i.e. ebda tibdil fis-sitwazzjoni kurrenti

2. Soluzzjoni tal-mekkaniżmu tas-suq/ żvelar volontarju ta’ informazzjoni dwar ir-riassigurazzjoni, u alternattivament rakkmandazzjoni dwar prattika ta’ sorveljanza indiretta.

3. Soluzzjonijiet ta’ sorveljanza.

Kif intqal aktar `il fuq fit-Taqsima 2, il-parti l-kbira ta’ l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet ta’ l-industrija jemmnu li hemm ħtieġa ta’ azzjoni ta’ sorveljanza f’dan il-qasam. L-Ewwel Għażla ma ngħatatx appoġġ minn prattikament ebda kummentatur. It-Tieni Għażla wkoll ġiet meqjusa bħala li ma tagħtix fiduċja suffiċjenti fis-sistema ta’ sorveljanza. In-nuqqas ta’ sanzjonijiet tanġibbli fi strateġija bħal din, ibbażata fuq l-iżvelar, jista’ jnaqqas l-effiċjenza tas-sistema meta jiġu indirizzati problemi potenzjali fl-intrapriżi tar-riassigurazzjoni.

Għal dak li għandu x’jaqsam mat-Tielet Għażla (strateġija ta’ sorveljanza), ġew kunsidrati żewġ alternattivi:

1. Sistema ta’ passaport volontarju għal kumpaniji li jixtiequ josservaw is-sistema

2. Sistema ta’ liċenzjar obbligatorju.

Wara konsultazzjoni wiesgħa ma’ l-Istati Membri, l-industrija ta’ l-assigurazzjoni u partijiet oħrajn interessati, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi sistema ta’ liċenzjar. Sistema ta’ liċenzjar hija skond l-istrateġija mwettqa mill-UE sabiex tikseb is-suq intern fis-settur finanzjarju b’mod ġenerali u fl-assigurazzjoni b’mod partikolari (liċenzja unika u kontroll ta’ kwistjonijiet prudenzjali f’idejn il-pajjiż fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali). Din is-sistema wriet l-effiċjenza tagħha minn mindu ġiet stabbilita mit-tielet Direttivi dwar l-assigurazzjoni fl-1994. Hija tiżgura s-saħħa finanzjarja ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni, u għalhekk l-istabbiltà tas-swieq ta’ l-assigurazzjoni, minħabba li tgħodd għal kwalunkwe intrapriża tar-riassigurazzjoni fil-Komunità u mhux biss għal dawk b’perspettiva Ewropea. Sistema ta’ liċenzjar twassal ukoll għal aktar koordinazzjoni bejn it-trattament mill-Istati Membri tar-riassiguraturi kollha u tkun l-aktar xierqa biex tilħaq l-għan li jitwaqqaf suq intern veru għar-riassigurazzjoni. Fl-aħħar l-introduzzjoni ta’ reġim ta’ sorveljanza bażat fuq is-sorveljanza ta’ l-intrapriżi kollha tar-riassigurazzjoni minn awtoritajiet kompetenti pubbliċi hija wkoll skond id-direzzjoni tal-proġett kurrenti tas-sorveljanza tar-riassigurazzjoni mwettaq mill-IAIS, li l-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni Ewropea huma membri tagħha

L-istima estiża dwar l-impatt kienet ukoll imwettqa dwar rekwiżiti kwantitattivi dwar is-solvibiltà għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni. Ġew diskussi żewġ strateġiji possibbli:

1. alternattivi fejn ir-rekwiżiti dwar is-solvibiltà għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni huma qrib dawk meħtieġa għall-assigurazzjoni diretta

2. alternattivi fejn ir-rekwiżiti dwar is-solvibiltà għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni huma ogħla minn dawk meħtieġa għall-assigurazzjoni diretta.

Fl-aħħar il-Kummissjoni ddeċidiet li twaqqaf reġim li huwa mibni fuq ir-rekwiżiti dwar is-solvibiltà mniżżla fid-Direttivi eżistenti dwar l-assigurazzjoni. Madankollu, biex tqis l-ispeċifiċitajiet ta’ xi tipi ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni jew linji speċifiċi ta’ kummerċ fir-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, il-proposta tipprovdi għall-possibilità li jiżdied il-marġinu ta’ solvibiltà mitlub sa 50% għal klassijiet li ma jkunux riskji ta’ responsabbiltà. Din iż-żjieda ssir mill-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha ta’ implimentazzjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-Kummissjoni ta’ l-Assigurazzjoni.

3. IL-BAżI LEGALI TAL-PROPOSTA

Din il-proposta hija bażata fuq l-Artikoli 49(2) u 55 tat-Trattat, li huma l-bażi legali għall-adozzjoni ta’ miżuri Komunitarji immirati lejn il-ksib tas-Suq Intern fis-settur tas-servizzi. L-istrument magħżul huwa d-Direttiva, minħabba li tidher li hija l-aktar xierqa biex tikseb l-għanijiet mixtieqa. Barra minn dan, l-azzjoni leġislattiva ta’ l-Unjoni Ewropea biex tikseb is-suq intern fl-assigurazzjoni, saret permezz ta’ Direttivi bażati fuq dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat. Fl-aħħar, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jmorrux ‘l hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet imfittxija.

4. KUMMENTI DWAR L-ARTIKOLI

Din il-Proposta twaqqaf reġim ta’ sorveljanza għar-riassigurazzjoni li huwa konsistenti mal-qafas legali eżistenti għall-assigurazzjoni. Hija mibnija fuq l-istrateġija segwita mid-Direttivi eżistenti kurrenti dwar l-assigurazzjoni. Xi wħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 73/239/KEE, 92/49/KEE u 2002/83/KE li huma riprodotti f’din id-Direttiva huma twal; dan huwa b’mod partikolari l-każ tad-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni, kapital azzjonarju kwalifikanti, segretezza professjonali u marġinu tas-solvibiltà. Dan spiss jirriżulta f’dispożizzjonijiet kumplessi, li l-preżentazzjoni tagħhom tista’ ma tkunx konsistenti mal-linji gwidi kurrenti għall-abbozzar tal-leġislazzjoni tal-Komunità. Mhuwiex neċessarju għall-interpretazzjoni li artikolu wieħed ikopri aspett sħiħ tar-regoli mwaqqfa f’att legali. Għalhekk id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Proposta huma mqassma f’artikoli, li huma miġbura kif xieraq f’titoli, kapitoli u taqsimiet, sabiex jinftiehmu aħjar u jkunu aktar ċari.

L-Artikolu 1: L-Għan tad-Direttiva – L-iskop

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li twaqqaf il-qafas legali għal sorveljanza prudenzjali ta’ l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni fil-Komunità. Kif intqal qabel, bħalissa m’hemm ebda leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sorveljanza tar-riassigurazzjoni. B’riżultat, l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li jwettqu biss kummerċ tar-riassigurazzjoni (riassiguraturi professjonali) m’humiex suġġetti għal xi dispożizzjonijiet Komunitarji partikolari.

Id-Direttiva għalhekk ser timla vojt fir-reġim Komunitarju dwar is-sorveljanza ta’ l-assigurazzjoni. Ser tapplika għair-riassigurazzjoni, reġim ta’ sorveljanza bbażat fuq l-istess prinċipji li jgħoddu għall-assigurazzjoni diretta, jiġifieri l-prinċipji ta’ liċenzja unika u sorveljanza prudenzjali ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali.

Din id-Direttiva tgħodd għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċju prinċipali tagħhom fil-Komunità, li jwettqu biss kummerċ tar-riassigurazzjoni (riassiguraturi professjonali). Id-Direttiva ma tgħoddx għal dawk l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li huma diġà suġġetti għad-Direttivi dwar l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni fuq il-ħajja[6], minħabba li l-attività tagħhom ta’ riassigurazzjoni permezz ta’ aċċettazzjonijiet taqa’ taħt dawn id-Direttivi. Minbarra dan, l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni li huma esklużi mill-ambitu ta’ dawn id-Direttivi t’hawn fuq huma wkoll esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-kalkolu tal-marġinu meħtieġ ta’ solvibiltà (Artikoli 35-39) jistgħu jkunu jgħoddu għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li huma suġġetti għad-direttivi dwar l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni fuq il-ħajja dwar l-aċċettazzjonijiet tagħhom tar-riassigurazzjoni (Ara Artikoli 57(5) u 59(8)).

Sabiex tiġi meqjusa sitwazzjoni speċjali ħafna li tista’ tqum fi Stat Membru fejn ma jkunx possibbli li tinkiseb polza ta’ riassigurazzjoni fis-suq kummerċjali, il-proposta ma tgħoddx għall-provvediment ta’ polza ta’ riassigurazzjoni li ssir minn Stat Membru, fejn jaġixxi bħala riassiguratur fl-interess pubbliku meta jkun falla kull tentattiv ieħor. Iżda din id-dispożizzjoni ma teżentax lill-Istat Membru milli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-istat. Eżempju huwa s-sitwazzjoni li qamet fis-settur ta’ l-assigurazzjoni ta’ l-ajru wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001, fejn is-suq tar-riassigurazzjoni naqas milli jipprovdi polza tar-riassigurazzjoni għal xi riskji. L-Istati Membri kienu msejħa jipprovdu din il-kopertura ta’ riassigurazzjoni. L-iskemi li ġew stabbiliti ġew eżaminati taħt il-liġi ta’ l-UE u b’mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna mill-istat qabel ma ġew awtorizzati.

L-Artikolu 2: Id-definizzjonijiet

L-Artikolu 2 fih definizzjonijiet dwar il-kunċetti essenzjali użati fil-proposta, sabiex tiġi ċċarata t-tifsira tagħhom u għalhekk twassal biex tinftiehem aħjar. Ħafna minn dawn il-kunċetti diġà ġew użati f’atti legali oħrajn Komunitarji li jgħoddu għall-assigurazzjoni, bħad-Direttivi 2002/83/KE dwar l-assigurazzjoni li tkun fuq il-ħajja, 73/239/KEE u 92/49/KEE dwar l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, 98/78/KE dwar is-sorveljanza supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni f’grupp ta’ l-assigurazzjoni.

Tingħata definizzjoni ta’ "intrapriża tar-riassigurazzjoni ‘captive’", li tirreferi għal dawk l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li huma l-proprjetà ta’ waħda jew aktar ditti industrijali jew kummerċjali jew ta’ intrapriża finanzjarja li mhijiex intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni jew grupp ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. L-għan ta’ intrapriżi bħal dawn huwa li jagħtu polza tar-riassigurazzjoni esklussivament dwar ir-riskji ta’ l-intrapriża jew grupp ta’ intrapriżi li għalihom jappartjeni r-riassiguratur li jkun ‘captive’ jew għal intrapriża jew grupp ta’ intrapriżi li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tkun ‘captive’ hija parti minnha/u. Din id-definizzjoni hija meħtieġa minħabba li l-proposta tipprovdi għal reġim speċjali għal dawn l-intrapriżi fejn jidħol il-fond ta’ garanzija minimu meħtieġ fl-Artikolu 40 biex jitwettaq il-kummerċ tar-riassigurazzjoni.

L-Artikoli 3-14: Id-dispożizzjonijiet relatati mal-bidu tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni

Il-proposta għal Direttiva ssegwi l-istrateġija tad-Direttivi kurrenti dwar l-assigurazzjoni dwar il-bidu ta’ l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni fil-Komunità. Il-proposta twaqqaf il-prinċipji ta’ liċenzja unika u ta’ kontroll tal-pajjiż fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali għas-sorveljanza prudenzjali ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni. Dan huwa possibbli minħabba l-koordinazzjoni li saret ta’ l-aspetti essenzjali dwar is-sorveljanza ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li tippermetti l-għarfien reċiproku ta’ l-awtorizzazzjonijiet u sistemi ta’ sorveljanza prudenzjali ta’ l-Istati Membri.

Għalhekk, l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni uffiċjali minn qabel, li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha. Il-proposta twaqqaf il-kundizzjonijiet minimi meħtieġa biex tikseb l-awtorizzazzjoni uffiċjali. L-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha jkollha forma legali speċfika, għandha tissottometti skema ta’ operazzjonijiet li tipprovdi informazzjoni essenzjali dwar il-pjan tan-negozju, u għandha wkoll tippossjedi l-fond ta’ garanzija minimu previst fl-Artikolu 40. Id-Direttiva teħtieġ ukoll li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni effettivament tiġi amministrata minn meniġers li għandhom kwalifiki tekniċi jew esperjenza xierqa. L-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha tillimita l-għanijiet tagħha għall-kummerċ tar-riassigurazzjoni u operazzjonijiet relatati. Dan ir-rekwiżit jista’ jippermetti lil intrapriża tar-riassigurazzjoni twettaq, per eżempju, attivitajiet bħall-għotja ta’ pariri statistiċi jew attwarjali, analiżi tar-riskji jew riċerka għall-klijenti tagħha. Tista’ wkoll tinkludi funzjoni ta’ kumpanija holding u attivitajiet marbuta ma’ l-attivitajiet tas-settur finanzjarju fis-sens ta’ l-Artikolu 2 punt 8 tad-Direttiva 2002/87/KE. Dawn l-attivitajiet aħħarin ikunu fi kwalunkwe każ suġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti dwar sorveljanza supplimentari ta’ gruppi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u konglomerati finanzjarji stabbiliti bid-Direttivi 98/78/KE u 2002/87/KE (Artikoli 5-11).

Barra minn hekk, qabel ma jagħtu l-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu mgħarrfa dwar l-identità tal-membri jew azzjonisti b’parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva fl-intrapriża tar-riassigurazzjoni. L-iskop ta’ din id-dispożizzjoni hija li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jistmaw l-idonejità ta’ l-azzjonisti, sabiex jiżguraw l-amministrazzjoni tajba u prudenti ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni. Jekk ma jkunux sodisfatti dwar dawn il-kwalifiki, m’għandhomx jagħtu l-awtorizzazzjoni. Bl-istess mod, fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni u persuni oħrajn naturali jew legali, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi miċħuda meta dawk il-konnessjonijiet ma jippermettux lill-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw b’mod effettiv il-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza. Dawn ir-rekwiżiti għandhom għan prudenzjali, jiġifieri li jiżguraw kemm li hemm amministrazzjoni tajba kif ukoll li s-sorveljanza ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni hija effettiva. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jitkellmux dwar għanijiet oħrajn ibbażati fuq kunsiderazzjonijiet bħall-politika industrijali jew ekonomika tal-pajjiż jew ħtiġiet tas-suq, u dawn l-għanijiet għandhom jiġu projbiti meta tiġi eżaminata l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għax ikunu b’kunflitt mal-prinċipji tat-Trattat (Artikoli 7, 9, 10 and 12).

L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata fi żmien sitt xhur minn meta tkun ġiet ippreżentata mill-intrapriża tar-riassigurazzjoni. Iċ-ċaħda kif ukoll l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom ikunu motivati u jgħidu r-raġunijiet preċiżi għal din l-oġġezzjoni. L-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandu jkollha dritt li tirrikorri għall-qrati għar-reviżjoni legali tad-deċiżjoni (Artikolu 13).

L-awtorizzazzjoni mogħtija hija valida fil-Komunità kollha. Hija tippermetti lill-intrapriża tar-riassigurazzjoni twettaq kummerċ fil-Komunità kollha, taħt il-libertà ta’ l-istabbiliment u l-forniment ħieles tas-servizzi, mingħajr aktar formalitajiet (Artikolu 4).

L-Artikoli 15-31: Il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ tar-riassigurazzjoni. Prinċipji u metodi tas-sorveljanza prudenzjali.

Reġim ta’ sorveljanza bbażat fuq sistema ta’ awtorizzazzjoni unika, mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali, u valida fil-Komunità kollha, teħtieġ devoluzzjoni tas-setgħat tas-sorveljanza f’idejn l-awtoritajiet kompetenti li taw l-awtorizzazzjoni sabiex jiġi garantit ħarsien sħiħ tal-kundizzjonijiet li jirregolaw it-twettiq tal-kummerċ mill-intrapriża tar-riassigurazzjoni, kemm jekk permezz ta’ stabbiliment, kif ukoll permezz ta’ libertà tas-servizzi.

L-Artikolu 15 ta’ din il-proposta jistabbilixxi l-kompetenza esklussiva ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, dwar is-sorveljanza finanzjarja ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni, inklużi l-attivitajiet li twettaq permezz ta’ fergħat jew permezz tal-libertà li tagħti servizzi.

Minħabba l-kompetenza esklussiva ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża dwar għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, is-sorveljanza ta’ l-aspetti kollha finanzjarji ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni ma jistgħux jirrifjutaw kuntratt ta’ retroċessjoni konkluż minn din l-intrapriża tar-riassigurazzjoni ma’ intrapriża tar-riassigurazzjoni Komunitarja koperta b’din id-Direttiva[7] għal raġunijiet relatati direttament mas-saħħa finanzjarja ta’ dik l-intrapriża tar-riassigurazzjoni (jew ta’ l-assigurazzjoni). Din is-sorveljanza indiretta ta’ dawn l-intrapriżi tfisser indħil mas-setgħat ta’ sorveljanza ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawn l-intrapriżi, u tqiegħed f’dubju l-prinċipju fundamentali ta’ l-għarfien reċiproku li huwa fl-għerq tal-qafas legali mwaqqaf b’din il-proposta.

L-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandu jkollha proċeduri tajbin amministrattivi u taż-żamma tal-kotba, kif ukoll mekkaniżmi ta’ kontroll intern xierqa. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat insegwiment ordinat u finanzjarjament stabbli ta’ l-attivitajiet. L-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali għandu jwaqqaf il-kundizzjonijiet biex jiżgura li dan ir-rekwiżit jintlaħaq.

L-Artikolu 16 jiddikjara d-dritt ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali li jagħmlu verifiki għall-għarrieda fil-fergħat ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni fi Stati Membri oħrajn. Huwa jwaqqaf il-proċedura biex issir din il-verifika. Din id-dispożizzjoni hija simili għal dawk stabbiliti fid-Direttivi dwar l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja u dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja[8].

Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sorveljanza li ssir fuq l-intrapriża tar-riassigurazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom setgħat xierqa biex jagħmlu mistoqsijiet dettaljati dwar l-intrapriża tar-riassigurazzjoni, jitolbu li jingħataw id-dokumenti, jew jieħdu miżuri, bħal sanzjonijiet, fuq l-intrapriża tar-riassigurazzjoni jew fuq id-diretturi jew meniġers tagħha (Artikolu 17).

L-Artikoli 19-23 jwaqqfu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sorveljanza ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikattivi f’intrapriża tar-riassigurazzjoni. L-iskop tagħhom huwa li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti huma konxji dwar l-istruttura tal-proprjetà ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni. Din id-dispożizzjoni hija l-korollarju tas-sorveljanza ta’ l-azzjonisti kwalifikattivi fil-mument meta tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mwaqqfa fl-Artikolu 12. Dan ir-reġim huwa l-istess li diġà jgħodd għall-assigurazzjoni[9] u għal servizzi finanzjarji oħrajn.

L-Artikoli 24-30 jipprovdu għall-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti. Il-persuni kollha li jaħdmu ma’, jew kienu jaħdmu għall-awtoritajiet kompetenti, inklużi awdituri u esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. In-natura kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni ma trażżanx lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni dwar is-sorveljanza ta’ intrapriżi tar-riassigurazzjoni, ladarba dan għandu l-iskop li jiżgura s-sorveljanza tajba ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni. Fi kwalunkwe każ l-informazzjoni skambjata hija wkoll suġġetta għar-rekwiżit tal-kunfidenzjalità u tista’ biss tiġi żvelata bil-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li bagħtu l-informazzjoni.

L-Artikoli 28-30 jwaqqfu wkoll il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li taħthom din l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata lil awtoritajiet u organizzazzjonijiet li mhumiex awtoritajiet tas-sorveljanza tar-riassigurazzjoni. Ir-reġim imwaqqaf huwa l-istess li jgħodd għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni[10].

L-Artikolu 31 jipprovdi għad-dmir ta’ l-awdituri li jirrapportaw minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali kwalunkwe fatt jew deċiżjoni dwar l-intrapriża tar-riassigurazzjoni, li jaffettwa l-kundizzjonijiet li jirregolaw it-twettiq tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni u li jiskopru matul it-twettiq ta’ ħidmiethom fl-intrapriża tar-riassigurazzjoni jew fi kwalunkwe intrapriża li għandha konnessjonijiet fil-qrib ma’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni. Id-Direttiva ssegwi r-reġim li hu diġà fis-seħħ għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni. [11]

L-Artikoli 32-34: Ir-regoli dwar il-proviżjonijiet tekniċi

Il-proviżjonijiet tekniċi huma parti fundamentali tat-teknika ta’ l-assigurazzjoni. Tabilħaqq huma għandhom jippermettu lil intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tilħaq ir-rabtiet tagħha li jirriżultaw minn kuntratti ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Għal dik ir-raġuni, il-ħtieġa li kwalunkwe intrapriża ta’ l-assigurazzjoni (jew tar-riassigurazzjoni), twaqqaf proviżjonijiet tekniċi xierqa hija prinċipju ewlieni ta’ reġim ta’ sorveljanza għall-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni. F’sistema ta’ awtorizzazzjoni unika mogħtija mill-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali, hija r-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn għandha l-intrapriża l-uffiċċju prinċipali li jeħtieġ lill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tistabbilixxi proviżjonijiet tekniċi xierqa dwar il-kummerċ kollu ta’ l-intrapriża, inklużi dawk imwettqa taħt il-liberta’ ta’ l-istabbiliment u l-provvista ħielsa tas-servizzi fil-Komunità. Barra minn hekk, l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali għandu jivverifika l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit u jkollu wkoll għad-dispożizzjoni tiegħu meżżi xierqa biex jiżgura din il-konformità.

L-Artikolu 32 jwaqqaf il-prinċipju tal-kontroll mill-pajjiż fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali fejn jidħlu d-definizzjoni u l-kalkolu tal-proviżjonijiet tekniċi ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni. L-ammont ta’ dawn il-proviżjonijiet tekniċi għandu jiġi ddeterminat skond ir-regoli mwaqqfa bid-Direttiva 91/674/KEE dwar ir-rendikonti annwali ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u r-rendikonti konsolidati ta l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni[12]. Dwar attivitajiet tar-riassigurazzjoni fuq il-ħajja, il-proposta tipprovdi wkoll li l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali jista’ wkoll iwaqqaf regoli aktar speċifiċi għall-kalkolu tal-proviżjonijiet tekniċi skond il-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/83/KE dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja. Din id-dispożizzjoni twaqqaf il-prinċipji attwarjali li għandhom jiġu segwiti biex jiġu stabbiliti l-proviżjonijiet tekniċi għall-attivitajiet ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja.

L-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu wkoll jeħtieġ lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni tiegħu jwaqqfu riżerva ta’ ugwalizzazzjoni dwar attivitajiet ta’ riassigurazzjoni tal-kreditu (Artikolu 33). L-ammont ta’ din ir-riżerva għandu jiġi kalkolat skond ir-regoli provduti fid-Direttiva 73/239/KEE, b’mod partikolari l-Anness, li jwaqqaf erba’ metodi meqjusa bħala ekwivalenti. L-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jista’ jeżenta lil intrapriżi tar-riassigurazzjoni, li għalihom ir-riassigurazzjoni tal-kreditu ma jirrappreżentax parti importanti ta’ l-attività tagħhom, mill-obbligu li jwaqqfu r-riżerva ta’ l-ugwalizzazzjoni.

L-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali jista’ wkoll jeħtieġ lill-intrapriżi tiegħu tar-riassigurazzjoni jwaqqfu r-riżerva ta’ l-ugwalizzazzjoni għal klassijiet ta’ riskji minbarra r-riassigurazzjoni tal-kreditu, wara r-regoli mwaqqfa minn dak l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali. Dan huwa skond il-leġislazzjoni eżistenti dwar l-assigurazzjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 73/239/KEE kif ukoll id-Direttiva 91/674/KEE dwar ir-rendikonti annwali ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni.

Bl-introduzzjoni ta’ reġim ta’ sorveljanza għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni, li s’issa mhumiex suġġetti għal qafas legal Komunitarju, il-korollarju huwa t-tħassir tal-ħtieġa tar-rahan ta’ l-assi wżati biex ikopru primjums mhux imħallsa u dispożizzjonijiet dwar talbiet pendenti għall-indennizz ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni fejn hija riassigurata minn intrapriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva, jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttivi 73/239/KEE (assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja) jew 2002/83/EC (assigurazzjoni fuq il-ħajja). Iżda Stat Membru għandu jibqa’ kompetenti li jimponi r-rahan ta’ l-assi wżati biex ikopru dawn il-proviżjonijiet tekniċi ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni tiegħu fejn huma riassigurati minn intrapriżi tar-riassigurazzjoni mhux Komunitarji, ladarba dawn ta’ l-aħħar mhumiex suġġetti għar-reġim ta’ sorveljanza ta’ awtorizzazzjoni unika u għarfien reċiproku ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 34 jipproponi strateġija kwalitattiva għar-regoli ta’ l-investiment. L-ispeċifiċitajiet tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni jwassu biex tkun ippreferuta din l-istrateġija minflok il-metodu aktar kwantitattiv użat fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni diretta. L-Artikolu jgħid li l-assi għandhom iqisu t-tip ta’ kummerċ li tagħmel l-entità tar-riassigurazzjoni, l-ammont u t-terminu tal-ħlas mistennija tat-talbiet għall-indennizz sabiex jiġu żgurati s-suffiċjenza, il-likwidità, il-kwalità, il-profitabilità u t-tqabbil ta’ l-investiment. Għar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, ir-rekwiżit tat-tqabbil għandu jiġi osservat fid-dawl tal-prattiki fil-kummerċ u l-kumplessità inerenti biex jiġi ddeterminat it-terminu tal-flussi ta’ flus li jirrapreżentaw ħlas dovut. Barra minn hekk, l-investimenti għandhom ikunu diversifikati u mxerrda b’mod xieraq biex jippermettu reazzjoni għal tibdil fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi.

L-Artikoli 35-41: Il-marġni ta’ solvibiltà ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni

Marġni tas-solvibbiltà huwa element importanti tas-sorveljanza prudenzjali. Din il-proposta twaqqaf rekwiżiti dwar is-solvibiltà għal intrapriżi tar-riassigurazzjoni li huma bbażati fur ir-regoli kurrenti għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni. Kif ġie indikat qabel, l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni huma attivitajiet relatati u konsegwentament, ir-rekwiżiti dwar is-solvibiltà għaż-żewġ attivitajiet għandhom ikunu simili.

Dwar il-kummerċ tar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, il-proposta tapplika r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva ta’ l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja 73/239/KEE (Artikolu 37). Iżda, minħabba n-natura partikolari ta’ xi tipi ta’ kuntratti tar-riassigurazzjoni jew linji speċifiċi tal-kummerċ, il-proposta tagħti l-possibilità li jiżdied il-marġinu ta’ solvibbiltà mitlub. Id-Direttiva dwar l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja diġà tipprovdi għal żjieda ta’ 50% għall-assigurazzjonijiet dwar ir-responsabbiltà, minħabba li huma suġġetti għal profil ta’ riskju li huwa b’mod partikolari volatili. Il-proposta tipprovdi għal żjieda sa 50% tal-marġinu tas-solvibiltà rigward tipi jew klassijiet speċifiċi ta’ kummerċ minbarra l-klassijiet tar-responsabbiltà. L-aġġustament tal-marġni tas-solvibbiltà għandu jsir mill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Kumitat ta’ l-Assigurazzjoni, b’eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtijin lilha mit-Trattat. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati billi tiġi segwita l-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/648/KE (Artikolu 55). Dan it-titjib tal-marġinu tas-solvibbiltà jintuża biss wara analiżi dettaljata u konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati.

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali bejn l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni u l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jagħmlu attivitajiet ta’ riassigurazzjoni, il-proposta tipprovdi għat-tibdiliet meħtieġa fid-Direttiva ta’ l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja 73/239/EEC u d-Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja 2002/83/KE. Għalhekk, l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jwettqu r-riassigurazzjoni permezz ta’ attivitajiet ta’ aċċettazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva dwar ir-riassigurazzjoni, dwar il-marġinu meħtieġ ta’ solvibiltà, fejn il-volum ta’ l-attivitajiet tagħhom ta’ riassgurazzjoni jirrappreżenta parti sinifikanti tal-kummerċ kollu tagħhom (Artikoli 57(5) u 59(8)). Dawn id-dispożizzjonijiet ikunu jgħoddu meta d-deċiżjoni li taġġusta l-marġni meħtieġ ta’ solvibiltà għall-attivitajiet tar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja tkun ġiet adottata mill-Kummissjoni (Artikolu 43).

Sa fejn hija konċernata r-riassigurazzjoni fuq il-ħajja, il-marġinu ta’ solvibiltà mitlub għandu jiġi kalkolat skond ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja 2002/83/KE (Artikolu 38).

Fejn intrapriża tar-riassigurazzjoni twettaq fl-istess ħin kummerċ tar-riassigurazzjoni fuq il-ħajja, kif ukoll attività li ma tkunx fuq il-ħajja, il-marġinu ta’ solvibiltà mitlub għandu jkopri s-somma totali ta’ marġini rekwiżiti ta’ solvibiltà dwar kemm l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja kif ukoll tar-riassigurazzjoni fuq il-ħajja (Artikolu 39).

Il-marġinu ta’ solvibbiltà disponibbli għandu jiġi rappreżentat mill-assi li mniżżla fl-Artikolu 36. L-assi li jistgħu jintużaw huma dawk li huma diġà awtorizzati bid-Direttivi dwar l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja u dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, biex jirrappreżentaw il-marġinu ta’ solvibiltà.

L-Artikolu 40 jirreferi għall-fond tal-garanzija minimu meħtieġ biex jitwettqu l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni. Il-fond tal-garanzija jkopri r-rekwiżit minimu ta’ kapital li għandu jkollha intrapriża tar-riassigurazzjoni b’mod permanenti sabiex tagħmel il-kummerċ tar-riassigurazzjoni bl-istat finanzjarju b’saħħtu xieraq. Il-proposta tiffissa fond ta’ garanzija li ma jistax ikun inqas minn EUR 3 miljun. Iżda, rigward intrapriżi tar-riassigurazzjoni minn kumpanija ‘captive’, l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali jista’ jistabbilixxi lil-fond tal-garanzija jkun EUR 1 miljun. Din id-dispożizzjoni timmira li tqis il-karatteristiċi speċjali ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni minn kumpanija ‘captive’, u b’mod partikolari l-fatt li huma normalment intrapriżi ta’ daqs medju/żgħir u l-attività tagħhom hija limitata esklussivament biex tkopri r-riskji dwar l-intrapriżi li jappartjeni għalihom ir-riassiguratur li jkun ‘captive’.

L-Artikoli 42-44: Meta l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni jkunu f’diffikultà – Irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni għandu jkollhom is-setgħat xierqa biex jieħdu azzjoni kontra intrapriża tar-riassigurazzjoni fejn is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha tmur għall-agħar, per eżempju, meta ma twaqqafx proviżjonijiet tekniċi xierqa jew il-marġinu tas-solvibiltà ma jilħaqx il-livell meħtieġ. F’dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jeħtieġu pjan finanzarju, pjan ta’ ristorazzjoni, pjan ta’ rkupru finanzjarju jew li jipprojbixxu t-trasferiment ħieles ta’ l-assi ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni.

Bl-istess mod, huwa essenzjali li jiġi pprovdut li l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-intrapriża tar-riassigurazzjoni tista’ tiġi rtirata f’xi każijiet speċifiċi (i.e. nuqqas ta’ osservazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni, nuqqas serju ta’ ħarsien tal-kundizzjonijiet u r-regolamenti tat-twettiq tal-kummerċ, eċċ.).

Ir-regoli mwaqqfa f’din il-proposta huma identiċi għal dawk diġà applikati għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni.

L-Artikoli 45-46: L-attivitajiet ta’ riassigurazzjoni mwettqa permezz tal-libertà ta’ l-istabbiliment u l-forniment ħieles tas-servizzi

Intrapriża tar-riassigurazzjoni debitament awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali hija intitolata li twettaq il-kummerċ tar-riassigurazzjoni fil-Komunità kollha, jew taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment jew taħt il-libertà tal-forniment tas-servizzi (Artikolu 4(1)).

L-Artikolu 45 iwaqqaf dispożizzjonijiet dwar il-każ fejn intrapriża tar-riassigurazzjoni, filwaqt li taġixxi taħt il-libertà ta’ l-istabbiliment jew il-forniment ħieles tas-servizzi, ma tosservax id-dispożizzjonijiet legali li jgħoddu fl-Istat Membru li Jospita. Ir-reġim propost, li huwa wkoll ispirat mir-reġim imwaqqaf fid-direttivi dwar l-assigurazzjoni, huwa msejjes fuq il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali u l-Istat Membru li Jospita.

L-Artikolu 46 iwaqqaf il-prinċipju ta’ l-ugwaljanza tat-trattament tal-kredituri kollha riassigurati fil-każ ta’ xoljiment ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni, mingħajr ma ssir ebda distinzjoni fuq raġunijiet relatati mal-mod kif il-kuntratti tar-riassigurazzjoni ġew sottoskritti; i.e. jekk kienx bl-użu tal-libertà ta’ l-istabbiliment jew bil-forniment ħieles tas-servizzi. Madankollu din id-dispożizzjoni ma tintroduċix koordinazzjoni tar-regoli nazzjonali dwar ix-xoljiment. Din il-koordinazzjoni rigward intrapriża ta’ l-assigurazzjoni saret bid-Direttiva 2001/17/KE (Direttiva dwar ix-xoljiment ta’ l-assigurazzjoni)[13]. Id-Direttiva dwar ix-xoljiment ta’ l-assigurazzjoni tista’ wkoll teħtieġ li tiġi adattata, wara eżaminazzjoni bir-reqqa, fi stadju aktar tard sabiex l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni jinġiebu fl-ambitu tagħha.

L-Artikoli 47-50: L-intrapriżi tar-riassigurazzjoni f’pajjiżi terzi.

Intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz u li jagħmlu l-kummerċ tar-riassigurazzjoni fi Stat Membru m’għandhomx jingħataw trattament li huwa aktar favorevoli minn dak mogħti lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċju prinċipali tagħhom f’dak l-Istat Membru (Artikolu 47).

L-Artikolu 48 jipprevedi l-possibilità li jiġu konklużi patti ma’ pajjiżi terzi dwar is-sorveljanza ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni. L-iskop ta’ dawn il-patti internazzjonali huwa, b’mod partikolari, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-UE u l-pajjiżi terzi konċernati rigward l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni kif ukoll biex jipprevedu għarfien reċiproku tar-regoli u l-prattiki ta’ sorveljanza fuq ir-riassigurazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi terzi. Din id-dispożizzjoni tista’ tkun ta’ importanza sinifikanti sabiex tittratta ostakoli regolatorji għar-riassigurazzjoni li jostakolaw id-dħul ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni tal-Komunità f’pajjiżi terzi.

L-Artikoli 51-54: Id-drittijiet akkwistati minn intrapriżi tar-riassigurazzjoni eżistenti - Intrapriżi tar-riassigurazzjoni li qed jieqfu mill-attivitajiet tagħhom.

Intrapriża tar-riassigurazzjoni li kienet intitolata jew awtorizzata biex tagħmel, jew awtorizzata li tagħmel, il-kummerċ tar-riassigurazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha qabel id-data ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tista’ tkompli tagħmel dan mingħajr ma titlob awtorizzazzjoni. Madankollu l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, b’mod partikolari r-rekwiżiti dwar stat finanzjarju b’saħħtu ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni (proviżjonijiet tekniċi, marġinu ta’ solvibiltà u fond tal-garanzija), il-kapaċità professjonali u r-reputazzjoni tajba tal-meniġers jew l-idonejità ta’ l-azzjonijisti b’parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva. Id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jagħtu żmien tranżitorju ta’ sentejn sabiex jiġi evitat li l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni eżistenti jidħlu f’inkwiet finanzjarju minħabba l-isforz biex josservaw dawn ir-rekwiżiti (Artikolu 51).

Minn-naħa l-oħra, d-Direttiva ma tgħoddx għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li fil-ħin ta’ l-implimentazzjoni tad-direttiva jkunu waqfu milli jissottoskrivu kuntratti ġodda tar-riassigurazzjoni u jamministraw b’mod esklussiv il-portafoll eżistenti sabiex jitterminaw l-attività tagħhom. Madankollu, minħabba li dawn l-intrapriżi mhux se jkunu suġġetti għar-reġim ta’ l-awtorizzazzjoni unika mwaqqaf bid-Direttiva, huwa essenzjali għall-iskop tat-trasparenza u ċ-ċertezza legali, li l-Istati Membri jagħmlu lista ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni konċernati u jikkomunikawha lill-Istati Membri kollha (Artikolu 52).

Fl-aħħar l-Artikolu 53 jipprovdi għad-dritt ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni biex tapplika għar-reviżjoni ġudizzjarja ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda dwarha mill-awtoritajiet kompetenti meta japplikaw ir-regoli nazzjonali tagħhom adottati biex jimplimentaw din id-Direttiva.

L-Artikoli 55-56: Is-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni biex tagħmel aġġustamenti tekniċi lid-Direttiva.

Il-proposta tippermetti li jsiru aġġustamenti tekniċi għar-regoli speċifiċi tad-Direttiva. Id-Direttiva tagħti lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni rigward id-dispożizzjonijiet li hemm lista espressa tagħom fl-Artikolu 56. Fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat dwar l-Assigurazzjoni mwaqqaf bid-Direttiva 91/675/KEE. Il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura stabbilita bl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/648/KE li twaqqaf il-proċeduri għall-eżerċizzu tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.

Is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jintużaw b’mod partikolari biex jiġi mtejjeb il-marġinu meħtieġ ta’ solvibbiltà għal tipi jew kuntratti jew attivitajiet speċifiċi fil-klassijiet tal-kummerċ minbarra l-klassijiet tar-responsabbiltà (Artikolu 37(3) u (4)).

L-Artikoli 57-60: L-adattamenti tekniċi għad-Direttivi dwar il-Gruppi ta’ l-Assigurazzjoni Mhux fuq il-Ħajja, u dik li tkun fuq il-Ħajja

L-introduzzjoni ta’ qafas regolatorju komunitarju għar-riassigurazzjoni għandu impatt fuq id-direttivi eżistenti dwar l-assigurazzjoni (gruppi ta’ l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja u li tkun fuq il-ħajja)[14]. Sa dak il-livell li l-proposta preżenti, ladarba adottata, ser tikkompleta dan il-qafas leġislattiv għas-settur ta’ l-assigurazzjoni, hu meħtieġ li jitqies dak l-impatt, sabiex jiġi żgurat qafas regolatorju konsistenti. Għalhekk, id-direttivi eżistenti dwar l-assigurazzjoni jeħtieġu li jiġu adattati. Dan huwa l-każ, per eżempju, tas-sorveljanza indiretta ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li kkonkludiet kuntratt tar-riassigurazzjoni ma’ riassiguratur Komunitarju suġġett għal din id-Direttiva[15]. L-awtorità kompetenti ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ma tistax tirrifjuta kuntratt tar-riassigurazzjoni bħal dan għal raġunijiet direttament relatati mas-saħħa finanzjarja ta’ dak ir-riassiguratur.

Il-proposta tipprovdi wkoll għat-tħassir tar-rekwiżit tar-rahan ta’ l-assi wżati biex ikopru l-primjums mhux imħallsa u dispożizzjonijiet dwar talbiet pendenti għall-indennizz ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni fejn hija riassigurata minn intrapriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva, jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttivi 73/239/KEE (assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja) jew 2002/83/EC (assigurazzjoni fuq il-ħajja).

Dawn l-adattamenti jitnisslu wkoll mill-ħtieġa li l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni diretta li jaċċettaw ir-riassigurazzjoni jiġu assoġġettati għar-rekwiżiti tas-solvibiltà li jkunu stabbiliti għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni u li jiżguraw kundizzjonijiet ugwali fost intrapriżi differenti li jissottiskrivu n-negozju tar-riassigurazzjoni ‘l ġewwa.

Id-Direttiva 98/78/KE dwar il-gruppi ta’ l-assigurazzjoni hija wkoll adattata sabiex tqis il-fatt li l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni fl-UE ser ikunu soġġetti għas-sorveljanza[16]. Ikun ukoll meħtieġ adattament sussegwenti tad-Direttiva 2002/87/KE dwar il-konglomerati finanzjarji[17].

Barra minn hekk, id-Direttiva 2001/17/KE tista’ wkoll teħtieġ li tiġi adattata sabiex tibda tapplika għall-intrapriżi ta’ riassigurazzjoni, minħabba li bħalissa mhumiex soġġetti għad-Direttiva dwar ix-xoljiment ta’ l-assigurazzjoni. Huwa meħtieġ aktar xogħol f’dan ir-rigward biex jiġu identifikati l-kwistjonijiet li għandhom bżonn jiġu meqjusa sabiex isiru l-adattamenti xierqa.

2004/0097 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE u d-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Filwaqt li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2) u 55 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[18],

Filwaqt li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ewropew[19],

Filwaqt li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[20],

Filwaqt li aġixxew skond il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 251 tat-Trattat[21],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-bidu u t-twettiq tal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni diretta minbarra l-assigurazzjoni fuq il-ħajja[22], id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati ma’ l-assigurazzjoni diretta minbarra l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE[23] u 2002/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja[24] waqqfu dispożizzjonijiet relatati mal-bidu u t-twettiq tal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni diretta fil-Komunità.

(2) Dawk id-Direttivi jipprovdu għall-qafas legali biex l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jwettqu l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni fis-suq intern, mill-perspettiva kemm tad-dritt ta’ l-istabbiliment kif ukoll tal-libertà tal-forniment tas-servizzi, sabiex jagħmluha eħfef għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni bl-uffiċċji prinċipali fil-Komunità biex ikopru rabtiet li jinsabu fil-Komunità u biex jagħmluha possibbli għad-detenturi tal-poloz biex jirrikorru mhux biss għall-assiguraturi mwaqqfa fil-pajjiż tagħhom stess, iżda wkoll għall-assiguraturi li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fi Stati Membri oħrajn.

(3) Ir-reġim stabbilit b’dawn id-Direttivi jgħodd għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni diretta rigward il-kummerċ kollu li jagħmlu, kemm attivitajiet ta’ l-assigurazzjoni diretta kif ukoll attivitajiet tar-riassigurazzjoni permezz ta’ l-aċċettazzjonijiet; madankollu l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni mwettqa minn intrapriżi tar-riassigurazzjoni speċjalizzati la jaqgħu taħt dan ir-reġim u lanqas taħt xi reġim ieħor tal-liġi Komunitarja.

(4) Ir-riassigurazzjoni hija attività finanzjarja ewlenija minħabba li tippermetti lill-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni diretta, permezz ta’ iffaċilitar ta’ tixrid usa’ tar-riskji fuq livell dinji, li jkollhom kapaċità akbar ta’ sottoskrizzjoni biex jaħdmu fil-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni u jipprovdu kopertura ta’ l-assigurazzjoni biex inaqqsu l-ispejjeż kapitali tagħhom; barra minn hekk ir-riassigurazzjoni għandha wkoll rwol fundamentali fl-istabbilità finanzjarja, minħabba li hija element essenzjali biex tiġi żgurata s-saħħa ta’ l-istat finanzjarju u l-istabbilità tas-swieq ta’ l-assigurazzjoni diretta, kif ukoll is-sistema finanzjarja sħiħa, minħabba r-rwol tagħha ta’ intermedjaru finanzjaru u investitur istituzzjonali ewlieni.

(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/225/KEE tal-25 ta’ Frar 1964 dwar it-tħassir tar-restrizzjonijiet dwar il-libertà ta’ l-istabbiliment u l-libertà tal-forniment tas-servizzi rigward ir-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni[25] neħħiet ir-restrizzjonijiet għad-dritt ta’ l-istabbiliment u l-libertà tal-forniment tas-servizzi relatati man-nazzjonalità jew ir-residenza ta’ min jipprovdi r-riassigurazzjoni. Iżda ma neħħietx ir-restrizzjonijiet kawżati mid-diverġenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni prudenzjali tar-riassigurazzjoni. Din is-sitwazzjoni rriżultat f’differenzi sinifikanti fil-livell ta’ sorveljanza ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni fil-Komunità, li joħolqu ostakoli għat-twettiq tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni, bħall-obbligu ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tirhan l-assi sabiex tkopri l-parti tagħha tal-proviżjonijiet tekniċi ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni diretta, kif ukoll l-osservazzjoni mill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni ta’ regoli ta’ sorveljanza differenti fl-Istati Membri differenti fejn iwettqu l-kummerċ jew sorveljanza indiretta ta’ l-aspetti differenti ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni diretta.

(6) Il-Pjan ta’ Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji identifikat lir-riassigurazzjoni bħala settur li jeħtieġ azzjoni fuq livell Komunitarju sabiex jiġi kompletat is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Barra minn dan, fora finanzjarji ewlenin bħall-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Għaqda Internazzjonali ta’ l-Awtoritajiet li Jissorveljaw l-Assigurazzjoni (IAIS) indikaw in-nuqqas ta’ regoli armonizzati dwar is-sorveljanza tar-riassigurazzjoni fuq livell Komunitarju bħala nuqqas importanti fil-qafas regolatorju dwar is-servizzi finanzjarji li għandu jimtela.

(7) Din id-Direttiva għandha l-għan li twaqqaf qafas regolatorju prudenzjali għall-attivitajiet tar-riassigurazzjoni fil-Komunità. Hija tifforma parti mll-korp ta’ leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni li għandha bħala għan li twaqqaf is-Suq Intern fis-settur ta’ l-assigurazzjoni.

(8) Din id-Direttiva hija konsistenti ma’ ħidma ewlienija internazzjonali li saret fuq regoli prudenzjali, b’mod partikolari l-Għaqda Internazzjonali ta’ l-Awtoritajiet li Jissorveljaw l-Assigurazzjoni (IAIS).

(9) Din id-Direttiva timxi fuq l-istrateġija tal-leġislazzjoni Komunitarja li ġiet adottata dwar l-assigurazzjoni diretta, billi twettaq l-armoniżżazzjoni li hija essenzjali, meħtieġa u biżżejjed biex tiżgura l-għarfien reċiproku ta’ l-awtorizzazzjonijiet u s-sistemi tal-kontroll, u b’hekk tagħmel possibbli li tingħata awtorizzazzjoni unika valida fil-Komunità kollha u tapplika l-prinċipju ta’ sorveljanza mill-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha.

(10) B’riżultat, il-bidu u t-twettiq tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni huma suġġetti għall-għotja ta’ awtorizzazzjoni uffiċjali waħda, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membu fejn intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha. L-awtorizzazzjoni tippermetti lil intrapriża twettaq il-kummerċ fil-Komunità kollha, taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment jew il-libertà tal-forniment tas-servizzi. L-Istat Membru tal-fergħa, jew tal-forniment tas-servizzi, ma jistax jeħtieġ lil intrapriża tar-riassigurazzjoni li tixtieq twettaq il-kummerċ tar-riassigurazzjoni hemm u li diġà ġiet awtorizzata fl-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha tfittex awtorizzazzjoni oħra. Aktar minn hekk, intrapriża tar-riassigurazzjoni li diġà ġiet awtorizzata fl-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha m’għandhiex tkun suġġetta għal sorveljanza jew verifiki addizzjonali relatati mas-saħħa finanzjarja tagħha li huma mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li hija riassigurata minn dik l-intrapriża tar-riassigurazzjoni. Ukoll, l-Istati Membri m’għandhomx ikunu permessi li jeħtieġu lil intrapriża tar-riassigurazzjoni, awtorizzata fil-Komunità, tagħti garanzija ta’ l-assi sabiex tkopri l-parti tagħha tal-proviżjonijiet tekniċi taċ-ċedenti. Il-kundizzjonijiet għall-għotja jew l-irtirar ta’ din l-awtorizzazzjoni għandhom jiġu definiti. L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jawtorizzaw jew ikomplu l-awtorizzazzjoni ta’ intrapriżi tar-riassigurazzjoni li ma jilħqux il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

(11) Din id-Direttiva għandha tgħodd għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li jwettqu b’mod esklussiv il-kummerċ tar-riassigurazzjoni, u li ma jaħdmux fil-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni diretta; għandha wkoll tgħodd għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni hekk imsejħa "captive" maħluqa jew proprjetà ta’ ditti industrijali, kummerċjali jew finanzjarji li mhumiex intrapriżi li tgħodd għalihom id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni f’grupp ta’ l-assigurazzjoni[26], li l-iskop tagħhom huwa li jagħtu kopertura ta’ riassigurazzjoni esklussivament lir-riskji tad-ditti li jappartjenu għalihom.

(12) Madankollu, din id-Direttiva m’għandhiex tgħodd għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li huma diġà soġġetti għad-Direttivi 73/239/KEE u 2002/83/KE; iżda sabiex jiġi żgurat l-istat finanzjarju b’saħħtu ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jwettqu wkoll kummerċ ta’ riassigurazzjoni u li l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn l-attivitajiet huwa debitament meqjus mir-rekwiżiti dwar il-kapital ta’ dawn l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, id-dispożizzjonijiet relatati mal-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li jinsabu f’din id-Direttiva għandhom jgħoddu għall-kummerċ tar-riassigurazzjoni ta’ dawn l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, jekk il-volum ta’ l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni tagħhom jirrapreżenta parti sinifikanti tal-kummerċ kollu tagħhom.

(13) Din id-Direttiva għandha tiċċara s-setgħat u l-meżżi ta’ sorveljanza mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandhom ikunu responsabbli biex jissorveljaw is-saħħa finanzjarja ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni, inkluż l-istat ta’ solvibbiltà tagħhom, it-twaqqif ta’ proviżjonijiet tekniċi xierqa u l-kopertura ta’ dawk il-proviżjonijiet b’assi ta’ kwalità.

(14) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dawk il-meżżi ta’ sorveljanza li huma meħtieġa biex jiġi żgurat l-insegwiment ordinat tal-kummerċ minn intrapriżi tar-riassigurazzjoni fil-Komunità kollha, kemm jekk isir taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment jew inkella d-dritt tal-forniment tas-servizzi. B’mod partikolari, għandhom ikunu jistgħu jintroduċu salvagwardji xierqa jew jimponu sanzjonijiet bl-għan tal-prevenzjoni ta’ l-irregularitajiet u l-vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tar-riassigurazzjoni.

(15) Għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar it-tpartit ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li, minħabba l-funzjoni tagħhom, jgħinu biex isaħħu l-istabbilità tas-sistema finanzjarja. Sabiex tinżamm in-natura kunfidenzjali ta’ l-informazzjoni mibgħuta, il-lista ta’ indirizzati għandha tibqa’ f’limiti stretti. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li taħthom huwa awtorizzat it-tpartit ta’ informazzjoni msemmi hawn fuq; barra minn dan, fejn huwa mniżżel li l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata biss bil-kunsens espliċitu ta’ l-awtoritajiet kompetenti, dawn jistgħu, fejn xieraq, jagħmlu l-qbil tagħhom suġġett għall-ħarsien ta’ kundizzjonijiet stretti. F’dan ir-rigward, u minħabba li tiġi żgurata s-sorveljanza xierqa ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, din id-Direttiva għandha tipprovdi għal regoli li jippermettu lill-Istati Membri jikkonkludu patti dwar tpartit ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi kemm-il darba l-informazzjoni żvelata hija assoġġettata għal garanziji xierqa ta’ segretezza professjonali.

(16) Għall-għanijiet li tiġi msaħħa s-sorveljanza prudenzjali ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni, għandu jiġi stipulat li awditur għandu jkollu dmir li jirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti, kull fejn, kif provdut f’din id-Direttiva, isir/issir konxju/a, filwaqt li j/twettaq il-funzjonijiet tiegħu/tagħha, dwar xi fatti li x’aktarx ikollhom effett serju fuq is-sitwazzjoni finanzjarja jew l-organizzazzjoni amministrattiva jew taż-żamma tal-kotba ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni. Filwaqt li jiġi kkunsidrat l-għan immirat, huwa mixtieq li l-Istati Membri jipprovdu li dan id-dmir għandu japplika fiċ-ċirkostanzi kollha fejn dawn il-fatti huma skoperti minn awditur matul it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu/tagħha f’intrapriża li għandha rabtiet mill-qrib ma’ intrapriża tar-riassigurazzjoni. Id-dmir ta’ l-awdituri li jikkomunikaw, fejn xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti xi fatti u deċiżjonijiet dwar intrapriża tar-riassigurazzjoni li jiskopru matul it-twettiq tal-funzjonijiet tagħħom f’intrapriża li mhix tar-riassigurazzjoni ma jibdilx fih innifsu n-natura tal-funzjonijiet tagħhom f’dik l-intrapriża u lanqas il-mod li bih għandhom iwettqu dawk il-funzjonijiet f’dik l-intrapriża.

(17) Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex tiġi ddefinita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni eżistenti li kienu diġà awtorizzati jew intitolati li jwettqu l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri qabel l-applikazzjoni tad-Direttiva.

(18) Sabiex intrapriża tar-riassigurazzjoni tkun tista’ tilħaq ir-rabtiet tagħha, l-Istat Membru fejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jeħtieġha li twaqqaf proviżjonijiet tekniċi xierqa. L-ammont ta’ dawn il-proviżjonijiet tekniċi għandu jiġi ddeterminat skond id-Direttiva 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rendikonti annwali u r-rendikonti konsolidati ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni[27] u, rigward attivitajiet tar-riassigurazzjoni fuq il-ħajja, l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jiġi permess ukoll li jwaqqaf regoli aktar speċifiċi skond id-Direttiva 2002/83/KE.

(19) Intrapriża tar-riassigurazzjoni li twettaq il-kummerċ tar-riassigurazzjoni fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni tal-kreditu, li l-kummerċ tagħha ta’ l-assigurazzjoni tal-kreditu jammonta għal aktar minn proporzjon żgħir tal-kummerċ totali tagħha, għandha tkun meħtieġa li twaqqaf riżerva ta’ ugwalizzazzjoni li ma tifformax parti mill-marġinu tas-solvibbiltà; din ir-riżerva għandha tiġi kalkolata skond wieħed mill-metodi mwaqqfa fid-Direttiva 73/239/KEE u li huma magħrufa bħala ekwivalenti; barra minn hekk, din id-Direttiva għandha tippermetti lill-Istat Membru fejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jeħtieġ ukoll li hija twaqqaf riżervi ta’ ugwalizzazzjoni għal klassijiet ta’ riskju minbarra riassigurazzjoni tal-kreditu, skond ir-regoli mwaqqfa minn dak l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha.

(20) L-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandu jkollha assi biex tkopri proviżjonijiet tekniċi li għandhom iqisu t-tip ta’ kummerċ li tagħmel intrapriża tar-riassigurazzjoni, b’mod partikolari n-natura, l-ammont u t-terminu tal-ħlasijiet mistennija ta’ talbiet għall-indennizz, b’tali mod li huma żgurati s-suffiċjenza, l-likwidità, is-sigurtà, il-profitabilità u t-tqabbil ta’ l-investimenti tagħha, li l-intrapriża għandha tiżgura li huma diversifikati u mxerrda b’mod xieraq u li jagħti lill-intrapriża l-possibilitajiet biex tirreaġixxi b’mod xieraq għat-tibdil fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi, b’mod partikolari l-iżvilupp fis-swieq finanzjarji u s-swieq tal-proprjetà immobbli jew ġrajjiet katastrofiċi b’impatt kbir.

(21) Huwa meħtieġ li, minbarra proviżjonijiet tekniċi, l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni għandhom iżommu riżerva supplimentari, magħrufa bħala l-marġni tas-solvibbiltà, rappreżentat minn assi ħielsa u, bil-qbil ta’ l-awtorità kompetenti, minn assi oħrajn impliċiti, li għandhom jaġixxu biex imewtu l-effett ta’ varjazzjonijiet negattivi fil-kummerċ. Dan ir-rekwiżit huwa element importanti ta’ sorveljanza prudenzjali. Sakemm issir ir-reviżjoni tar-reġim kurrenti tal-marġni tas-solvibbiltà, li l-Kummissjoni qiegħda twettaq taħt l-hekk imsejjaħ proġett “Solvency II”, sabiex tiddetermina l-marġinu meħtieġ ta’ solvibbiltà ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni, għandhom jgħoddu r-regoli provduti fil-leġislazzjoni eżistenti fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni diretta;

(22) Sabiex jittieħed kont tan-natura partikolari ta’ xi tipi ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni jew linji speċifiċi tal-kummerċ, għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex isiru tibdiliet għall-kalkolu tal-marġinu meħtieġ ta’ solvibbiltà; dawn it-tibdiliet għandhom isiru mill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Kumitat ta’ l-Assigurazzjoni, imwaqqaf bid-Direttiva tal-Kunsill 91/675/KEE[28] b’eżerċizzju tas-setgħat tagħha ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha mit-Trattat. Dawn għandhom jiġu adottati bl-użu tal-proċedura regolatorja provduta fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li twaqqaf il-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[29].

(23) Il-lista ta’ oġġetti eliġibbli biex jirrappreżentaw il-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà mwaqqaf b’din id-Direttiva għandha tkun dik msemmija fid-Direttivi 73/239/KEE u 2002/83/KE.

(24) L-intrapriżi tar-riassigurazzjoni għandhom jippossjedu wkoll fond ta’ garanzija biex jiżguraw li għandhom riżorsi xierqa meta jiġu mwaqqfa, u li fil-kors sussegwenti tal-kummerċ il-marġni ta’ solvibbiltà f’ebda każ ma jaqa’ taħt minimu ta’ sigurtà; madankollu sabiex jiġu meqjusa l-ispeċifiċitajiet ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni “ captive ”, għandu jkun hemm dispożizzjoni li tippermetti lill-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali li jistabbilixxi l-fond minimu ta’ garanzija meħtieġ għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni “ captive ” f’ammont aktar baxx.

(25) Xi dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiddefinixxu l-istandards minimi. Stat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali għandu jkun jista’ jwaqqaf regoli aktar stretti għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu stess, b’mod speċjali rigward ir-rekwiżiti tal-marġinu ta’ solvibbiltà.

(26) Huwa meħtieġ li jiġu pprovduti miżuri f’każijiet fejn il-pożizzjoni finanzjarja ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni ssir tali li tagħmilha diffiċli għaliha li tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha ta’ sottoskrizzjoni. F’sitwazzjonijiet speċifiċi, hemm ukoll ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti ikollhom is-setgħa li jindaħlu fi stadju bikri biżżejjed, iżda fl-eżerċizzju ta’ dawk il-poteri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom javżaw lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni dwar ir-raġunijiet wara din l-azzjoni ta’ sorveljanza, skond il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u proċess xieraq skond il-liġi. Sa fejn teżisti din is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu pprojbiti milli jiċċertifikaw li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha marġinu suffiċjenti ta’ solvibbiltà.

(27) Huwa meħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li intrapriża tar-riassigurazzjoni li twettaq l-attivitajiet tagħħa taħt il-libertà ta’ l-istabbiliment u l-forniment ħieles tas-servizzi tosserva d-dispożizzjonijiet li jgħoddu għaliha fl-Istat Membru li jospita.

(28) Għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar id-dritt ta’ smigħ quddiem il-qrati jekk awtorizzazzjoni tiġi miċħuda jew rifjutata.

(29) Huwa importanti li jiġi pprovdut li l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Komunità u li jagħmlu l-kummerċ tar-riassigurazzjoni fil-Komunità m’għandhomx ikunu assoġġettati għal trattament li jirriżulta aktar favorevoli minn dak mogħti lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali fi Stat Membru.

(30) Sabiex jitqiesu l-aspetti internazzjonali tar-riassigurazzjoni, għandha ssir dispożizzjoni li tippermetti l-konklużjoni ta’ patti internazzjonali ma’ pajjiż terz bl-għan li jiġu ddefiniti l-mezzi tas-sorveljanza fuq l-entitajiet tar-riassigurazzjoni li jmexxu l-kummerċ fit-territorju ta’ kull parti għall-kuntratt.

(31) Għandha tiġi pprovduta proċedura flessibbli sabiex ikun possibbli li tiġi mkejla l-ekwivalenza tar-regolazzjoni prudenzjali ma’ pajjiżi terzi fuq bażi Komunitarja, sabiex titjieb il-liberalizzazzjoni tas-servizzi tar-riassigurazzjoni f’pajjiżi terzi, kemm jekk permezz tad-dritt ta’ l-istabbiliment kif ukoll bil-forniment ta’ servizzi minn naħa għal oħra tal-fruntiera. Għal dak l-iskop, din id-Direttiva tipprovdi proċeduri għal negozjati ma’ pajjiżi terzi.

(32) Il-Kummissjoni jmissha jkollha s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni, kemm-il darba dawn ma jimmodifikawx l-elementi essenzjali ta’ din id-Direttiva. Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jippermettu lill-Komunità tqis l-iżvilupp futur tar-riassigurazzjoni. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(33) Il-qafas legali Komunitarju eżistenti għall-assigurazzjoni jmissu jiġi adattat sabiex iqis ir-reġim ġdid ta’ sorveljanza għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni mwaqqaf b’din id-Direttiva u sabiex jiġi żgurat qafas regolatorju konsistenti għas-settur kollu ta’ l-assigurazzjoni. B’mod partikolari, għandhom jiġu adottati d-dispożizzjonijiet eżistenti li jippermettu “sorveljanza indiretta” ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għas-sorveljanza ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni diretta. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet preżenti li jippermettu lill-Istati Membri jeħtieġu r-rahan ta’ l-assi biex ikopru l-proviżjonijiet tekniċi ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni fejn l-assiguratur huwa riassigurat minn intrapriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva, jew minn intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, għandhom jiġu mħassra. Fl-aħħar, għandu jiġi pprovdut li l-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ għall- intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jagħmlu attivitajiet tar-riassigurazzjoni, meta dawn l-attivitajiet jirrapreżentaw parti sinifikanti tal-kummerċ tagħhom, huwa soġġett għar-regoli tas-solvibbiltà provduti għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni f’din id-Direttiva. Id-Direttivi 73/239/KEE, 92/49/KEE u 2002/83/KE għalhekk għandhom jiġu emendati f’dan is-sens.

(34) Id-Direttiva 98/78/KE għandha tiġi emendata biex tiggarantixxi li l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni f’grupp ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni huma suġġetti għas-sorveljanza supplimentari bl-istess mod bħall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li bħalissa huma parti minn grupp ta’ l-assigurazzjoni.

(35) Ladarba l-għan ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri t-twaqqif ta’ qafas legali għall-bidu u t-tkomplija ta’ attivitajiet tar-riassigurazzjoni, ma jistax jiġi miksub b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jista’ jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imwaqqaf f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx `l hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan. Ladarba din id-Direttiva tiddefinixxi l-istandardi minimi, l-Istati Membri jistgħu jwaqqfu regoli aktar stretti.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA :

TITOLU I – L-GĦAN U D-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1 – L-għan

1. Din id-Direttiva twaqqaf regoli għall-bidu u t-tkomplija ta’ l-attività indipendenti tar-riassigurazzjoni mwettqa minn intrapriżi tar-riassigurazzjoni, li jagħmlu biss attivitajiet tar-riassigurazzjoni, u li huma mwaqqfa fi Stat Membru jew jixtiequ li jiġu mwaqqfa fih.

2. Din id-Direttiva m’għandhiex tgħodd għal dawn li ġejjin:

a) l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jgħoddu għalihom id-Direttivi 73/239/KEE u 2002/83/KE;

b) l-attivitajiet u l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 73/239/ KEE;

c) l-attivitajiet u l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/83/ KE;

d) l-attività tar-riassigurazzjoni mwettqa mill-gvern ta’ Stat Membru meta dan qiegħed jaġixxi, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, fil-kapaċità ta’ riassiguratur meta jkun falla kull tentattiv ieħor f’ċirkostanzi fejn rwol bħal dan huwa meħtieġ minn sitwazzjoni fis-suq li fiha huwa oġġettivament impossibbli li tinkiseb kopertura kummerċjali.

Artikolu 2 – Tifsir

1. G ħall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jgħoddu dawn it-tifsiriet li ġejjin:

riassigurazzjoni tfisser l-attività li tikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta’ riskji ċeduti minn intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, minn intrapriża oħra tar-riassigurazzjoni jew minn istituzzjoni li tipprovdi għall-irtirar mix-xogħol li taqa’ taħt l-ambitu tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[30].

intrapriża tar-riassigurazzjoni tfisser intrapriża li rċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 3;

fergħa tfisser aġenzija jew fergħa ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni;

stabbiliment ifisser l-uffiċċju ewlieni, fergħa ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni, filwaqt li jitqies il-punt c);

Stat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha ifisser l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni;

Stat Membru tal-fergħa ifisser l-Istat Membru li fih tinsab il-fergħa ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni;

Stat Membru li jospita ifisser l-Istat Membru fejn intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha fergħa jew tipprovdi s-servizzi.

Kontroll ifisser ir-relazzjoni bejn intrapriża parent u sussidjarja tagħha, kif iddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna naturali jew legali u intrapriża;

Parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva ifisser sehem dirett jew indirett f’intrapriża li jirrappreżenta 10% jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-ivvutar jew li jagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-amministrazzjoni ta’ l-intrapriża fejn hemm is-sehem;

Intrapriża parent tfisser intrapriża parent kif iddefinita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

Sussidjarja tfisser intrapriża sussidjarja kif iddefinita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

awtoritajiet kompetenti tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li ngħataw is-setgħa mil-liġi jew minn regolament biex jissorveljaw lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni;

rabtiet mill-qrib tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni naturali jew legali jew aktar huma marbuta permezz ta’:

(i) parteċipazzjoni , li tfisser il-proprjetà, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20% jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ intrapriża, jew

(ii) kontroll, fil-każijiet kollha msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna naturali jew legali u intrapriża;

intrapriża tar-riassigurazzjoni “captive” tfisser intrapriża tar-riassigurazzjoni li tappartjeni jew- għal intrapriża finanzjarja li mhix intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni jew grupp ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għalihom tgħodd id-Direttiva 98/78/KE, jew għal intrapriża mhux finanzjarja, waħda jew aktar , li l-iskop tagħha hija li tkopri permezz tar-riassigurazzjoni esklussivament lir-riskji ta’ l-intrapriża jew intrapriżi li tappartjeni għalihom jew lil intrapriża jew intrapriżi tal-grupp li hija parti minnu l-intrapriża tar-riassigurazzjoni “captive”.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(c) kwalunkwe preżenza permanenti ta’ intrapriża fit-territorju ta’ Stat Membru għandha tingħata l-istess trattament mogħti lil aġenzija jew fergħa, ukoll jekk dik il-preżenza ma tiħux il-forma ta’ fergħa jew aġenzija, iżda tikkonsisti biss f’uffiċċju amministrat mill-impjegati ta’ l-intrapriża stess jew minn persuna li hija indipendenti iżda li għandha awtorità permanenti biex taġixxi għall-intrapriża bl-istess mod bħal aġenzija.

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(i), u fil-kuntest ta’ l-Artikoli 7 u 14 u tal-livelli l-oħrajn ta’ parteċipazzjoni imsemmija fl-Artikolu 14, għandhom jitqiesu d-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikolu 92 tad-Direttiva 2001/34/EC.[31]

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(k), kwalunkwe sussidjarja ta’ intrapriża sussidjarja għandha wkoll titqies bħala sussidjarja ta’ l-intrapriża li hija fl-aħħar mill-aħħar l-intrapriża parent ta’ dawk l-intrapriżi.

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(m), kwalunkwe intrapriża sussidjarja ta’ intrapriża sussidjarja għandha titqies bħala sussidjarja ta’ l-intrapriża parent li qiegħda fuq nett ta’ dawk l-intrapriżi.

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(m), sitwazzjoni fejn żewġ persuni naturali jew legali jew aktar huma marbuta b’mod permanenti ma’ l-istess persuna b’relazzjoni ta’ kontroll għandhom jitqiesu wkoll bħala li jikkostitwixxu konnessjoni fil-qrib bejniethom stess.

3. Kull fejn din id-Direttiva tirreferi għall-euro, il-valur tal-konverżjoni fil-munita nazzjonali li għandu jiġi adottat għandu, sa mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, ikun dak ta’ l-aħħar jum tax-xahar ta’ Ottubru ta’ qabel li għalih il-valuri tal-konverżjoni ta’ l-euro jistgħu jinkisbu fil-muniti kollha tal-Komunità.

TITOLU II – IL-BIDU TAL-KUMMERĊ TAR-RIASSIGURAZZJONI AWTORIZZAZZJONI TA’ L-INTRAPRIŻA TAR-RIASSIGURAZZJONI

Artikolu 3 – Il-prinċipju ta’ l-awtorizzazzjoni

Il-bidu tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni uffiċjali minn qabel.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tiġi mitluba mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn hemm l-uffiċċju prinċipali, minn:

(a) kwalunkwe intrapriża tar-riassigurazzjoni li twaqqaf l-uffiċċju prinċipali tagħha fit-territorju ta’ dak l-Istat;

(b) kwalunkwe intrapriża tar-riassigurazzjoni li tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni u testendi l-kummerċ tagħħa għal attivitajiet oħrajn ta’ riassigurazzjoni minn dawk diġà awtorizzati.

Artikolu 4 – L-għan ta’ l-awtorizzazzjoni

1. Awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 3 għandha tkun valida fil-Komunità kollha. Għandha tippermetti lil intrapriża tar-riassigurazzjoni tagħmel il-kummerċ hemm, taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment jew taħt il-libertà li tipprovdi s-servizzi.

2. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, attivitajiet ta’ riassigurazzjoni fuq il-ħajja jew il-kwalitajiet kollha ta’ attivitajiet tar-riassigurazzjoni, skond it-talba magħmula mill-applikant.

Għandha tiġi meqjusa fid-dawl ta’ l-iskema ta’ operazzjonijiet li għandha tiġi ppreżentanta skond l-Artikoli 6(b) u 11 u t-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru li minnu hija mitluba l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 5 – Il-forma ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni

1. L-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jeħtieġ lil kull intrapriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tintalab awtorizzazzjoni tadotta waħda mill-forom stabbiliti fl-Anness I.

Intrapriża tar-riassigurazzjoni tista’ wkoll tadotta l-forma ta’ Kumpanija Ewropea (SE) kif iddefinit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001[32].

2. L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, iwaqqfu intrapriża fi kwalunkwe forma tal-liġi pubblika kemm-il darba dawn l-organizzazzjonijiet għandhom bħala l-għanijiet tagħhom operazzjonijiet tar-riassigurazzjoni taħt kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li jaħdmu taħthom l-intrapriżi tal-liġi privati.

Artikolu 6 – Il-kundizzjonijiet

L-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jeħtieġ lil kull intrapriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tintalab awtorizzazzjoni:

a) tillimita l-għanijiet tagħha għall-kummerċ tar-riassigurazzjoni u operazzjonijiet relatati; dan ir-rekwiżit jista’ jinkludi funzjoni ta’ kumpanija holding u attivitajiet marbuta ma’ attivitajiet tas-settur finanzjarju fis-sens ta’ l-Artikolu 2 punt 8 tad-Direttiva 2002/87/KE[33];

b) tippreżenta skema ta’ operazzjonijiet skond l-Artikolu 11;

c) tippossjedi l-fond minimu tal-garanzija li għalih jirreferi l-Artikolu 40(2);

d) tkun effettivament amministrata minn persuni ta’ reputazzjoni tajba u li jkollhom kwalifiki jew esperjenza professjonali xierqa.

Artikolu 7 – Rabtiet mill-qrib

1. Fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni u persuni oħrajn naturali jew legali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk l-eżistenza ta’ dawn il-konnessjonijiet ma tkunx tfisser li ma jkunx jista’ jsir l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż li mhux membru li jerregolaw persuna naturali jew legali waħda jew aktar li magħha għandha rabtiet mill-qrib l-intrapriża tar-riassigurazzjoni, jew diffikultajiet involuti fl-esekuzzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni jagħtuhom l-informazzjoni li jeħtieġu biex jissorveljaw il-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi kontinwa.

Artikolu 8 – L-uffiċċju prinċipali ta’ l- intrapriża tar-riassigurazzjoni

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-uffiċċji prinċipali ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni ikunu jinsabu fl-istess Stat Membru fejn għandhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom.

Artikolu 9 – Il-kundizzjonijiet tal-poloz u skali ta’ primjums

1. Din id-Direttiva m’għandhiex iċċaħħad lill-Istati Membri milli jżommu fis-seħħ jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-memorandum u l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni u l-komunika ta’ kwalunkwe dokumenti oħrajn meħtieġa għall-eżerċizzju normali tas-sorveljanza.

2. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jadottaw dispożizzjonijiet li jehtieġu approvazzjoni minn qabel jew notifika sistematika ta’ kundizzjonijiet ġenerali jew speċjali tal-polza, skali tal-primjums u formoli u dokumenti oħrajn stampati li intrapriża tar-riassigurazzjoni bi ħsiebha tuża fix-xogħol tagħha dwar intrapriżi li jagħmlu ċessjoni jew retro-ċessjoni.

Artikolu 10 – Il-ħtiġiet ekonomiċi tas-suq

L-Istati Membri ma jistgħux jeħtieġu li applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tiġi meqjusa fid-dawl tal-ħtiġiet ekonomiċi tas-suq.

Artikolu 11 – Skema ta’ l-operazzjonijiet

1. L-iskema ta’ l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(b) għandha tinkludi d-dettalji jew evidenza ta’:

(a) in-natura tar-riskji li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni tipproponi li tkopri;

(b) it-tipi ta’ arranġamenti tar-riassigurazzjoni li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni tipproponi li tagħmel ma’ intrapriżi li jagħmlu ċ-ċessjoni;

(c) il-prinċipji ta’ gwida dwar ir-retroċessjoni;

(d) l-oġġetti li jifformaw il-fond minimu tal-garanzija;

(e) l-istimi ta’ l-ispejjeż tat-twaqqif tas-servizzi amministrattivi u l-organizzazzjoni biex jinkiseb l-kummerċ u r-riżorsi finanzjarji maħsuba biex ilaħħqu ma’ l-ispejjeż.

2. Minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafu 1, għall-ewwel tliet snin finanzjarji, l-iskema ta’ operazzjonijiet għandu jkun fiha:

(a) stimi ta’ l-ispejjeż amministrattivi minbarra spejjeż ta’ istallazzjoni, b’mod partikolari spejjeż u kummissjonijiet ġenerali kurrenti;

(b) stimi tal-primjums u kontribuzzjonijiet u talbiet għall-indennizz;

(c) previżjoni tal-karta tal-bilanċ;

(d) stimi tar-riżorsi finanzjarji maħsuba li jkopru r-responsabbiltajiet tas-sottoskrizzjoni u l-marġinu tas-solvibbiltà.

Artikolu 12 – L-azzjonisti u l-membri b’parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha m’g ħandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil intrapriża biex tibda l-kummerċ tar-riassigurazzjoni qabel ma jkunu ġew mgħarrfa dwar l-identitajiet ta’ l-azzjonisti jew membri, diretti jew indiretti, kemm jekk persuni naturali jew legali, li għandhom parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikattivi f’dik l-intrapriża u l-ammont tagħhom.

L-istess awtoritajiet għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni jekk, filwaqt li jqisu l-ħtieġa li tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba u prudenti ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni, mhumiex sodisfatti dwar il-kwalifika ta’ l-azzjonisti jew il-membri.

Artikolu 13 – Ċa ħda ta’ l-awtorizzazzjoni

Kwalunkwe deċiżjoni li tiġi miċħuda awtorizzazzjoni għandha jkun fiha r-raġunijiet preċiżi li għalihom ittieħdet u għandha tiġi notifikata lill-intrapriża konċernata.

Kull Stat Membru għandu jipprovdi għad-dritt ta’ smigħ quddiem il-qrati, skond l-Artikolu 53, fil-każ li jkun hemm ċaħda.

Dispożizzjoni bħal dik għandha ssir ukoll dwar każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti ma kkunsidrawx applikazzjoni għal awtorizzazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data li rċivewha.

Artikolu 14 – Konsultazzjoni minn qabel ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn

1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil intrapriża tar-riassigurazzjoni, li hija:

a) sussidjarja ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

b) sussidjarja ta’ l-intrapriża parent ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

c) kontrollata mill-istess persuna, kemm jekk naturali jew legali, li tikkontrolla intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru involut, li hija responsabbli għas-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu jew ditti ta’ l-investiment għandha tiġi kkonsultata qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil intrapriża tar-riassigurazzjoni, li hija:

a) sussidjarja ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investiment awtorizzata fil-Komunità; jew

b) sussidjarja ta’ l-intrapriża parent ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investiment awtorizzata fil-Komunità; jew

c) kontrollata mill-istess persuna, kemm jekk naturali jew legali, li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investiment awtorizzata fil-Komunità.

3. L-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b’mod partikolari jikkonsultaw lil xulxin meta jqisu l-idonejità ta’ l-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi involuti fl-amministrazzjoni ta’ entità oħra fl-istess grupp. Għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar kwalunkwe informazzjoni fuq l-idonejità ta’ l-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti fl-għotja ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima kontinwata fuq il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-ħidma.

TITOLU III – IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IL-KUMMERĊ TAR-RIASSIGURAZZJONI

Kapitolu 1 – Il-prinċipji u l-metodi ta’ sorveljanza finanzjarja

TAQSIMA 1- L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U R-REGOLI ġENERALI

ARTIKOLU 15 – L-awtoritajiet kompetenti u l-għan tas-sorveljanza

1. Is-sorveljanza finanzjarja ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni, inkluża dik tal-kummerċ li tagħmel permezz ta’ fergħat jew taħt il-libertà li tipprovdi s-servizzi, għandha tkun ir-responsabbiltà unika ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita għandhom raġuni biex jikkunsidraw li l-attivitajiet ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni jistgħu jaffetwaw l-istat finanzjarju b’saħħtu tagħhom, għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha. Dawn l-awtoritajiet aħħarin għandhom jiddeterminaw jekk l-intrapriża tar-riassigurazzjoni hix qed tħares ir-regoli prudenzjali mwaqqfa b’din id-Direttiva.

2. Is-sorveljanza finanzjarja skond il-paragrafu 1 għandha tinkludi verifika, rigward il-kummerċ kollu ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni, dwar l-istat ta’ solvibbiltà tagħha, dwar it-twaqqif ta’ proviżjonijiet tekniċi u dwar l-assi li jkopruhom skond ir-regoli mwaqqfa jew il-prattiki segwiti fl-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha taħt dispożizzjonijiet adottati fuq livell Komunitarju.

3. L-Istat Membru fejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha m’għandux jiċħad kuntratt ta’ retroċessjoni konkluż mill-intrapriża tar-riassigurazzjoni ma’ intrapriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttivi 73/239/KEE jew 2002/83/KE għal raġunijiet direttament relatati mas-saħħa finanzjarja ta’ dik l-intrapriża tar-riassigurazzjoni jew dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni.

4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandhom jeħtieġu lil kull intrapriża tar-riassigurazzjoni jkollha proċeduri xierqa amministrattivi u taż-żamma tal-kotba u mekkaniżmi tal-kontroll intern.

Artikolu 16 – Is-sorveljanza tal-fergħat stabbiliti fi Stat Membru ieħor

L-Istat Membru tal-fergħa għandu jipprovdi li kull fejn intrapriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor tagħmel kummerċ permezz ta’ fergħa, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jistgħu, wara li jkunu avżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-fergħa, jagħmlu huma stess jew permezz ta’ l-intermedjazzjoni ta’ persuni li jqabbdu huma għal dak l-iskop, verifika għall-għarrieda fuq il-post, ta’ l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata s-sorveljanza finanzjarja ta’ l-intrapriża. L-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru tal-fergħa jistgħu jipparteċipaw f’dik il-verifika.

Artikolu 17 – Informazzjoni dwar iż-żamma tal-kotba, prudenzjali u ta’ statistika: Setgħat ta’ sorveljanza

1) Kull Stat Membru għandu jeħtieġ lil kull intrapriża tar-riassigurazzjoni li l-uffiċċju prinċipali tagħha jinsab fit-territorju tiegħu tipproduċi rendikont annwali, li jkopri kull tip ta’ operazzjoni, tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u tas-solvibbiltà tagħha.

2) L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċji prinċipali fit-territorji tagħhom jagħtu perjodikament il-formoli tat-taxxi, flimkien ma’ dokumenti statistiċi, li huma meħtieġa għall-iskopijiet tas-sorveljanza. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lil xulxin kwalunkwe dokument u informazzjoni li huma siewja għall-ghanijiet tas-sorveljanza.

3) Kull Stat Membru għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti għandhom il-poteri u l-mezzi meħtieġa għas-sorveljanza tal-kummerċ ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni bl-uffiċċji prinċipali tagħhom fit-territorji tagħhom, inkluż il-kummerċ li jagħmlu barra minn dawk it-territorji.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa li:

(a) jagħmlu inkjesti dettaljati dwar is-sitwazzjoni ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni u l-kummerċ kollu tagħha, inter alia, billi jiġbru l-informazzjoni jew jeħtieġu li jiġu sottomessi dokumenti dwar il-kummerċ tagħha tar-riassigurazzjoni u r-retroċessjoni, u billi jwettqu investigazzjonijiet għall-għarrieda fuq il-post ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni;

(b) jieħdu kwalunkwe miżura rigward intrapriża tar-riassigurazzjoni, id-diretturi tagħha jew il-meniġers tagħha jew il-persuni li jikkontrollawha, li huma xierqa u meħtieġa biex jiġi żgurat illi l-kummerċ ta’ dik l-intrapriża tar-riassigurazzjoni jkompli jħares il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha tħares f’kull Stat Membru;

(c) jiżguraw li dawk il-miżuri jitwettqu, bl-eżekuzzjoni u fejn meħtieġ, permezz ta’ mezzi ġudizzjarji.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu dispożizzjoni biex l-awtoritajiet kompetenti jiksbu kull informazzjoni dwar kuntratti li jinżammu mill-intermedjarji.

Artikolu 18 – Trasferiment tal-portafoll

Taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, kull Stat Membru għandu jawtorizza lil intrapriżi tar-riassigurazzjoni bl-uffiċċji prinċipali tagħhom fit-territorju tiegħu, biex jittrasferixxi l-portafolli tal-kuntratti tagħhom kollha, jew parti minnhom, inklużi dawk konklużi taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment jew il-libertà tal-forniment ta’ servizzi, lil uffiċċju ta’ l-aċċettazzjoni mwaqqaf fil-Komunità, jekk l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-uffiċċju ta’ l-aċċettazzjoni għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu jiċċertifika li, wara li jqis it-trasferiment, dan ta’ l-aħħar għandu l-marġni meħtieġ ta’ solvibbiltà msemmi fil-Kapitolu 3.

Taqsima 2- PARTEċIPAZZJONIJIET AZZJONARJI KWALIFIKATTIVI

ARTIKOLU 19 – Akkwisti

L-Istati Membri g ħandhom jeħtieġu lil kull persuna naturali jew legali li bi ħsiebha żżomm, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva f’intrapriża tar-riassigurazzjoni, li l-ewwel tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, fejn jindikaw id-daqs tas-sehem li bi ħsiebhom ikollhom. Dik il-persuna għandha bl-istess mod tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jekk jipproponi li jżid il-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu b’mod li s-sehem tad-drittijiet tiegħu tal-votazzjoni jew tal-kapital li għandu jilħaq jew jeċċedi l-20%, 33% jew il-50%, jew sabiex l-intrapriża tar-riassigurazzjoni ssir is-sussidjarja tagħha.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jkollhom sa tliet xhur mid-data ta’ l-avviż previst fl-ewwel subinċiż biex jopponu dan il-pjan jekk, minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata amministrazzjoni tajba u prudenti ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni konċernata, mhumiex sodisfatti dwar il-kwalifika tal-persuna msemmija fl-ewwel subinċiż. Jekk ma jopponux il-pjan konċernat, jistgħu jiffissaw perijodu massimu għall-implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 20 – Akkwisti minn intrapriżi finanzjarji

Jekk l-akkwirent ta’ l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19 huwa intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża tar-riassigurazzjoni, istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investiment, awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew l-intrapriża parent ta’ tali entità, jew persuna naturali jew legali li tikkontrolla tali entità, u jekk, bħala riżultat ta’ dak l-akkwist, l-intrapriża li fiha l-akkwirent bi ħsiebu jkollu azzjoni ssir sussidjara jew soġġetta għall-kontroll ta’ l-akkwirent, l-istima ta’ l-akkwist għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 14.

Artikolu 21 - Ċessjonjiet

L-Istati Membri g ħandhom jeħtieġu lil kwalunkwe persuna naturali jew legali li tipproponi li ċċedi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva f’intrapriża tar-riassigurazzjoni biex l-ewwel tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, filwaqt li tindika d-daqs ta’ l-azzjoni li bi ħsiebha jkollha.

Bl-istess mod din il-persuna għandha tavża lill-awtoritajiet kompetenti jekk bi ħsiebha tnaqqas parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva tagħha sabiex is-sehem tagħha ta’ drittijiet tal-votazzjoni jew tal-kapital li għandu jaqa’ taħt l-20%, il-33% jew il-50% jew sabiex l-intrapriża tar-riassigurazzjoni ma tibqax is-sussidjarja tagħha.

Artikolu 22 – Informazzjoni li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha tagħti lill-awtorità kompetenti

Malli jsiru konxji dwarhom, l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fejn għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom dwar kwalunkwe akkwist jew ċessjoni ta’ azzjonijiet fil-kapital tagħhom li jwasslu biex parteċipazzjoni teċċedi jew taqa’ taħt xi wieħed mil-limiti msemmija fl-Artikoli 19 u 21.

Għandhom ukoll, għall-inqas darba fis-sena, javżawhom dwar l-ismijiet ta’ l-azzjonisti u l-membri li għandhom parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva u d-daqsijiet ta’ dawn l-azzjonijiet kif jidher, per eżempju, mill-informazzjoni rċevuta fil-laqgħat annwali ġenerali ta’ l-azzjonisti u l-membri jew bħala riżultat ta’ konformità mar-regolamenti dwar il-kumpaniji elenkati fuq il-Boroż.

Artikolu 23 – Parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva : Setgħat ta’ l-awtorità kompetenti

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fl-Artikolu 19 x’aktarx taħdem kontra l-amministrazzjoni prudenti u tajba ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex itemmu dik is-sitwazzjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu, per eżempju, f’inġunzjonijiet, sanzjonijiet kontra d-diretturi u l-meniġers, jew sospensjoni ta’ l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni annessi ma’ l-azzjonijiet li għandhom l-azzjonisti jew membri konċernati.

Għandhom jgħoddu miżuri simili għall-persuni naturali jew legali li jonqsu milli jħarsu l-obbligu li jagħtu aktar tagħrif, impost skond l-Artikolu 19. Jekk azzjoni tiġi miksuba minkejja l-oppożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom, minkejja kull sanzjoni oħra li għandha tiġi adottata, jipprovdu biex l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni korrispondenti jiġi sospiż, jew għan-nullità tal-voti mitfugħa jew għall-possibiltà li jiġu annullati.

Taqsima 3 – IS-SEGRETEZZA PROFESSJONALI U T-TPARTIT TA’ INFORMAZZJONI

ARTIKOLU 24 – L-obbligu tas-segretezza

1. L-Istati Membri g ħandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri u l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, ikunu marbutin b’obbligu tas-segretezza professjonali.

Skond dak l-obbligu ebda informazzjoni kunfidenzjali li jistgħu jirċievu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ma’ tista’ tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief f’forma mqassra jew aggregata, b’tali mod li l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni individwali ma jistgħux jiġi identifikati, mingħajr preġudizzju għall-każijiet li jaqgħu taħt il-liġi kriminali.

2. Madankollu, fejn intrapriża tar-riassigurazzjoni tkun ġiet dikjarata falluta jew qiegħda tiġi stralċjata b’mod obbligatorju, l-informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax lil terzi involuti fl-attentati li jsalvaw dik l-intrapriża, tista’ tiġi żvelata fil-proċeduri ċivili jew kummerċjali.

Artikolu 25 – It-tpartit ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri

L-Artikolu 24 m’għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti milli jpartu l-informazzjoni skond id-Direttivi li jgħoddu għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni. Din l-informazzjoni ghandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali mwaqqfa bl-Artikolu 24.

Artikolu 26 – Il-patti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

L-Istati Membri jistgħu jikkonkludi patti ta’ kooperazzjoni li jipprovdu għal tpartit ta’ informazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ma’ l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi kif iddefiniti fl-Artikolu 28, paragrafi 1 u 2 biss jekk l-informazzjoni żvelata hija assoġġettata għal garanziji dwar is-segretezza professjonali għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija f’din it-Taqsima. Dan it-tpartit ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-funzjoni ta’ sorveljanza ta’ l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet imsemmija.

Fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ l-awtoritajiet kompetenti li żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-iskopijiet li għalihom dawk l-awtoritjiat taw il-qbil tagħhom.

Artikolu 27 – L-użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali

L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazzjoni kunfidenzjali taħt l-Artikoli 24 u 25 jistgħu jużawha biss fil-kors tad-dmirijiet tagħhom:

(a) biex jiġi verifikat li l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni jintlaħqu u biex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza tat-twettiq ta’ dan il-kummerċ, speċjalment rigward is-sorveljanza tal-proviżjonijiet tekniċi, marġini tas-solvibbiltà, proċeduri amministrattivi u taż-żamma tal-kotba u mekkaniżmi ta’ kontroll intern,

(b) biex jiġu imposti sanzjonijiet,

(c) f’appelli amministrattivi kontra d-deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jew

(d) fil-proċeduri tal-qorti mibdija taħt l-Artikolu 53 jew taħt dispożizzjonijiet speċjali previsti f’din id-Direttiva u f’Direttivi oħrajn adottati fil-qasam ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 28 – It-tpartit ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn

1. L-Artikoli 24-27 m’għandhomx jipprekludu t-tpartit ta’ informazzjoni ġewwa Stat Membru fejn hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar fl-istess Stat Membru, jew bejn l-Istati Membri, bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

a) L-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu u organizzazzjonijiet finanzjarji oħrajn u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-swieq finanzjarji,

b) Organizzazzjonijiet involuti fl-istralċ u l-falliment ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u fi proċeduri simili, u

c) Persuni responsabbli biex jagħmlu l-verifiki skond il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi tar-riassigurazzjoni u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji,

fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza, jew fl-iżvelar lil organizzazzjonijiet li jamministraw proċeduri ta’ stralċ obbligatorju jew fondi ta’ garanzija ta’ infomazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. L-informazzjoni rċevuta minn dawk l-awtoritajiet, organizzazzjonijiet u persuni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 24.

2. Minkejja l-Artikoli 24-27, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tpartit ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

a) l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw l-organizzazzjonijiet involuti fl-istralċ jew il-falliment ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi proċeduri oħrajn simili jew

b) l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw il-persuni inkarigati biex jagħmlu l-verifiki skond il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet ohrajn finanzjarji, jew

c) attwarji independenti ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jwettqu sorveljanza legali fuq dawk l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet responsabbli li jissorveljaw lil dawk l-attwarji.

L-Istati Membri li jirrikorru għall-għażla provduta fl-ewwel subinċiż għandhom jeħtieġu għall-inqas li jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:

a) dan it-tpartit għandu jkun għall-iskop li ssir it-tgħassis jew is-sorveljanza legali msemmija fl-ewwel subinċiż;

b) l-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali imposti bl-Artikolu 24;

c) fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ l-awtoritajiet kompetenti li żvelawha u, fejn xieraq, tista’ tiġi żvelata biss għall-iskopijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-qbil tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet, il-persuni u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jirċievu informazzjoni skond dan il-paragrafu.

2. Minkejja l-Artikoli 24-27, l-Istati Membri jistgħu, bl-għan li jsaħħu l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet responsabbli taħt il-liġi għat-tkixxif u l-investigazzjoni ta’ ksur tal-liġi dwar il-kumpaniji.

L-Istati Membri li jirrikorru għall-għażla pprovduta fl-ewwel subinċiż għandhom jeħtieġu li jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:

a) l-informazzjoni għandha tkun meħtieġa għat-twettiq tal-funzjoni msemmija fl-ewwel subinċiż;

b) l-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali imposti bl-Artikolu 24;

c) fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ l-awtoritajiet kompetenti li żvelawha u, fejn xieraq, tista’ tiġi żvelata biss għall-iskopijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-qbil tagħhom.

Fejn, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subinċiż jwettqu l-funzjoni tagħhom ta’ skoperta jew investigazzjoni bl-għajnuna, in vista tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni mqabbda għal dak l-għan u mhux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibilità ta’ tpartit ta’ informazzjoni provdut fl-ewwel subinċiż tista’ tiġi estiża għal dawk il-persuni taħt il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subinċiż.

Sabiex jiġi implimentat l-aħħar inċiż tat-tieni subinċiż, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subinċiż ghandhom jikkomunikaw lill- awtoritajiet kompetenti li żvelaw l-informazzjoni l-ismijiet u r-responsabbilitajiet preċiżi tal-persuna li jintbagħtu lilha.

L-Istati Membri ghandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-isimijiet ta’ l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet li jistgħu jirċievu l-informazzjoni skond dan il-paragrafu.

Artikolu 29 – It-trasmissjoni ta’ informazzjoni lil banek ċentrali u awtoritajiet monetarji

Din it-Taqsima m’g ħandhiex iċċaħħad lil awtorità kompetenti milli tittrasmetti lill-banek ċentrali u lil organizzazzjonijiet oħrajn b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom, u fejn xieraq, lil awtoritajiet pubbliċi oħrajn responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi tal-ħlas, informazzjoni maħsuba għat-twettiq tal-funzjoni tagħhom. Lanqas m’għandha trażżan lil dawn l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-inforazzjoni li jeħtieġu għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 27 .

L-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali imposta f’din it-Taqsima.

Artikolu 30 – L-iżvelar ta’ informazzjoni lil amministrazzjonijiet tal-gvern responsabbli għal-leġislazzjoni finanzjarja

Minkejja l-Artikoli 24 u 27, l-Istati Membri jistgħu, taħt id-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ informazzjoni lil dipartimenti oħrajn ta’ l-amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali tagħhom għal-leġislazzjoni dwar is-sorveljanza ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji, is-servizzi ta’ l-investiment u intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u lil spetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.

Madankollu, dan l-iżvelar jista’ jsir biss fejn meħtieġ għal raġunijiet ta’ kontroll prudenzjali.

Madankollu l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-informazzjoni rċevuta taħt l-Artikoli 25 u 28 (1) u dik miksuba permezz tal-verifika għall-għarrieda msemmija fl-Artikolu 16 ma tista’ qatt tiġi żvelata fil-każijiet imsemmija f’dan il-paragrafu ħlief bil-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni jew ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn tkun saret il-verifika għall-għarrieda.

TAQSIMA 4 – ID-DMIRIJIET TA’ L-AWDITURI

ARTIKOLU 31 – Id-dmirijiet ta’ l-awdituri

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inqas li kwalunkwe persuna awtorizzata skond id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE[34], li twettaq f’intrapriża tar-riassigurazzjoni l-funzjoni deskritta fl-Artikolu 51 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/ KEE [35], fl-Artikolu 37 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/ KEE jew fl-Artikolu 31 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/ KEE [36] jew kwalunkwe funzjoni oħra skond il-liġi, għandu jkollha dmir li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni dwar dik l-intrapriża li saret taf biha filwaqt li jwettaq dik il-funzjoni, li x’aktarx:

a) tikkostitwixxi vjolazzjoni materjali tal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jwaqqfu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament jirregolaw it-tkomplija ta’ l-attivitajiet ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew

b) jaffettwaw il-ħidma kontinwata ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni, jew

c) iwasslu għal ċaħda taċ-ċertifikazzjoni taż-żamma tal-kotba jew għall-espressjoni ta’ riżervazzjonijiet;

Dik il-persuna għandu jkollha wkoll id-dmir li tirrapporta kwalunkwe fatti jew deċiżjonijiet li jsir/issir taf/jaf bihom fil-kors tat-twettiq ta’ funzjoni kif deskritt fl-ewwel subinċiż f’intrapriża li għandha konnessjonijiet fil-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll ma’ l- intrapriża tar-riassigurazzjoni fejn qiegħed iwettaq / qiegħda twettaq il-funzjoni msemmija hawn fuq.

2) L-iżvelar lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati skond id-Direttiva 84/253/KEE, ta’ kwalunkwe fatt jew deċiżjoni rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 m’għandux jikkostitwixxi vjolazzjoni ta’ xi restrizzjoni fuq żvelar ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva u m’għandux jinvolvi lil din il-persuni f’responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip.

Kapitolu 2 – Ir-regoli dwar il-proviżjonijiet tekniċi

Artikolu 32 – It-twaqqif ta’ proviżjonijiet tekniċi

1) L-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jeħtieġ lil kull intrapriża tar-riassigurazzjoni twaqqaf proviżjonijiet tekniċi xierqa rigward il-kummerċ kollu tagħha.

L-ammont ta’ dawn il-proviżjonijiet tekniċi għandu jiġi ddeterminat skond ir-regoli mwaqqfa fid-Direttiva 91/674/KEE. Fejn jgħodd, l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jista’ jwaqqaf regoli aktar speċifiċi skond l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/83/KE.

2) L-Istati Membri m’għandhomx iżommu jew jintroduċu sistema b’żamma ta’ riżervi grossi li jeħtieġ rahan ta’ assi biex ikopru primjums mhux imħallsa u dispożizzjonijiet dwar talbiet pendenti għall-indennizz jekk ir-riassiguratur huwa intrapriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttivi 73/239/KEE jew 2002/83/KE.

3) Meta l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jippermetti li proviżjonijiet tekniċi jiġu koperti minn talbiet għall-indennizz kontra riassiguraturi li mhumiex awtorizzati skond din id-Direttiva jew intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li mhumiex awtorizzati skond id-Direttivi 73/239/KEE jew 2002/83/KE, dan għandu jiffissa l-perċentwal hekk permess.

Artikolu 33 – Ir-riżervi ta’ l-ugwalizzazzjoni

1. L-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandu jeħtieġ lil kull intrapriża tar-riassigurazzjoni li tirriassigura riskji inklużi fil-klassi 14 fil-punt A ta’ l-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, twaqqaf riżerva ta’ ugwalizzazzjoni għall-iskop li tpaċi kwalunkwe defiċit tekniku jew proporzjon ta’ talbiet għall-indennizz akbar mill-medja li jqumu f’dik il-klassi fi kwalunkwe sena finanzjarja.

2. Ir-riżerva ta’ l-ugwalizzazzjoni għar-riassigurazzjoni ta’ krediti għandha tiġi kkalkolata skond ir-regoli mwaqqfa mill-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha skond wieħed mill-erba’ metodi mwaqqfa fil-punt D ta’ l-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, li għandholm jiġu meqjusa bħala ekwivalenti.

3. L-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jista’ jeżenta lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni mill-obbligu li jwaqqfu riżervi ta’ ugwalizzazzjoni għar-riassigurazzjoni tal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni tal-kreditu fejn il-primjums jew il-kontribuzzjonijiet li għadhom iridu jitħallsu rigward ir-riassigurazzjoni ta’ l-assigurazzjoni tal-kreditu huma inqas minn 4% tat-total tal-primjums jew il-kontribuzzjonijiet li għadhom iridu jitħallsulhom, u inqas minn EUR 2 500 000.

4. L-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jista’ jeħtieġ lil kull intrapriża tar-riassigurazzjoni twaqqaf riżervi ta’ ugwalizzazzjoni għal klassijiet ta’ riskji minbarra r-riassigurazzjoni ta’ krediti. Ir-riżervi ta’ ugwalizzazzjoni għandhom jiġu kkalkolati skond ir-regoli mwaqqfa mill-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha .

Artikolu 34 – L-assi li jkopru l-proviżjonijiet tekniċi

L-assi li jkopru l-proviżjonijiet tekniċi għandhom iqisu t-tip ta’ kummerċ imwettaq minn intrapriża tar-riassigurazzjoni, b’mod partikolari n-natura, l-ammont u t-terminu tal-ħlasijiet tat-talbiet għall-indennizz mistennija, b’tali mod li jiġu żgurati s-suffiċjenza, il-likwidità, is-sigurtà, il-kwalità, il-profitabilità u t-tqabbil ta’ l-investimenti tagħha, li l-intrapriża għandha tiżgura li huma diversifikati u mxerrda b’mod xierqa u li jagħti lill-intrapriża l-possibilitajiet li tirreaġixxi b’mod xieraq għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi li qed jinbidlu, b’mod partikolari l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u s-swieq tal-proprjetà jew ġrajjiet katastrofiċi b’impatt kbir.

Kapitolu 3 – Ir-regoli dwar il-marġni tas-solvibbiltà u l-fond tal-garanzija

TAQSIMA 1 – IL-MARġNI DISPONIBBLI TA’ SOLVIBBILTÀ

ARTIKOLU 35 – Ir-regola ġenerali

Kull Stat Membru għandu jeħtieġ minn kull intrapriża tar-riassigurazzjoni li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fit-territorju tiegħu marġinu disponibbli xieraq ta’ solvibbiltà rigward il-kummerċ kollu tagħha f’kull ħin, li huwa għall-inqas daqs ir-rekwiżiti f’din id-Direttiva.

Artikolu 36 – L-oġġetti eliġibbli

1. Il-marġinu disponibbli ta’ solvibbiltà għandu jikkonsisti fl-assi ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni ħielsa minn kull responsabbiltà prevedibbli, u jitnaqqsu l-oġġetti intanġibbli, inklużi:

(a) il-kapital azzjonarju imħallas jew, fil-każ ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni ta’ wieħed lill-ieħor ( mutual ), il-fond effettiv inizzjali u kwalunkwe kontijiet tal-membri li jilħqu dawn il-kriterji kollha li ġejjin:

(i) il-memorandum u l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni għandhom jipprovdu li l-ħlasijiet jistgħu jsiru minn dawn il-kontijiet lill-membri biss sa fejn dan ma jikkawżax lill- marġinu disponibbli ta’ solvibbiltà jaqa’ taħt il-livell meħtieġ, jew, wara l-istralċ ta’ l-intrapriża, jekk id-djun kollha l-oħrajn ta’ l-intrapriża jkunu ġew imħallsa;

(ii) il-memorandum u l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni għandhom jipprovdu, fejn jidħol kwalunkwe ħlas imsemmi fil-punt (i) għal raġunijiet minbarra t-tmiem individwali ta’ l-isħubija, li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu mgħarrfa għall-inqas xahar minn qabel u jistgħu jipprojbixxu l-ħlas f’dak it-terminu;

(iii) id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-memorandum u l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni jistgħu jiġu emendati biss wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddikjaraw li m’għandhom ebda oġġezzjoni għall-emenda, mingħajr ħsara għall-kriterji msemmija fil-punti (i) u (ii);

(b) riżervi statutorji u ħelsin li ma jikkorrispondux mar-responsabbiltajiet tas-sottoskrizzjoni;

(c) il-profitt jew telf miġjub `il quddiem wara t-tnaqqis tad-dividendi li ser jitħallsu.

2. Il-marġinu disponibbli tas-solvibbiltà għandu jitnaqqas bl-ammont ta’ azzjonijiet direttament miżmuma mill-intrapriża tar-riassigurazzjoni fil-kapital tagħha stess.

Għal dawk l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li jiskontaw jew inaqqsu l-proviżjonijiet tekniċi tagħhom fuq l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja għal talbiet pendenti għall-indennizz biex iqisu d-dħul ta’ l-investiment kif permess bl-Artikolu 60(1)(g) tad-Direttiva 91/674/KEE, il-marġinu disponibbli tas-solvibbiltà għandu jitnaqqas bid-differenza bejn il-proviżjonijiet tekniċi mhux skontati jew il-proviżjonijiet tekniċi qabel it-tnaqqis kif żvelat fin-noti dwar iż-żamma tal-kotba, u l-proviżjonijiet tekniċi skontati jew wara t-tnaqqis. Dan l-aġġustament għandu jsir għar-riskji kollha elenkati fil-punt A ta’ l-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, ħlief għal riskji elenkati taħt il-klassijiet 1 u 2 ta’ dak l-Anness. Għall-klassijiet minbarra l-klassi 1u 2 ta’ dak l-Annes, m’hemm bżonn ta’ ebda aġġustament rigward l-iskontar ta’ l-annwalitajiet inklużi fil-proviżjonijiet tekniċi.

Minbarra t-tnaqqis fis-subparagrafi 1 u 2, il-marġni disponibbli tas-solvibbiltà għandu jitnaqqas b’dawn li ġejjin:

(a) parteċipazzjonijiet li għandha l-intrapriża tar-riassigurazzjoni fl-entitajiet li ġejjin:

i) intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/EEC, Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/EC, or Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/EC,

ii) intrapriżi tar-riassigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva jew intrapriża tar-riassigurazzjoni f’pajjiż li mhuwiex membru fis-sens ta’ l-Artikolu 1(l) tad-Direttiva 98/78/KE,

iii) kumpaniji holding ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE,

iv) istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KE,

v) ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE[37] u ta’ l-Artikolu 2(4) u (7) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/6/ KEE [38];

(b) kull waħda minn dawn li ġejjin miżmuma mill-intrapriża tar-riassigurazzjoni fl-entitajiet iddefiniti f’(a) li fihom għandha parteċipazzjoni:

i) l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 4,

ii) l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2002/83/KE,

iii) it-talbiet u l-istrumenti subordinati msemmija fl-Artikolu 35 u fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2000/12/KE.

Fejn ishma f’istituzzjoni tal-kreditu, ditta ta’ l-investiment, istituzzjoni finanzjarja, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew kumpaniji holding ta’ l-assigurazzjoni oħra, jinżammu jew jinżammu temporanjament għall-iskopijiet ta’ operazzjoni ta’ għajnuna finanzjarja maħsuba li torganizza mill-ġdid u ssalva ‘l dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għad-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis imsemmija taħt (a) u (b) tar-raba’ subinċiż.

Bħala alternattiva għat-tnaqqis ta’ l-oġġetti msemmija f’(a) u (b) tar-raba’ subinċiż li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha f’istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni tagħhom japplikaw mutatis mutandis il-metodi 1, 2, jew 3 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/87/KE. Il-metodu 1 (Konsolidazzjoni tar-rendikonti) għandu jiġi applikat biss jekk l-awtorità kompetenti hija konfidenti dwar il-livell ta’ amministrazzjoni integrata u l-kontroll intern dwar l-entitajiet li jkun inkluż fl-għan tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti tul iż-żmien.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għall-kalkolu tal-marġinu tas-solvibbiltà kif ipprovdut f’din id-Direttiva, l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni soġġetta għal sorveljanza supplimentari skond id-Direttiva 98/78/KE jew għal sorveljanza supplimentari skond id-Direttiva 2002/87/KE, m’għandhomx għalfejn inaqqsu l-oġġetti msemmija f’(a) u (b) tar-raba’ subinċiż li huma miżmuma f’istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ l-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew kumpaniji holding ta’ l-assigurazzjoni li huma inklużi fis-sorveljanza supplimentari.

Għall-iskopijiet tat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu, parteċipazzjoni għandha tfisser parteċipazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 1(f) tad-Direttiva 98/78/KE.

3. Il-marġinu disponibbli ta’ solvibbiltà jista’ wkoll jikkonsisti:

(a) f’kapital azzjonarju preferenzjali kumulattiv u kapital ta’ self subordinat sa 50 % ta’ l-iżgħar fost il-marġinu disponibbli ta’ solvibbiltà jew il-marġni meħtieġ ta’ solvibbiltà, li mhux aktar minn 25% minnu għandu jikkonsisti f’self subordinat b’maturità fissa, jew kapital azzjonarju preferenzjali kumulattiv b’terminu fiss, kemm-il darba li f’każ tal-falliment jew stralċ ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni, jeżisti ftehim vinkolanti li taħtu l-kapital ta’ self subordinat jew il-kapital azzjonarju preferenzjali għandu grad ta’ preferenza wara l-pretensjonijiet tal-kredituri kollha l-oħrajn u m’għandux jitħallas lura sakemm id-djun kollha l-oħrajn pendenti f’dak il-ħin ikunu tħallsu.

Il-kapital tas-self subordinat għandu wkoll jilħaq dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) jistgħu jiġu meqjusa biss il-fondi li jkunu kollha mħallsa;

(ii) għal self b’maturità fissa, il-maturità oriġinali għandha tkun għall-inqas ħames snin. Mhux aktar tard minn sena qabel id-data tal-ħlas lura, l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha tippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti, għall-approvazzjoni tagħhom, pjan li juri kif il-marġinu disponibbli tas-solvibbiltà ser jinżamm jew jinġieb fuq il-livell meħtieġ malli jimmatura, ħlief jekk il-grad li fih is-self jista’ jiġi kklassifikat bħala komponent tal-marġinu disponibbli tas-solvibbiltà ma jiġix imnaqqas bil-mod matul għall-inqas l-aħħar ħames snin qabel id-data tal-ħlas lura. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtoriżżaw il-ħlas lura kmieni ta’ dan is-self kemm-il darba ssir applikazzjoni mill-intrapriża tar-riassigurazzjoni li toħorġu, u l-marġinu disponibbli tas-solvibbiltà taghha ma jaqax taħt il-livell meħtieġ;

(iii) self li l-maturità tiegħu mhux iffissat għandu jkun jista’ jitħallas lura biss wara avviż ta’ ħames snin ħlief jekk is-self ma jkomplix jitqies bħala komponent tal-marġinu disponibbli tas-solvibbiltà jew kemm-il darba mhux meħtieġ il-kunsens minn qabel ta’ l-awtoritajiet kompetenti għall-ħlas lura kmieni. Fil-każ ta’ l-aħħar, l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti għall-inqas sitt xhur qabel id-data tal-ħlas lura proposta, fejn tispeċifika l-marġinu disponibbli tas-solvibbiltà u l-marġinu meħtieġ ta’ solvibbiltà, kemm qabel kif ukoll wara dak il-ħlas lura. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw il-ħlas lura biss jekk il-marġinu disponibbli tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni ma jaqax taħt il-livell meħtieġ;

(iv) il-ftehim tas-self m’għandu jinkludi ebda klawsola li tipprovdi li fiċ-ċirkostanzi speċifikati, minbarra l-istralċ ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni, id-dejn ikun jista’ jitħallas lura qabel id-dati miftiehma għall-ħlas lura;

(v) il-ftehim tas-self jista’ jiġi emendat biss wara li l-awtoritajiet kompetenti ikunu ddikjaraw li m’għandhom ebda oġġezzjoni għall-emenda;

(b) f’garanziji mingħajr data speċifikata ta’ maturità u strumenti oħrajn, inklużi azzjonijiet preferenzjali kumulattivi minbarra dawk imsemmija fil-punt (a), sa l-ikbar fost dan jew 50% tal-marġinu disponibbli tas-solvibbiltà, għat-total ta’ dawk il-garanziji u l-kapital tas-self subordinat imsemmi fil-punt (a) kemm-il darba jilħqu dawn li ġejjin:

(i) ma jistgħux jitħallsu lura fuq l-inizzjattiva tad-detentur jew mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ l-awtorità kompetenti;

(ii) il-kuntratt tal-ħruġ għandu jippermetti lill-intrapriża tar-riassigurazzjoni tiddifferixxi l-ħlas ta’ l-interess fuq is-self;

(iii) il-pretensjonijiet tas-sellief fuq l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandhom klassifikazzjoni għal kollox wara dawk tal-kredituri kollha mhux subordinati;

(iv) id-dokumenti li jirregolaw il-ħruġ tal-garanziji għandhom jipprovdu għall-kapaċità ta’ l-assorbiment tat-telf u l-interessi mhux imħallsa, filwaqt li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni tiġi permessa tkompli l-kummerċ tagħha;

(v) jistgħu jiġu meqjusa biss l-ammonti kollha mħallsa.

4. Fuq applikazzjoni, b’evidenza li ssostniha, magħmulha mill-intrapriża lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha u bil-qbil ta’ dik l-awtorità kompetenti, il-marġinu disponibbli ta’ solvibbiltà jista’ jikkonsisti wkoll:

(a) f’nofs tal-kapital azzjonarju jew fond inizzjali mhux imħallas, ladarba l-parti mħallsa tammonta għal 25 % ta’ dak il-kapital azzjonarju jew fond, sa 50 % ta’ l-iżgħar fost il-marġinu disponibbli ta’ solvibbiltà jew il-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ;

(b) fil-każ ta’ assigurazzjoni ta’ wieħed lill-ieħor (mutual) li ma tkunx fuq il-ħajja jew ta’ għaqda ta’ dan it-tip b’kontribuzzjonijiet varjabbli, kwalunkwe talba għall-indennizz li għandha kontra l-membri tagħha permezz ta’ sejħa għal kontribuzzjoni supplimentari, fis-sena finanzjarja, sa nofs id-differenza bejn il-kontribuzzjonijiet massimi u l-kontribuzzjonijiet attwalment imsejħa, u bla ħsara għal limitu ta’ 50% ta’ l-iżgħar fost il-marġinu disponibbli ta’ solvibbiltà jew il-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iwaqqfu linji-gwidi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li tahthom jistgħu jiġu aċċettatti kontribuzzjonijiet supplimentari;

(c) kwalunkwe riżervi netti moħbija li joħorġu mill-valwazzjoni ta’ l-assi, sa fejn dawn ir-riżervi netti mhumiex ta’ natura eċċezzjonali.

5. Barra minn dan, rigward l-attivitajiet tar-riassigurazzjoni fuq il-ħajja, il-marġinu disponibbli ta’ solvibbiltà jista’, fuq applikazzjoni, b’evidenza ta’ appoġġ, mill-intrapriża lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha u bil-qbil ta’ dik l-awtorità kompetenti, jikkonsisti minn:

(a) sal-31 ta’ Diċembru 2009, ammont ekwivalenti għal 50 % tal-profitti futuri ta’ l-intrapriża, iżda mhux aktar minn 25 % ta’ l-iżgħar fost il-marġni disponibbli ta’ solvibbiltà jew il-marġni mehtieġ ta’ solvibbiltà; l-ammont tal-profitti futuri għandu jinkiseb billi l-profitt annwali stmat jiġi multiplikat b’fattur li jirrappreżenta l-medja tal-perijodu li fadal jgħaddi fuq il-poloz; il-fattur użat ma jistax ikun aktar minn sitta; il-profitt annwali m’għandux ikun aktar mill-medja aritmetika tal-profitti li saru fl-aħħar ħames snin fl-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/83/KE.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaqblu li jinkludu dak l-ammont għall-marġinu disponibbli ta’ solvibbiltà biss:

(i) meta jiġi sottomess lill-awtoritajiet kompetenti rapport attwarjali li jagħti sustanza għall-probabilità li jidhru dawn il-profitti fil-futur; u

(ii) sa fejn dik il-parti tal-profitti fil-futur li tirriżulta minn riżervi netti moħbija msemmija fil- paragrafu 5 (c) ma tkunx diġà ġiet meqjusa;

(b) fejn mhumiex prattikat iż- Zillmerising jew fejn, jekk huwa prattikat, huwa inqas mill-għotja ta’ piż għall-ispejjeż tal-kisba inklużi fil-primjum, id-differenza bejn proviżjoni matematika li mhux Zillmerised jew li hija Zillmerised parzjalment u proviżjoni matematika Zillmerised b’rata daqs l-għotja ta’ piż għall-ispejjeż tal-kisba inklużi fil-primjum; madankollu, din il-figura ma tistax teċċedi 3.5 % tas-somma tad-differenzi bejn is-somom kapitali rilevanti ta’ l-attivitajiet ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-proviżjonijiet matematiċi għall-poloz kollha li għalihom huwa possibbli ż- Zillmerising ; id-differenza għandha tiġi mnaqqsa bl-ammont ta’ kwalunkwe spejjeż tal-kisba li ma ġewx deprezzati u ġew imdaħħla bħala assi.

6 Emendi għall-paragrafi 1 sa 5 biex jiġu meqjusa l-iżviluppi li jiġġustifikaw aġġustament tekniku ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġinu disponibbli tas-solvibbiltà, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 55(2) ta’ din id-Direttiva .

Taqsima 2- IL-MARġNI MEħTIEġ TA’ SOLVIBBILTÀ

ARTIKOLU 37 – Il-marġinu meħtieġ ta’ solvibbiltà għal attivitajiet tar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja

1. Il-marġinu me ħtieġ ta’ solvibbiltà għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi jew ta’ l-ammont annwali ta’ primjums jew kontibuzzjonijiet, jew il-piż medju tat-talbiet għall-indennizz għall-aħħar tliet snin finanzjarji:

Madankollu, fil-każ ta’ intrapriżi tar-riassigurazzjoni li essenzjalment jissottoskrivu riskju wieħed biss jew aktar minn fost ir-riskji ta’ kreditu, maltemp, silġ jew ġlata, l-aħħar seba’ snin finanzjarji għandhom jittieħdu bħala l-perijodu ta’ riferenza għall-piż medju tat-talbiet għall-indennizz.

2. Bla ħsara għall-Artikolu 40, l-ammont tal-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ għandu jkun daqs l-ogħla fost iż-żewġ riżultati msemmija fil-paragrafi 3 u 4.

3. Il-bażi tal-primjum għandu jiġi kalkolat bl-użu ta’ l-ogħla fost il-primjums sottoskritti għall-assigurazzjoni jew kontribuzzjonijiet grossi kif kalkolat hawn taħt, u l-primjums imħallsa jew kontribuzzjonijiet grossi.

Il-primjums jew il-kontribuzzjonijiet rigward il-klassijiet 11, 12 u 13 li hemm lista tagħhom fil-punt A ta’ l-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE għandhom jiżdiedu b’50% .

Il-primjums jew il-kontribuzzjonijiet rigward il-klassijiet minbarra 11, 12 u 13 li hemm lista tagħhom fil-punt A ta’ l-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE, jistgħu jiġu mtejba sa 50%, għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni jew tipi ta’ kuntratti speċifiċi, sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jew kuntratti, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 55(2) ta’ din id-Direttiva. Il-primjums jew il-kontribuzzjonijiet, li jinkludu tariffi anċillari għall-primjums jew il-kontribuzzjonijiet, dovuti rigward il-kummerċ tar-riassigurazzjoni fl-aħħar tas-sena finanzjarja għandhom ikunu miġbura.

Imbagħad, minn din is-somma għandu jiġi mnaqqas l-ammont totali ta’ primjums jew kontribuzzjonijiet kanċellati fl-aħħar sena finanzjarja, kif ukoll l-ammont totali ta’ taxxi u taxxi relatati mal-primjums jew kontribuzzjonijiet li jidħlu fl-aggregat.

L-ammont hekk miksub għandu jinqasam f’żewġ ishma, l-ewwel sehem li jestendi sa EUR 50 miljun, u t-tieni li jinkludi l-eċċess; 18% u 16% ta’ dawn l-ishma rispettivament għandhom jiġu kalkolati u magħduda flimkien.

Is-somma hekk miksuba għandha tiġi mmultiplikata bil-proporzjon eżistenti rigward is-somma ta’ l-aħħar tliet snin finanzjarji bejn l-ammont tat-talbiet għall-indennizz li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għad trid tħallas wara t-tnaqqis ta’ ammonti li jistgħu jiġu rkuprati taħt ir-retroċessjoni u l-ammont gross tat-talbiet għall-indennizz; dan il-proporzjoni f’ebda każ ma jista jkun inqas minn 50 % .

Bl-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jintużaw metodi statistiċi biex jiġu allokati l-primjums jew il-kontribuzzjonijiet.

4. Il-bażi tat-talbiet għandha tiġi kalkolata, kif ġej, bl-użu rigward il-klassijiet 11, 12 u 13 li hemm lista tagħhom fil-punt A ta’ l-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE, ta’ talbiet għall-indennizz, proviżjonijiet u rkupi miżjuda b’50 %.

Proviżjonijiet ta’ talbiet għall-indennizz u rkupri rigward klassijiet minbarra l-klassijiet 11, 12 u 13 li hemm lista tagħhom fil-punt A ta’ l-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE, jistgħu jiġu mtejba sa 50%, għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni jew tipi ta’ kuntratti speċifiċi, sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jew kuntratti, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 55(2) ta’ din id-Direttiva.

L-ammonti tat-talbiet imħallsa, mingħajr ebda tnaqqis tat-talbiet għall-indennizz imħallsa mir-retroċessjonarji, fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu miġbura.

Għandu jiżdied ma’ din is-somma l-ammont ta’ proviżjonijiet għat-talbiet pendenti għall-indennizz stabbiliti fl-aħħar ta’ l-aħħar sena finanzjarja.

Minn din is-somma għandu jitnaqqas l-ammont ta’ rkupri li saru matul il-perjodi msemmija fil-paragrafu 1.

Imbagħad, mis-somma li jifdal għandu jitnaqqas l-ammont ta’ proviżjonijiet għat-talbiet pendenti għall-indennizz stabbiliti fil-bidu tat-tieni sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja, li għaliha nżammu l-kotba. Jekk il-perijodu ta’ riferenza mwaqqaf fil-paragrafu 1 huwa ta’ seba’ snin, l-ammont ta’ proviżjonijiet għat-talbiet pendenti għall-indennizz stabbiliti fil-bidu tas-sitt sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja li għaliha nżammu l-kotba, għandu jiġi mnaqqas.

Terz, jew wieħed minn sebgħa, ta’ l-ammont hekk miksub, skond il-perijodu ta’ riferenza stabbilit fil-paragrafu 1, għandu jinqasam f’żewġ ishma, l-ewwel li jestendi għal EUR 35 miljun u t-tieni li jinkludi l-eċċess; 26 % u 23 % ta’ dawn l-ishma rispettivament, għandhom jiġu mnaqqas u magħduda flimkien.

Is-somma hekk miksuba għandha tiġi mmultiplikata bil-proporzjon eżistenti rigward is-somma ta’ l-aħħar tliet snin finanzjarji bejn l-ammont tat-talbiet għall-indennizz li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għad trid tħallas wara t-tnaqqis ta’ ammonti li jistgħu jiġu rkuprati taħt ir-retroċessjoni u l-ammont gross tat-talbiet għall-indennizz; dan il-proporzjoni f’ebda każ ma jista jkun inqas minn 50 %.

Bl-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jintużaw metodi statistiċi biex jiġu allokati t-talbiet, il-proviżjonijiet u l-irkupri.

5. Jekk il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ kif kalkolat fil-paragrafi 2, 3 u 4 huwa aktar baxx mill-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ tas-sena ta’ qabel, il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ għandu jkun għall-inqas daqs il-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ tas-sena ta’ qabel immultiplikat bil-proporzjon ta’ l-ammont tal-proviżjonijiet tekniċi għat-talbiet pendenti għall-indennizz fl-aħħar ta’ l-aħħar sena finanzjarja u l-ammont tal-proviżjonijiet tekniċi għat-talbiet pendenti għall-indennizz fil-bidu ta’ l-aħħar sena finanzjarja. F’dawn il-kalkoli, il-proviżjonijiet tekniċi għandhom jiġu kalkolati netti mir-retroċessjoni iżda l-proporzjoni ma jista’ f’ebda każ ikun ogħla minn 1.

6. Il-frazzjonijiet li jgħoddu għall-ishma msemmija fis-sitt subinċiż tal-paragrafu 3 u s-sitt subinċiż tal-paragrafu 4 għandhom jitnaqqsu kull wieħed għal terz fil-każ ta’ riassigurazzjoni ta’ l-assigurazzjoni fuq is-saħħa prattikata fuq bażi teknika simili għal dik ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja jekk

(a) il-primjums imħallsa huma kalkolati fuq il-bażi ta’ tabelli tal-mard skond il-metodu matematiku applikat fl-assigurazzjoni;

(b) titwaqqaf proviżjoni għall-età li tiżdied;

(c) jinġabar primjum addizzjonali sabiex jitwaqqaf marġni ta’ sigurtà ta’ ammont xieraq;

(d) l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tista’ tikkanċella l-kuntratt sa mhux aktar tard minn qabel it-tmiem tat-tielet sena ta’ l-assigurazzjoni;

(e) il-kuntratt jipprovdi għall-possibilità li jiżdiedu l-primjums jew jitnaqqsu l-ħlasijiet ukoll għall-kuntratti kurrenti.

Artikolu 38 – Il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni fuq il-ħajja

1. Bla ħsara ghall-Artikolu 40, il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni fuq il-ħajja għandu jiġi ddeterminat kif stabbilit fil-paragrafi 2 sa 7 skond il-klassijiet ta’ riassigurazzjoni sottoskritti.

2. Għat-tipi ta’ riassigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2002/83/KE minbarra assigurazzjonijiet marbuta mal-fondi ta’ l-investiment u għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3), il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ għandu jkun daqs is-somma ta’ dawn iż-żewġ riżultati li ġejjin:

(a) l-ewwel riżultat

4% tal-proviżjonijiet matematiċi relatati ma’ l-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni grossi mir-retroċessjonijiet għandu jiġi multiplikat bil-proporzjon, għall-aħħar sena finanzjarja, tat-total tal-proviżjonijiet matematiċi netti mir-retroċessjonijiet għall-proviżjonijiet matematiċi grossi totali. Dik il-proporzjoni ma tista’ f’ebda każ tkun inqas minn 85%;

(b) it-tieni riżultat

għall-poloz li fuqhom il-kapital irriskjat mhuwiex figura negattiva, 0.3% ta’ dan il-kapital sottoskritt mill-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandu jiġi multiplikat bil-proporzjon, għall-aħħar sena finanzjarja, tal-kapital totali rriskjat miżmum bħala r-responsabbiltà ta’ l-intrapriża wara r-retroċessjonijiet għal-kapital totali rriskjat gross mir-retroċessjonijiet; dak il-proporzjon ma jista’ f’ebda każ ikun inqas minn 50%.

Għar-riassigurazzjoni temporanja fuq il-mewt, ta’ terminu massimu ta’ tliet snin, il-frazzjoni għandha tkun 0,1%. Għal din ir-riassigurazzjoni ta’ terminu ta’ aktar minn tliet snin iżda mhux aktar minn ħames snin, il-frazzjoni hawn fuq għandha tkun 0.15%.

3. Għar-riassigurazzjoni ta’ l-assigurazzjoni supplimentari msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 2002/83/KE, il-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ għandu jkun daqs il-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni kif imwaqqaf fl-Artikolu 37 ta’ din id-Direttiva .

4. Għar-riassigurazzjoni ta’ assigurazzjoni permanenti fuq is-saħħa mhux soġġetta għal kanċellament imsemmija fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2002/83/KE, il-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ għandu jkun daqs:

(a) 4% tal-proviżjonijiet matematiċi, kalkolati skond il-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu; u

(b) il-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni kif imwaqqaf fl-Artikolu 37 ta’ din id-Direttiva. Madankollu, il-kundizzjoni li tinsab fl-Artikolu 37(6)(b) ta’ din id-Direttiva li tiġi mwaqqfa proviżjoni għall-età li tiżdied, tista’ tiġi sostitwita b’ħtieġa li l-kummerċ isir fuq bażi ta’ grupp.

5. Għar-riassigurazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-fidi tal-kapital imsemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2002/83/KE, il-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ għandu jkun daqs 4% tal-proviżjonijiet matematiċi kalkolati skond il-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu.

6. Għar-riassigurazzjoni ta’ tontines (benefiċċji tas-self), imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2002/83/KE, il-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ għandu jkun daqs 1% ta’ l-assi tagħhom.

7. Għall-klassijiet ta’ l-assigurazzjoni tal-kummerċ ta’ l-assigurazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2002/83/KE marbuta ma’ fondi ta’ l-investimenti u għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2)(c), (d) u (e) tad-Direttiva 2002/83/KE, il-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ għandu jkun daqs is-somma ta’ dawn li ġejjin:

(a) sa fejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha riskju ta’ investiment, 4% tal-proviżjonijiet tekniċi, kalkolati skond il-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu;

(b) sa fejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni ma tieħu ebda riskju ta’ l-investiment iżda l-allokazzjoni biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ l-amministrazzjoni hija fissa għal żmien li jeċċedi ħames snin, 1% tal-proviżjonijiet tekniċi, kalkolati skond il-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu;

(c) sa fejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni ma tieħu ebda riskju ta’ l-investiment u l-allokazzjoni biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ l-amministrazzjoni mhix fissa għal żmien li jeċċedi ħames snin, ammont ekwivalenti għal 25% ta’ l-ispejjeż netti amministrattivi ta’ l-aħħar sena finanzjarja rigward dan il-kummerċ;

(d) sa fejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni tkopri riskju ta’ mewt, 0,3% tal-kapital irriskjat kalkolat skond il-paragrafu 2(b) ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 39 – Il-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ għal intrapriża tar-riassigurazzjoni li tagħmel ir-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja u r-riassigurazzjoni fuq il-ħajja fl-istess ħin

1. L-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha g ħandu jeħtieġ li kull intrapriża tar-riassigurazzjoni li tagħmel kummerċ tar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja kif ukoll riassigurazzjoni li tkun fuq il-ħajja għandu jkollha marġni disponibbli tas-solvibbiltà biex ikopri s-somma totali tal-marġni meħtieġ tas-solvibbiltà rigward kemm l-attività tar-riassigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja kif ukoll tar-riassigurazzjoni li tkun fuq il-ħajja li għandhom jiġu determinati skond l-Artikoli 37 u 38 rispettivament.

2. Jekk il-marġni disponibbli tas-solvibbiltà ma jilħaqx il-livell meħtieġ fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-miżuri provduti fl-Artikoli 42 u 43.

Taqsima 3 – IL-FOND TAL-GARANZIJA

ARTIKOLU 40 – L-ammont tal-fond tal-garanzija

1. Terz tal-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ kif speċifikat fl-Artikoli 37 sa 39 għandu jikkostitwixxi l-fond tal-garanzija. Dan il-fond għandu jikkonsisti fl-oġġetti li hemm lista tagħhom fl-Artikolu 36(1) sa (3) u, bil-qbil ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, (4)(c).

2. Il-fond tal-garanzija ma jistax ikun inqas minn minimu ta’ EUR 3 miljun.

Kwalunkwe Stat Membru jista’ jipprovdi li għal dak li għandu x’jaqsam ma’ intrapriżi tar-riassigurazzjoni “ captive ”, il-fond tal-garanzija minimu m’għandux ikun inqas minn EUR 1 miljun.

Artikolu 41 – Ir-reviżjoni ta’ l-ammont tal-fond tal-garanzija

1. L-ammonti f’euro kif imwaqqfa fl-Artikolu 40(2) għandhom jiġu riveduti kull sena sa mill- [ data ta’ l-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 61(1)] sabiex jitqies it-tibdil fl-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur li jinkludi l-Istati Membri kollha kif ippubblikat minn Eurostat.

L-ammonti għandhom jiġu adattati awtomatikament billi jiżdied l-ammont bażi f’euro bil-perċentwal tat-tibdil f’dak l-indiċi fil-perijodu mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u d-data tar-reviżjoni u miġjuba sa l-eqreb ċifra sa multiplu ta’ EUR 100 000.

Jekk il-perċentwal tat-tibdil mill-aħħar adattament hija inqas minn 5%, m’għandu jsir ebda adattament.

2. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-reviżjoni u l-ammonti adattati msemmija fil-paragrafu 1.

Kapitolu 4 – L-intrapriżi tar-riassigurazzjoni f’diffikultà jew f’sitwazzjoni irregolari u rtirar ta’ l-awtorizzazzjoni

Artikolu 42 – L-intrapriżi tar-riassigurazzjoni f’ diffikultà

1. Jekk intrapriża tar-riassigurazzjoni ma tħarisx l-Artikolu 32, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha tista’ tipprojbixxi t-trasferiment ħieles ta’ l-assi tagħha wara li tkun ikkomunikat l-intenzjoni tagħha lill-Istati Membri li jospitaw.

2. Għall-iskopijiet li terġa’ lura fi stat tajjeb is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni li l-marġinu tas-solvibbiltà tagħha jkun waqa’ taħt il-minimu meħtieġ taħt l- Artikoli 37, 38 u 39, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha ghandha teħtieġ li jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tagħha pjan għar-ristorazzjoni ta’ sitwazzjoni finanzjarja b’saħħitha.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk l-awtorità kompetenti hija tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni se tmur aktar għall-agħar, tista’ wkoll tirrestrinġi jew tipprojbixxi t-trasferiment ħieles ta’ l-assi ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni. Għandha tgħarraf lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-ohrajn li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni tagħmel il-kummerċ fit-territorji tagħhom dwar kwalunkwe miżuri li tkun ħadet u dawn ta’ l-aħħar għandhom, fuq talba ta’ l-ewwel, jieħdu l-istess miżuri.

3) Jekk il-marġinu tas-solvibbiltà jaqa’ taħt il-fond tal-garanzija kif iddefinit fl-Artikolu 40, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandha teħtieġ li hija tissottometti skema ta’ finanzi fit-terminu qasir, għall-approvazzjoni tagħha.

Tista’ wkoll tirrestrinġi jew tipprojbixxi t-trasferiment ħieles ta’ l-assi ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni. Għandha tavża lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-oħrajn kollha u dawn ta’ l-aħħar għandhom, fuq talba ta’ l-ewwel, jieħdu l-istess miżuri.

4) Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun jista’, skond il-liġi nazzjonali tiegħu, jipprojbixxi t-trasferiment ħieles ta’ l-assi li jinstabu fit-territorju tiegħu fuq it-talba, fil-każijiet provduti fil-paragrafi 1, 2 u 3, ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, li għandu jindika l-assi li għandhom ikunu koperti minn dawn il-miżuri.

Artikolu 43 – Il-pjan ta’ rkupru finanzjarju

1) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jeħtieġu pjan ta’ rkupru finanzjarju għal dawk l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni fejn l-awtoritajiet kompetenti iqisu li l-obbligazzjonijiet tagħhom jirriżultaw minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni huma mhedda.

2) Il-pjan ta’ rkupru finanzjarju għandu, bħala minimu, jinkludi l-partikolari jew provi dwar it-tliet snin finanzjarji ta’wara:

(a) stimi ta’ spejjeż amministrattivi, b’mod partikolari spejjeż ġenerali kurrenti u kommissjonijiet;

(b) pjan li jwaqqaf stimi dettaljati ta’ dħul u nfiq rigward aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni u ċessjonijiet tar-riassigurazzjoni;

(c) stima ta’ karta tal-bilanċ;

(d) stimi tar-riżorsi finanzjarji maħsuba biex ikopru responsabbilitjiet tas-sottoskrizzjoni u l-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ;

(e) il-polza ġenerali tar-retroċessjoni.

3) Fejn il-pożizzjoni finanzjarja ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni qed tmur għall-agħar u l-obbligi kuntrattwali ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni huma mhedda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ikollhom is-setgħa li jobbligaw lil intrapriżi tar-riassigurazzjoni jkollhom marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ ogħla, sabiex jiżguaw li l-intrapriża tar-riassigurazzjoni tista’ tilħaq ir-rekwiżiti tas-solvibbiltà fil-futur qrib. Il-livell ta’ dan il-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ ogħla għandu jkun bażat fuq pjan ta’ rkupru finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1.

4) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jerġgħu jivvalutaw ‘l isfel l-elementi kollha eliġibbli għall-marġni disponibbli tas-solvibbiltà, b’mod partikolari, fejn kien hemm tibdil sinifikanti fil-valur tas-suq ta’ dawn l-elementi mill-aħħar tas-sena finanzjarja ta’ qabel.

5) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jbaxxu t-tnaqqis, fuq bażi ta’ retroċessjoni, għall-marġni ta’ solvibbiltà kif determinat skond l-Artikoli 37, 38 u 39 fejn:

(a) in-natura jew kwalità tal-kuntratti tar-retroċessjoni nbidlet b’mod sinifikanti mill-aħħar sena finanzjarja;

(b) m’hemm ebda trasferiment ta’ riskju, jew hemm trasferiment ta’ riskju insinjifikanti taħt il-kuntratti tar-retroċessjoni.

6. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħtieġu pjan ta’ rkupru finanzjarju għall-intrapriża tar-riassigurazzjoni skond il-paragrafu 1, għandhom iżommu lura milli joħorġu ċertifikat skond l-Artikolu 18, sa kemm jikkunsidraw li l-obbligazzjonijiet tagħha li jirriżultaw mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni huma mhedda fis-sens tal-paragrafu 1.

Artikolu 44 – L-irtirar ta’ awtorizzazzjoni

1. L-awtorizzazzjoni mogħtija lil intrapriża tar-riassigurazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha tista’ tiġi rtirata minn dik l-awtorità jekk dik l-intrapriża:

(a) ma tagħmilx użu minn dik l-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja għaliha espressament jew ma tagħmilx kummerċ għal aktar minn 6 xhur, kemm-il darba l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda li l-awtorizzazzjoni taqa’ f’dawn il-każijiet;

(b) ma tibqax tilħaq il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni;

(c) ma setgħetx, fiż-żmien permess, tieħu l-miżuri speċifikati fil-pjan tar-ristorazzjoni jew l-iskema tal-finanzi msemmija fl-Artikolu 42;

(d) tonqos b’mod serju fl-obbligazzjonijiet tagħha taħt ir-regolamenti li kienet soġġetta għalihom.

Fil-każ ta’ rtirar jew skadenza ta’ awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandha tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn dwar dan, u għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu lill-intrapriża tar-riassigurazzjoni milli tibda operazzjonijiet ġodda fit-territorji tagħhom, jew taħt id-dritt ta’ l-istabbiliment jew taħt id-dritt li jipprovdu s-servizzi.

2. Kwalunkwe deċiżoni li tiġi rtirata awtorizzazzjoni għandha tkun appoġġjata minn raġunijiet preċiżi u tiġi komunikata lill-intrapriża tar-riassigurazzjoni konċernata.

TITOLU IV – DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DRITT TA’ L-ISTABBILIMENT U L-LIBERTA’ TAL-FORNIMENT TAS-SERVIZZI

Artikolu 45 – Intrapriżi tar-riassigurazzjoni li mhux qed iħarsu id-dispożizzjonijiet legali

1. Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita jistabbilixxu li intrapriża tar-riassigurazzjoni b’fergħa jew li twettaq il-kummerċ taħt il-libertà li tipprovdi s-servizzi fit-territorju tiegħu mhix qed tosserva d-dispożizzjonijiet legali li jgħoddu f’dak l-Istat, għandhom jehtieġu lill-intrapriża tar-riassigurazzjoni konċernata tirrimedja dik is-sitwazzjoni irregolari. Fl-istess ħin, għandhom jirreferu dawk is-sejbiet lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha.

Jekk, minkejja l-miżuri li tieħu l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jew minħabba li dawn il-miżuri jippruvaw ruħhom mhux xierqa, l-intrapriża tar-riassigurazzjoni tippersisti f’li tivvjola d-dispożizzjonijiet legali li jgħoddu għaliha fl-Istat Membru li jospita, dan ta’ l-aħħar jista’ wara li jgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, jieħu l-miżuri xierqa biex jipprevjeni jew jippenalizza vjolazzjonijiet ulterjuri, inkluż sa fejn mehtieġ strettament, li dik l-intrapriża tar-riassigurazzjoni tiġi mċaħħda milli tkompli tikkonkludi kuntratti ġodda tar-riassigurazzjoni fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorju tagħhom huwa possibbli li jiġu notifikati d-dokumenti legali meħtieġa lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni.

2) Kwalunkwe miżura adottata taħt il-paragrafu 1 li jinvolvi penali jew restrizzjonijiet fuq it-twettiq tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni għandha tkun raġonata sew, u tiġi komunikata lill-intrapriża tar-riassigurazzjoni konċernata.

Artikolu 46 – L-istralċjar

Fil-każ li intrapriża tar-riassigurazzjoni tiġi stralċjata, l-irbit li jirriżulta minn kuntratti sottoskritti permezz ta’ ferg ħa jew taħt il-libertà tal-proviżjon tas-servizzi ghandhom jiġu milħuqa bl-istess mod bħal dawk li jirriżultaw mill-kuntratti l-oħrajn tar-riassigurazzjoni ta’ dik l-intrapriża.

TITOLU V – L-INTRAPRIŻI TAR-RIASSIGURAZZJONI LI L-UFFIĊĊJI PRINĊIPALI TAGĦHOM HUMA BARRA MILL-KOMUNITÀ U LI QED JAGĦMLU KUMMERĊ TAR-RIASSIGURAZZJONI FIL-KOMUNITÀ

Artikolu 47 – Il-prinċipju u l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni

Stat Membru m’għandux japplika lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandom l-uffiċċji reġistrati tagħhom barra mill-Komunità u li jibdew jew iwettqu attivitajiet tar-riassigurazzjoni fit-territorju tiegħu, dispożizzjonijiet li jirriżultaw f’trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandom l-uffiċċji prinċipali taghħom f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 48 – Il-ftehim ma’ pajjiżi terzi

1. Il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti lill-Kunsill għan-negozjati ta’ ftehim ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar dwar il-meżżi biex issir sorveljanza dwar:

a) l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandom l-uffiċċji prinċipali taghħom f’pajjiż terz, u li jagħmlu l-kummerċ tar-riassigurazzjoni fil-Komunità,

b) l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandom l-uffiċċji prinċipali taghħom fil-Komunità u li jagħmlu l-kummerċ tar-riassigurazzjoni fit-territorju ta’ pajjiż terz.

2. Il-ftehim imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom b’mod partikolari jfittxu li jiżguraw taħt kundizzjonijiet ta’ ekwivalenza ta’ regolamentazzjoni prudenzjali, aċċess effettiv għas-suq għal intrapriżi tar-riassigurazzjoni fit-territorju ta’ kull waħda mill-partijiet fil-kuntratt u jipprovdu għal għarfien reċiproku ta’ regoli u prattiki ta’ sorveljanza dwar ir-riassigurazzjoni. Għandhom ukoll jaraw li:

a) l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-sorveljanza ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li jinsabu fil-Komunità u li jwettqu l-kummerċ fit-territorji tal-pajjiżi terzi konċernati,

b) l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-sorveljanza ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandom l-uffiċċji prinċipali taghħom fit-territorji tagħhom u li jwettqu l-kummerċ fil-Komunità.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 300(1) u (2) tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni għandha, bl-assistenza tal-Kumitat ta’ l-Assigurazzjoni teżamina r-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.

TITOLU VI – IR-REGOLI LI JGĦODDU GĦAL SUSSIDJARJI TA’ INTRAPRIŻI PARENT REGOLATI BIL-LIĠIJIET TA’ PAJJIŻI TERZI U GĦALL-AKKWIST TA’ PARTEĊIPAZZJONIJIET MINN DAWN L-INTRAPRIŻI EWLENIN

Artikolu 49 –Tagħrif mill-Istati Membri lill-Kummissjoni

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jvażaw lill-Kummissjoni:

(a) dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ sussidjarja diretta jew indiretta, li intrapriża parent waħda jew aktar huma ggvernati bir-regoli ta’ pajjiż terz.

(b) kull fejn tali intrapriża parent tikseb parteċipazzjoni f’intrapriża tar-riassigurazzjoni Komunitarja li tagħmel lil din ta’ l-aħħar is-sussidjarja tagħha.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat dwar l-Assigurazzjoni f’dan is-sens.

Fejn tingħata awtorizzazzjoni lis-sussidjarja diretta jew indiretta ta’ intrapriża parent waħda jew aktar ggvernati bil-liġijiet ta’ pajjiżi terzi, l-istruttura tal-grupp għandha tiġi speċifikata fl-avviż li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw lill-Kummissjoni.

Artikolu 50 – It-trattament li pajjiżi terzi jagħtu lill- intrapriżi tar-riassigurazzjoniKomunitarji

1) L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe diffikultajiet ġenerali li jkollhom l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni tagħhom biex jistabbilixu ruħhom u jaħdmu f’pajjiż terz jew iwettqu attivitajiet f’pajjiż terz.

2) Perjodikament, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport li jeżamina t-trattament mogħti lil intrapriżi tar-riassigurazzjoni Komunitarji f’pajjiżi terzi, fit-termini msemmija fil-paragrafu 3, dwar it-twaqqif ta’ intrapriżi tar-riassigurazzjoni Komunitarji f’pajjiżi terzi, il-ksib ta’ azzjonijiet f’intrapriżi tar-riassigurazzjoni tal-pajjiżi terzi, it-twettiq ta’ attivitajiet tar-riassigurazzjoni minn dawn l-intrapriżi mwaqqfa u l-forniment minn naħa għal oħra tal-fruntiera ta’ attivitajiet tar-riassigurazzjoni mill-Komunità lil pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dawk ir-rapporti lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposti jew rakkmandazzjonijiet xierqa.

3. Kull fejn jidhrilha, jew fuq bażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 jew fuq bażi ta’ tagħrif ieħor, li pajjiż terz mhux qed jagħti lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni Komunitarji aċċess effettiv għas-suq, il-Kummissjoni tista’ tissottometti rakkomandazzjonijiet għall-mandat xieraq għan-negozjati bl-għan li jinkiseb aċċess imtejjeb għas-suq għall-intrapriżi tar-riassigurazzjoni Komunitarji.

4. Miżuri meħuda taħt dan l-Artikolu għandhom iħarsu l-obbligazzjonijiet tal-Komunità taħt patti internazzjonali, b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

TITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 51 – Id-drittijiet miksuba minn intrapriżi tar-riassigurazzjoni eżistenti

1. Intrapriżi tar-riassigurazzjoni soġġetti għal din id-Direttiva, li kienu awtorizzati jew intitolati jwettqu l-kummerċ tar-riassigurazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fihom qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandhom jitqiesu awtorizzati, skond l-Artikolu 3.

Madankollu, għandhom ikunu suġġetti għall-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar it-twettiq tal-kummerċ tar-riassigurazzjoni u għar-rekwiżiti mwaqqfa bl-Artikoli 6(a), (c), (d), l-Artikoli 7, 8 u 12 u l-Artikoli 32 to 41 sa mid-data ta’ l-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 61.

2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil intrapriżi tar-riassigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ma jħarsux lill-Artikoli 6 (a), 7, 8 u l-Artikoli 32 sa 40 żmien ta’ [ sentejn] wara d-data msemmija fl-Artikolu 61 sabiex iħarsu dawn ir-rekwiżiti.

Artikolu 52 – L-intrapriżi tar-riassigurazzjoni li jagħlqu l-attività tagħhom

1. Intrapriżi tar-riassigurazzjoni li sa [ data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva mwaqqfa fl-Artikolu 61(1)] ikunu waqfu milli jagħmlu kuntratti ġodda tar-riassigurazzjoni u jamministraw b’mod esklussiv il-portafoll eżistenti tagħhom sabiex itemmu l-attività tagħhom m’għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni konċernati u għandhom jikkomunikaw dik il-lista lill-Istati Membri l-oħrajn kollha.

Artikolu 53 – Dritt ta’ smigħ quddiem il-qrati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda rigward intrapriża tar-riassigurazzjoni taħt liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw din id-Direttiva huma bla ħsara għad-dritt ta’ smigħ quddiem il-qrati.

Artikolu 54 – Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin għall-għan li jiffaċilitaw is-sorveljanza tar-riassigurazzjoni fil-Komunità u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva .

2. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw fil-qrib għall-għan li jiffaċilitaw is-sorveljanza tar-riassigurazzjoni fil-Komunità u li jeżaminaw kwalunkwe diffikultà li tista’ tqum fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva .

Artikolu 55 – Il-proċedura tal-kumitat

1) Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat ta’ l-Assigurazzjoni mwaqqaf bl-Artikolu 1 tad-Direttiva 91/675/KEE.

2) Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom jgħoddu l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu meqjusa d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Iż-żmien stabbilit bl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

Artikolu 56 – Il-miżuri ta’ implimentazzjoni

Għandhom jiġu adottati dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 55(2):

a) l-estensjoni tal-forom legali provduti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva ,

b) il-kjarifika ta’ l-oġġetti li jikkostitwixxu l-marġni ta’ solvibbiltà elenkati fl-Artikolu 36 biex jiġi meqjus il-ħolqien ta’ strumenti finanzjarji ġodda,

c) it-titjib sa 50% ta’ l-ammonti tal-primjums jew tat-talbiet għall-indennizz użati għall-kalkolu tal-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ provduti fl-Artikolu 37(3) u (4), u klassijiet minbarra 11, 12 u 13 elenkati fil-punt A ta’ l-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni jew tipi ta’ kuntratti speċifiċi, biex jittieħed kont ta’ l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jew kuntratti,

d) it-tibdil tal-fond minimu tal-garanzija provdut fl-Artikolu 40(2) biex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji,

e) il-kjarifikazzjoni tad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fil-Komunità kollha.

TITOLU VIII – L-EMENDI GĦAD-DIRETTIVI EŻISTENTI

Artikolu 57 – L-emendi għad-Direttiva 73/239/KEE

Id-Direttiva 73/239/KEE hija emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 12a il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, li hija:

a) sussidjarja ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

b) sussidjarja ta’ l-intrapriża parent ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

c) kontrollata mill-istess persuna, kemm jekk naturali jew legali, li tikkontrolla intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru involut responsabbli għas-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu jew ditti ta’ l-investiment, għandha tiġi kkonsultata qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja, li hija:

a) sussidjarja ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità; jew

b) sussidjarja ta’ l-intrapriża parent ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti aworizzata fil-Komunità; jew

c) ikkontrollata mill-istess persuna, kemm jekk naturali jew legali, li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità.”

(2) Fl-Artikolu 13 (2), huwa miżjud dan it-tielet subinċiż li ġej:

"L-Istat Membru fejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha m’għandux jirrifjuta kuntratt tar-riassigurazzjoni konkluż mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ma’ intrapriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 200./../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [Direttiva dwar ir-Riassigurazzjoni] jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** għal raġunijiet direttament relatati mas-saħħa finanzjarja ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni .

* ĠU L…

** ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1”

(3) Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3. L-Istati Membri m’għandhomx iżommu jew jintroduċu għat-twaqqif tal-proviżjonijiet tekniċi sistema ta’ żamma ta’ riservi grossi li teħtieġ ir-rahan ta’ l-assi biex ikopru primjums mhux imħallsa u proviżjonijiet ta’ talbiet pendenti għall-indennizz mir-riassiguratur, meta r-riassiguratur huwa intrapriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 200./../KE [Direttiva dwar ir-Riassigurazzjoni] jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew id-Direttiva 2002/83/KE.

Meta l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jippermetti lil kwalunkwe proviżjonijiet tekniċi jiġu koperti minn talbiet għall-indennizz kontra riassiguratur li la huwa intrapriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 200./../KE u lanqas intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond din id-Direttiva jew id-Direttiva 2002/83/KE, għandu jiffissa l-perċentwal hekk permess."

(4) L-Artikolu 16(2), raba’ subinċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Il-marġni disponibbli tas-solvibbiltà għandu wkoll jiġi mnaqqas b’dawn l-oġġetti li ġejjin:

(a) azzjonijiet li għandha l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni f':

- intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE, jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*,

- intrapriżi tar-riassigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 200./..KE [ Direttiva dwar ir-Riassigurazzjoni] jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex membri fis-sens ta’ l-Artikolu 1 (l) tad-Direttiva 98/78/KE,

- kumpaniji holding ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE,

- istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KE EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill **,

- ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE*** u ta’ l-Artikolu 2(4) u (7) u tad-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE****.

* ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1

** ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1

*** ĠU L 141, 11.6.1993, p.27

**** ĠU L 141, 11.6.1993, p.1”

(5) Huwa inserit dan l-Artikolu 17b li ġej:

“Artikolu 17b

1. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, skond l-Artikolu 56(c) tad-Direttiva 200./../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [ Direttiva dwar ir-Riassigurazzjoni] li ttejjeb l-ammonti wżati għall-kalkolu tal-marġinu ta’ solvibbiltà meħtieġ stabbilit fl-Artikolu 37 (3) u (4) ta’ dik id-Direttiva, kull Stat Membru għandu japplika, għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fit-territorju tiegħu, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 35-39 ta’ dik id-Direttiva rigward l-attivitajiet tagħhom ta’ l-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni, fejn hija milħuqa waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

a) il-primjums tar-riassigurazzjoni miġbura jeċċedu l-10% tal-primjum totali tagħhom;

b) il-primjums tar-riassigurazzjoni miġbura jeċċedu EUR 500 000;

c) il-proviżjonijiet tekniċi li jirriżultaw mill-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni tagħhom jeċċedu l-10% tal-proviżjonijiet tekniċi tagħhom.

2. Intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li jgħodd għaliha l-paragrafu 1 għandha twaqqaf, rigward il-kummerċ sħiħ tagħha, fond minimu ta’ garanzija skond l-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 200./../KE [ Direttiva dwar ir-Riassigurazzjoni ] .

* ĠU L…..”

Artikolu 58 – Emendi lid-Direttiva 92/49/KEE

Id-Direttiva 92/49/KEE hija emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 15, il-paragrafu (1a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

" 1a Jekk l-akkwirent tal-parteċipazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 huwa intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża tar-riassigurazzjoni, istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew l-intrapriża parent ta’ tali entità, jew persuna naturali jew legali li tikkontrolla dik l-entità, u jekk, bħala riżultat ta’ dak l-akkwist, l-intrapriża fejn l-akkwirent bi ħsiebu jkollu parteċipazzjoni ssir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta’ l-akkwirent, l-istima tal-kisba għandha tkun soġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 12a) tad-Direttiva 73/239/KEE"

(2) Fl-Artikolu 16, il-paragrafi (4), (5) u (5a) huma sostitwiti b’dan li ġej:

"4. L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali taħt il-paragrafu 1 jew 2 jistgħu jużawha biss fil-kors tad-dmirijiet tagħhom:

- biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni huma sodisfatti u biex jiffaċilitaw is-sorveljanza tal-kondotta ta’ dan il-kummerċ, speċjalment rigward is-sorveljanza tal-proviżjonijiet tekniċi, marġini tas-solvibbiltà, proċeduri amministrattivi u tar-rendikonti u mekkaniżmi ta’ kontroll intern,

- biex jimponu s-sanzjonijiet;

- f’appelli amministrattivi kontra d-deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jew

- fi proċeduri tal-qorti mibdija taħt l-Artikolu 53 jew taħt dispożizzjonijiet speċjali provduti f’din id-Direttiva u f’Direttivi oħrajn adottati fil-qasam ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni.

5. Il-paragrafi 1 u 4 m’għandhomx jipprekludu l-iskambju ta’ informazzjoni ġewwa Stat Membru, fejn hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar fl-istess Stat Membru, jew bejn l-Istati Membri, bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

- awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza uffiċjali ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u organizzazzjonijiet oħrajn finanzjarji u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-swieq finanzjarji,

- organizzazzjonijiet involuti fix-xoljiment u l-falliment ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi tar-riassigurazzjoni u fi proċeduri oħrajn simili, u

- persuni responsabbli li jwettqu verifiki skond il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi tar-riassigurazzjoni u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji,

fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza, u l-iżvelar, lil organizzazzjonijiet li jamminstraw proċeduri ta’ stralċ obbligatorju jew fondi tal-garanziji, ta’ tagħrif meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. L-informazzjoni rċevuta minn dawn l-awtoritajiet, organizzazzjonijiet u persuni għandha tkun soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali mwaqqaf fil-paragrafu 1.

5a. Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tpartit ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

- l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw l-organizzazzjonijiet involuti fix-xoljiment u l-falliment ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi tar-riassigurazzjoni u proċeduri oħrajn simili, jew

- l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw il-persuni nkarigati bit-twettiq tal-verifiki skond il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ l-investimenti u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji, jew

- attwarji indipendenti ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni li jagħmlu sorveljanza legali ta’ dawk l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet responsabbli li jissorveljaw dawn l-attwarji.

L-Istati Membri li jirrikorru għall-għażla provduta fl-ewwel subinċiż għandhom jeħtieġu li għall-inqas jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

- dan it-tagħrif għandu jkun għall-iskop li titwettaq is-superviżjoni jew sorveljanza legali msemmija fl-ewwel subinċiż,

- tagħrif irċevut f’dan il-kuntest għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali imposti fil-paragrafu 1,

- fejn it-tagħrif joriġina fi Stat Membru ieħor, ma jistax jiġi żvelat mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ l-awtoritajiet kompetenti li żvelawh u, fejn xieraq, unikament għall-għanijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-qbil tagħhom.

L-Istati Membri ghandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-isimijiet ta’ l-awtoritajiet, persuni u organizzazzjonijiet li jistgħu jirċievu informazzjoni skond dan il-paragrafu."

Artikolu 59 – Emendi lid-Direttiva 2002/83/KE

Id-Direttiva 2002/83/KE hija emendata kif ġej

(1) Fl-Artikolu 1 (1), huwa miżjud dan il-punt(i):

(s) "intrapriża tar-riassigurazzjoni" għandha tfisser intrapriża tar-riassigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 2 punt (b) tad-Direttiva 200./../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. [Direttiva dwar ir-Riassigurazzjoni].

* ĠU L…”

(2) Huwa inserit dan l-Artikolu 9a li ġej:

"Artikolu 9a

Konsultazzjoni minn qabel ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn

1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn involuti għandhom jiġu kkonsultati qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tkun fuq il-ħajja, li hija:

a) sussidjarja ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

b) sussidjarja ta’ l-intrapriża parent ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

c) ikkontrollata mill-istess persuna, kemm jekk naturali jew legali, li tikkontrolla intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru involut responsabbli għas-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu jew ditti ta’ l-investiment għandha tiġi kkonsultata qabel l-għotja ta’ awtorizzazzjoni lil intrapriża ta’l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, li hija:

a) sussidjarja ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità; jew

b) sussidjarja ta’ l-intrapriża parent ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità; jew

c) ikkontrollata mill-istess persuna, kemm jekk naturali jew legali, li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investimenti awtorizzata fil-Komunità.

3 L-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b’mod partikolari jikkonsultaw lil xulxin meta jistmaw l-idonejità ta’ l-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi involuti fl-amministrazzjoni ta’ entità oħra fl-istess grupp. Għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar kwalunkwe tagħrif dwar l-idonejità ta’ l-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li huwa rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti għall-għotja ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima kontinwata tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-ħidma."

(3) Fl-Artikolu 10(2), huwa miżjud dan it-tieni subinċiż li ġej:

" L-Istat Membru fejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha m’għandux jirrifjuta kuntratt tar-riassigurazzjoni konkluż mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ma’ intrapriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 200./../KE [Direttiva dwar ir-Riassigurazzjoni) jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 73/239/KEE jew din id-Direttiva għal raġunijiet direttament relatati mas-saħħa finanzjarja ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ".

(4) Fl-Artikolu 15, huwa inserit dan il-paragrafu (1a) li ġej:

"1a. Jekk l-akkwirent tal-parteċipazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huwa intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża tar-riassigurazzjoni, istituzzjoni tal-kreditu jew ditta ta’ l-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew l-intrapriża parent ta’ din l-entità, jew persuna naturali jew legali li tikkontrolla ‘l din l-entità, u jekk, b’riżultat ta’ dak l-akkwist, l-intrapriża fejn l-akkwirent bi ħsiebu jkollu parteċipazzjoni ssir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta’ l-akkwirent, l-istima tal-kisba għandha tkun soġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 9a)."

(5) L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafi 4, 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej

“4. L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali taħt il-paragrafi 1 jew 2 jistgħu jużawha biss fil-kors tad-dmirijiet tagħhom:

- biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni huma sodisfatti u biex jiffaċilitaw is-sorveljanza tal-kondotta ta’ dan il-kummerċ, speċjalment rigward is-sorveljanza tal-proviżjonijiet tekniċi, marġini tas-solvibbiltà, proċeduri amministrattivi u tar-rendikonti u mekkaniżmi ta’ kontroll intern

- biex jimponu s-sanzjonijiet, jew

- f’appelli amministrattivi kontra d-deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jew

- fi proċeduri tal-qorti mibdija taħt l-Artikolu 67 jew taħt dispożizzjonijiet speċjali provduti f’din id-Direttiva u f’Direttivi oħrajn adottati fil-qasam ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni.

5. Il-paragrafi 1 u 4 m’għandhomx jipprekludu t-tpartit ta’ informazzjoni ġewwa Stat Membru, fejn hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar fl-istess Stat Membru, jew bejn l-Istati Membri, bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

- awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza uffiċjali ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u organizzazzjonijiet oħrajn finanzjarji u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-swieq finanzjarji,

- organizzazzjonijiet involuti fix-xoljiment u l-falliment ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi tar-riassigurazzjoni u fi proċeduri oħrajn simili, u

- persuni responsabbli li jwettqu verifiki skond il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi tar-riassigurazzjoni u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji,

fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza, u l-iżvelar, lil organizzazzjonijiet li jamminstraw proċeduri ta’ stralċ (obbligatorju) jew fondi tal-garanziji, ta’ tagħrif meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. L-informazzjoni rċevuta minn dawn l-awtoritajiet, organizzazzjonijiet u persuni għandha tkun soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali mwaqqaf fil-paragrafu 1.

6. Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzzaw tpartit ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u:

- l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw l-organizzazzjonijiet involuti fix-xoljiment u l-falliment ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi tar-riassigurazzjoni u proċeduri oħrajn simili, jew

- l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw il-persuni nkarigati bit-twettiq tal-verifiki skond il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ l-investimenti u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji, jew

- attwarji indipendenti ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni li jagħmlu sorveljanza legali ta’ dawk l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet responsabbli li jissorveljaw dawn l-attwarji.

L-Istati Membri li jirrikorru għall-għażla provduta fl-ewwel subinċiż għandhom jeħtieġu li għall-inqas jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

- dan it-tagħrif għandu jkun għall-iskop li titwettaq is-superviżjoni jew sorveljanza legali msemmija fl-ewwel subinċiż,

- tagħrif irċevut f’dan il-kuntest għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali imposti fil-paragrafu 1,

- fejn it-tagħrif joriġina fi Stat Membru ieħor, ma jistax jiġi żvelat mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ l-awtoritajiet kompetenti li żvelawh u, fejn xieraq, biss għall-għanijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-qbil tagħhom.

L-Istati Membri ghandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-isimijiet ta’ l-awtoritajiet, persuni u organizzazzjonijiet li jistgħu jirċievu informazzjoni skond dan il-paragrafu."

(b) il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"8. Il-paragrafi 1 sa 7 m’għandhomx iżommu lil awtorità kompetenti milli tittrasmetti

- lil banek ċentrali u organizzazzjonijiet oħrajn b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji,

- fejn xieraq, lil awtoritajiet pubbliċi oħrajn responsabbli li jissorveljaw is-sistemi tal-ħlas

informazzjoni maħsuba għat-twettiq tal-funzjoni tagħhom, u lanqas m’għandha ċċaħħad lil dawn l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li jeħtieġu għall-għanijiet tal-paragrafu 4. Informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali imposti f’dan l-Artikolu".

(6) L-Artikolu 20(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4. L-Istati Membri m’għandhomx iżommu jew jintroduċu, għat-twaqqif tal-proviżjonijiet tekniċi, sistema ta’ żamma ta’ riservi grossi li teħtieġ ir-rahan ta’ l-assi biex ikopru primjums mhux imħallsa u proviżjonijiet ta’ talbiet pendenti għall-indennizz mir-riassiguratur, awtorizzat skond id-Direttiva 200./../KE [Direttiva dwar ir-Riassigurazzjoni] meta r-riassiguratur huwa intrapriża tar-riassigurazzjoni jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttivi 73/239/KEE jew din id-Direttiva.

Meta l-Istat Membru fejn l-intrapriża għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha jippermetti li kwalunkwe proviżjonijiet tekniċi jiġu koperti minn talbiet għall-indennizz kontra riassiguratur li la huwa intrapriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttiva 200./../KE u lanqas intrapriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttivi 73/239/KEE jew din id-Direttiva, għandu jiffissa l-perċentwal hekk permess."

(7) Fl-Artikolu 27(2), huma miżjuda dawn it-tieni, tielet, raba’, ħames, sitt u seba’ subparagrafi li ġejjin:

"Il-marġinu disponibbli tas-solvibbiltà għandu jiġi mnaqqas ukoll b’dawn l-oġġetti li ġejjin:

(a) parteċipazzjonijiet li tiddetjeni l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni f’:

- intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE, jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*,

- intrapriżi tar-riassigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 200./../KE jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni mhux f’pajjiżi membri fis-sens ta’ l-Artikolu 1(l) tad-Direttiva 98/78/KE,

- kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE,

- istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KE,

- ditti ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/22/KEE u ta’ l-Artikoli 2(4) u 2(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE**;

(b) kull wieħed minn dawn l-oġġetti li tiddetjeni l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rigward l-entitajiet definiti fil-punt (a) li fihom tiddetjeni parteċipazzjoni:

- l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3,

- l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE,

- it-talbiet għall-indennizz u strumenti subordinati msemmija fl-Artikolu 35 u fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2000/12/KE.

Fejn azzjonijiet f’istituzzjoni tal-kreditu, ditta ta’ l-investiment, istituzzjoni finanzjarja, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni jinżammu temporanjament għall-għanijiet ta’ operazzjoni ta’ għajnuna finanzjarja maħsuba li torganizza mill-ġdid u ssalva lil dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja d-dispożizzjonijiet fuq it-tnaqqis imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tielet subinċiż.

Bħala alternattiva għat-tnaqqis ta’ l-oġġetti msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tielet subinċiż li l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni żżomm f’istituzzjonijiet tal-kreditu, istituzzjonijiet ta’ l-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni tagħhom japplikaw mutatis mutandis il-metodi 1, 2, jew 3 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***. Il-metodu 1 (Konsolidazzjoni taż-żamma tal-kotba) għandu jiġi applikat biss jekk l-awtorità kompetenti hija konfidenti dwar il-livell ta’ amministrazzjoni integrata u kontroll intern dwar l-entitajiet li jiġu inklużi fl-għan tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti fiż-żmien.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għal dak il-kalkolu tal-marġni tas-solvibbiltà kif provdut b’din id-Direttiva, intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni soġġetti għal sorveljanza supplimentari skond id-Direttiva 98/78/KE jew għal sorveljanza supplimentari skond id-Direttiva 2002/87/KE, m’għandhomx għalfejn inaqqsu l-ammonti msemmija f’(a) u (b) tat-tielet subinċiż, li jinżammu f’istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti ta’ l-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew kumpaniji holding ta’ l-assigurazzjoni li huma inklużi fis-sorveljanza supplimentari.

Għall-iskopijiet tat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu, parteċipazzjoni għandha tfisser parteċipazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 1(g) tad-Direttiva 98/78/KE.

* ĠU L 330, 5.12.1998, p1.

** ĠU L 141, 11.6.1993, p.1.

*** ĠU L 35, 11.2.2003, p.1.”

(8) Għandu jiġi inserit dan l-Artikolu 28a li ġej:

“Artikolu 28a Il-marġni tas-solvibbiltà għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jagħmlu attivitajiet tar-riassigurazzjoni

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, skond l-Artikolu 56(c) tad-Direttiva 200./../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [direttiva dwar ir-riassigurazzjoni] li ttejjeb l-ammonti wżati għall-kalkolu tal-marġni ta’ solvibbiltà meħtieġ provdut fl-Artikolu 37(3) u (4), l-Istati Membri fejn l-intrapriżi għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 35 sa 39 tad-Direttiva 200./../KE [direttiva dwar ir-riassigurazzjoni] għal intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom ta’ aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni, fejn jintlaħqu waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

a) il-primjums tar-riassigurazzjoni miġbura jeċċedu l-10% tal-primjum totali tagħħom;

b) il-primjums tar-riassigurazzjoni miġbura jeċċedu EUR 500 000;

c) il-proviżjonijiet tekniċi li jirriżultaw mill-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni tagħhom jeċċedu l-10% tal-proviżjonijiet tekniċi totali tagħhom.”

Artikolu 60 – L-emendi fid-Direttiva 98/78/KE

Id-Direttiva 98/78/ KE hija emendata kif ġej

(1) It-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-sorveljanza supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f’grupp ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.”

(2) L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-punti (c), (i), (j) u (k) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c) intrapriża tar-riassigurazzjoni tfisser intrapriża, li rċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 200./../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill * [direttiva dwar ir-riassigurazzjoni ];

(i) ‘kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni’ tfisser intrapriża parent , li l-kummerċ ewlieni tagħha huwa li tikseb u żżomm parteċipazzjonijiet f’intrapriżi sussidjarji, fejn dawk l-intrapriżi sussidjarji huma esklussivament jew prinċipalment intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi tar-riassigurazzjoni jew intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri, u fejn għall-inqas waħda minn l-intrapriżi sussidjarji hija intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, jew intrapriża tar-riassigurazzjoni u li mhix kumpanija holding tal-finanzi mħallta fis-sens tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill **;

(j) ‘kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta’ tfisser intrapriża parent , minbarra intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, intrapriża tar-riassigurazzjoni, intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni jew kumpanija holding tal-finanzi mħallta fis-sens tad-Direttiva 2002/87/KE li tinkludi għall-inqas intrapriża waħda ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni fost l-intrapriżi sussidjarji tagħha;

(k) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li ngħataw is-setgħa mil-liġi jew minn regolamenti biex jissorveljaw intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni.

* ĠU L …

** ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1”

b) Huwa miżjud dan il-punt (l) li ġej

“(l) ‘intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru’ tfisser intrapriża li teħtieġ awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 200./../KE [direttiva dwar ir-riassigurazzjoni] kieku kellha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Komunità;”

(3) L-Artikoli 2, 3 and 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 2 Il-każijiet ta’ applikazzjoni ta’ sorveljanza supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u intrapriżi tar-riassigurazzjoni

1. Minbarra d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 73/239/KEE, 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u 200./…/KE [ direttiva dwar ir-riassigurazzjoni], li jwaqqfu r-regoli għas-sorveljanza ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u intrapriżi tar-riassigurazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li s-sorveljanza ta’ kwalunkwe intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew kwalunkwe intrapriża tar-riassigurazzjoni, li hija intrapriża li tipparteċipa f’għall-inqas waħda minn dawn: intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża tar-riassigurazzjoni, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, għandu jiġi supplimentat bil-mod preskritt fl-Artikoli 5, 6, 8 u 9.

2. Kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li l-intrapriża parent tagħha hija kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni, kumpanija ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru għandha tkun soġġetta għas-sorveljanza supplimentari bil-mod preskritt fl-Artikoli 5(2), 6, 8 u 10.

3. Kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li l-intrapriża parent tagħha hija kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni bl-attivajiet imħallta għandha tkun soġġetta għas-sorveljanza supplimentari bil-mod stabbilit fl-Artikoli 5(2), 6 u 8.

Artikolu 3 L-iskop tas-sorveljanza supplimentari

1. L-eżerċizzju ta’ sorveljanza supplimentari skond l-Artikolu 2 bl-ebda mod m’għandu jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jkollhom rwol ta’ sorveljanza rigward l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni jew kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta meħuda individwalment.

2. Is-sorveljanza supplimentari għandha tqis dawn l-intrapriżi li ġejjin imsemmija fl-Artikoli 5, 6, 8, 9 u 10:

- intrapriżi relatati ma’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni,

- intrapriżi li jipparteċipaw fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-intrapriża tar-riassigurazzjoni,

- intrapriżi relatati ma’ intrapriża li tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-intrapriża tar-riassigurazzjoni,

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jqisux, fis-sorveljanza supplimentari msemmija fl-Artikolu 2, intrapriżi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f’pajjiż li mhux membru fejn hemm impedimenti legali għat-trasferiment ta’ l-informazzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I, punt 2.5, u ta’ l-Anness II, punt 4.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jeżerċitaw sorveljanza supplimentari jistgħu fil-każijiet elenkati hawn taħt jiddeċiedu f’kull każ għalih li ma jqisux intrapriża fis-sorveljanza supplimentari msemmija fl-Artikolu 2:

- jekk l-intrapriża li għandha tiġi inkluża hija ta’ interess negliġibbli rigward l-għanijiet tas-sorveljanza supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni;

- jekk l-inklużjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-intrapriża ma tkunx xierqa jew tagħti l-idea żbaljata dwar l-għanijiet tas-sorveljanza supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 4 L-awtoritajiet kompetenti biex jeżerċitaw is-sorveljanza supplimentari

1. Is-sorveljanza supplimentari għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE jew l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE jew l-Artikolu 3 tad-Direttiva 200./../KE…. [ direttiva dwar ir-riassigurazzjoni].

2. Fejn intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar għandhom bħala intrapriża parent tagħhom l-istess kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta jistgħu jilħqu ftehim rigward liema minnhom ikun responsabbli li jeżerċita s-sorveljanza supplimentari.

3. Fejn Stat Membru għandu aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-sorveljanza prudenzjali ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u ta’ intrapriżi tar-riassigurazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jorganizza l-koordinazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet.

*ĠU L 345, 19,12,2002, p.1”

(4) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għas-sorveljanza supplimentari għandu jkollha mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll intern implimentati għall-produzzjoni ta’ kwalunkwe data jew tagħrif rilevanti għall-għanijiet ta’ din is- sorveljanza supplimentari.”

(5) L-Artikoli 6, 7 u 8 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 6Aċċess g ħall-informazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, reponsabbli li jeżerċitaw is-sorveljanza supplimentari għandu jkollhom aċċess għal kwalunkwe tagħrif li jkun rilevanti għall-iskopijiet tas-sorveljanza ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal din is-sorveljanza supplimentari. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jindirizzaw lilhom innifishom direttment lill-intrapriżi rilevanti msemmija fl-Artikolu 3(2) biex jiksbu t-tagħrif meħtieġ biss jekk dak it-tagħrif ġie mitlub mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew mill-intrapriża tar-riassigurazzjoni, u ma tkunx ipprovdietu.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jwettqu fit-territorju tagħhom, huma stess jew permezz ta’ l-intermedjarju ta’ persuni li jqabbdu għal dak l-iskop, il-verifika għall-għarrieda fuq il-post tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 f’:

- l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni soġġetta għal sorveljanza supplimentari,

- l-intrapriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal sorveljanza supplimentari,

- intrapriżi sussidjarji ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni,

- intrapriżi sussidjarji ta’ dik l-intrapriża tar-riassigurazzjoni,

- intrapriżi parent ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni,

- intrapriżi parent ta’ dik l-intrapriża tar-riassigurazzjoni,

- intrapriżi sussidjarji ta’ intrapriża parent ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni.

- intrapriżi sussidjarji ta’ intrapriża parent ta’ dik l-intrapriża tar-riassigurazzjoni.

3. Fejn, fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jixtiequ, f’każijiet speċifiċi, jivverifikaw tagħrif importanti dwar intrapriża li tinsab fi Stat Membru ieħor, li hija intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata, intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata, intrapriża sussidjarja, intrapriża parent jew sussidjarja ta’ intrapriża parent ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal sorveljanza supplimentari, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor biex issir dik il-verifika. L-awtoritajiet li jirċievu din it-talba għandhom jaġixxu fuqha fil-limiti tal-ġuriżdizzjoni tagħhom billi jwettqu l-verifiki huma stess, billi jippermettu lill-awtoritajiet li qed jagħmlu t-talba, jew billi jippermettu lil awditur jew espert jagħmel il-verifika.

Jekk tixtieq, l-awtorità kompetenti li għamlet it-talba tista’ tieħu sehem fil-verifika meta ma tagħmilx il-verifika hija stess.

Artikolu 7 Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1. Fejn intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni mwaqqfa fi Stati Membri differenti huma direttament jew indirettament relatati jew għandhom intrapriża parteċipanti komuni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw lil xulxin wara li ssir talba, it-tagħrif rilevanti kollu li jista’ jippermetti jew jiffaċilita l-eżerċizzju tas-sorveljanza skond din id-Direttiva u għandhom jikkomunikaw fuq inizjattiva tagħhom kwalunkwe tagħrif li jidhrilhom essenzjali għall-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn.

2. Fejn intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni u jew istituzzjoni tal-kreditu kif iddefinita fid-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* jew ditta ta’ l-investiment kif iddefinita fid-Direttiva 93/22/KEE, jew it-tnejn, huma direttament jew indirettament relatati jew għandhom intrariża parteċipanti komuni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet b’responsabbiltà pubblika għas-sorveljanza ta’ dawk l-intrapriżi l-oħrajn għandhom jikkooperaw fil-qrib. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tagħhom rispettivi, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe tagħrif li x’aktarx jissimplifika l-funzjoni tagħhom, b’mod partikolari fil-qafas ta’ din id-Direttiva .

3. Tagħrif irċevut skond din id-Direttiva u, b’mod partikolari, kwalunkwe skambju ta’ tagħrif bejn awtoritajiet kompetenti provdut f’din id-Direttiva għandu jkun bla ħsara għall-obbligu tas-segretezza professjonali definit fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/49/KEE u fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/83/KE u fl-Artikoli 24 sa 30 tad-Direttiva 200./../KE …[direttiva dwar ir-riassigurazzjoni].

Artikolu 8 It-tranżazzjonijiet fost il-membri ta’ grupp

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw sorveljanza ġenerali fuq tranżazzjonijiet bejn:

(a) intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni u:

(i) intrapriża relatata ma’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew ma’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni;

(ii) intrapriża li tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-intrapriża tar-riassigurazzjoni;

(iii) intrapriża relatata ma’ intrapriża li tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-intrapriża tar-riassigurazzjoni;

(b) intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni u persuni naturali li għandhom parteċipazzjoni f’:

(i) l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża tar-riassigurazzjoni jew kwalunkwe intrapriża relatata magħha;

(ii) intrapriża li tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-intrapriża tar-riassigurazzjoni;

(iii) intrapriża relatata ma’ intrapriża li tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew fl-intrapriża tar-riassigurazzjoni.

Dawn it-tranżazzjonijiet b’mod partikolari jikkonċernaw:

- is-self,

- il-garanziji u t-tranżazzjonijiet mhux fuq il-bilanċ tal-kontijiet,

- l-elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà;

- l-investimenti;

- l-operazzjonijiet ta’ riassigurazzjoni u retroċessjoni,

- il-ftehim biex jinqasmu l-ispejjeż.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u lill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni jkollhom proċessi xierqa għall-amministrazzjoni tar-riskju u mekkaniżmi xierqa tal-kontroll intern, inklużi proċeduri tajbin tar-rappurtar u taż-żamma tal-kotba, sabiex jiġu identifikati, sorveljati u kkontrollati t-tranżazzjonijiet kif provdut fil-paragrafu 1 b’mod xieraq. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll għall-inqas li jsir rapport kull sena mill-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u mill-intrapriżi tar-riassigurazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet sinifikanti. Dawn il-proċessi u l-mekkaniżmi għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti."

Jekk, fuq il-bażi ta’ dan it-tagħrif, jidher li s-solvibbiltà ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni hija, jew tista’ tkun fil-periklu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri xierqa fuq il-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni.

* ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1”

(6) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. Jekk il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 juri li s-solvibbiltà aġġustata hija negattiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri xierqa fuq il-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni konċernata.”

(7) L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a) it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kumpaniji holding ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri u intrapriżi tar-riassigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri”

(b) il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-kalkolu għandu jinkludi l-intrapriżi kollha relatati mal-kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, bil-mod provdut fl-Anness II.

3. Jekk, fuq il-bażi ta’ dan il-kalkolu, l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li s-solvibbiltà ta’ intrapriża sussidjarja ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża sussidjarja tar-riassigurazzjoni tal-kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru hija, jew tista’ tkun fil-periklu, għandhom jieħdu miżuri xierqa fuq il-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni.”

(8) L-Artikolu 10a huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom, bħala intrapriżi li jipparteċipaw, intrapriżi fis-sens ta’ l-Artikolu 2 li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz;

(c) intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri li għandhom, bħala intrapriżi li jipparteċipaw, intrapriżi fis-sens ta’ l-Artikolu 2 li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità.”

(b) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Il-patti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom b’mod partikolari jfittxu li jiżguraw dawn it-tnejn:

(a) li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jiksbu t-tagħrif meħtieġ għas-sorveljanza supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità u li għandhom sussidjarji jew għandhom parteċipazzjonijiet f’intrapriżi barra mill-Komunità; u

(b) li l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jistgħu jiksbu t-tagħrif meħtieġ għas-sorveljanza supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u intrapriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fit-territorji tagħhom li għandhom sussidjarji jew għandhom parteċipazzjonijiet f’intrapriżi fi Stat Membru wieħed jew aktar.”

(9) L-Annessi I u II huma sostitwiti bit-test imwaqqaf fl-Anness II ta’ din id-Direttiva .

TITOLU IX – DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 61 – It-traspożizzjoni

1) L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill- ... Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testijiet ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella komparattiva bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-riferenza.

2) L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 62 – Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva g ħandha tidħol fis-seħħ fl- jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 63 - Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Il-forma ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni:

- fil-każ tar-Renju tal-Belġju: 'société anonyme/naamloze vennootschap', 'société en commandite par actions/commanditaire vennootschap op aandelen', 'association d'assurance mutuelle/onderlinge verzekeringsvereniging', 'société coopérative/coöperatieve vennootschap';

- fil-każ tar-Renju tad-Danimarka: 'aktieselskaber', 'gensidige selskaber';

- fil-każ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: 'Aktiengesellschaft', 'Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit', 'Öffentlich-rechtliches Wettbewerbsversicherungsunternehmen';

- fil-każ tar-Repubblika Franċiża: 'société anonyme', 'société d'assurance mutuelle', 'institution de prévoyance régie par le code de la sécurité sociale', 'institution de prévoyance régie par le code rural' and 'mutuelles régies par le code de la mutualité';

- Fil-każ ta’ l-Irlanda: incorporated companies limited by shares or by guarantee or unlimited;

- fil-każ tar-Repubblika Taljana: 'società per azioni';

- fil-każ tad-Dukat Kbir tal-Lussemburgu: 'société anonyme';

- fil-każ tar-Renju ta’ l-Olanda: 'naamloze vennootschap', 'onderlinge waarborgmaatschappij';

- fil-każ tar-Renju Unit: incorporated companies limited by shares or by guarantee or unlimited, societies registered under the Industrial and Provident Societies Acts, societies registered under the Friendly Societies Acts, "the association of underwriters known as Lloyd's";

- fil-każ tar-Repubblika Ellenika: "ανώνυμη εταιρία", "αλληλασφαλιστικός συνεταιρισμός";

- fil-każ tar-Renju ta’ Spanja: 'sociedad anónima';

- fil-każ tar-Repubblika Portugiża: 'sociedade anónima', 'mútua de seguros';

- fil-każ tar-Repubblika ta’ l-Awstrija: 'Aktiengesellschaft', 'Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit';

- fil-każ tar-Repubblika tal-Finlandja: 'keskinäinen vakuutusyhtiö/ömsesidigt försäkringsbolag', 'vakuutusosake-yhtiö/försäkringsaktiebolag', 'vakuutusyhdistys/försäkrings-förening';

- fil-każ tar-Renju ta’ l-Isvezja: 'försäkringsaktiebolag', 'ömsesidigt försäkringsbolag', '”

ANNESS II

L-Annessi I u II tad-Direttiva 98/78/KE huma sostitwiti b’dan li ġej

"Anness I

IL-KALKOLU TAS-SOLVIBBILTÀ AĠĠUSTATA TA’ INTRAPRIŻI TA’ L-ASSIGURAZZJONI U INTRAPRIŻI TAR-RIASSIGURAZZJONI

1. L-GĦAŻLA TAL-METODU TAL-KALKOLU U PRINĊIPJI ĠENERALI

A. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u intrapriżi tar-riassigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) għandu jsir skond wieħed mill-metodi preskritti fil-punt 3. Stat Membru jista’, madankollu, jipprovdi biex l-awtoritajiet kompetenti jawtorizzaw jew jimponu l-applikazzjoni ta’ metodu mwaqqaf fil-punt 3 li mhux dak li għażel l-Istat Membru.

B. Il-proporzjonalità

Il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni għandu jqis is-sehem proporzjonali li għandha l-intrapriża li tipparteċipa fl-intrapriżi relatati magħha.

'Sehem proporzjonali’ tfisser jew, fejn jintużaw il-metodu 1 jew il-metodu 2 deskritti fil-punt 3, il-proporzjon tal-kapital sottoskritt li huwa miżmum, direttament jew indirettament, mill-intrapriża li tipparteċipa, jew inkella fejn jintuża l-metodu 3 deskritt fil-punt 3, il-perċentwali wżati għat-twaqqif tal-kontijiet konsolidati.

Madankollu, ikun x’ikun il-metodu li jintuża, meta l-intrapriża relatata hija intrapriża sussidjarja u għandha defiċit ta’ solvibbiltà, għandu jiġi meqjus id-defiċit totali tas-solvibbiltà tas-sussidjarja.

B’danakollu, fejn, fil-fehma ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbiltà ta’ l-intrapriża parent li għandha sehem tal-kapital hija limitata strettament u b’mod mhux ambigwu għal dak is-sehem tal-kapital, dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess biex id-defiċit tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża sussidjarja jiġi meqjus fuq bażi proporzjonali.

Fejn m’hemm ebda rbit ta’ kapital bejn xi wħud mill-intrapriżi f’grupp ta’ l-assigurazzjoni jew f’grupp tar-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina liema sehem proporzjonali għandu jiġi meqjus

C. L-eliminazzjoni ta’ użu doppju ta’ elementi ta’ marġini tas-solvibbiltà

C.1. Trattament ġenerali ta’ elementi ta’ marġini tas-solvibbiltà

Irrispettivament mill-metodu wżat għall-kalkolu tal-marġni aġġustat ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni, l-użu doppju ta’ elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà fost l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni differenti meqjusa f’dak il-kalkolu għandu jiġi eliminat.

Għal dan l-iskop, meta tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni u fejn il-metodi deskritti fil-punt 3 ma jipprovdux għal dan, l-ammonti li ġejjn għandhom jiġu eliminati:

- il-valur ta’ kwalunkwe wieħed mill-assi ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li jirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ waħda mill-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni relatati jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni relatati,

- il-valur ta’ kwalunkwe wieħed mill-assi ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li jirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni

- il-valur ta’ kwalunkwe wieħed mill-assi ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li jirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà ta’ kwalunkwe intrapriża ta’ l-assigurazzjoni oħra relatata jew intrapriża tar-riassigurazzjoni oħra relatata ma’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni

C.2. It-trattament ta’ xi elementi

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima C.1:

- ir-riservi tal-profitt u profitti futuri li jiġu minn intrapriża relatata ta’ l-assigurazzjoni [jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata] ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata, u

- kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew ma’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata,

jistgħu jiġu inklużi biss fil-kalkolu sa fejn huma eliġibbli biex ikopru r-rekwiżit tal-marġinu tas-solvibbiltà ta’ dik l-intrapriża relatata. Madankollu, kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas li jirrappreżenta obbligazzjoni potenzjali da parti ta’ l-intrapriża li tipparteċipa għandu jiġi għal kollox eskluż mill-kalkolu.

Kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, li jirrappreżenta obbligazzjoni potenzjali min-naħa ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata għandu wkoll jiġi eskluż mill-kalkolu.

Kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata li jirrappreżenta obbligazzjoni potenzjali da parti ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata oħra ta’ l-istess intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa għandu jiġi eskluż mill-kalkolu.

C.3. It-trasferibbiltà

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li xi elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata minbarra dawk imsemmija fit-Taqsima C.2 ma jistgħux jitqiegħdu għad-disponibbiltà b’mod effettiv biex ikopru r-rekwiżit tal-marġinu tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew ta’ l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa li tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata tagħha, dawk l-elementi jistgħu jiġu inklużi fil-kalkolu biss sa fejn huma eliġibbli biex ikopru r-rekwiżit tal-marġinu tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża relatata.

C.4. Is-somma ta’ l-elementi msemmija fit-Taqsimiet C.2 u C.3 ma tistax teċċedi r-rekwiżit tal-marġinu tas-solvibbiltà ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata

D. L-eliminazzjoni ta’ ħolqien tal-kapital fost il-grupp

Meta tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata, m’għandu jittieħed ebda kont ta’ kwalunkwe elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà li jirriżulta minn finanzjar reċiproku bejn l- intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni u:

- intrapriża relatata,

- intrapriża li tipparteċipa,

- intrapriża oħra relatata ma’ xi waħda mill-intrapriżi li jipparteċipaw.

Barra minn dan, m’għandu jittieħed ebda kont ta’ kwalunkwe element eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkolata s-solvibbiltà aġġustata meta l-element ikkonċernat jirriżulta minn finanzjar reċiproku ma’ kwalunkwe intrapriża relatata oħra ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni.

B’mod partikolari, l-iffinanzjar reċiproku jeżisti meta intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni, jew kwalunkwe intrapriża relatata magħha, ikollha azzjonijiet fi, jew tagħmel self lil, intrapriża oħra li, direttament jew indirettament, ikollha element eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà ta’ l-ewwel intrapriżi.

E. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li s-solvibbiltà aġġustata hija kkalkolata bl-istess frekwenza bħal dik stabbilita bid-Direttivi 73/239/KEE, 2002/83/KE u 200./../KE (direttiva dwar ir-riassigurazzjoni) għall-kalkolu tal-marġni tas-solvibbiltà ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni. Il-valur ta’ l-assi u r-responsabbiltajiet għandu jiġi stmat skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi 73/239/KEE, 2002/83/KE, 200./../KE ( direttiva dwar ir-riassigurazzjoni ) u 91/674/KEE.

2. L-APPLIKAZZJONI TAL-METODI TAL-KALKOLU

2.1. L-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni relatati u intrapriżi tar-riassigurazzjoni relatati. Il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata għandu jsir skond il-prinċipji u l-metodi ġenerali mwaqqfa f’dan l-Anness.

Fil-każ tal-metodi kollha, fejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni għandha aktar minn intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata waħda, il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata għandu jsir billi kull waħda minn dawk l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni relatati jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni relatati jiġu integrati.

Fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet suċċessivi (per eżempju, fejn intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni hija intrapriża li tipparteċipa f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni oħra li hija wkoll intrapriża li tipparteċipa f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew f’intrapriża tar-riassigurazzjoni), il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata għandu jsir fuq il-livell ta’ kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa u li għandha għall-inqas intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata waħda jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata waħda. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni:

- jekk l-intrapriża hija intrapriża relatata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, u dik l-intrapriża relatata, hija meqjusa fil-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, jew

- jekk l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni hija intrapriża relatata ma’ kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-istess Stat Membru bħall-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni, u kemm il-kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni u l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata jiġu meqjusa fil-kalkolu li jsir.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrinunzjaw il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni jekk hija intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata ma’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni oħra, intrapriża tar-riassigurazzjoni oħra jew kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor, u jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati qablu li jagħtu eżerċizzju tas-sorveljanza supplimentari lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru aħħari.

F’kull każ, ir-rinunzja tista’ tingħata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti ikunu sodisfatti li l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew ta’ l-intrapriżi tar-riassigurazzjoni inklużi fil-kalkolu huma mifruxa b’mod xieraq bejn dawk l-intrapriżi.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru minbarra dak ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li għaliha jsir il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata, il-kalkolu għandu jqis, rigward l-intrapriża relatata, is-sitwazzjoni tas-solvibbiltà kif stmata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

2.2 . Il-Kumpaniji holding ta’ l-assigurazzjoni intermedjarji

Meta tiġi kalkolata s-solvibbiltà aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, jew ta’ intrapriża tar-riassigurazzjoni, li għandha parteċipazzjoni f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni (relata), f’intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata, jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, permezz ta’ kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni, is-sitwazzjoni tal-kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni intermedjarja għandha tiġi meqjusa. Għall-iskop waħdani ta’ dan il-kalkolu, li għandu jsir skond l-prinċipji u l-metodi ġenerali deskritti f’dan l-Anness, il-kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni għandha tiġi meqjusa daqlikieku kienet intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal rekwiżit ta’ solvibbiltà żero u li kienet soġġetta għall-istess kundizzjonijiet li huma mwaqqfa fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 73/239/KEE, fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/83/KE jew fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 200./../KE rigward elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà.

2.3. L-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni relatati li ma jinsabux f’pajjiż membru u intrapriżi tar-riassigurazzjoni relatati li ma jinsabux f’pajjiż membru

Meta tiġi kalkolata s-solvibbiltà aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li hija intrapriża li tipparteċipa f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, din ta’ l-aħħar għandha tiġi trattata biss għall-iskopijiet tal-kalkolu, b’analoġija ma’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata, bl-applikazzjoni tal-prinċipji u l-metodi ġenerali deskritti f’dan l-Anness.

Madankollu, fejn il-pajjiż li mhux membru, fejn dik l-intrapriża għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, jagħmilha soġġetta għal awtorizzazzjoni u jimponi fuqha rekwiżit tas-solvibbiltà għall-inqas komparabbli ma’ dak imwaqqaf bid-Direttivi 73/239/KEE, 2002/83/KE jew 200./../KE (direttiva dwar ir-riassigurazzjoni), filwaqt li jitqiesu l-elementi ta’ kopertura ta’ dak ir-rekwiżit, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kalkolu għandu jqis, rigward dik l-intrapriża, ir-rekwiżit tas-solvibbiltà u l-elementi eliġibbli biex jissodisfaw dak ir-rekwiżit kif imwaqqaf mill-pajjiż mhux membru konċernat.

2.4. L-istituzzjonijiet tal-kreditu, id-ditti ta’ l-investiment u l-istituzzjonjiet finanzjarji relatati

Meta tiġi kalkolata s-solvibbiltà aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li hija intrapriża li tipparteċipa f’istituzzjoni tal-kreditu, ditta ta’ l-investiment jew istituzzjoni finanzjarja, ir-regoli mwaqqfa bl-Artikolu 16 tad-Direttiva 73/239/KEE, fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/83/KE u fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 200./../KE dwar it-tnaqqis ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet għandhom jgħoddu mutatis mutandis , kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar l-abbiltà ta’ l-Istati Membri taħt xi kundizzjonijiet li jippermettu metodi alternattivi u li jippermettu li dawn il-parteċipazzjonijiet ma jitnaqqsux."

2.5. Meta t-tagħrif meħtieġ ma jkunx disponibbli

Fejn it-tagħrif meħtieġ għall-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni, dwar intrapriża relatata li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew pajjiż li mhux membru, mhux disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, għal kwalunkwe raġuni, il-valur fuq il-kotba ta’ dik l-intrapriża fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa għandu jitnaqqas mill-elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà aġġustat. F’dak il-każ, il-qligħ mhux realizzat konness ma’ dawn il-parteċipazzjoni ma jiġix permess bħala element eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà aġġustat.

3. IL-METODI TAL-KALKOLU

Metodu 1 : Il-Metodu ta’ tnaqqis u aggregazzjoni

Is-sitwazzjoni aġġustata tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa hija d-differenza bejn:

(i) is-somma ta’:

(a) l-elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, u

b) is-sehem proporzjonali ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa fl-elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata

u

(ii) is-somma ta’:

(a) il-valur fuq il-kotba fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata, jew

(b) ir-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, u

(c) is-sehem proporzjonali tar-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata.

Fejn il-parteċipazzjoni fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni tikkonsisti, għal kollox jew parzjalment, f’proprjetà indiretta, allura n-numru (ii)(a) għandu jinkorpora l-valur ta’ din il-proprjetà indiretta, filwaqt li jittieħed kont ta’ l-interessi rilevanti suċċessivi; u n-numri (i)(b) u (ii)(c) għandhom jinkludu l-ishma proporzjonali korrispondenti ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata.

Metodu 2: Il-metodu tat-tnaqqis tar-rekwiżit

Is-solvibbiltà aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa hija d-differenza bejn :

(i) is-somma ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa

u

(ii) is-somma ta’:

(a) ir-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l- intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa, u

(b) is-sehem proporzjonali tar-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata.

Meta jiġu valutati l-elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà, parteċipazzjonijiet fis-sens ta’ din id-Direttiva huma valutati bil-mod ta’ ekwità, skond l-għażla mwaqqfa fl-Artikolu 59(2)(b) tad-Direttiva 78/660/KEE.

Metodu 3 : Il-Metodu bbażat fuq il-konsolidazzjoni taż-żamma tal-kotba

Il-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa għandu jsir fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati. Is-solvibbiltà aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa hija d-differenza bejn:

l-elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà kalkolati fuq il-bażi ta’ data konsolidati, u

(a) jew is-somma tar-rekwiżit tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tipparteċipa jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li tipparteċipa u ta’ l-ishma proporzjonali tar-rekwiżiti tas-solvibbiltà ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni relatata, fuq bażi tal-perċentwali użati għat-twaqqif tal-kontijiet konsolidati,

(b) jew ir-rekwiżit tas-solvibbiltà kalkolat fuq bażi ta’ informazzjoni konsolidata.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 73/239/KEE, 2002/83/KE, 200./..KE (direttiva dwar ir-riassigurazzjoni) u 91/674/KEE għandhom jgħoddu għall-kalkolu ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvibbiltà u tar-rekwiżit tas-solvibbiltà bażat fuq data konsolidati.

ANNESS II

IS-SORVELJANZA SUPPLIMENTARI GĦAL INTRAPRIŻI TA’ L-ASSIGURAZZJONI U INTRAPRIŻI TAR-RIASSIGURAZZJONI LI HUMA SUSSIDJARJI TA’ KUMPANIJI HOLDING TA’ L-ASSIGURAZZJONI, INTRAPRIŻA TA’ L-ASSIGURAZZJONI LI TINSAB F’PAJJIŻ MHUX MEMBRU JEW INTRAPRIŻA TAR-RIASSIGURAZZJONI LI TINSAB F’PAJJIŻ MHUX MEMBRU

1. F’każ ta’ żewġ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni jew aktar imsemmija fl-Artikolu 2(2) li huma sussidjarji ta’ kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru u li huma mwaqqfa fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-metodu deskritt f’dan l-Anness huwa applikat b’mod konsistenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-sorveljanza supplimentari bl-istess frekwenza bħal dik stabbiliti bid-Direttivi 73/239/KEE, 2002/83/KE u 200./../KE għall-kalkolu tal-marġni tas-solvibbiltà ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u intrapriżi tar-riassigurazzjoni.

2. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw il-kalkolu provdut f’dan l-Anness rigward intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni:

- jekk dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni hija intrapriża relatata ma’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni oħra u jekk tiġi meqjusa fil-kalkolu provdut f’dan l-Anness imwettaq għal dik l-intrapriża l-oħra,

- jekk dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni, u intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni waħda jew aktar, awtorizzati fl-istess Stat Membru, għandhom bħala intrapriża parent tagħhom l-istess kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, u l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni tiġi meqjusa fil-kalkolu provdut f’dan l-Anness imwettaq għal waħda minn dawn l-intrapriżi l-oħrajn,

- jekk dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni u intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni waħda jew aktar awtorizzati fi Stati Membri oħrajn għandhom bħala intrapriża parent tagħhom l-istess kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, u ġie konkluż skond l- Artikolu 4(2) ftehim li jagħti eżerċizzju tas-sorveljanza supplimentari koperta minn dan l-Anness lill-awtorità ta’ sorveljanza ta’ Stat Membru ieħor.

Fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet suċċessivi (per eżempju: kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, li hija stess proprjetà ta’ kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru oħra), l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kalkoli provduti f’dan l-Anness biss fuq il-livell ta’ l-intrapriża parent aħħarija ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-riassigurazzjoni li hija kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kalkoli analogi ma’ dawn deskritti fl-Anness I isiru fuq il-livell tal- kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru.

L-analoġija għandha tikkonsisti fl-applikazzoni tal-prinċipji u l-metodi ġenerali deskritti fl-Anness I fuq il-livell tal-kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru.

Biss għall-iskopijiet uniċi ta’ dan il-kalkolu, l-intrapriża parent għandha tiġi ttratata daqs li kieku kienet intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal:

- rekwiżit ta’ solvibbiltà żero fejn hija kumpanija holding ta’ l-assigurazzjoni,

- rekwiżit ta’ solvibbiltà determinat skond il-prinċipji tat-Taqsima 2.3 ta’ l-Anness I, fejn hija intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew intrapriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru,

u hija suġġetta għall-istess kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 73/239/KEE, fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/83/KE u fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 200/../KE [ direttiva dwar l-assigurazzjoni] rigward l-elementi eliġibbli għall-marġinu tas-solvibbiltà.

4. Meta t-tagħrif meħtieġ ma jkunx disponibbli

Fejn it-tagħrif meħtieġ għall-kalkolu tas-solvibbiltà aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew intrapriża tar-riassigurazzjoni, dwar intrapriża relatata li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew pajjiż li mhux membru, mhux disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, għal kwalunkwe raġuni, il-valur ta’ dik l-intrapriża kif muri fil-kotba ta’ l-intrapriża li tipparteċipa għandu jitnaqqas mill-elementi eliġibbli għall-kalkolu provdut f’dan l-Anness. F’dak il-każ, il-qligħ mhux realizzat konness ma’ dawn il-parteċipazzjoni ma jiġix permess bħala element eliġibbli għall-kalkolu.”

[1] Għal preżentazzjoni aktar estensiva tal-kwistjonijiet inklużi f’dan il-kapitolu, ara l-Istima ta’ l-Impatt Estiż dwar il-Proposta għal Direttiva dwar ir-Riassigurazzjoni disponibbli fil- website tal-Kummissjoni: http://europa.eu.int/comm/internal_market/insurance/reinsurance_en.htm

[2] Għajn: “Riassigurazzjoni – riskju sistemiku?”; Sigma 5/2003, Swiss Re.

[3] Standard & Poor's, ‘ Global Reinsurance Highlights’ , Edizzjoni ta’ l-2003, Londra/New York 2003.

[4] Direttiva 92/49/KEE (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1), u Direttiva 92/96/KEE (ĠU L 360, 9.12.1992, p.1), din id-Direttiva reġgħet inkitbet bid-Direttiva 2002/83/KE (ĠU L 19.12.2002, p. 1).

[5] http://europa.eu.int/comm/internal_market/insurance/studies/reins-sup_en.htm

[6] Direttivi 73/239/KEE (ĠU, L 228, 16.8.1973, p. 3), Direttiva 92/49/KEE (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1), Direttiva 2002/83/KE (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1)

[7] Jew intrapriża Komunitarja ta’ l-assigurazzjoni awtorizzata skond id-Direttivi dwar l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja jew dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (Direttivi 73/239/KEE u 2002/83/KE).

[8] Direttiva 73/239/KEE, art. 16, kif emendata bid-Direttiva 92/49/KEE, art. 11 u Direttiva 2002/83/KE art. 11.

[9] Direttiva 92/49/KEE, art. 15 u Direttiva 2002/83/KE, art. 15.

[10] Direttiva 92/49/KEE, art.16 u Direttiva 2002/83/KE, art. 16.

[11] Direttiva 92/49/KEE, art 16a) inserita bid-Direttiva 95/26/KE (ĠU L 168, 18.7.1995, p. 7) u Direttiva 2002/83/KE, art. 17.

[12] ĠU L 374, 31.12.1991 p.7.

[13] ĠU L L 110, 20.04.2001 p.28.

[14] Assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja: Direttivi 73/239/KEE, 88/357/KEE, 92/49/KEE;Assigurazzjoni fuq il-ħajja: Direttiva 2002/83/KEE; Gruppi ta’ l-Assigurazzjoni: Direttiva 98/78/KEE (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1).

[15] Jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni fil-Komunità awtorizzata skond id-Direttivi dwar l-assigurazzjoni li ma tkunx fuq il-ħajja u dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (Direttivi 73/239/KEE u 2002/83/KE).

[16] ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1.

[17] ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

[18] ĠU C , , p. .

[19] ĠU C , , p. .

[20] ĠU C , , p. .

[21] ĠU C , , p. .

[22] ĠU L 228, 16.8.1973, p.3.

[23] ĠU L 228, 11.8.1992 p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1)

[24] ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.

[25] ĠU 56, 4.4.1964 p.878.

[26] ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE (ĠU L 35, 11.2.2003, p 1).

[27] ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7. Direttiva emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16).

[28] ĠU L 374, 31.12.1991, p. 32.

[29] ĠU L 184, 17.7.1999 p. 23.

[30] ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

[31] ĠU L 184, 6.7.2001 p. 66

[32] ĠU L 294, 10.11.2001.p.1

[33] ĠU L 35, 11.02.2003 p. 1

[34] ĠU L 126, 12.5.1984, p. 20.

[35] ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

[36] ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3.

[37] ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27.

[38] ĠU L 141, 11.6.1993, p. 1.