7.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/1


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2018/335 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-28 ta' Frar 2018

li taħtar Imħallfin u Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta' erbatax-il Imħallef u ħames Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2018. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2018 sas-6 ta' Ottubru 2024.

(2)

Il-kandidaturi tas-Sur Alexander Arabadjiev, is-Sur Jean-Claude Bonichot, is-Sur Thomas von Danwitz, is-Sur Carl Gustav Fernlund, is-Sur Egils Levits, is-Sur Constantinos Lycourgos, is-Sur Jiří Malenovský u s-Sinjura Alexandra Prechal ġew proposti bil-ħsieb li jiġu mġedda l-funzjonijiet tagħhom ta' Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-kandidaturi tas-Sur Yves Bot u s-Sur Maciej Szpunar ġew proposti bil-ħsieb li jiġu mġedda l-funzjonijiet tagħhom ta' Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, il-kandidatura tas-Sinjura Lucia Serena Rossi ġiet proposta għall-kariga ta' Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja u dik tas-Sur Giovanni Pitruzzella għall-kariga ta' Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(3)

Il-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-adegwatezza ta' dawn il-kandidati għall-qadi tad-dmirijiet ta' Mħallfin u Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti għandhom jinħatru Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2018 sas-6 ta' Ottubru 2024:

Is-Sur Alexander ARABADJIEV,

Is-Sur Jean-Claude BONICHOT,

Is-Sur Thomas VON DANWITZ,

Is-Sur Carl Gustav FERNLUND,

Is-Sur Egils LEVITS,

Is-Sur Constantinos LYCOURGOS,

Is-Sur Jiří MALENOVSKÝ,

Is-Sinjura Alexandra PRECHAL,

Is-Sinjura Lucia Serena ROSSI.

Artikolu 2

Is-segwenti għandhom jinħatru Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2018 sas-6 ta' Ottubru 2024:

Is-Sur. Yves BOT,

Is-Sur Giovanni PITRUZZELLA,

Is-Sur Maciej SZPUNAR.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2018.

Il-President

D. TZANTCHEV