15.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/5 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport
(1 ta’ Lulju 2017 - 31 ta’ Diċembru 2020)
(2017/C 189/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,
I. INTRODUZZJONI
1. |
IFAKKRU fil-kompetenza assenjata lill-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-Artikolu 6 u l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skont huma l-isport huwa qasam fejn l-azzjoni fil-livell tal-UE għandha tappoġġa, tikkoordina u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri. |
2. |
IFAKKRU fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport għall-2011-2014 (1) u għall-2014-2017 (2). |
3. |
JILQGĦU r-Rapport mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-rilevanza tal-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport 2014-2017 (3). |
4. |
IQISU li l-isport jista’ jikkontribwixxi għall-prijoritajiet ġenerali tal-aġenda tal-politika ekonomika u soċjali, kif ukoll dik dwar is-sigurtà, tal-UE u b’mod partikolari għall-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. |
5. |
JIRRIKONOXXU li l-isport jaqdi rwol pożittiv fil-kooperazzjoni transsettorjali fil-livell tal-UE u b’hekk jgħin biex jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli u biex jiġu trattati b’mod xieraq l-isfidi soċjoekonomiċi ġenerali u dawk relatati mas-sigurtà li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UE, inkluż il-migrazzjoni, l-esklużjoni soċjali, ir-radikalizzazzjoni li tista’ twassal għal estremiżmu vjolenti, il-qgħad, kif ukoll stili ta’ ħajja ħżiena għas-saħħa u l-obeżità. |
6. |
JAGĦRFU l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-isport fost l-oħrajn permezz ta’ djalogu strutturat (4). |
7. |
JIEĦDU NOTA tar-riżultati li ħarġu mill-Ewrobarometru dwar l-Isport u l-Attività Fiżika ppubblikat fl-2014, waqt li jirrikonoxxu d-differenzi kbar fost l-Istati Membri, inkluż fir-rigward tar-riżultati fuq ix-xogħol volontarju u l-imġiba sedentarja, u jieħdu nota tal-istatistika prodotta mill-Eurostat li tkopri d-data ta’ natura ekonomika u soċjali ewlenija dwar l-isport. |
8. |
JIRRIKONOXXU l-ħtieġa li titwettaq kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali tal-UE, biex jiġu promossi l-valuri Ewropej permezz tad-diplomazija bl-isport, u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-isport, inkluż il-Kunsill tal-Ewropa, il-WADA u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. |
9. |
KONSEGWENTEMENT JAQBLU
|
II. AKTAR ŻVILUPP TAD-DIMENSJONI EWROPEA FL-ISPORT BL-ISTABBILIMENT TA’ PJAN TA’ ĦIDMA TAL-UE
10. |
IQISU li dan il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Isport għandu jkun regolat mill-objettivi ta’ gwida li ġejjin:
|
11. |
JISSOTTOLINJAW li dan il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għandu jkun qafas u strument flessibbli li jista’ jirrispondi fil-ħin għal żviluppi fil-qasam tal-isport u li jieħu kont tal-prijoritajiet tal-Presidenzi futuri. |
12. |
JAQBLU li t-temi u t-temi ewlenin li ġejjin għandhom jingħataw prijorità mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-perijodu kopert minn dan il-Pjan ta’ Ħidma. Dawn jistgħu jiġu kkomplementati minn kull Presidenza fid-dawl ta’ kwalunkwe żvilupp ġdid li jista’ jkun hemm:
Id-dettalji marbutin mal-eżekuzzjoni tat-temi ewlenin ta’ hawn fuq huma stabbiliti fl-Anness I. |
13. |
JAQBLU li
|
III. METODI U STRUTTURI TA’ ĦIDMA
14. |
JIRRIKONOXXU li hemm il-ħtieġa li titkompla l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri kif ukoll mal-Kummissjoni sabiex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Ħidma. Jirrikonoxxu wkoll li l-moviment sportiv u l-organizzazzjonijiet kompetenti rilevanti fil-livell nazzjonali, Ewropew u dak internazzjonali bħall-Kunsill tal-Ewropa, il-WADA u d-WHO għandhom ikunu assoċjati mill-qrib ma’ din il-kooperazzjoni. |
15. |
IQISU li Għandhom jiġu stabbiliti strutturi u metodi ta’ ħidma xierqa għas-segwitu tal-kisbiet mill-ewwel żewġ Pjanijiet ta’ Ħidma tal-UE u għall-iżvilupp ta’ riżultati ġodda f’konformità mat-temi ta’ prijorità u t-temi ewlenin, kif stabbiliti fil-paragrafu 12 hawn fuq; Għandhom jiġu organizzati laqgħat tal-Gruppi ta’ Esperti u laqgħat tematiċi, fejn xieraq, mill-Kummissjoni fl-oqsma ta’ politika li ġew trattati, fost l-oħrajn, b’mod estensiv permezz tal-Pjanijiet ta’ Ħidma għall-Isport preċedenti u dak attwali. Il-laqgħat jistgħu jiġu organizzati fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru wieħed jew għadd ta’ Stati Membri dwar suġġetti ta’ interess komuni (gruppi ta’ Stati Membri interessati). Dawn il-laqgħat ser jittrattaw, fost oħrajn, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari fost l-Istati Membri parteċipanti. Strutturi u metodi ta’ ħidma oħrajn jistgħu jinkludu konferenzi u seminars tal-Presidenza, laqgħat informali tal-Ministri u d-Diretturi tal-Isport, studji tal-Kummissjoni u konferenzi u seminars tal-Kummissjoni. Il-prinċipji ewlenin relatati mad-diversi metodi ta’ ħidma huma stabbiliti fl-Anness II. Fit-tieni nofs tal-2020, l-implimentazzjoni ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE ser tiġi evalwata mill-Kunsill abbażi ta’ rapport imħejji mill-Kummissjoni matul l-ewwel nofs tal-2020. |
IV. AKTAR PASSI
16. |
JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI SABIEX:
|
17. |
JISTIEDNU LILL-PRESIDENZI TAL-KUNSILL:
|
18. |
JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI:
|
(2) ĠU C 183, 14.6.2014, p. 12.
(3) Dok. 5516/17 + ADD 1.
(4) Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010 fejn il-Kunsill qabel li jsejjaħ, fuq bażi regolari, ġeneralment fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill, laqgħa informali tar-rappreżentanti prinċipali tal-awtoritajiet pubbliċi tal-UE u tal-moviment sportiv bil-għan li jsir skambju ta’ fehmiet dwar kwistjonijiet ta’ sport fl-UE (ĠU C 322, 27.11.2010, p. 1).
(5) 10 prijoritajiet ta’ politika tal-Kummissjoni ta’ Juncker http://ec.europa.eu/priorities/publications/president-junckers-political-guidelines_en)
(6) Inkluż ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010 dwar id-Djalogu Strutturat.
ANNESS I
Temi ewlenin (paragrafu 12), riżultati mitlubin u strutturi ta’ ħidma korrispondenti
Tema ewlenija |
Metodu ta’ ħidma/Kompiti |
Eżitu u data ppjanata |
Mexxej(ja) |
||||
Prijorità 1: L-integrità tal-isport |
|||||||
Ġlieda kontra d-doping |
Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu Għandu jitħejja kontribut espert fi kwistjonijiet kontra d-doping mil-laqgħat tal-esperti u dan għandu jiġi diskuss fil-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Isport, b’mod partikolari l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ kwalunkwe reviżjoni li jmiss tal-Kodiċi WADA Kontra d-Doping |
2017 - 2019
|
Kummissjoni u Presidenza |
||||
|
Tħejjija tal-pożizzjoni tal-UE u l-Istati Membri tagħha għal-laqgħat tal-CAHAMA u tal-WADA, appoġġati skont kif meħtieġ minn laqgħat tal-esperti. |
2017 - 2020
|
Kummissjoni u Presidenza |
||||
|
Seminar Modi kif jiġi evitat l-użu tad-doping miż-żgħażagħ fil-ħajja professjonali u fl-isport tal-massa. |
It-tieni nofs tal-2017
|
Presidenza |
||||
Governanza tajba |
Grupp ta’ Esperti Integrità Applikazzjoni tal-istandards rikonoxxuti fuq livell internazzjonali fil-qasam tal-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u inizjattivi b’mod partikolari minn barra l-isfera tal-isports li għandhom jiġu applikati fil-qasam tal-isports Tbagħbis tal-logħob |
2018 - 2020
|
Kummissjoni |
||||
|
Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu Rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet futuri possibbli kontra l-korruzzjoni fl-isport fuq il-livell tal-UE. |
It-tieni nofs tal-2019
|
Presidenza |
||||
Is-salvagwardja ta’ minorenni |
Studju Il-prevalenza tal-abbuż mit-tfal fl-isport |
L-ewwel nofs tal-2019
|
Kummissjoni |
||||
|
Seminar Segwitu għar-Rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni ta’ atleti żgħażagħ u s-salvagwardja tad-drittijiet tat-tfal fl-isport (1) |
It-tieni nofs tal-2019
|
Presidenza |
||||
|
Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu Il-protezzjoni tal-integrità fiżika u morali tal-minorenni fl-isport tal-massa u sport tal-ogħla livell. |
It-tieni nofs tal-2019
|
Presidenza |
||||
Speċifiċità tal-isport |
Grupp ta’ Stati Membri interessati Dritt tal-UE b’rabta mal-isport u l-organizzazzjonijiet sportivi |
L-ewwel nofs tal-2019
|
SE, FR, ES, NL |
||||
|
Seminar L-ispeċifiċità tal-isport fi ħdan l-UE |
It-tieni nofs tal-2019
|
Kummissjoni |
||||
Prijorità 2: Id-dimensjoni ekonomika tal-isport |
|||||||
L-innovazzjoni fl-isport |
Laqgħa Tematika Il-benefiċċji ekonomiċi tal-isport permezz ta’ Kontijiet Satellita għall-Isport (SSA). L-użu prattiku ta’ SSAs għal min ifassal il-politika fil-qasam tal-isport. |
L-ewwel nofs tal-2018
|
Kummissjoni |
||||
|
Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu Titqajjem kuxjenza dwar id-dimensjoni ekonomika tal-isport b’mod partikolari fir-rigward tal-Istrateġija Ewropa 2020 – b’enfasi fuq il-benefiċċji ekonomiċi tal-isport u l-innovazzjoni. |
It-tieni nofs tal-2018
|
Presidenza |
||||
|
Konferenza Titqajjem kuxjenza dwar id-dimensjoni ekonomika tal-isport b’mod partikolari fir-rigward tal-Istrateġija Ewropa 2020 – b’enfasi fuq il-benefiċċji ekonomiċi tal-isport u l-innovazzjoni. |
It-tieni nofs tal-2018
|
Presidenza |
||||
L-isport u s-suq uniku diġitali |
Seminar Il-benefiċċji u l-isfidi tas-suq uniku diġitali għal finanzjament u kummerċjalizzazzjoni aħjar tal-isport |
L-ewwel nofs tal-2019
|
Presidenza |
||||
Prijorità 3: L-Isport u s-Soċjetà |
|||||||
L-isport u l-media |
Konferenza Ir-rwol u l-influwenza tal-media fl-isport |
L-ewwel nofs tal-2020
|
Presidenza |
||||
|
Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu Ir-rwol u l-influwenza tal-media fl-isport |
|
Presidenza |
||||
Ir-rwol tal-kowċis |
Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu Ir-rwol tal-kowċis fis-soċjetà |
It-tieni nofs tal-2017
|
Presidenza |
||||
|
Konferenza Ir-rwol, l-istatus u r-responsabbiltà tal-kowċis fis-soċjetà. |
It-tieni nofs tal-2017
|
Presidenza |
||||
L-edukazzjoni fl-isport u permezz tiegħu |
Konferenza L-attività fiżika, l-isport u l-karriera doppja tal-atleta b’fokus fuq l-università u l-edukazzjoni |
It-tieni nofs tal-2017
|
Presidenza |
||||
|
Grupp ta’ Esperti L-iżvilupp ta’ ħiliet u ta’ riżorsi umani fl-isport. |
2018-2020
|
Kummissjoni |
||||
|
Seminar Kwalifiki u kompetenzi sportivi tal-kowċis |
L-ewwel nofs tal-2020
|
Presidenza |
||||
Inklużjoni soċjali |
Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu Il-promozzjoni tal-valuri Ewropej permezz tal-isport |
L-ewwel nofs tal-2018
|
Presidenza |
||||
|
Konferenza L-isport tal-massa bħala għodda għall-integrazzjoni u pont bejn it-tradizzjoni u l-innovazzjoni |
L-ewwel nofs tal-2018
|
Presidenza |
||||
|
Studju Aċċess għall-isport għal persuni b’diżabbiltà. |
It-tieni nofs tal-2018
|
Kummissjoni |
||||
|
Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu Aċċess għall-isport għal persuni b’diżabbiltà. |
L-ewwel nofs tal-2019
|
Presidenza |
||||
|
Konferenza Il-vantaġġi li l-isport jiġi pprattikat f’ambjent organizzat għaż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet |
L-ewwel nofs tal-2019
|
Presidenza |
||||
|
Laqgħa tematika Il-promozzjoni ta’ attività fiżika li ttejjeb is-saħħa |
It-tieni nofs tal-2017
|
Kummissjoni |
||||
L-isport u s-saħħa |
Seminar L-isport u l-attività fiżika fuq il-post tax-xogħol |
It-tieni nofs tal-2018
|
Presidenza |
||||
L-isport u l-ambjent |
Grupp ta’ Stati Membri interessati L-iżvilupp urban, sport tal-beraħ, is-sostenibbiltà ambjentali fil-kuntest ta’ avvenimenti sportivi kbar, faċilitajiet tal-isport li ma jagħmlux ħsara ambjentali u effiċjenti fl-użu tal-enerġija |
2019-2020
|
FR, DE, PT |
||||
Diplomazija bl-isport |
Studju L-isport b’appoġġ għar-relazzjonijiet esterni tal-UE |
It-tieni nofs tal-2017
|
Kummissjoni |
||||
|
Seminar Segwitu għall-Grupp ta’ Livell Għoli tal-Kummissjoni, konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Novembru 2016 u Seminar dwar id-Diplomazija bl-Isport |
It-tieni nofs tal-2017
|
Kummissjoni |
(1) Grupp ta’ Esperti dwar il-Governanza Tajba; “Sfidi, li t-tfal għandhom jitħarsu minnhom fl-isport”, Rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni ta’ atleti żgħażagħ u s-salvagwardja tad-drittijiet tat-tfal fl-isport, Lulju 2016, p. 12.
ANNESS II
Prinċipji b’rabta mal-metodi ta’ ħidma, l-istrutturi u r-rappurtar
— |
Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-ħidma tal-Gruppi ta’ Esperti, il-laqgħat tematiċi u l-gruppi ta’ Stati Membri interessati hija volontarja u miftuħa għall-Istati Membri kollha. |
— |
Il-Kummissjoni ser tiżgura l-aktar parteċipazzjoni xierqa u effettiva ta’ esperti minn oqsma differenti inkluż l-amministrazzjoni pubblika u l-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-isport. |
— |
Ir-regoli dettaljati dwar is-sħubija u l-proċeduri ta’ ħidma tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni huma koperti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2016 (1). |
— |
Gruppi ta’ Stati Membri interessati jistgħu jiddefinixxu l-metodi u l-istrutturi ta’ ħidma tagħhom stess, fid-dawl tal-ħtiġijiet speċifiċi u l-eżiti mixtieqa tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata mal-ħidma ta’ dawn il-gruppi, kif xieraq. |
— |
Il-Kummissjoni ser tirrapporta lill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Isport fir-rigward tal-progress tal-ħidma fil-gruppi ta’ esperti u l-laqgħat tematiċi rispettivi u tippreżenta r-riżultati tagħhom. Gruppi ta’ Stati Membri interessati ser jinnominaw rappreżentant biex jagħmel l-istess. |
— |
Jekk xieraq, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar l-Isport ser jipprovdi aktar gwida, sabiex jiġu garantiti l-eżiti u l-iskeda ta’ żmien mixtieqa. |
— |
L-aġendi tal-laqgħat u r-rapporti tal-laqgħat tal-gruppi kollha ser ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha, irrispettivament minn kemm jipparteċipaw f’qasam partikolari. Ir-riżultati tal-gruppi ser jiġu ppubblikati u kondiviżi fil-livell tal-UE u nazzjonali. |
— |
Ir-riżultati mid-diversi metodi ta’ ħidma ser ikunu ta’ kontribut għar-rapport mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma. |
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3301 finali tat-30 ta’ Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali għall-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.