14.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/5


Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 2014, dwar Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għall-2014-2015

2014/C 183/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,

I.   INTRODUZZJONI

1.

JIRRIKONOXXU li, mill-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni dwar Qafas Imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ 2010-2018, il-kriżippreżentat sfidiġodda għall-politika dwar iż-żgħażagħ u li hemm il-ħtieġa għal kooperazzjoni msaħħa fil-qasam taż-żgħażagħ fil-livell tal-UE biex dawn l-isfidi jiġu trattati b'mod adegwat.

2.

IFAKKRU li r-Rapport Konġunt tal-UE dwar iż-Żgħażagħ 2012 appella għal rabtiet aktar b'saħħithom u aktar koeżjoni bejn il-Qafas Imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ 2010-2018 u l-Istrateġija Ewropa 2020.

3.

IFAKKRU l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2013 dwar il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-politika għaż-żgħażagħ fl-indirizzar tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 (1), fejn il-Kunsill qabel li jiżviluppa, fi ħdan il-qafas tal-Qafas Imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ 2010-2018, pjan ta' ħidma għal perijodu medju biex tiġi ggwidata l-politika għaż-żgħażagħ u l-ħidma ta' politika relatati maż-żgħażagħ b'reazzjoni għat-temi u x-xejriet attwali dwar iż-żgħażagħ u dawk relatati magħhom u li jissottolinjaw oqsma rilevanti għall-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni mal-politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u tal-impjiegi bil-ħsieb li jiġi żgurat il-kontribut tal-politika għaż-żgħażagħ fis-Semestru Ewropew.

4.

Konsegwentement JAQBLU li jistabbilixxu Pjan ta' Ħidma ta' tmintax-il xahar għaż-Żgħażagħ għal azzjoni mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014sal-31 ta' Diċembru 2015, bħala fażi pilota u bħala kontribut għall-implimentazzjoni tal-Qafas Imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018).

II.   PRINĊIPJI

5.

IQISU li l-Pjan ta' Ħidma għandu jkun irregolat mill-prinċipji gwida li ġejjin:

l-għoti ta' impetu u prominenza kif adatt lill-ħidma fil-livell tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ,

l-iżgurar, permezz ta' kooperazzjoni transettorjali, li l-oqsma ta' politika tal-UE (eż. l-impjiegi, l-edukazzjoni, l-affarijiet soċjali, is-saħħa) ikunu konxji tal-kwistjonijiet speċifiċi li jiffaċċjaw iż-żagħżagħ,

il-kontribut lill-prijoritajiet globali tal-aġenda ekonomika u tal-politika soċjali tal-UE, b'mod partikolari l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-mekkaniżmi ta' implimentazzjoni tagħha,

il-ħidma lejn politika għaż-żgħażagħ ibbażata fuq l-għarfien u l-evidenza,

iż-żamma ta' qafas flessibbli li huwa kapaċi jirreaġixxi meta jkun adatt għall-iżviluppi li jkunu għaddejjin,

il-promozzjoni ta' approċċ kooperattiv u miftiehem bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jinkiseb valur miżjud rigward it-temi ta' prijorità stipulati fil-paragrafu 6 hawn taħt,

l-inkorporazzjoni tal-istrutturi informali eżistenti, fejn adatt, fl-istrutturi stabbiliti f'dan il-Pjan ta' Ħidma,

l-użu sħiħ tal-proċeduri konsultattivi stabbiliti mid-Djalogu Strutturat biex jiġi żgurat li l-Pjan ta' Ħidma jindirizza l-kwistjonijiet li huma rilevanti għaż-żgħażagħ.

6.

JAQBLU li, fid-dawl tal-kriżi attwali, it-temi li ġejjin għandhom jingħataw prijorità mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-kooperazzjoni tagħhom fil-livell tal-UE għall-perijodu kopert mill-pjan ta' ħidma attwali sa tmiem l-2015:

L-iżvilupp ta' ħidma għaż-żgħażagħ u tagħlim mhux formali u informali u l-kontribut tiegħu biex jiġu indirizzati l-effetti tal-kriżi fuq iż-żgħażagħ,

It-tisħiħ ta' kooperazzjoni transettorjali fil-qafas tal-istrateġiji tal-UE,

L-għoti tas-setgħa, b'attenzjoni speċjali fuq l-aċċess għal drittijiet, awtonomija, parteċipazzjoni u ċittadinanza attiva fl-UE u barra mill-UE.

Jaqblu li l-pjan ta' ħidma jista' jiġi rivedut mill-Kunsill fid-dawl tar-riżultati miksuba u l-iżviluppi tal-politika fil-livell tal-UE.

7.

JAQBLU dwar lista ta' azzjonijiet speċifiċi konformi ma' dawn it-temi ta' prijorità u skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Anness I.

III.   METODI U STRUTTURI TA' ĦIDMA

8.

JIRRIKONOXXU li:

Hemm ħtieġa li jiġu rinfurzati l-integrazzjoni taż-żgħażagħ u l-kooperazzjoni transettorjali fi ħdan il-Kunsill sabiex jiġi garantit li t-tfassil tal-politika jieħu kont tal-kondizzjonijiet u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ.

9.

JAQBLU li

Dan il-Pjan ta' Ħidma ser ikun appoġġat minn metodi ta' ħidma maqbula fil-qafas imġedded għal Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ kif ukoll numru limitat ta' gruppi esperti informali u qafas flessibbli ta' attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari,

Il-gruppi ta' esperti ser jintalbu jiffokaw il-ħidma tagħhom fuq it-temi ta' prijorità indikati fit-Taqsima II, il-paragrafu 6 u fuq azzjonijiet u dati previsti elenkati fl-Anness I. L-azzjonijiet fl-Anness I jistgħu jiġu riveduti mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill fid-dawl tar-riżultati miksuba u l-iżviluppi ta' politika fil-livell tal-UE,

Il-prinċipji relatati mas-sħubija u l-funzjonament tal-gruppi ta' esperti jinsabu fl-Anness II,

Fir-rigward tad-dritt taż-żgħażagħ li jipparteċipaw fl-iżvilupp ta' politiki li jaffettwawhom, id-djalogu strutturat ser ikun mezz li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jiġu impenjati f'riflessjoni konġunta dwar it-temi ta' prijorità ta' dan il-Pjan ta' Ħidma,

Il-laqgħat informali tad-Diretturi Ġenerali għaż-Żgħażagħ għandhom jeżaminaw il-kwistjonijiet strateġiċi li jirriżultaw b'rabta ma' dan il-Pjan ta' Ħidma, kif ukoll ma' dawk relatati b'mod aktar ġenerali mal-politika tal-UE rigward iż-żgħażagħ,

Fit-tieni nofs tal-2015, l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma attwali ser tiġi evalwata mill-Kunsill abbażi ta' valutazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu pprovduta fil-kuntest tal-ħarsa ġenerali lejn is-settur taż-żgħażagħ li tinsab fir-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ imħejji mill-Kummissjoni sa Lulju 2015.

10.

FID-DAWL TA' DAN TA' HAWN FUQ, JISTIEDNU

lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu jew jorganizzaw gruppi ta' esperti dwar is-suġġetti li ġejjin għat-tul tal-Pjan ta' Ħidma attwali:

Is-sistemi ta' kwalità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-Istati Membri u r-rwol ta' indikaturi jew oqfsa komuni,

Id-definizzjoni tal-kontribut speċifiku tax-xogħol taż-żgħażagħ u t-tagħlim mhux formali u informali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ, b'mod partikolari it-transizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg,

L-attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni bil-għan li jiġu identifikati l-aħjar prattiki u rakkomandazzjonijiet għal tfassil ta' politika transettorjali dwar iż-żgħażagħ fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali.

IV.   AZZJONIJIET

11.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI SABIEX:

jaħdmu flimkien bl-appoġġ tal-Kummissjoni u filwaqt li jużaw metodi ta' ħidma tal-Qafas Imġedded speċifikat b'din ir-Riżoluzzjoni,

b'segwitu għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Il-massimizzazzjoni tar-rwol tal-politika għaż-żgħażagħ fl-indirizzar tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020”, ikomplu jippromwovu l-involviment attiv ta' perspettivi marbutin maż-żgħażagħ fit-tfassil ta' politika nazzjonali relatata mal-Istrateġija Ewropa 2020 u s-Semestru Ewropew,

filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta' sussidjarjetà jikkunsidraw li jieħdu kont debitu tal-Qafas Imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ 2010-2018 u ta' dan il-Pjan ta' Ħidma meta jiżviluppaw il-politika fil-livell nazzjonali u f'dak reġjonali,

jgħarrfu liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, fejn adatt, dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-UE, sabiex jiġu żgurati r-rilevanza u l-viżibilità tal-attivitajiet.

12.

JISTIEDNU LILL-PRESIDENZI TAL-KUNSILL SABIEX:

jieħdu kont, fil-kuntest tat-Triju tal-Presidenzi, tat-temi ta' prijorità tal-Pjan tal-Ħidma tal-UE fl-iżvilupp tal-programm tagħhom,

fl-aħħar tat-tmintax-il xahar koperti mir-Riżoluzzjoni attwali, u abbażi ta' valutazzjoni li għandha tiġi integrata fir-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ imħejji mill-Kummissjoni abbażi ta' kontributi volontarji mill-Istati Membri, jikkunsidraw jekk jipproponux Pjan ta' Ħidma ġdid għall-perijodu li jkun imiss,

jipproponu lid-Diretturi Ġenerali għaż-Żgħażagħ fil-laqgħat informali tagħhom biex jiddiskutu u jsegwu r-riżultati miksuba fil-Pjan ta' Ħidma, biex jorganizzaw laqgħat transettorjali konġunti u straordinarji tad-Diretturi Ġenerali, fejn adatt, u jxerrdu r-riżultati b'mod wiesa'.

13.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI SABIEX:

tappoġġa u taħdem mal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Ħidma, b'mod partikolari l-azzjonijiet deskritti fl-Anness,

tgħarraf lill-Istati Membri dwar inizjattivi li għaddejjin jew ippjanati fil-politika rigward iż-żgħażagħ u f'oqsma ta' politika rilevanti oħra tal-UE li jħallu impatt fuq iż-żgħażagħ u żviluppi rispettivi fil-Kummissjoni,

teżamina mezzi biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni l-aktar wiesgħa possibbli tal-Istati Membri fil-laqgħat tal-gruppi ta' esperti,

tinkludi, sa Lulju 2015 fil-proposta għar-Rapport tal-UE dwar iż-żgħażagħ u abbażi ta' kontributi volontarji mill-Istati Membri, valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni u r-rilevanza tal-Pjan ta' Ħidma. Dan ir-rapport ser ikun il-bażi għat-tħejjija ta' kwalunkwe Pjan ta' Ħidma sussegwenti tal-Kunsill matul it-tieni nofs tal-2015,

tfittex li tiżgura koerenza bejn dan il-pjan ta' ħidma u l-pjan ta' ħidma tal-Ftehim ta' Sħubija mal-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam taż-żgħażagħ,

tipproponi qafas flessibbli għal attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari fost l-Istati Membri.

14.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FIL-LIMITI TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, B'RISPETT DOVUT GĦALL-PRINĊIPJU TA' SUSSIDJARJETÀ, SABIEX:

ikomplu jikkooperaw mill-qrib fil-livell tal-esperti f'konformità mal-Annessi I u II ta' din ir-Riżoluzzjoni,

iħeġġu lil setturi oħra biex jieħdu kont tad-dimensjoni taż-żgħażagħ meta jifformulaw, jimplimentaw u jevalwaw politiki u azzjonijiet f'oqsma oħrajn ta' politika, b'attenzjoni partikolari biex jiżguraw inklużjoni bikrija u effettiva fil-proċess ta' żvilupp tal-politika,

jippromwovu rikonoxximent aħjar tal-kontribut tal-politika rigward iż-żgħażagħ lill-għanijiet ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020 meta jitqies il-potenzjal qawwi tas-settur li jikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u impjiegi ġodda u meta jitqiesu l-effetti pożittivi tiegħu fuq l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll is-saħħa u l-benesseri.


(1)  ĠU C 224, 3.8.2013, p. 2.


ANNESS I

Azzjonijiet ibbażati fuq temi ta' prijorità

Azzjoni

Metodu ta' ħidma / Strument

Riżultat u data prevista

L-iżvilupp ta' ħidma għaż-żgħażagħ u tagħlim mhux formali u informali u l-kontribut tiegħu biex jiġu indirizzati l-effetti tal-kriżi fuq iż-żgħażagħ

L-iżvilupp tal-Ħidma għaż-Żgħażagħ fl-Ewropa

Tfassil tal-Politika Bbażat fuq l-Evidenzad:

Studju dwar “Ħidma maż-żgħażagħ: il-valur tal-ħidma għaż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea”

It-tieni nofs tal-2015: (poss.) Skambju ta' fehmiet fil-Kunsill u konsiderazzjoni tal-passi li jmiss b'segwitu għall-eżitu tal-iskambju ta' fehmiet

Grupp ta' Esperti dwar sistemi ta' kwalità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-Istati Membri tal-UE u r-rwol ta' indikaturi jew oqfsa komuni

L-ewwel nofs tal-2015: Grupp ta' esperti jħejji sett ta' indikaturi jew oqfsa li jiddeskrivu l-kwalità fis-sistema tal-Ħidma għaż-Żgħażagħ.

It-tieni nofs tal-2015 (Poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill

Il-promozzjoni tal-kontribut tal-politika rigward iż-żgħażagħ fl-indirizzar tal-isfidi fl-Ewropa

Grupp ta' Esperti dwar id-definizzjoni tal-kontribut speċifiku tal-ħidma għaż-żgħażagħ biex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ b'mod partikolari fit-transizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg.

L-ewwel nofs tal-2015: (poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar kif il-politika dwar iż-żgħażagħ u l-kooperazzjoni transettorjali jistgħu jindirizzaw l-isfidi prinċipali tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward taż-żgħażagħ.

Tfassil tal-Politika Bbażat fuq l-Evidenza: Ċentru Ewropew tal-Għarfien dwar il-Politika taż-Żgħażagħ (EKCYP)

L-ewwel nofs tal-2015: Rapport dwar l-aħjar prattiki ta' kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni formali u mhux formali inkluż rakkomandazzjonijiet ta' politika

Kooperazzjoni transettorjali msaħħa fil-qafas tal-istrateġiji tal-UE

Tisħiħ tat-tfassil tal-politika transettorjali rigward iż-żgħażagħ fil-livell tal-UE

Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu (Grupp ta' Ħidma dwar iż-Żgħażagħ)

L-ewwel nofs tal-2015: Rakkomandazzjoni possibbli dwar il-kontribut tas-settur taż-żgħażagħ għall-passi importanti ffukati fuq il-politika tas-Semestru Ewropew.

Tisħiħ tat-tfassil tal-politika transettorjali dwar iż-żgħażagħ fil-livell nazzjonali

Eżerċizzju ta' tagħlim bejn il-pari fost l-Istati Membri

It-tieni nofs tal-2015: Rapport intermedju dwar l-aħjar prattiki u rakkomandazzjonijiet għal tfassil ta' politika transettorjali dwar iż-żgħażagħ fil-livell nazzjonali.

L-għoti tas-setgħa, b'attenzjoni speċjali fuq l-aċċess għal drittijiet, awtonomija, parteċipazzjoni u ċittadinanza attiva fl-UE u barra mill-UE

L-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ b'attenzjoni speċjali fuq l-aċċess għal drittijiet sabiex titrawwem l-awtonomija u l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali

Djalogu Strutturat maż-żgħażagħ

It-tieni nofs tal-2014 (poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-aċċess taż-żgħażagħ għal drittijiet sabiex jitrawmu l-awtonomija u l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali.

L-għoti tas-setgħa għal parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa

Riżultati tad-djalogu strutturat maż-żgħażagħ

 

Tfassil tal-Politika Bbażat fuq l-Evidenza:

London School of Economics and Political Science: Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fil-Ħajja Demokratika

Ewrobarometru Flash 375 — Żgħażagħ Ewropej: Parteċipazzjoni fil-Ħajja Demokratika

EACEA — Il-Parteċipazzjoni Politika u ċ-Ċittadinanza tal-UE: Perċezzjonijiet u Mġiba taż-Żgħażagħ

It-tieni nofs tal-2015: (poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill


ANNESS II

Prinċipji relatati mas-sħubija u l-funzjonament ta' gruppi ta' esperti stabbiliti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-qafas tal-Pjan ta' Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ (1 ta' Lulju 2014–31 ta' Diċembru 2015)

Sħubija:

Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-ħidma tal-gruppi hija volontarja u l-Istati Membri jistgħu jissieħbu fihom meta jridu,

L-Istati Membri interessati li jipparteċipaw fil-ħidma tal-gruppi ser jinnominaw esperti bħala membri tal-gruppi rispettivi. L-Istati Membri ser jiżguraw li l-esperti nnominati jkollhom esperjenza rilevanti fil-qasam rilevanti fil-livell nazzjonali u ser jiżguraw komunikazzjoni effettiva mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-Kummissjoni ser tikkoordina l-eżerċizzju tan-nomina,

Kull grupp ta' esperti jista' jiddeċiedi li jistieden parteċipanti oħrajn: esperti indipendenti, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet interessati oħrajn, flimkien ma' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi Ewropej.

Proċeduri ta' ħidma

Il-gruppi ta' esperti ser jikkonċentraw fuq il-kisba ta' numru żgħir ta' riżultati konkreti u utli dwar is-suġġett mitlub,

Sabiex jiġi implimentat dan il-Pjan ta' Ħidma, kull grupp ta' esperti ser ikun responsabbli li jaħtar il-president jew il-kopresidenti tiegħu fl-ewwel laqgħa tal-grupp ta' esperti wara l-adozzjoni tal-Pjan ta' Ħidma. Kull grupp ta' esperti ser iħejji skeda ta' ħidma konformi ma' dan il-Pjan ta' Ħidma,

L-Istati Membri ser jingħataw opportunità biex jiggwidaw lill-gruppi ta' esperti sabiex jiggarantixxu l-eżitu u l-iskeda ta' żmien mixtieqa, kif ukoll il-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gruppi,

Il-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, ser jiddeċiedu jekk huwiex adatt li jiġu proposti azzjonijiet ġodda għall-gruppi ta' esperti,

Il-Kummissjoni ser tipprovdi opinjoni esperta, kif ukoll appoġġ loġistiku u segretarjali għall-ħidma tal-gruppi. Sa fejn huwa possibbli, hija ser tappoġġa lill-gruppi b'mezzi oħrajn adatti (inklużi studji rilevanti għall-qasam ta' ħidma tagħhom),

Bħala regola prinċipali l-gruppi ta' esperti ser jiltaqgħu fi Brussell, iżda jistgħu jorganizzaw laqgħat barra Brussell meta jkunu mistiedna minn Stat Membru,

Bħala regola l-gruppi ta' esperti ser jiltaqgħu darbtejn f'sena, iżda jistgħu jadottaw skeda ta' żmien differenti jekk ikun meħtieġ.

Rappurtar u informazzjoni

Il-presidenti tal-gruppi ta' esperti ser jirrappurtaw lill-Grupp ta' Ħidma dwar iż-Żgħażagħ fir-rigward tal-progress tal-ħidma fil-gruppi ta' esperti rispettivi u jippreżentaw rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet futuri possibbli lill-Grupp ta' Ħidma dwar iż-Żgħażagħ,

L-aġendi tal-laqgħat u r-rapporti tal-laqgħat tal-gruppi kollha ser ikunu disponibbli lill-Istati Membri kollha, irrispettivament mil-livell ta' parteċipazzjoni tagħhom f'qasam partikolari. Ir-rapporti tal-gruppi ser jiġu ppubblikati,

Ir-rapporti mill-gruppi ta' esperti ser jintużaw fil-valutazzjoni mħejjija mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma.