29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/21


It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont il-liġi pubblika internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

Ir-Regolament Nru 129 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal imtejba użati abbord vetturi bil-mutur (ECRS)

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 2 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament - Data tad-dħul fis-seħħ: l-10 ta' Ġunju 2014

WERREJ

IR-REGOLAMENT

1.

Kamp ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Immarkar

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.

It-testijiet

8.

Ir-rapporti tat-test tal-approvazzjoni tat-tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni

9.

Il-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni

10.

Il-konformità tal-produzzjoni u t-testijiet ta’ rutina

11.

Il-modifiki u l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal

12.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

13.

Produzzjoni mwaqqfa definittivament

14.

Tagħrif għall-utenti

15.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet għall-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1

Kommunikazzjoni

2

Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

3

Arranġament tal-apparat għat-test tar-reżistenza għat-trab

4

Test tas-sadid

5

It-test tal-brix u tal-mikroslip

6

Deskrizzjoni tat-troli

7

Kurvi tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċelerazzjoni tat-troli bħala funzjoni tal-ħin

8

Deskrizzjoni tal-manikini

9

Test tal-impatt minn quddiem ma' ostakolu

10

Proċedura tat-test tal-impatt minn wara

11

Skema tal-approvazzjoni tat-tip (Flow chart ISO 9002:2000)

12

Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

13

Test tal-materjal assorbenti tal-enerġija

14

Metodu li bih tiġi ddefinita l-erja tal-impatt tar-ras tat-tagħmir b'post fejn isserraħ id-dahar u għat-tagħmir li jħares lura għad-definizzjoni tad-daqs minimu tal-madgards tal-ġenb

15

Deskrizzjoni tal-ikkondizzjonar tal-apparat li jaġġusta armat direttament fuq is-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal

16

Tagħmir tipiku tat-test tas-saħħa tal-bokkla

17

Determinazzjoni tal-kriterji tal-prestazzjoni

18

Dimensjonijiet ġeometriċi tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal i-Size

19

Volumi ta' valutazzjoni għal saqajn ta' appoġġ u qiegħ is-saqajn ta' appoġġ i-Size

20

Lista minima tad-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni

21

Tagħmir għall-applikazzjoni tat-tagħbija

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika (fil-Fażi 1 tiegħu) għas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal Universali Integrali ISOFIX (i-size) u s-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal Integrali "ISOFIX għal vettura speċifika" għal tfal li jirkbu bħala passiġġieri f’vetturi bil-magna.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

2.1.

“Sistema tat-Trażżin tat-Tfal” (CRS) tfisser tagħmir li kapaċi jiflaħ okkupant tifel jew tifla f'pożizzjoni bilqiegħda jew fuq id-dahar. Hija ddisinjata b’tali mod li tnaqqas ir-riskju li min jilbisha jweġġa’, fil-każ ta’ kolliżjoni jew ta’ deċellerazzjoni f’daqqa tal-vettura, billi tillimita l-mobilità ta' ġisem it-tifel jew tifla.

2.2.

“Tip ta’ trażżin tat-tfal” tfisser Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li ma tvarjax f’aspetti essenzjali bħal:

 

Il-kategorija li fiha it-trażżin huwa approvat skont it-tip;

 

Id-disinn, materjal u l-kostruzzjoni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal.

 

Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal konvertibbli jew modulari gћandhom jiġu kkunsidrati li mhumiex differenti fid-disinn, materjal u kostruzzjoni tagħhom.

2.3.

“i-Size” (Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal Universali Integrali tal-ISOFIX) hija kategorija ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li tintuża f’kull pożizzjoni bilqiegħda i-Size ta’ vettura, kif definit u approvat skont ir-Regolamenti Nru 14 u 16.

2.4.

“Integrali” hija klassi ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal, li tfisser li t-tfal jitrażżnu biss minn komponenti li jinkludu s-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal (eż. ċinga arneż, ilqugħ, eċċ.), u mhux permezz ta’ mezzi konnessi direttament mal-vettura (eż. ċinturin tas-sikurezza).

2.5.

“ISOFIX” hija sistema li tipprovdi metodu biex iqabbad Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ma’ vettura. Hija bbażata fuq żewġ ankraġġi fil-vetturi u żewġ punti ta' ankraġġ korrispondenti fuq is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal flimkien ma’ mezz biex tiġi limatata r-rotazzjoni tal-elevazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal. It-tliet ankraġġi tal-vettura ilkoll għandhom jiġu approvati skont ir-Regolament Nru 14.

2.6.

“ISOFIX Universali” huwa ISOFIX li jkollha jew minn irbit b'ċinga ta' fuq jew sieq ta' appoġġ, biex tiġi limitata r-rotazzjoni tal-elevazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal, mehmuża ma’, jew appoġġjata mill-vettura korrispondenti.

2.7.

“ISOFIX għal vettura speċifika” hija kategorija ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li taqbad ma’ tipi speċifiċi ta’ vettura. L-ankraġġi kollha fil-vettura ilkoll għandhom jiġu approvati skont ir-Regolament Nru 14. Hija wkoll indikazzjoni għal Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li jinkludu d-daxxbord bħala żona ta' kuntatt mal-vettura.

2.8.

“Daqs” tindika statura tat-tfal li għalihom is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ġiet iddisinjata u approvata. Is-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal jistgħu jkopru kull firxa ta' daqsijiet sakemm jintlaħqu r-rekwiżiti kollha.

2.9.

“Orjentazzjoni” tindika direzzjoni li fiha Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ġiet approvata għall-użu. Isiru d-distinzjonijiet li ġejjin:

(a)

Iħares 'il quddiem tfisser iħares fid-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura;

(b)

Iħares lura tfisser li jħares fid-direzzjoni opposta għad-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura;

(c)

Iħares lejn il-ġenb fisser iħares b'mod perpendikulari mad-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura.

2.10.

“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” huwa Sistema tat-Trażżin tat-Tfal maħsuba għal tfal bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabilità fiżika jew mentali; b’mod partikolari, dan it-tagħmir jista’ jippermetti tagħmir ta’ trażżin addizzjonali għal kwalunkwe parti tat-tfal, imma jrid ikollu mill-inqas mezz primarju ta’ trażżin li huwa konformi mal-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.11.

"Sistema ta' ankraġġ ISOFIX" tfisser sistema magħmula minn żewġ ankraġġi baxxi ISOFIX li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament Nru 14 li hija mfassla sabiex tqabbad Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX ma' apparat antirotazzjoni.

2.11.1.

“Ankraġġ baxx ISOFIX” tfisser żbarra orizzontali tonda u riġida b’dijametru ta’ 6 mm, li testendi mill-istruttura tal-vettura jew tas-sit sabiex tirċievi u trażżan Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX b’punti ta' ankraġġ ISOFIX.

2.11.2.

"Punt ta' ankraġġ ISOFIX" tfisser waħda miż-żewġ kollegamenti, li tissodisfa l-kundizzjoni meħtieġa tal-paragrafu 6.3.3 ta' dan ir-Regolament, li testendi mill-istruttura tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX, u li tkun kumpatibbli mal-ankraġġ baxx ISOFIX.

2.12.

“Apparat antirotazzjoni” tfisser apparat maħsub biex jillimita r-rotazzjoni tas-Sistema tat-Tażżin tat-Tfal waqt impatt tal-vettura u jikkonsisti fi:

(a)

Ċinga tal-irbit ta' fuq; jew

(b)

Sieq ta' appoġġ.

Li jilħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jkunu mwaħħla ma’ sistema ta’ ankraġġ ISOFIX u ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX jew il-wiċċ ta’ kuntatt tal-art tal-vettura u li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14.

“Apparat antirotazzjoni” għal Sistema tat-Trażżin tat-Tfal “ISOFIX għal vettura speċifika” jista’ jkun fih sieq ta' appoġġ, irbit ta’ fuq, jew mezzi oħra li kapaċi jillimitaw ir-rotazzjoni.

2.13.

“Ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser ċinga bl-istrixxi (jew ekwivalenti) li testendi mill-quċċata ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX sal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, u li tkun mgħammra b’apparat ta’ aġġustament, b’apparat li jnaqqas it-tensjoni, u b’kollegatur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

2.13.1.

"Ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX" tfisser karatteristika li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament Nru 14, pereżempju żbarra, li tkun f'żona definita, maħsuba biex tirċievi l-kollegatur tal-irbit ta' fuq ISOFIX u biex tittrasferixxi l-forza tat-trażżin tagħha lill-istruttura tal-vettura.

2.13.2.

"Kollegatur tal-irbit ta' fuq ISOFIX" tfisser apparat maħsub biex jitwaħħal mal-ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX.

2.13.3.

"Ganċ tal-irbit ta' fuq ISOFIX" tfisser kollegatur tal-irbit ta' fuq ISOFIX li tipikament jintuża sabiex ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX titwaħħal ma' ankraġġ tal-irbit ta' fuq ISOFIX kif definit fil-Figura 3 tar-Regolament Nru 14.

2.13.4.

“Punt ta' ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” huwa apparat li jorbot sewwa ċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX mas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX.

2.14.

"Apparat li jnaqqas it-tensjoni" tfisser sistema li tippermetti li jinħall l-apparat li jaġġusta u li jżomm it-tensjoni fiċ-ċinga tal-irbit ta' fuq ISOFIX.

2.15.

"Sieq ta' appoġġ" tfisser apparat anti–rotazzjoni permanentement imwaħħal mas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li joħloq passaġġ għat-tagħbija bejn is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal u l-istruttura tal-vettura. Sieq ta' appoġġ għandha tkun aġġustabbli fit-tul (direzzjoni Z) u tista’ addizzjonalment tkun aġġustabbli f’direzzjonijiet oħrajn.

2.15.1.

“Qiegħ is-sieq ta' appoġġ” tfisser parti waħda jew aktar mis-sieq ta' appoġġ tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal maħsuba (bid-disinn tagħha) sabiex tingaġġa f'kuntatt mal-wiċċ tal-art tal-vettura li jmiss magħha u li tkun imfassla biex tittrażmetti t-tagħbija tas-sieq ta' appoġġ lejn l-istruttura tal-vettura f'każ ta' impatt frontali.

2.15.2.

“Wiċċ ta' kuntatt ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ” tfisser il-wiċċ ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ li jkun fiżikament f’kuntatt mal-wiċċ ta' kuntatt tal-vettura u li jkun imfassal biex ixerred it-tagħbijiet fuq l-istruttura tal-vettura.

2.15.3.

“Volum ta' valutazzjoni ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ” jiddeskrivi volum spazjali li jindika kemm il-medda kif ukoll il-limitazzjonijiet għall-moviment ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ. Dan jikkorrispondi għall-volum ta' valutazzjoni ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ għall-vetturi, kif definit fl-Anness 10 tar-Regolament Nru 14.

2.15.4.

“Volum ta' valutazzjoni tad-dimensjoni tas-sieq ta' appoġġ” tfisser volum li jiddefinixxi d-dimensjonijiet massimi ta’ sieq ta' appoġġ, li jikkorrispondi mal-volum ta' valutazzjoni għall-istallazzjoni ta' sieq ta' appoġġ għal vetturi, kif definit fl-Anness 17 għar-Regolament Nru 16, bl-iżgurar tal-istallazzjoni dimensjonali ta' sieq ta' appoġġ ta’ CRS i-Size f’pożizzjoni bilqiegħda i-Size ta’ vettura.

Image

2.16.

“Angolu tal-elevazzjoni CRF” huwa l-angolu bejn il-wiċċ tal-qiegħ tal-fissaġġ "ISO/F2 (B) kif ġie definit fir-Regolament Nru 16 (Anness 17, Appendiċi 2, Figura 2) u l-pjan Z orizzontali tal-vettura kif definit fir-Regolament Nru. 14 (l-Anness 4, l-Appendiċi 2), flimkien mal-fissaġġ installat fil-vettura kif definit fir-Regolament Nru 16 (tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17).

Image

2.17.

"Fissaġġ tas-Sit tal-Vettura (VSF)" tfisser fissaġġ, skont il-klassijiet tad-daqsijiet ISOFIX li d-dimensjonijiet tiegħu jidhru fil-Figuri minn 1 sa 6 tal-Appendiċi 17 fl-Anness 2 għar-Regolament Nru 16, li jintuża minn manifattur ta' Sistema tat-Trażżin tat-Tfal sabiex jiddetermina d-dimensjonijiet xierqa ta' Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX kif ukoll il-post tal-punti ta' ankraġġ ISOFIX tagħha.

2.18.

"Siġġu għas-sigurtà tat-tfal" tfisser Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li tinkludi siġġu li fih jitpoġġew it-tfal.

2.19.

"Siġġu" tfisser struttura li hija parti kostitwenti minn Sistema tat-Trażżin tat-Tfal u li hija maħsuba biex takkomoda tifel jew tifla f'pożizzjoni bilqiegħda;

2.20.

“Appoġġ għas-siġġu” tfisser dik il-parti mis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li biha s-siġġu jista’ jittella’ 'l fuq.

2.21.

“Ċinturin” tfisser trażżin tat-tfal li jinkludi taħlita ta’ ċineg b’bokkla ta’ sigurtà, apparat għall-aġġustament u punti ta' ankraġġ;

2.22.

"Ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq" tfisser il-montatura ta' ċinturin li tinkludi ċinturin ta' fuq il-ħoġor, trażżin għall-ispalla u ċinga ta' bejn il-koxox;

2.23.

"Ċinturin f'forma ta' Y" tfisser ċinturin fejn it-taħlita ta' ċineg hija fformata minn ċinga li għandha tiġi ggwidata bejn kuxxtejn it-tfal u minn ċinga għal kull spalla.

2.24.

"Kerrikot" tfisser sistema tat-trażżin maħsuba biex takkomoda u trażżan it-tfal meta jkunu mimdudin fuq daharhom jew fuq żaqqhom bis-sinsla ta' daharhom perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Din tkun iddisinjata b'tali mod li, fil-każ ta' ħabta, il-forzi tat-trażżin jitqassmu tul ir-ras u l-ġisem tat-tfal iżda mhux fuq id-dirgħajn u r-riġlejn.

2.25.

"Trażżin għall-kerrikots" tfisser tagħmir użat biex irażżan kerrikot mal-istruttura tal-vettura.

2.26.

“Benniena għat-trabi li tinġarr” tfisser sistema ta’ trażżin maħsuba biex takkomoda t-tfal f’pożizzjoni kważi semimimduda li tħares lura. Din tkun iddisinjata b'tali mod li, fil-każ ta' kolliżjoni frontali, il-forzi tat-trażżin jitqassmu tul ir-ras u l-ġisem tat-tfal iżda mhux fuq id-dirgħajn u r-riġlejn.

2.27.

"Appoġġ tat-tfal" tfisser dik il-parti minn Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li biha t-tfal jistgħu jittellgħu 'l fuq fi ħdan is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal.

2.28.

"Ilqugħ mill-impatt" tfisser tagħmir imwaħħal quddiem it-tfal u maħsub biex iqassam il-forzi tat-trażżin tul il-parti l-kbira tat-tul tat-tfal fil-każ ta' impatt frontali.

2.29.

“Ċinga” tfisser komponent flessibbli maħsub biex jittrażmetti l-forzi.

2.30.

"Ċinga ta' fuq il-ħoġor" tfisser ċinga li, jew fil-forma ta' ċinturin sħiħ jew fil-forma ta' komponent ta' tali ċinturin, tgħaddi tul il-parti ta' quddiem, u trażżan, b'mod dirett jew le, il-pelvi tat-tifel jew it-tifla.

2.31.

"Trażżin għall-ispalel" tfisser dik il-parti ta' ċinturin li trażżan il-parti ta' fuq tat-torso tat-tfal.

2.32.

“Ċinga għal bejn il-koxox” tfisser ċinga (jew ċineg diviżi, fejn tkun magħmula minn żewġ strixxi jew aktar) imwaħħla mas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal u maċ-ċinga ta’ fuq il-ħoġor u mqiegħda b’mod li tgħaddi bejn kuxxtejn it-tfal; hija tkun iddisinjata biex ma tħallix lit-tfal jiżżerżqu minn taħt iċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor matul l-użu normali u biex ma tħallix liċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor jiċċaqlaq minn fuq il-pelvi waqt impatt.

2.33.

“Ċinga għat-trażżin tat-tfal” tfisser ċinga li hija parti kostitwenti miċ-ċinturin (arneż) u trażżan biss il-ġisem tat-tfal.

2.34.

"Bokkla" tfisser tagħmir li jinħall malajr li jippermetti li t-tfal jinżammu mit-trażżin jew li t-trażżin jinżamm mill-istruttura tal-karozza u li jista' jinfetaħ malajr. Il-bokkla tista’ tinkludi l-apparat għall-aġġustament.

2.35.

"Buttuna magħluqa biex tinfetaħ il-bokkla", buttuna biex tinfetaħ il-bokkla b'tali mod li ma għandhux ikun possibbli li tinfetaħ il-bokkla, billi tintuża sfera li għandha dijametru ta' 40 mm;

2.36.

“Buttuna mhux magħluqa biex tinfetaħ il-bokkla”, buttuna biex tinfetaħ il-bokkla b’mod li jrid ikun possibbli li tinfetaħ il-bokkla permezz ta’ sfera li għandha dijametru ta’ 40 mm.

2.37.

"Apparat għall-aġġustament" tfisser ċinturin li jippermetti li t-trażżin jew l-punti ta' ankraġġ tiegħu jkunu aġġustati skont l-istatura fiżika ta' min jilbsu. L-apparat għall-aġġustament jista’ jew ikun parti mill-bokkla jew ikun tagħmir li jiġbed lura (retrattur) jew kwalunkwe parti oħra taċ-ċinturin.

2.38.

“Apparat li jaġġusta malajr” tfisser apparat għall-aġġustement li jista’ jitħaddem b’id waħda b’moviment faċli wieħed.

2.39.

“Apparat li jaġġusta armat direttament fuq is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal” tfisser apparat li jaġġusta ċ-ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq li huwa armat direttament fuq is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal, minflok ma jkun sostnut direttament miċ-ċinga li huwa maħsub jaġġusta.

2.40.

“Tagħmir li jassorbi l-enerġija” tfisser tagħmir li huwa maħsub jaħli l-enerġija b’mod indipendenti minn, jew flimkien maċ-ċinga u li jifforma parti mis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal.

2.41.

"Apparat li jiġbed lura (retrattur)" tfisser tagħmir maħsub biex jakkomoda ċ-ċinga kollha tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal jew parti minnha. Dan it-terminu jkopri t-tagħmir li ġej:

2.41.1.

"Apparat li jiġbed lura li jissakkar awtomatikament", apparat li jiġbed lura li jippermetti li jinħareġ it-tul mixtieq ta' ċinga u, meta tingħalaq il-bokkla, jaġġusta awtomatikament iċ-ċinga għall-istatura fiżika ta' min jilbisha, filwaqt li ċ-ċinga ma titħalliex tinħareġ aktar mingħajr l-intervent volontarju ta' min jilbisha.

2.41.2.

"Apparat li jiġbed lura li jissakkar f'emerġenza", apparat li jiġbed lura li ma jirrestrinġix lil min jilbes iċ-ċinga milli jiċċaqlaq liberament f'kundizzjonijiet ta' sewqan normali. Tagħmir bħal dan għandu apparat li jaġġusta awtomatikament it-tul taċ-ċinga skont l-istatura fiżika ta' min jilbisha, u mekkaniżmu li jissakkar li jkun azzjonat f'emerġenza permezz ta':

2.41.2.1.

Deċellerazzjoni tal-vettura, il-ħruġ taċ-ċinga mill-apparat li jiġbed lura, jew kwalunkwe mezz ieħor awtomatiku (sensittività unika);

2.41.2.2.

Taħlita ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn il-mezzi (sensittività multipla).

2.42.

"Pożizzjoni inklinata" tfisser pożizzjoni speċjali tas-siġġu li jħalli lit-tfal imilu

2.43.

"Pożizzjoni mimduda/fuq id-dahar/fuq iż-żaqq" tfisser pożizzjoni li fiha tal-inqas ir-ras u l-ġisem, għajr għad-dirgħajn u għar-riġlejn tat-tfal jinstabu fuq wiċċ orizzontali meta jkunu wieqfa fit-trażżin.

2.44.

"Sit tal-vettura" tfisser struttura, li tista' tkun jew ma tkunx integrali għall-istruttura tal-vettura, kompluta bit-tapizzerija u maħsuba biex takkomoda persuna adulta waħda. F’dan ir-rigward:

 

“Grupp ta’ sits tal-vettura” tfisser jew sit għal tnejn min-nies jew aktar jew numru ta’ sits li huma separati imma jinsabu wieħed ħdejn l-ieħor (jiġifieri mwaħħlin b’tali mod li l-ankraġġ ta’ quddiem ta’ sit wieħed huwa f’linja mal-ankraġġ ta’ quddiem jew ta’ wara ta’ sit ieħor jew fuq linja li tgħaddi bejn dawk l-ankraġġi), b’kull sit jakkomoda persuna adulta waħda bilqiegħda jew aktar.

 

“Sit ta’ vettura għal tnejn min-nies jew aktar” tfisser struttura kompluta bit-tapizzerija u maħsuba biex takkomoda aktar minn persuna adulta waħda.

 

“Sits ta’ quddiem tal-vettura” tfisser il-grupp ta’ sits li jinstabu fl-aktar parti ta’ quddiem fil-kumpartiment tal-passiġġieri, jiġifieri li m’għandhom ebda sit ieħor direttament quddiemhom.

 

“Sits ta’ wara tal-vettura” huma sits fissi, li jħarsu 'l quddiem li jinsabu wara grupp ieħor ta’ sits tal-vettura.

2.45.

“Tip ta’ sit” tfisser kategorija ta’ sits għall-adulti li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħalma huma l-għamla, id-dimensjonijiet u l-materjali tal-istruttura tas-sit, it-tipi u d-dimensjonijiet tal-aġġustament tat-tiskir tas-sit u tas-sistemi tat-tiskir tas-sit, u t-tip u d-dimensjonijiet tal-ankraġġ taċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti fuq is-sit, tal-ankraġġ tas-sit, u tal-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura.

2.46.

“Sistema għall-aġġustament” tfisser apparat komplet li bih is-sit tal-vettura jew il-partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati biex jakkomodaw l-istatura fiżika tal-passiġġier adult li jkun qiegħed bilqiegħda fis-sit; dan l-istrument jista’, b’mod partikolari, jippermetti spostament lonġitudinali, u/jew spostament vertikali, u/jew spostament angolari.

2.47.

"Ankraġġ għas-sit tal-vettura" tfisser is-sistema, inklużi l-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura, li permezz tagħha s-sit għall-adult kollu kemm hu jitwaħħal mal-istruttura tal-vettura.

2.48.

"Sistema ta' spostament" tfisser tagħmir li jippermetti li s-sit għall-adult jew waħda mill-partijiet tiegħu jiġu mċaqalqa b'mod angulari jew lonġitudinali, mingħajr pożizzjoni intermedja fissa, sabiex jiġu ffaċilitati d-dħul u l-ħruġ tal-passiġġieri u li jitgħabbew u jitneħħew l-oġġetti minn fuq il-vettura.

2.49.

"Sistema ta' tiskir" tfisser tagħmir li jiżgura li s-sit għall-adult u l-partijiet tiegħu jinżammu fil-pożizzjoni tal-użu.

2.50.

"Koljatura tas-sit" tfisser iż-żona qrib l-intersezzjoni ta' wiċċ il-kuxxin tas-sit tal-vettura u d-dahar tas-sit.

2.51.

“Pożizzjoni ISOFIX” tfisser post li jippermetti l-istallazzjoni ta’:

(a)

Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX Universali kif definita fir-Regolament Nru 44; jew

(b)

Sistema tat-Trażżin tat-Tfal "ISOFIX għal vettura speċifika" kif definita fir-Regolament Nru 44 jew "ISOFIX għal vettura speċifika" kif definita f'dan ir-Regolament; jew

(c)

Sistema tat-Trażżin tat-Tfal i-Size adatta għall-użu f’pożizzjonijiet speċifiċi bilqiegħda kif definita mill-manifattur tal-vettura skont ir-Regolament 16.

2.52.

“Test tal-approvazzjoni tat-tip”, tfisser test biex ikun iddeterminat sa liema punt tip ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal imressqa għall-approvazzjoni tkun kapaċi tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa.

2.53.

“Test tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni”, tfisser test biex ikun iddeterminat jekk il-manifattur huwiex kapaċi jipproduċi Sistema tat-Trażżin tat-Tfal skont is-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li tressqu għall-approvazzjoni tat-tip.

2.54.

“Ittestjar ta’ rutina” (jew konformità tal-ittestjar tal-produzzjoni), tfisser l-ittestjar ta’ numru ta’ sistemi ta’ trażżin magħżula minn grupp wieħed sabiex jiġi verifikat sa liema punt dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa.

2.55.

“Pożizzjonatur għaċ-ċinga tal-ispalla” tfisser apparat maħsub biex iżomm, matul kundizzjonijiet normali ta’ tranżitu, pożizzjoni taċ-ċinga tal-ispalla fuq it-torso tat-tfal billi jgħaqqad iċ-ċineg tal-ispalla ma' xulxin.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandha titressaq mid-detentur tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu, u għandha ssegwi l-iskema tal-approvazzjoni tat-tip deskritta fl-Anness 11.

3.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni, li għandha x’taqsam ma’ kull tip ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal, għandu jkollha magħha:

3.2.1.

Deskrizzjoni teknika tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal, li tispeċifika ċ-ċineg u materjali oħra użati, flimkien mal-imġiba mbassra u riproduċibbli ta’ apparat li jillimita t-tagħbija. Din għandha tkun akkumpanjata minn disinni tal-partijiet li jikkostitwixxu t-trażżin tat-tfal u fil-każ ta' apparat li jiġbed lura, l-istruzzjonijiet tal-istallazzjoni għal dan l-apparat li jiġbed lura u t-tagħmir sensittiv tiegħu, dikjarazzjoni dwar it-tossiċità (il-paragrafu 6.3.1.1.) u l-fjammabbilità (paragrafu 6.3.1.2.), id-disinni għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għal numru tal-approvazzjoni uniku u għas-simbolu(i) addizzjonali b'relazzjoni għaċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni;

3.2.2.

L-applikant għandu jindika t-tip ta’ applikazzjoni:

(a)

Applikazzjoni għal Sistemi ta' Trażżin tat-Tfal i-Size; jew

(b)

Applikazzjoni għal Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal "ISOFIX għal vettura speċifika"

3.2.3.

Għal Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal ittestjati fuq it-troli tat-test, f’qafas ta’ bodì ta’ vettura b’konformità mal-paragrafu 7.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament jew f’vettura kompluta b’konformità mal-paragrafu 7.1.3.3. ta’ dan ir-Regolament, l-applikant għandu jibgħat dokumentazzjoni (tpinġijiet u/jew ritratti) dwar it-taħlita tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal u l-karozza jew il-pożizzjoni bilqiegħda tal-ISOFIX u l-ambjent tal-karozzi rilevanti li għalihom il-manifattur ikun talab l-approvazzjoni għal “ISOFIX għal vettura speċifika”. Din id-dokumentazzjoni għandha tindika:

(a)

L-erja disponibbli madwar is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal meta din tkun stallata f'pożizzjoni bil-qiegħda. B'mod partikolari għandha tinkludi partijiet li jafu jinterferixxu mas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal f'każ ta' impatt;

(b)

Il-partijiet kollha rilevanti tal-vettura li jistgħu jinfluwenzaw il-moviment (rotazzjonali) tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal f'impatt, minħabba s-saħħa jew l-ebusija tagħhom.

3.2.4.

Kampjuni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal mitluba mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test;

3.2.5.

Ċinga twila 10 metri ta’ kull kategorija użata fis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal; u

3.2.6.

Struzzjonijiet u dettalji tal-ippakkjar skont il-paragrafu 14 ta' dan ir-Regolament.

3.2.7.

F’każ ta’ applikazzjoni għal “ISOFIX għal vettura speċifika” meta t-testijiet isiru f’qafas ta’ bodì ta’ vettura, għandhom ikunu disponibbli l-bodì tal-vettura, inkluż is-sits għall-adulti u l-partijiet rilevanti tal-ambjent tal-karozza.

3.3.

L-Anness 20 jelenka d-dokumenti minimi meħtieġa biex jakkumpanjaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni kif indikat fil-paragrafu 3.2. ta’ hawn fuq u li huma meħtieġa x'imkien ieħor f’dan ir-Regolament.

3.4.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ta’ Parti Kontraenti għandha tivverifika, qabel ma tagħti l-approvazzjoni tat-tip, l-eżistenza ta’ arranġamenti u ta’ proċeduri sodisfaċenti sabiex jiġi żgurat kontroll effettiv ħalli s-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal, l-apparat jew il-partijiet tagħhom, meta jiġu prodotti, ikunu konformi mat-tip approvat.

4.   IMMARKAR

4.1.   Il-kampjuni tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal imressqa għall-approvazzjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.4. u 3.2.5 ta' hawn fuq għandhom jiġu mmarkati b'mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem, l-inizjali jew il-marka kummerċjali tal-manifattur.

4.2.   Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal, ħlief iċ-ċinga (i) jew iċ-ċinga integrali, għandha tiġi mmarkata b’mod ċar u li ma jitħassarx bis-sena tal-produzzjoni.

4.3.   L-orjentazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal b’mod relattiv għall-vettura għandha tkun indikata b’mod ċar fuq il-prodott.

L-immarkar iddefinit f’dan il-paragrafu għandu jkun viżibbli mas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal fil-vettura, meta t-tifel jew tifla tkun fis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal.

4.4.   Fuq il-wiċċ viżibbli ta' ġewwa (inkluż il-parti tal-ġenb biswit ir-ras tat-tifel/tifla) fl-erja fejn bejn wieħed u ieħor tistrieħ ras it-tifel/tifla fis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal, it-trażżin li jħares lura għandu jkollu t-tikketta li ġejja mwaħħla b'mod permanenti (it-tagħrif li jintwera huwa wieħed minimu).

Id-daqs minimu tat-tikketta: 60 × 120 mm.

It-tikketta għandha tiġi meħjuta mal-kisi madwar il-perimetru kollu tiegħu u/jew titwaħħal b’mod permanenti mal-kisi fuq il-wiċċ kollu ta’ wara. Kwalunkwe forma oħra ta’ twaħħil li tkun permanenti u li ma hemmx ċans li titneħħa minn fuq il-prodott jew li tiġi oskurata hija aċċettabbli. Tikketti jperpru huma pprojbiti b’mod speċifiku.

Jekk sezzjonijiet mit-trażżin jew kwalunkwe aċċessorju fornut mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal jistgħu joskuraw it-tikketta, tkun meħtieġa tikketta addizzjonali. Tikketta ta’ twissija waħda għandha tkun viżibbli b’mod permanenti fis-sitwazzjonijiet kollha meta t-trażżin jitħejja għall-użu fi kwalunkwe konfigurazzjoni.

Image

4.5.   Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li jistgħu jintużaw b'mod li jkunu jħarsu 'l quddiem, għandu jkollhom it-tikketta li ġejja mwaħħla b’mod permanenti u viżibbli mill-persuna li tistalla t-trażżin tat-tfal fil-vettura:

 

Il-manifattur għandu jitħalla jinkludi l-kelma "months" (jew "xhur") biex jispjega s-simbolu "M" fuq it-tikketta. Il-kelma “months/xhur” għandha tkun b’lingwa mitkellma fil-pajjiż jew pajjiżi fejn jinbiegħ il-prodott. Aktar minn lingwa waħda hija permessa.

 

Daqs minimu tat-tikketta 40 × 40 mm

Image

4.6.   L-immarkar tal-i-Size

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun viżibbli b’mod permanenti għal min ikun qed jistalla Sistema tat-Trażżin tat-Tfal f’vettura:

4.6.1.

Il-logo tal-i-size. Is-simbolu muri hawn taħt għandu jkollu dimensjoni minima ta’ 25 × 25 mm u bil-pittogramma tikkuntrasta mal-isfond. Il-pittogramma għandha tkun viżibbli b'mod ċar jew permezz ta' kuluri kuntrastanti jew permezz ta' riljiev adegwat jekk tkun immudellata jew ibbuzzata 'l barra;

Image

4.6.2.

Il-firxa tal-qisien ta’ ġewwa tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal f'ċentimetri;

4.6.3.

Il-massa tal-okkupant massima permessa għas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal f’kilogrammi.

4.7.   L-immarkar "ISOFIX għal vettura speċifika"

Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal "ISOFIX għal vettura speċifika" għandu jkollha tikketta, imwaħħal b’mod permanenti viżibbli mill-persuna li tistalla s-sistema tat-trażżin tat-tfal fil-karozza, li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

"SPECIFIC VEHICLE ISOFIX" Image

4.8.   Marki addizzjonali

L-informazzjoni li ġejja tista’ titwassal permezz ta’ pittogrammi u/jew kitba. L-immarkar għandu jindika:

(a)

Il-passi rilevanti essenzjali meħtieġa sabiex is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal tkun lesta għall-istallazzjoni. Pereżempju, għandu jiġi spjegat il-metodu ta’ kif għandu/għandhom jiġi/jiġu estiż(i) il-punt(i) tal-ankraġġ tal-ISOFIX;

(b)

għandhom jiġu spjegati l-pożizzjoni, il-funzjoni, u l-interpretazzjoni ta’ kwalunkwe indikatur;

(c)

Il-pożizzjoni u, jekk ikun meħtieġ, ir-rotta tal-irbit ta’ fuq, jew ta’ mezzi oħra li jillimitaw ir-rotazzjoni tas-sit li jkunu jeħtieġu azzjoni mill-utent, għandhom jiġu indikati bl-użu ta’ wieħed mis-simboli li ġejjin, skont kif ikun xieraq;

Image

(d)

għandu jiġi indikat l-aġġustament tal-imqafel u tal-irbit ta' fuq ISOFIX, jew mezzi oħra li jillimitaw ir-rotazzjoni tas-sit, li jkunu jeħtieġu azzjoni mill-utent;

(e)

L-immarkar għandu jkun imwaħħal b’mod permanenti u jkun viżibbli għal utent li jistalla s-Sistema ta' Trażżin tat-Tfal;

(f)

Fejn ikun hemm bżonn, għandha ssir referenza meħtieġa għall-istruzzjonijiet tal-utent tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal u għall-post ta’ dak id-dokument billi jintuża s-simbolu ta’ hawn taħt.

Image

5.   APPROVAZZJONI

5.1.

Kull kampjun imressaq b'konformità mal-paragrafi 3.2.4. u 3.2.5. ta' hawn fuq għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6. sa 7. ta' dan ir-Regolament f'kull aspett qabel ma tkun tista' tingħata l-approvazzjoni.

5.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri ta’ dan (fil-preżent 00 li jikkorrispondi għas-serje 00 ta’ emendi li daħlu fis-seħħ fid-9 ta' Lulju 2013) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkludu l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar reċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal kopert minn dan ir-Regolament.

Tip ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal approvat skont dan ir-Regolament ma għandux ikollu marka tal-approvazzjoni oħra skont ir-Regolament Nru 44 (Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal).

5.3.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

5.4.

Barra mill-marki provduti fil-paragrafu 4. ta' hawn fuq, id-dettalji li ġejjin għandhom jitwaħħlu fi spazju xieraq ma’ kull Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament:

5.4.1.

Marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

5.4.1.1.

Ċirku madwar l-ittra "E" segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (1);

5.4.1.2.

Numru tal-approvazzjoni, il-kelmiet "Regulation No." segwiti min-numru ta' dan ir-Regolament, slash u s-serje ta' emendi ("Regulation No. XXX/XX");

5.4.2.

Is-simboli addizzjonali li ġejjin:

5.4.2.1.

Il-kelmiet “i-Size universal ISOFIX” jew “specific vehicle ISOFIX” skont il-kategorija ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal;

5.4.2.2.

Il-firxa ta' daqsijiet li għalihom tkun tfasslet is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal;

5.4.2.3.

Is-simbolu "S" fil-każ ta' "Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali".

5.5.

L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni.

5.6.

Id-dettalji li jissemmew fil-paragrafu 5.4. ta' hawn fuq għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar u jkunu miktuba b'mod li ma jistax jitħassar, u jistgħu jitwaħħlu jew permezz ta' tikketta jew billi jiġu mmarkati direttament. It-tikketta jew l-immarkar għandu jkun reżistenti għall-użu.

5.7.

It-tabelli li jissemmew fil-paragrafu 5.6. ta' hawn fuq jistgħu jinħarġu jew mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni jew, suġġett għall-awtorizzazzjoni ta' dik l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, mill-manifattur.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.   Il-pożizzjonament u t-twaħħil fuq il-vettura

6.1.1.   Is-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal tal-kategorija i-Size huma għall-użu f’pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, meta s-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal jitwaħħlu b’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura.

Is-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal fil-kategorija ta' "ISOFIX għal vettura speċifika" huma permessi fil-pożizzjonijiet kollha tal-ISOFIX u wkoll fl-erja tal-bagalji jekk it-trażżin jitwaħħal skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

6.1.2.   Skont il-kategorija li tappartjeni għaliha, ara t-Tabella 1, is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandha titwaħħal mal-istruttura tal-vettura jew mal-istruttura tas-sit tal-vettura

6.1.2.1.

Għall-kategorija i-Size, dan għandu jsir permezz ta' żewġ punti ta' ankraġġ ISOFIX biż-żjieda ta' apparat antirotazzjoni kemm għas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li jħarsu 'l quddiem kif ukoll għal dawk li jħarsu lura;

6.1.2.2.

Għall-kategorija "ISOFIX għal Vettura Speċifika": dan għandu jsir permezz ta' punti ta' ankraġġ tal-ISOFIX imfassla mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal, marbuta mas-sistema tal-ankraġġ ISOFIX kif imfassla mill-manifattur tal-vettura.

Tabella 1

Il-konfigurazzjonijiet possibbli għall-approvazzjoni tat-tip

 

Orjentazzjoni

Kategorija

 

 

CRS i-Size

CRS ISOFIX għal Vettura Speċifika Integrali

INTEGRALI

Li tħares lejn il-ġenb (kerrikot)

MA

A

Li tħares lura

A

A

Li tħares 'il quddiem (integrali)

A

A

Fejn:

CRS: Sistema tat-Trażżin tat-Tfal

A: Applikabbli

MA: Mhux applikabbli

6.1.3.   Għal tfal taħt l-età ta’ 15-il xahar għandha tintuża biss Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li tħares lejn il-ġenb jew li tħares lura.

Dan ifisser li:

(a)

Sistema tat-Trażżin tat-Tfal maħsuba għal tfal sa 15-il xahar ta’ età għandha tkun tħares lura u takkomoda mill-inqas tifel jew tifla bi statura ta’ 83 cm;

(b)

Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li tħares 'il quddiem ma għandhiex titfassal biex takkomoda statura ta' anqas minn 71 cm;

(c)

Sit konvertibbli fil-konfigurazzjoni tiegħu li jħares lura għandu jkun jista' jakkomoda tifel jew tifla ta' statura sa 83 cm. Dan ma jipprekludix tifel jew tifla bi statura ta' aktar minn 83 cm.

L-użu ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li tħares lura jista’ jiġi applikat għal kwalunkwe età tat-tfal.

6.2.   Konfigurazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal

6.2.1.   Il-konfigurazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandha tkun b’tali mod li:

6.2.1.1.

It-trażżin tat-tfal għandu jagħti l-protezzjoni meħtieġa fi kwalunkwe pożizzjoni speċifikata għas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal;

Għat-"Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali" il-mezz primarju ta' trażżin għandu jagħti l-protezzjoni meħtieġa fi kwalunkwe pożizzjoni maħsuba tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal mingħajr ma jintuża t-tagħmir għat-trażżin addizzjonali li jista' jkun preżenti.

6.2.1.2.

Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandha tkun tali li t-tifel/tifla tista’ tiġi faċilment u minnufih imrażżna jew imneħħija. Fil-każ ta' Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li fiha t-tfal huma mrażżna permezz ta' ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq jew ta' ċinturin f'forma ta' Y mingħajr apparat li jiġbed lura, kull trażżin ta' fuq l-ispalla u kull ċinga ta' fuq il-ħoġor għandha tkun tista' tiċċaqlaq b'mod relattiv għal xulxin matul il-proċedura deskritta fil-paragrafu 6.7.1.4. ta' hawn taħt; f'dawn il-każijiet l-assemblaġġ taċ-ċinturin tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal jista' jitfassal b'żewġ partijiet konnettivi jew aktar.

Għat-"Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali" huwa magħruf li t-tagħmir addizzjonali tat-trażżin jirrestrinġi l-ħeffa li biha t-tfal jistgħu jitrażżnu u jitneħħew. Madankollu, it-tagħmir addizzjonali għandu jkun iddisinjat biex jinfetaħ malajr kemm jista’ jkun.

6.2.1.3.

Jekk ikun possibbli li tinbidel l-inklinazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal, din il-bidla fl-inklinazzjoni ma għandhiex teħtieġ aġġustament mill-ġdid manwali ta' kwalunkwe parti tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal. Hija meħtieġa azzjoni manwali apposta biex titbiddel l-inklinazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal.

6.2.1.4.

Għall-prevenzjoni ta’ inżul żejjed 'l isfel, jew minħabba impatt jew minħabba irrekwitezza, għandha tkun meħtieġa ċinga li tgħaddi minn bejn il-koxox mat-trażżin kollu li jħares ’il quddiem li jinkorpora sistema ta’ ċinturini integrali li jikkontrollaw iċ-ċaqliq.

6.2.1.5.

It-tagħmir kollu għat-trażżin li jutilizza "ċinga fuq il-ħoġor" għandu jiggwida b'mod pożittiv iċ-"ċinga fuq il-ħoġor" biex jiġi żgurat li t-tagħbijiet trażmessi miċ-"ċinga fuq il-ħoġor" jiġu trażmessi mill-pelvi. Il-montatura ma għandhiex tissoġġetta lill-partijiet dgħajfa tal-ġisem tat-tfal (l-addome, il-parti ta’ bejn il-koxox, eċċ.) għal forzi eċċessivi. Id-disinn għandu jkun b’tali mod li, fil-każ ta’ kolliżjoni, it-tagħbijiet tal-kompressjoni ma għandhomx jiġu imposti fuq il-qurriegħa tal-irjus tat-tfal;

6.2.1.6.

Iċ-ċineg kollha tat-trażżin għandhom jitpoġġew b’tali mod li ma’ jdejqux lil min jilbishom waqt l-użu normali jew li ma jiħdux konfigurazzjoni perikoluża. Id-distanza bejn iċ-ċineg għall-ispalla li jinstabu viċin tal-għonq għandha tkun tal-inqas daqs il-wisa’ tal-għonq tal-manikin xieraq.

6.2.1.7.

Biċ-ċinga ta' bejn il-koxox mehmuża u fl-aktar pożizzjoni twila tagħha jekk tkun aġġustabbli, ma għandux ikun possibbli li wieħed jaġġusta ċ-ċinga ta' fuq il-ħoġor b'mod li din tkun imqiegħda 'il fuq mill-pelvi kemm tal-iċken kif ukoll tal-akbar manikin fil-gruppi tal-massa koperti mill-approvazzjoni. Għat-trażżin kollu li jħares 'il quddiem ma għandux ikun possibblili wieħed jaġġusta iċ-ċinga tal' fuq il-ħoġor b'mod li din titqiegħed 'il fuq mill-pelvi kemm għall-iċken kif ukoll għall-akbar manikin fi ħdan il-gruppi ta' massa koperti mill-approvazzjoni.

6.2.1.8.

Matul it-test dinamiku, kif preskritt fil-paragrafu 7.1.3., iċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor ma għandux jgħaddi kompletament 'il hinn mill-istruttura pelvika atl-manikin matul il-perjodu ta' qabel l-isporġiment massimu orizzontali tar-ras. Għandha ssir valutazzjoni bl-użu ta' filmati b'veloċità qawwija.

6.2.2.   Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandha tkun ddisinjata u stallata b’mod li:

6.2.2.1.

Ma turix trufijiet jew partijiet li jisporġu 'l barra li jaqtgħu li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-kisi tas-sits tal-vettura jew lill-ħwejjeġ ta' min jokkupahom;

6.2.2.2.

Tiżgura li l-partijiet riġidi tiegħu, f'kull punt fejn huma f’kuntatt maċ-ċineg, ma jurux trufijiet li jaqtgħu li jistgħu jisolħu ċ-ċineg.

6.2.3.   Ma għandux ikun possibbli li wieħed ineħħi jew jaqla’ mingħajr l-użu ta’ għodod speċifiċi, kwalunkwe komponenti mhux maħsuba biex jinqalgħu jew jitneħħew. Kwalunkwe komponenti li jkunu maħsuba biex jinqalgħu minn posthom għall-għan ta' manutenzjoni jew aġġustament għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkun evitat kull riskju ta’ mmuntar u użu mhux korrett, peress li l-proċessi tal-immuntar u l-iżmuntar għandhom jiġu spjegati fid-dettall fil-gwidi għall-utenti dwar it-trażżin. Kwalunkwe ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq għandu jkun kapaċi jadatta għall-firxa sħiħa ta’ aġġustament mingħajr żarmar.

6.2.4.   “It-Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” jista’ jkollu tagħmir addizzjonali għat-trażżin; dawn għandhom jiġu ddisinjati biex jevitaw kwalunkwe riskju ta’ armar mhux korrett u għandhom jiġu ddisinjati b'mod li l-mezz biex dawn jinħallu u l-mod li bih jitħaddmu jkunu immedjatament ovvji għal xi ħadd li qed iwettaq salvataġġ f’emerġenza.

6.2.5.   Sistema tat-Trażżin tat-Tfal tista’ tkun iddisinjata biex tintuża fi kwalunkwe medda ta’ qisien speċifikata mill-manifattur sakemm tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

6.2.6.   Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li jinkludu elementi li jintefħu għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li l-kundizzjonijiet għall-użu (pressjoni, temperatura, umdità) ma jkollhom l-ebda effett fuq il-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

6.3.   Speċifikazzjonijiet tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal

6.3.1   Materjal

6.3.1.1.   Il-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal irid jiddikjara bil-miktub li t-tossiċità tal-materjali użati fil-manifattura tas-sistemi għat-trażżin u li huma aċċessibbli għat-tfal imrażżna hija konformi mal-partijiet rilevanti tal-parti ta' EN 71-3:1994/A1:2000/AC. Parti 3. It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu fid-diskrezzjoni tal-awtorità tat-test.

6.3.1.2.   Il-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandu jiddikjara bil-miktub li l-fjammabilità tal-materjali użati fil-manifattura tas-sistema tat-trażżin hija konformi mal-paragrafi rilevanti ta' EN 71-2:2011, il-Parti 3. It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu fid-diskrezzjoni tal-awtorità tat-test.

6.3.2.   Il-karatteristiċi ġenerali

6.3.2.1.   Il-karatteristiċi ġeometriċi interni

Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li d-dimensjonijet interni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 4. Għal kull qies fi ħdan il-firxa tal-qisien iddikjarata mill-manifattur id-dimensjonijiet minimi għall-wisa' tal-ispalla, il-wisa’ tal-ġenbejn u l-għoli meta bilqiegħda għandhom jiġu ssodisfati flimkien mad-dimensjonijiet minimi u massimi tal-għoli tal-ispallejn.

6.3.2.2.   Dimensjoni esterna

Id-dimensjonijiet massimi għall-wisa’, l-għoli u l-profondità tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal u l-postijiet tas-sistema tal-ankraġġi ISOFIX li magħhom jitwaħħlu l-punti ta' ankraġġ tagħhom, għandhom jiġu definiti permezz tal-Fissaġġ tas-Sit tal-Vettura (VSF) kif ġie deskritt fil-paragrafu 2.17. ta’ dan ir-Regolament.

(a)

Is-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal i-Size li jħarsu 'l quddiem għandhom ikunu adatti biex jitwaħħluf'firxa ta' qisien tal-ISO/F2x għal tifel jew tifla li bdiet timxi ta' tul imnaqqas tat-tip ta' CRS li tħares 'il quddiem (tul ta' 650 mm) ISOFIX KLASSI TA' DAQS B1;

(b)

Is-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal i-Size li jħarsu lura għandhom ikunu adatti biex jtwaħħlu f'firxa ta' qisien tal-ISO/R2 għal tifel jew tifla li bdiet timxi ta' tul imnaqqas tat-tip CRS li tħares lura ISOFIX KLASSI TA' DAQS D;

(c)

Sistemi ta' Trażżin tat-Tfal "ISOFIX għal vettura speċifika" jistgħu jiffittjaw fi kwalunkwe firxa ta' qisien tal-ISO.

6.3.2.3.   Massa

Il-massa tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX integrali (bis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal i-Size inkluża) flimkien mal-massa tal-akbar tifel/tifla maħsuba biex jużaw is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ma għandhiex teċċedi t-33 kg. Dan il-limitu ta’ massa huwa applikabbli wkoll għas-Sistemi ta' Trażżin tat-Tfal “ISOFIX għal vettura speċifika”.

6.3.3.   Il-punti tal-ankraġġ tal-ISOFIX

6.3.3.1.   It-tip

Il-punti ta' ankraġġ tal-ISOFIX jistgħu jkunu skont l-eżempji murija fil-Figura 0 (a), jew skont disinji xierqa oħra li jkunu parti minn mekkaniżmu riġidu li jista’ jiġi aġġustat, li n-natura tagħhom tiġi ddeterminata mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX.

Figura 0 (a)

Tifsira

1

Punt ta' ankraġġ ta' Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX — eżempju 1

2

Punt ta' ankraġġ ta' Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX — eżempju 2

Image

6.3.3.2.   Dimensjonijiet

Id-dimensjonijiet tal-parti tal-punt ta' ankraġġ tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX li tiddaħħal fis-sistema ta’ ankraġġ ISOFIX ma għandhomx jeċċedu d-dimensjonijiet massimi fil-firxa mogħtija fil-Figura 0(b).

Figura 0 (b)

Image

6.3.3.3.   L-indikazzjoni tal-qfil parzjali

Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX għandha tinkorpora mezzi li permezz tagħhom ikun hemm indikazzjoni ċara li ż-żewġ punti ta' ankraġġ ISOFIX inqaflu kompletament mal-ankraġġi ISOFIX baxxi li jikkorrispondu magħhom. Il-mezzi ta’ indikazzjoni jistgħu jinstemgħu, jintmessu jew jidhru jew kombinazzjoni ta’ tnejn minn dawn jew aktar. F’każ ta’ indikazzjoni li tidher, din tista’ tkun osservata taħt il-kundizzjonijiet normali kollha tad-dawl.

6.3.4.   L-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX

6.3.4.1.   Il-kollegatur tal-irbit ta’ fuq

Il-kollegatur tal-irbit ta’ fuq għandu jkun ganċ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kif qed jintwera fil-figura 0 (c), jew apparat simili li joqgħod fil-firxa mogħtija mill-figura 0 (c).

6.3.4.2.   Il-karatteristiċi taċ-ċineg tal-irbit ta’ fuq ISOFIX

Iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandha tkun appoġġjata minn strixxi (jew l-ekwivalenti tagħhom), li jkunu jistgħu jiġu aġġustati u jkunu jistgħu jnaqqsu t-tensjoni.

6.3.4.2.1.   Il-karatteristiċi taċ-ċineg tal-irbit ta’ fuq ISOFIX

It-tul taċ-ċinga tal-irbit ta' fuq tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX għandu jkun ta' mill-inqas 2,000 mm.

6.3.4.2.2.   L-indikatur ta’ nuqqas ta’ partijiet merħija

Iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX jew is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX għandha tkun mgħammra b’apparat li jindika li tneħħiet kull parti merħija miċ-ċinga. L-apparat jista’ jkun parti minn tagħmir ta’ aġġustament u li jnaqqas it-tensjoni.

6.3.4.2.3.   Dimensjonijiet

Id-dimensjonijiet tad-dħul għall-ganċijiet tal-irbit ta’ fuq ISOFIX qed jintwerew fil-figura 0 (c).

Figura 0 (c)

Id-dimensjonijiet tal-kollegatur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX (tip ta’ ganċ)

Image

Test ta 'immaġni

6.3.5.   Ir-rekwiżiti tas-sieq ta' appoġġ u qiegħ is-sieq ta' appoġġ tas-Sistema ta’ Trażżin tat-Tfal i-Size

Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal i-Size mgħammra b’saqajn ta' appoġġ għandhom jikkonformaw fil-pożizzjonijiet kollha tal-użu (eż. fil-każ ta’ punt ta' ankraġġ b'tul aġġustabbli, eċċ. l-iqsar u l-itwal pożizzjoni) mad-dispożizzjonijiet ġeometriċi definiti f’dan il-paragrafu u s-sottoparagrafi tiegħu.

Il-konformità mal-ħtiġijiet speċifikati fil-paragrafi 6.3.5.1. u 6.3.5.2. ta' hawn taħt jistgħu jiġu vverifikati permezz ta' simulazzjoni fiżika jew bil-kompjuter.

Ir-rekwiżiti ġeometriċi fil-paragrafi 6.3.5.1. sa 6.3.5.4. ta' hawn taħt huma referenzati għal sistema ta’ koordinati, li l-oriġini tagħhom jinsab fiċ-ċentru ta' bejn żewġ punti ta' ankraġġ ISOFIX u fuq il-linja taċ-ċentru tas-sistema ta’ ankraġġ ISOFIX korrispondenti.

L-orjentazzjoni tal-assi tas-sistema tal-koordinati hija referenzata għall-fissaġġ(i) tat-trażżin tat-tfal:

(a)

L-assi X' għandu jkun parallel mal-wiċċ ta' taħt tal-Fissaġġ tat-Trażżin tat-Tfal (CRF) (2) u fil-pjan lonġitudinali medju tas-CRF;

(b)

L-assi Y' għandu jkun perpendikulari mal-pjan lonġitudinali medjan;

(c)

L-assi Z' għandu jkun perpendikulari mal-wiċċ ta' taħt tas-CRF.

Biex jitwettqu r-rekwiżiti ta’ din it-taqsima, is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandha tiġi stallata skont il-manwal tal-utent tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal. Il-pożizzjoni tal-ħażna tas-sieq ta' appoġġ hija eskluża minn dawn ir-rekwiżiti.

Image

6.3.5.1.   Kriterji ġeometriċi tas-sieq ta' appoġġ u qiegħ is-sieq ta' appoġġ

Is-sieq ta' appoġġ, inklużi partijiet minnha li jitwaħħlu mas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal u qiegħ is-sieq ta' appoġġ għandhom ikunu kompletament fi ħdan il-volum tal-valutazzjoni tad-dimensjoni (ara wkoll l-Figuri 1 u 2 tal-Anness 19 ta’ dan ir-Regolament), li huwa definit kif ġej:

(a)

Fil-wisa' b'żewġ pjani paralleli mal-pjan X'-Z' separati b'200 mm, u ċċentrati madwar l-oriġini; u

(b)

Fit-tul b'żewġ pjani paralleli mal-pjan Z'-Y' u pożizzjonati f'distanzi ta' 585 mm u 695 mm 'il quddiem mill-oriġini matul l-assi X; u

(c)

Fl-għoli b’pjan parallel mal-pjan X'-Y', pożizzjonat f’distanza ta’ 70 mm 'il fuq mill-oriġini u perpendikulari għall-pjan X'-Y'. Il-partijiet riġidi mhux aġġustabbli ma għandhomx jisporġu 'l barra mill-pjan parallel mal-pjan X'-Y', pożizzjonat f'distanza ta' 285 mm taħt l-oriġini u perpendikolari mal-pjan X'-Y'.

6.3.5.2.   Rekwiżiti għall-aġġustabbiltà ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ

Is-sieq ta' appoġġ għandha tkun aġġustata sabiex tiżgura li qiegħ is-sieq ta' appoġġ ikun jista' jiġi aġġustat tul il-firxa tal-għoli tal-volum ta' valutazzjoni tas-sieq ta' appoġġ kif speċifikat hawn taħt (ara wkoll il-Figuri 3 u 4 tal-Anness 19 ta' dan ir-Regolament). Fejn aġġustament inkrimentali huwa pprovdut, id-distanza bejn żewġ pożizzjonijiet msakkra ma għandhiex taqbeż l-20 mm.

Il-volum ta' valutazzjoni ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ huwa ddefinit kif ġej:

(a)

Fil-wisa' b'żewġ pjani paralleli mal-pjan X'-Z' separati b'200 mm, u ċċentrati madwar l-oriġini; u

(b)

Fit-tul b'żewġ pjani paralleli mal-pjan Z'-Y' u pożizzjonati f'distanzi ta' 585 mm u 695 mm 'il quddiem mill-oriġini matul l-assi X'; u

(c)

Fl-għoli b'żewġ pjani paralleli mal-pjan X'-Y' u pożizzjonati f'distanzi ta' 285 mm u 540 mm 'l isfel mill-oriġini matul l-assi X'.

Għandu jkun permissibbli li s-sieq ta' appoġġ tkun aġġustabbli lil hinn mill-limiti tal-għoli fid-direzzjoni Z' (kif indikat fl-ispjega 6 tal-figura 3 tal-Anness 19), sakemm l-ebda parti ma tisporġi lil hinn mill-pjani limitanti fid-direzzjonijiet X' u Y'.

6.3.5.3.   Id-dimensjonijiet ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ

Id-dimensjonijiet ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ għandhom jissodisfaw r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-wiċċ ta' kuntatt mininu tas-sieq ta' appoġġ għandu jkun ta' 2 500 mm2, imkejjel bħala wiċċ proġettat 10 mm 'il fuq mix-xifer ta' taħt ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ (ara l-Figura 0(d));

(b)

Id-dimensjonijiet minimi ta’ barra għandhom ikunu ta’ 30 mm fid-direzzjonijiet X' u Y', b’dimensjonijiet massimi li jiġu limitati bil-volum ta' valutazzjoni ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ;

(c)

Ir-raġġ minimu tal-ixfra ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ għandu jkun ta' 3.2 mm.

Figura 0(d)

Image

6.3.5.4.   Il-ġiger ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ

Għandu jintuża ġiger biex jivverifika li qiegħ is-sieq ta' appoġġ jissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-paragrafu 6.3.5.2. ta' hawn fuq (ara il-Figura 0(e)). Bħala alternattiva, simulazzjoni bil-kompjuter għandha wkoll titqies sodisfaċenti.

Il-ġiger huwa definit bħala CRF ISOFIX korrispondenti mal-klassi tal-qies tat-trażżin tat-tfal. Il-ġiger jitwessa’ b’żewġ b'ankraġġi baxxi ISOFIX ta' dijametru ta' 6 mm. Il-kaxxa bl-istrixxi ppożizzjonata quddiem il-ġiger tiġi ppożizzjonata u mkejla skont il-paragrafu 6.3.5.2. ta' hawn fuq. Is-CRS għandu jkollu l-punti ta' ankraġġ tiegħu mqabbdin meta titwettaq il-valutazzjoni.

Figura 0(e)

Image

Test ta 'immaġni

6.4.   Il-kontroll tal-immarkar

6.4.1.   Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-immarkar ikun konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 4 ta' dan ir-Regolament.

6.5.   Il-Kontroll tal-Istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni u l-istruzzjonijiet tal-użu

6.5.1.   Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni u l-istruzzjonijiet gћall-użu jkunu konformi mal-paragrafu 14 ta' dan ir-Regolament.

6.6.   Dispożizzjonijiet applikabbli għas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal armata

6.6.1.   Ir-reżistenza għall-korrużjoni

6.6.1.1.   Sistema tat-Trażżin tat-Tfal kompluta, jew li l-partijiet tagħha huma suxxettibbli għall-korrużjoni, għandha tiġi soġġetta għat-test tal-korrużjoni speċifikat fil-paragrafu 7.1.1. ta' hawn taħt.

6.6.1.2.   Wara t-test tal-korrużjoni kif provdut fil-paragrafi 7.1.1.1. u 7.1.1.2., ma għandu jkun viżibbli f'għajnejn osservatur kwalifikat l-ebda sinjal ta’ deterjorament li probabbli jtellef il-funzjonament tajjeb tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal u l-ebda korrużjoni sinifikanti.

6.6.2.   L-assorbiment tal-enerġija

6.6.2.1.   Għat-tagħmir kollu b’partijiet fejn isserraħ id-dahar, iż-żoni definiti fl-Anness 14 ta' dan ir-Regolament, meta jiġu ttestjati skont l-Anness 13, għandhom jippermettu aċċelerazzjoni massima ta’ inqas minn 60 g. Dan ir-rekwiżit japplika anki għall-erjas tal-ilqugħ mill-impatt li qegħdin fl-erja fejn tista’ tintlaqat ir-ras.

6.6.2.2.   Fil-każ ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal b’apparat ta’ appoġġ gћar-ras aġġustabbli u permanenti li jitwaћћal b’mod mekkaniku, fejn l-gћoli taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti jew tat-tagħmir li jikkontrolla ċ-ċaqliq tat-tfal ikun ikkontrollat direttament mill-appoġġ gћar-ras aġġustabbli, mhuwiex meћtieġ li jintalab li jkun hemm assorbiment tal-enerġija fiż-żoni kif iddefinit fl-Anness 18, fejn ir-ras tal-manikin ma tagħmilx kuntatt magћhom, jiġifieri wara l-appoġġ gћar-ras.

6.6.3.   Qlib ta’ taħt fuq

6.6.3.1.   Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandha tiġi ttestjata kif provdut fil-paragrafu 7.1.2.; il-manikin fl-ebda punt matul it-test kollu ma għandu jintrema 'l barra kompletament mit-tagħmir. Barra minn hekk, meta s-sit tat-test ikun fil-pożizzjoni ta’ taħt fuq, ir-ras tal-manikin m’għandhiex tiċċaqlaq b’aktar minn 300 mm mill-pożizzjoni oriġinali tagħha f’direzzjoni vertikali relattiva għas-sit tat-test.

6.6.4.   Test dinamiku

6.6.4.1.   Ġenerali: is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandha tkun soġġetta għal testijiet dinamiċi, skont it-Tabella 2, b’konformità mal-paragrafu 7.1.3. ta' hawn taħt:

Tabella 2

L-applikazzjoni ta’ kriterji differenti li jiddependu mill-mod kif jintrama t-test

Impatt frontali

Impatt minn wara

Impatt laterali

Test fuq it-troli+ sit standard

Test f'bodì ta' karozza

Test fuq it-troli+ sit standard

Test f'bodì ta' karozza

Test fuq it-troli+ sit standard

’il quddiem iħares lejn

Iħares lura u lejn il-ġenb

Iħares 'il quddiem

Iħares lura u lejn il-ġenb

Iħares lura u lejn il-ġenb

Iħares lura u lejn il-ġenb

Iħares 'il quddiem

Iħares lura u lejn il-ġenb

Nota 1:

Sit standard ifisser sit tat-test jew bank tat-test

Nota 2:

Għal sistemi tat-trażżin tat-tfal li jħarsu lejn il-ġenb f'impatt laterali, jekk żewġ pożizzjonijiet huma possibbli, allura r-ras tal-manikin għandha tkun ħdejn il-bieba tal-ġenb.

6.6.4.1.1.   Il-kategoija tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal i-Size għandha tiġi ttestjata fuq it-troli tat-test permezz tas-sit tat-test previst fl-Anness 6, u b’konformità mal-paragrafu 7.1.3.1. ta' hawn taħt.

6.6.4.1.2.   Il-kategorija tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal “ISOFIX għal vettura speċifika” għandha tiġi ttestjata ma' kull mudell tal-vetturi li għalihom hija maħsuba s-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal. Is-Servizz Tekniku responsabbli milli jwettaq it-testijiet jista’ jnaqqas in-numru tal-mudelli ta’ vetturi jekk dawn ma jvarjawx ħafna fl-aspetti elenkati fil-paragrafu 6.6.4.1.2.3. ta' dan ir-Regolament. Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal tista' tiġi ttestjata b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

6.6.4.1.2.1.

Sistema tat-Trażżin tat-Tfal skont il-paragrafu 2.5. u skont il-paragrafu 6.3. ta’ dan ir-Regolament u li toqgħod f'firxa ta' qisien definita fir-Regolament Nru 16, l-Anness 17, Appendiċi 2, fuq it-troli tat-test permezz tal-bank tat-test preskritt fl-Anness 6 u b’konformità mal-paragrafu 7.1.3.1. ta’ dan ir-Regolament jew f’qafas ta’ bodì ta’ vettura b’konformità mal-paragrafu 7.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament.

6.6.4.1.2.2.

Għal Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li mhumiex skont il-paragrafu 2.5. u skont il-paragrafu 6.3. ta’ dan ir-Regolament (pereżempju CRS bla ebda użu ta' tagħmir antirotazzjoni jew bl-użu ta’ ankraġġi addizzjonali) jew li ma jidħlu f'ebda pakkett li ġie ddefinit fir-Regolament Nru 16, Anness 17, Appendiċi 2 fuq it-troli tat-test f’qafas tal-bodì tal-vettura b’konformità mal-paragrafu 7.1.3.2. jew f’vettura kompluta b’konformità mal-paragrafu 7.1.3.3. ta’ dan ir-Regolament.

6.6.4.1.2.3.

L-użu ta' partijiet suffiċjenti tal-qafas tal-bodì tal-vettura li jkunu jirrappreżentaw l-istruttura tal-vettura u l-uċuh tal-impatt. Jekk is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal hija maħsuba biex tintuża fis-sit ta' wara, il-partijiet għandhom jinkludu d-dahar tas-sit ta' quddiem, is-sit ta' wara, il-pjanċa tal-qiegħ, il-kolonni B u C u s-saqaf. Jekk is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal hija maħsuba biex tintuża fis-sit ta’ quddiem, il-partijiet għandhom jinkludu d-daxxbord, il-kolonna A, il-windskrin, kwalunkwe lieva jew pum stallat fil-qiegħ jew fuq panil tal-kontrolli, is-sit ta’ quddiem, il-pjanċa tal-qiegħ u s-saqaf. Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test jista’ jippermetti li jiġu esklużi ċerti oġġetti jekk jinstab li dawn huma żejda. L-ittestjar għandu jsir kif provdut fil-paragrafu 7.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament, għajr għal impatt laterali.

6.6.4.1.3.   It-test dinamiku għandu jitwettaq fuq Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li ma kinux tgħabbew qabel.

6.6.4.1.4.   Jekk Sistema tat-Trażżin tat-Tfal “ISOFIX għal vettura speċifika” tiġi stallata fl-erja ta’ wara l-pożizzjonijiet tas-sits għall-adulti li l-aktar li qegħdin lura u li jħarsu 'l quddiem (per eżempju, l-erja tal-bagalji), għandu jitwettaq test wieħed bl-akbar manikin/manikini, kif tkun tippermetti s-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal fuq vettura kompleta kif provdut fil-paragrafu 7.1.3.3. ta' dan ir-Regolament. It-testijiet l-oħra, inkluż dak tal-konformità tal-produzzjoni, jistgħu jsiru kif provdut fil-paragrafu 7.1.3.2. ta' dan ir-Regolament jekk il-manifattur jixtieq hekk.

6.6.4.1.5.   Fil-każ ta’ “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” kull test dinamiku speċifikat minn dan ir-Regolament għall-firxa ta' daqsijiet speċifikati mill-manifattur għandu jitwettaq darbtejn: l-ewwel billi jintużaw il-mezzi primarji tat-trażżin u wara bit-tagħmir kollu tat-trażżin li jkun qed jintuża. F'dawn it-testijiet, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-kundizzjonijiet meħtieġa fil-paragrafi 6.2.1.5. and 6.2.1.6. ta' dan ir-Regolament.

6.6.4.1.6.   Fil-każ ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li tuża apparat antirotazzjoni, it-test dinamiku għandu jsir kif ġej:

6.6.4.1.6.1.

Bl-apparat antirotazzjoni waqt li qed jintuża, u

6.6.4.1.6.2.

Mingћajr ma jintuża l-apparat antiotazzjoni, sakemm mhux provdut mekkaniżmu li jipprevjeni l-użu ħażin tal-apparat antirotazzjoni.

6.6.4.2.   Matul it-testijiet dinamiċi, l-ebda parti mis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li taffettwa t-trażżin tal-okkupant ma' għandha tinkiser jew tinkiser parzjalment, u l-ebda bokkla, sistema tat-tiskir jew tad-dislokazzjoni ma għandha tirrilaxxa jew tinfetaħ. L-unika eċċezzjoni hija fejn tali partijiet jew sistemi huma identifikati bħala li għandhom il-funzjoni li tillimita tagħbija fid-deskrizzjoni teknika tal-manifattur, kif definit fil-paragrafu 3.2.1. ta’ dan ir-Regolament, u dawn għandhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

6.6.4.2.1.

Jaħdmu kif previsti mill-manifattur.

6.6.4.2.2.

Ma jikkompromettux il-kapaċità tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li tipproteġi lill-okkupant.

6.6.4.3.   Kriterji tal-manikin għal impatt minn quddiem u wara.

6.6.4.3.1.   Kriterji ta’ valutazzjoni ta' ħsara għal impatt minn quddiem u minn wara bħal fit-Tabella 3.

Tabella 3

Kriterju

Taqsira

Unità

Q0

Q1

Q1,5

Q3

Q6

Il-kriterju tal-prestazzjoni tar-ras (biss f'każ ta' kuntatt matul l-ittestjar fil-vettura)

HPC (*) (15)

 

600

600

600

800

800

Aċċellerazzjoni tar-ras ta’ 3 ms

Ras 3 ms

g

75

75

75

80

80

Forza tat-tensjoni fil-parti ta' fuq tal-għonq

Fz

N

Għal għanijiet ta’ sorveljanza biss (**)

Il-moment ta’ flessjoni fil-parti ta’ fuq tal-għonq

My

Nm

Għal għanijiet ta’ sorveljanza biss (***)

Aċċellerazzjoni tas-sider ta’ 3 ms

Sider 3 ms

g

55

55

55

55

55

6.6.4.4.   Spostament tar-ras tal-manikin għal impatt minn quddiem u wara.

6.6.4.4.1.   Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal tal-kategorija i-Size:

6.6.4.4.1.1.   Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li jħarsu 'l quddiem:

Sporġiment tar-ras: L-ebda parti tar-ras tal-manikin ma għandha tisporġi lil hinn mill-pjani BA, DA u DE, kif iddefinit fil-Figura 1 ta’ hawn taħt. Dan gћandu jiġi ġġudikat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf kompletament liema minnhom iseħħ l-ewwel.

6.6.4.4.1.1.1.   Fejn it-test isir skont il-paragrafu 6.6.4.1.6.2. ta' hawn fuq, tolleranza ta’ + 10 fil-mija għandha tkun applikabbli għall-valur ta' distanza tal-isporġiment tar-ras bejn il-punt CR u l-pjan AB

Figura 1

L-arranġament għall-ittestjar ta’ tagħmir li jħares ’il quddiem

Image

6.6.4.4.1.2.   Għas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li jħarsu lura u l-kerrikots:

6.6.4.4.1.2.1.

Sporġiment tar-ras: l-ebda parti tar-ras tal-manikin ma għandha tisporġi lil hinn mill-pjani FD, FG u DE, kif iddefinit fil-Figura 2 ta’ hawn taħt. Dan gћandu jiġi ġġudikat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf kompletament liema minnhom iseħħ l-ewwel.

Fil-każ li jkun hemm kuntatt bejn Sistema tat-Trażżin tat-Tfal bħal din u l-iżbarra b’dijametru ta’ 100 mm u jintlaħqu l-kriterji kollha tal-valutazzjoni tal-korriment u l-ispostament ta' ras il-manikin, għandu jsir test dinamiku ieħor (l-impatt minn quddiem) bl-aktar manikin tqil maħsub għat-tali firxa ta' qisien u mingħajr l-iżbarra b’dijametru ta’ 100 mm; il-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan it-test huma li jintlaħqu l-kriterji kollha l-oħra differenti minn dak tal-ispostament ’il quddiem.

Fejn it-test isir skont il-paragrafu 6.6.4.1.6.2. ta' hawn fuq, it-tieni konfigurazzjoni mingħajr l-iżbarra ta' 100 mm dijametru biss tiġi kkunsidrata.

Figura 2

L-arranġament għall-ittestjar ta' tagħmir li jħares lura, li mhux sostnut mid-daxxbord.

Image

6.6.4.4.2.   Meta Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal tal-kategorija “ISOFIX għal vettura speċifika” jiġu ttestjati f’vettura kompluta jew f’qafas ta’ bodì ta’ vettura, il-kriterji tal-prestazzjoni tar-ras (HPC) u l-aċċellerazzjoni tar-ras ta’ 3 ms għandhom jintużaw bħala kriterji ta’ valutazzjoni. Fejn m’hemm l-ebda kuntatt tar-ras, dawn il-kriterji għandhom jiġu ssodisfati mingħajr kejl, u rreġistrati biss bħala “l-ebda kuntatt tar-ras”. Wara test, bl-użu ta’ vettura sħiħa, għandu jkun possibbli li jitneħħa kompletament il-manikin mis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal mingħajr l-użu ta’ ingranaġġ mekkaniku, jew l-użu ta’ għodda fuq is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal jew tal-istruttura tal-vettura.

6.6.4.4.3   Matul it-testijiet dinamiċi, l-ebda parti mis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li trażżan it-tfal fil-pożizzjoni xierqa ma għandha tfalli. Dan jinkludi bokkli, is-sistemi ta’ tiskir u s-sistemi li jmejlu d-dahar tas-sit, ħlief fejn dan ikun ġie identifikat bħala apparat li jillimita t-tagħbija. Kwalunkwe apparat li jillimita t-tagħbija għandu jiġi identifikat fid-deskrizzjonijiet tekniċi tal-manifatturi kif definit fil-paragrafu 3.2.1. ta’ dan ir-Regolament.

6.6.4.5.   Kriterji tal-manikin għall-impatt laterali tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li jħarsu 'l quddiem u lura.

6.6.4.5.1.   Kriterju tal-valutazzjoni tal-korriment ewlieni — Konteniment tar-ras

Matul il-fażi tat-tagħbija tal-ittestjar tal-impatt laterali, sa 80 ms, il-protezzjoni tal-ġnub għandha dejjem titpoġġa fil-livell taċ-ċentru tal-gravità tar-ras tal-manikin b'mod perpendikulari għad-direzzjoni tal-intrużjoni mill-bieba It-trażżin tar-ras se jiġi vvalutat skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

L-ebda kuntatt tar-ras mal-panil tal-bieba;

(b)

Ir-ras ma taqbiżx il-pjan vertikali identifikat permezz ta’ linja ħamra fuq in-naħa ta' fuq tal-bieba (dehra tal-kamera minn fuq). Dan il-pjan vertikali huwa identifikat b’linja fuq il-bieba milquta kif definit fl-Anness 6, Appendiċi 3, Figura 1.

6.6.4.5.2.   Kriterji ta' valutazzjoni addizzjonali ta' korriment minn impatt laterali

Kriterju

Taqsira

Unità

Q0

Q1

Q1,5

Q3

Q6

Il-kriterju tal-prestazzjoni tar-ras

HPC (15)

 

600

600

600

800

800

L-aċċellerazzjoni tar-ras 3 ms

Ras 3 ms

g

75

75

75

80

80

It-tensjoni fil-parti ta' fuq tal-għonq

Fz

N

Għal għanijiet ta’ sorveljanza biss (****)

Il-moment ta’ flessjoni tal-parti ta’ fuq tal-għonq

Mx

Nm

Għal għanijiet ta’ sorveljanza biss (*****)

6.6.5.   Ir-reżistenza għat-temperatura

6.6.5.1.   Il-montatura tal-bokkla, l-apparat li jiġġebbed lura, l-apparat li jaġġusta u t-tagħmir tal-qfil li hemm probabbiltà li jiġu affetwati mit-temperatura, għandhom jiġu soġġetti għat-test tat-temperatura speċifikat fil-paragrafu 7.2.7. ta' hawn taħt.

6.6.5.2.   Wara t-test tat-temperatura kif provdut fil-paragrafu 7.2.7.1. ta' hawn taħt, ma għandu jkun viżibbli f'għajnejn osservatur kwalifikat l-ebda sinjal ta’ deterjorament, li hemm probabbiltà li se jtellef mill-funzjonament xieraq tat-trażżin tat-tfal. Għandhom imbagħad jiġu mwettqa t-testijiet dinamiċi.

6.7.   Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-komponenti individwali tat-trażżin

6.7.1.   Il-bokkla

6.7.1.1.   Il-bokkla għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tkun prekluża kull possibbiltà ta’ manipulazzjoni mhux korretta. Dan ifisser, fost ħwejjeġ oħra, li ma għandux ikun possibbli li l-bokkla titħalla f’pożizzjoni mhux magħluqa għalkollox; ma għandux ikun possibbli li b’mod involontarju jiġu skambjati partijiet mill-bokkla meta l-bokkla tkun qed tingħalaq; il-bokkla għandha tingħalaq biss meta l-partijiet kollha jkunu mdaħħla f’posthom. Kull fejn il-bokkla hija f'kuntatt mat-tfal, din ma għandhiex tkun idjaq mill-wisa' minima taċ-ċinga kif speċifikat fil-paragrafu 6.7.4.1.1 ta' hawn taħt. Dan il-paragrafu mhux applikabbli għall-montaturi taċ-ċinturini li diġà ġew approvati skont ir-Regolament tal-ECE Nru 16 jew kwalunkwe standard ekwivalenti fis-seħħ. Fil-każ ta' "Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali" hija l-bokkla fuq il-mezz primarju tat-trażżin biss li jeħtieġ li tikkonforma mal-kundizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 6.7.1.2. sa 6.7.1.8. biż-żewġ paragrafi msemmija inklużi.

6.7.1.2.   Il-bokkla, anki meta mhix taħt tensjoni, għandha tibqa’ magħluqa tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħha. Għandha titħaddem u tinqabad bl-idejn b'mod faċli. Għandu jkun possibbli li tinfetaħ billi tkun eżerċitata pressjoni fuq buttuna jew fuq xi tagħmir simili.

Il-wiċċ li fuqu għandha tiġi eżerċitata din il-pressjoni jrid ikollu, fil-pożizzjoni tal-ftuħ attwali u meta jiġi projettat fi pjan perpendikolari gћad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna:

(a)

F'każ ta' tagħmir magħluq, erja ta' mhux inqas minn 4.5 cm2 b'wisa' ta' mhux inqas minn 15-il mm;

(b)

F'każ ta' tagħmir mhux magħluq, erja ta' 2.5 cm2 u wisa' ta' mhux anqas minn 10 mm. Il-wisa' għandha tkun l-iżgħar waħda miż-żewġ dimensjonijiet li jifformaw l-erja preskritta u għandha titkejjel b'mod rettangolari għad-direzzjoni tal-moviment tal-buttuna li jħoll il-bokkla.

6.7.1.3.   L-erja tal-ftuħ tal-bokkla għandha tkun miżbugħa ħamra. Ebda parti oħra tal-bokkla ma għandha jkollha dan il-kulur.

6.7.1.4.   Għandu jkun possibbli li t-tfal jinħallu mit-trażżin billi bokkla waħda titħaddem darba. Huwa permess li jitneħħew it-tfal flimkien ma' tagħmir bħal benniena għat-trabi li tinġarr/kerrikot/trażżin għall-kerrikot jekk is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal tista' tinħall billi jitħaddmu mhux aktar minn żewġ buttuni tar-rilaxx.

6.7.1.4.1.   Pożizzjonatur għaċ-ċinga tal-ispalla

Jekk huwa pprovdut pożizzjonatur għaċ-ċinga tal-ispalla, dan għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jipprevjeni manipulazzjoni mhux korretta. Ma għandux ikun possibbli li l-mezz jintuża b’mod li jikkawża li ċ-ċineg tal-ispalla jinbarmu. Għandu jkun possibbli li t-tagħmir jinqafel b'azzjoni waħda biss. Il-forza meħtieġa biex jinqafel it-tagħmir ma għandhiex taqbeż il-15 N.

6.7.1.4.2.   Il-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla għandu jitħaddem u jinqabad mingħajr problemi. Għandu jkun possibbli li jinfetaħ b'azzjoni sempliċi, iżda għandu jkun diffiċli għat-tifel jew tifla okkupanti li timmanipula l-mekkaniżmu tar-rilaxx. Il-forza meħtieġa biex jinħall it-tagħmir ma għandhiex taqbeż il-15 N.

6.7.1.4.3.   Il-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla ma għandux jaqbeż is-60 mm f'għoli.

6.7.1.5.   Il-ftuħ tal-bokkla għandu jagħti l-opportunità biex it-tifel jew tifla titneħħa b'mod indipendenti mis-"siġġu", mill-"appoġġ tas-siġġu" jew mill-"ilqugħ mill-impatt" jekk imwaħħal, u jekk it-tagħmir jinkludi ċinga li tgħaddi minn bejn il-koxox, din iċ-ċinga għandha tinħall billi titħaddem l-istess bokkla.

6.7.1.6.   Il-bokkla għandha tkun kapaċi tirreżisti għall-kundizzjonijiet meħtieġa tat-tħaddim tat-test tat-temperatura mogħtija fil-paragrafu 7.2.7. ta' hawn taħt u għal tħaddim ripetut, u qabel it-test dinamiku provdut fil-paragrafu 7.1.3. ta' hawn taħt għandha tgħaddi minn test li jinkludi 5 000 ± 5 ċiklu ta' ftuħ u għeluq taħt il-kundizzjonijiet normali għall-użu.

6.7.1.7.   Il-bokkla għandha tiġi suġġetta għat-testijiet tal-ftuħ li ġejjin:

6.7.1.7.1.   It-test meta mgħobbija

6.7.1.7.1.1.   Għal dan it-test għandha tintuża Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li diġà għaddiet mit-test dinamiku provdut fil-paragrafu 7.1.3. ta' hawn taħt.

6.7.1.7.1.2.   Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla fit-test preskritt fil-paragrafu 7.2.1.1. ta' hawn taħt ma għandhiex teċċedi 80 N

6.7.1.7.2.   It-test mingħajr tagħbija

6.7.1.7.2.1.   Għal dan it-test għandha tintuża bokkla li preċedentement ma ġietx suġġetta għal tagħbija. Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-buttuna meta mhix mgħobbija għandha tkun ta' bejn 40–80 N fit-testijiet provduti fil-paragrafu 7.2.1.2. ta' hawn taħt

6.7.1.8.   Saħħa

6.7.1.8.1.   Skont il-paragrafu 7.2.1.3.2. matul it-test l-ebda parti mill-bokkla jew miċ-ċineg ta' ħdejha jew mill-apparat li jaġġusta ma għandhom jinkisru jew jinqalgħu.

6.7.1.8.2.   Skont il-massa iddikjarata mill-manifattur, bokkla li tikkontrolla ċ-ċaqlieq għandha tiflaħ:

6.7.1.8.2.1.

4 kN, jekk il-limitu tal-massa huwa inqas jew ugwali għal 13-il kg;

6.7.1.8.2.2.

10 kN, jekk il-limitu tal-massa huwa akbar minn 13-il kg.

6.7.1.8.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ ma twettaqx it-test tas-saħħa tal-bokkla jekk infomazzjoni li diġà hija disponibbli twassal biex dan it-test jisfa jkun żejjed.

6.7.2.   Apparat ta’ aġġustament

6.7.2.1.   Il-medda tal-aġġustament għandha tkun suffiċjenti biex tippermetti l-aġġustament korrett tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ta' kull piż li t-tagħmir huwa maħsub għalih u biex tippermetti l-istallazzjoni sodisfaċenti fil-vetturi kollha kompatibbli mal-i-Size.

6.7.2.2.   L-apparat kollu għall-aġġustament għandu jkun tat-tip “li jaġġusta malajr”.

6.7.2.3.   It-tagħmir tat-tip "li jaġġusta malajr" għandu jintlaħaq faċilment meta s-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal tkun stallata kif suppost u meta it-tfal jew il-manikin ikunu f'posthom.

6.7.2.4.   Tagħmir tat-tip "li jaġġusta malajr" għandu jkun wieħed li jiġi aġġustat faċilment skont l-istatura fiżika tat-tifel jew tifla. B’mod partikolari, f’test imwettaq skont il-paragrafu 7.2.2.1. ta' hawn taħt, il-forza meħtieġa biex jitħaddem apparat għall-aġġustament manwali ma għandhiex teċċedi 50 N.

6.7.2.5.   Żewġ kampjuni ta' apparat għall-aġġustament tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal għandhom jiġu ttestjati kif provdut mill-kundizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tat-test tat-temperatura mogħtija fil-paragrafu 7.2.7.1. u fil-paragrafu 7.2.3. ta' hawn taħt.

6.7.2.5.1.   L-ilsien taċ-ċinga ma għandux jeċċedi l-25 mm għal apparat għall-aġġustament wieħed jew 40 mm għall-apparat għall-aġġustament kollu.

6.7.2.6.   It-tagħmir m’għandux jinkiser jew jinqala’ meta jiġi ttestjat kif provdut fil-paragrafu 7.2.2.1. ta hawn taħt.

6.7.2.7.   Apparat li jaġġusta armat direttament fuq is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandu jkun kapaċi jirreżisti tħaddim ripetut u qabel it-test dinamiku provdut fil-paragrafu 7.1.3. għandu jgħaddi minn test li jinkludi 5 000 ± 5 ċiklu kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.3.

6.7.3.   Apparat li jiġbed lura

6.7.3.1.   Apparat li jiġbed lura li jissakkar awtomatikament

6.7.3.1.1.   Iċ-ċinga mgħammra b’apparat li jiġbed lura li jissakkar awtomatikament ma għandiex tinħall b’aktar minn 30 mm bejn il-pożizzjonijiet ta’ tiskir tal-apparat li jiġbed lura. Wara moviment lura ta’ min jilbisha, iċ-ċinga għandha jew tibqa’ fil-pożizzjoni inizjali tagħha jew terġa’ lura awtomatikament għal dik il-pożizzjoni meta min jilbisha sussegwentement jagħmel (tagħmel) moviment 'il quddiem.

6.7.3.1.2.   Jekk l-apparat li jiġbed lura huwa parti minn ċinturin ta’ fuq il-ħoġor, il-forza li tiġbed lura taċ-ċinga m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 7 N kif imkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-apparat li jiġbed lura kif provdut fil-paragrafu 7.2.4.1. Jekk l-apparat li jiġbed lura huwa parti mit-trażżin tas-sider, il-forza li tiġbed lura ma għandhiex tkun inqas minn 2 N jew aktar minn 7 N kif imkejla b’mod simili. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza li tiġbed lura għandha titkejjel fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-gwida jew it-taljola. Jekk il-montatura tinkludi tagħmir, li jitħaddem b’mod manwali jew b’mod awtomatiku, li ma jħallix li ċ-ċinga tinġibed lura kompletament, dak it-tagħmir ma għandux ikun qed jaħdem meta jittieħed dan il-kejl.

6.7.3.1.3.   Iċ-ċinga għandha tinġibed b'mod ripetut mill-apparat li jiġbed lura u titħalla tinġibed lura, fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 7.2.4.2. ta' hawn taħt, sakemm jiġu kompluti 5 000 ċiklu. L-apparat li jiġbed lura mbagħad għandu jiġi suġġett għall-kundizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tat-test tat-temperatura mogħtija fil-paragrafu 7.2.7.1. u għat-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 7.1.1. ta' hawn taħt u għat-test tar-reżistenza għat-trab deskritt fil-paragrafu 7.2.4.5. ta' hawn taħt. Imbagħad għandu jerġa’ jikkompleta b’mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor fejn jinħall u jinġibed lura. Wara t-testijiet ta' hawn fuq l-apparat li jiġbed lura għandu jkompli jaħdem b’mod korrett u għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-paragrafi 6.7.3.1.1 u 6.7.3.1.2 ta' hawn fuq.

6.7.3.2.   Apparat li jiġbed lura li jissakkar f’emerġenza

6.7.3.2.1.   Apparat li jiġbed lura li jissakkar f'emerġenza għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' hawn taħt meta jiġi ttestjat kif provdut fil-paragrafu 7.2.4.3.:

6.7.3.2.1.1.

Għandu jissakkar meta d-deċellerazzjoni tal-vettura tilħaq 0,45 g.

6.7.3.2.1.2.

M’għandux jissakkar għal aċċellerazzjonijiet taċ-ċinga ta’ inqas minn 0.8 g kif imkejla fl-assi tal-ħruġ taċ-ċinga.

6.7.3.2.1.3.

ma għandux jissakkar meta t-tagħmir sensittiv tiegħu jiġi inklinat b'mhux aktar minn 12° fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-istallazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu;

6.7.3.2.1.4.

Għandu jissakkar meta t-tagħmir sensittiv tiegħu jiġi inklinat b'aktar minn 27° fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-istallazzjoni speċifikata mill-manifattur.

6.7.3.2.2.   Fejn it-tħaddim tal-apparat li jiġbed lura jiddependi minn sinjal jew sors ta’ enerġija estern, id-disinn għandu jiżgura li l-apparat li jiġbed lura jissakkar awtomatikament jekk dak is-sinjal jew sors ta’ enerġija jiġrilu xi ħsara jew jiġi interrott.

6.7.3.2.3.   Apparat li jiġbed lura li jissakkar f’emerġenza li għandu sensittività multipla għandu jissodisfa l-kondizzjonjiet stabbiliti hawn fuq. Barra minn dan, jekk wieħed mill-fatturi tas-sensittività jirrelata mal-ħruġ taċ-ċinga, l-apparat għandu ikun issakkar f’aċċellerazzjoni taċ-ċinga ta’ 1.5 g kif imkejla fl-assi tal-ħruġ taċ-ċinga.

6.7.3.2.4.   Fit-testijiet li jissemmew fil-paragrafi 6.7.3.2.1.1 u 6.7.3.2.3 ta' hawn fuq, l-ammont ta’ ħruġ taċ-ċinga li jseħħ qabel ma jissakkar l-apparat li jiġbed lura ma għandux jeċċedi l-50 mm, bil-50 mm jibdew mit-tul maħlul speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.3.1. ta' hawn taħt. Fit-test li jissemma fil-paragrafu 6.7.3.2.1.2. ta' hawn fuq, l-apparat ma għandux jissakkar matul il-50 mm tal-ħruġ taċ-ċinga bil-50 mm jibdew mit-tul maħlul speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.3.1 ta' hawn taħt.

6.7.3.2.5.   Jekk l-apparat li jiġbed lura huwa parti minn ċinturin ta’ fuq il-ħoġor, il-forza li tiġbed lura taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 7 N kif imkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-apparat li jiġbed lura kif provdut fil-paragrafu 7.2.4.1. ta' hawn taħt. Jekk l-apparat li jiġbed lura huwa parti mit-trażżin tas-sider, il-forza li tiġbed lura ma għandhiex tkun ta' inqas minn 2 N jew ta' aktar minn 7 N imkejla b’mod simili. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza li tiġbed lura għandha titkejjel fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-gwida jew it-taljola. Jekk il-montatura tinkludi tagħmir, li jitħaddem b’mod manwali jew b’mod awtomatiku, li ma jħallix li ċ-ċinga tinġibed lura kompletament, dak it-tagħmir m’għandux ikun qed jaħdem meta jittieħed dan il-kejl.

6.7.3.2.6.   Iċ-ċinga għandha tinġibed b'mod ripetut mill-apparat li jiġbed lura u titħalla tinġibed lura, fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 7.2.4.2., sakemm jiġu kompluti 40 000 ċiklu. L-apparat li jerġa' jiġbed lura imbagħad għandu jiġi suġġett għall-kundizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tat-test tat-temperatura mogħtija fil-paragrafu 7.2.7. u għat-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 7.1.1. u għat-test tar-reżistenza għat-trab deskritt fil-paragrafu 7.2.4.5.

6.7.4.   Ċineg

6.7.4.1.   Wisa'

6.7.4.1.1.   Il-wisa' minima taċ-ċineg li jrażżnu t-tifel jew tifla li huma f'kuntatt mal-manikin hija ta' 25 mm. Dawn id-dimensjonijiet għandhom jitkejlu matul it-test tas-saħħa taċ-ċinga provdut fil-paragrafu 7.2.5.1., mingħajr ma titwaqqaf il-magna u b’tagħbija daqs 75 il-mija tat-tagħbija li biha tinqata’ ċ-ċinga.

6.7.4.2.   Is-saħħa wara l-ikkondizzjonar tal-kamra

6.7.4.2.1.   Għandha tkun iddeterminata t-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga, kif provdut fil-paragrafu 7.2.5.1.2. ta' hawn taħt, fuq żewġ kampjuni ta' ċineg ikkondizzjonati kif stipulat fil-paragrafu 7.2.5.2.1.

6.7.4.2.2.   Id-differenza bejn it-tagħbijiet li bihom tinqata’ ċ-ċinga taż-żewġ kampjuni ma għandhiex teċċedi l-10 fil-mija tal-akbar tagħbija li biha tinqata’ ċ-ċinga fost it-tnejn imkejla.

6.7.4.3.   Is-saħħa wara l-ikkondizzjonar speċjali

6.7.4.3.1.   Fuq żewġ ċineg ikkondizzjonati kif stipulat f’waħda mid-dispożizzjonijiet provduti fil-paragrafu 7.2.5.2. ta' hawn taħt (minbarra l-paragrafu 7.2.5.2.1. ta' hawn taħt), it-tagħbija li biha tinqata’ ċ-ċinga għandha tkun ta’ mhux inqas minn 75 fil-mija tal-medja tat-tagħbijiet iddeterminati fit-test li jissemma fil-paragrafu 7.2.5.1. ta' hawn taħt.

6.7.4.3.2.   Barra minn hekk, it-tagħbija tal-ibbrejkjar ma għandhiex tkun ta' anqas minn 3.6 kN għat-trażżin ta' Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal i-Size.

6.7.4.3.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ ma twettaqx wieħed jew aktar minn dawn it-testijiet jekk il-kompożizzjoni tal-materjal użat, jew informazzjoni diġà disponibbli, issarraf biex dan it-test jew testijiet jisfaw ikunu żejda.

6.7.4.3.4.   Il-proċedura tal-ikkondizzjonar tal-brix tat-tip 1 iddefinita fil-paragrafu 7.2.5.2.6. ta' hawn taħt għandha titwettaq biss meta t-test tal-mikroslip definit fil-paragrafu 7.2.3. ta' hawn taħt jagħti riżultat ta’ 'l fuq minn 50 fil-mija tal-limitu provdut fil-paragrafu 6.7.2.5.1 ta' hawn fuq.

6.7.4.4.   Ma għandux ikun possibbli li tinġibed iċ-ċinga sħiħa minn ġo kwalunkwe apparat li jaġġusta, bokkla jew punt ta’ ankraġġ.

6.7.5.   L-ispeċifikazzjonijiet ISOFIX fir-rigward tal-punti ta' ankraġġ

Il-"punti ta' ankraġġ ISOFIX" u l-indikaturi tal-qfil gћandhom ikunu kapaċi jifilћu gћal operazzjonijiet ripetuti u, qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. ta' hawn taħt, gћandhom jgħaddu minn test li jikkonsisti f'2 000 ± 5 ċiklu ta' ftuћ u ta' gћeluq f'kundizzjonijiet normali ta' użu.

6.7.5.1.

Il-punti tal-ankraġġ ISOFIX u l-indikaturi tat-tqabbid għandhom ikunu jifilħu operazzjonijiet ripetuti u għandhom, qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3., jgħaddu minn test li jikkonsisti f'2 000 ± 5 ċiklu ta' ftuћ u ta' gћeluq f'kundizzjonijiet normali ta' użu.

6.7.5.2.

Il-punti tal-ankraġġ ISOFIX għandu jkollhom mekkaniżmu tat-tiskir konformi mar-rekwiżiti speċifikati f'(a) jew (b) li ġejjin:

(a)

Ir-rilaxx tal-mekkaniżmu tat-tiskir tas-sit kollu, għandu jkun jirrikjedi żewġ azzjonijiet konsekuttivi, li fosthom l-ewwel waħda trid tkun għadha attiva filwaqt li sseħħ it-tieni waħda; jew

(b)

Il-forza biex jinfetaħ il-punt tal-ankraġġ ISOFIX għandha tkun ta' talanqas 50 N meta tiġi ttestjata kif jippreskrivi l-paragrafu 7.2.8. ta' hawn taħt.

6.8.   Klassifikazzjoni

6.8.1.   Is-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal jistgħu jkopru kull firxa ta' daqsijiet sakemm jintlaħqu r-rekwiżiti kollha.

7.   TESTIJIET

7.1.   Testjiet tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal immuntata

7.1.1.   Korrużjoni

7.1.1.1.   Il-biċċiet tal-metall tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandhom jitpoġġew f’kumpartiment tat-testijiet kif provdut fl-Anness 4. Fil-każ ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li tinkludi apparat li jiġbed lura, iċ-ċinga għandha tinħall għal kollox għajr għal 100 ± 3 mm. Minbarra għal interruzzjonijiet qosra li jistgħu jkunu neċessarji, per eżempju għall-kontroll u biex timtela’ mill-ġdid is-soluzzjoni tal-melħ, it-test tal-esponiment għandu jipproċedi kontinwament għal perjodu ta’ 50 ± 0.5 siegħa.

7.1.1.2.   Meta jitlesta t-test tal-esponiment, il-biċċiet tal-metall tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandhom jinħaslu bil-mod, jew jiġu mgħaddsa f'ilma mill-vit nadif b'temperatura ta' mhux aktar minn 38 °C biex jitneħħa kull depożitu tal-melħ li seta' fforma u mbagħad jitħallew jinxfu b'temperatura tal-kamra ta' bejn 18 u 25 °C għal 24 ± 1 siegħa qabel l-ispezzjoni skont il-paragrafu 6.6.1.2. ta' hawn fuq.

7.1.2.   Qlib ta’ taħt fuq

7.1.2.1.   Il-manikin għandu jiġi mgħammar b'wieħed mill-apparati tal-applikazzjoni tat-tgħabija kif jixraq, u kif inhu spjegat fl-Anness 21. Poġġi il-manikin fit-trażżin stallat skont dan ir-Regolament filwaqt li jitqiesu l-istruzzjonijiet tal-manifattur u bir-reħa standard kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.3.5. applikata għas-sistemi kollha b'mod identiku.

7.1.2.2.   It-trażżin għandu jitwaħħal mal-bank tat-test jew is-sit tal-vettura. Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal kollha għandha tiddawwar madwar assi orizzontali li qiegħed fil-pjan medjan lonġitudinali tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal f’angolu ta’ 540° ± 5 b’veloċità ta’ 2-5 gradi/sekonda u titwaqqaf f'dik il-pożizzjoni. Għall-finijiet ta’ dan it-test, it-tagħmir maħsub biex jintuża f’karrozzi speċifiċi jista’ jitwaħħal mal-bank tat-test deskritt fl-Anness 6.

7.1.2.3.   F'din il-pożizzjoni statika maqluba, għandha tiġi applikata vertikalment 'l isfel massa ekwivalenti għal erba' darbiet dik tal-manikin fi pjan perpendikulari għall-assi tar-rotazzjoni flimkien mal-manikin bl-utilizzazzjoni tal-apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija deskritt fl-Anness 21. It-tagħbija għandha tiġi applikata b'mod ikkontrollat gradwalment b'rata li ma taqbiżx l-aċċellerazzjoni gravitazzjonali jew 400 mm/min. Żomm it-tagħbija massima preskritta għal dewmien ta' 30 – 0/+ 5 sekonda.

7.1.2.4.   Neħħi t-tagħbija b'rata li ma taqbiżx 400 mm/min u kejjel id-dispjazzament.

7.1.2.5.   Dawwar is-sit kollu għal 180° biex tirritorna fil-pożizzjoni tal-bidu.

7.1.2.6.   Dan iċ-ċiklu tat-test għandu jerġa’ jitwettaq b’rotazzjoni fid-direzzjoni kuntrarja. Bl-assi tar-rotazzjoni fil-pjan orizzontali u f'90° għal dik taż-żewġ testijiet preċedenti, il-proċedura għandha terġa' tiġi ripetuta fiż-żewġ direzzjonijiet tar-rotazzjoni.

7.1.2.7.   It-testijiet għandhom jitwettqu billi jintużaw kemm l-iżgħar u kemm l-akbar manikini xierqa għall-firxa ta' daqsijiet li għaliha huwa maħsub it-tagħmir għat-trażżin. Mhu permess l-ebda aġġustament tal-manikin jew tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal matul iċ-ċiklu komplut tat-test.

7.1.3.   Ittestjar dinamiku għal impatt minn quddiem, minn wara u laterali:

(a)

It-test tal-impatt minn quddiem għandu jitwettaq fuq "i-Size" (Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX Universali Integrali) u “Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX għal vettura speċifika”;

(b)

It-test tal-impatt minn wara għandu jitwettaq fuq i-Size u Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li jħarsu lura "ISOFIX għal vettura speċifika";

(c)

It-tesijiet tal-impatt laterali għandhom jitwettqu biss fuq il-bank tat-testijeit għas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal i-Size ISOFIX Universali Integrali u s-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal "ISOFIX għal vetturi speċifiċi".

7.1.3.1.   It-testijiet fuq it-troli u l-bank tat-testijiet

7.1.3.1.1.   Testijiet ta’ impatt minn quddiem u minn wara

7.1.3.1.1.1.   It-troli u l-bank tat-testijet użati fit-test dinamiku għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa tal-Anness 6 ta' dan ir-Regolament.

7.1.3.1.1.2.   It-troli għandu jibqa’ orizzontali matul id-deċellerazzjoni jew l-aċċellerazzjoni.

7.1.3.1.1.3.   Il-bank tat-test għandu jiddawwar 180° meta jsir it-test b’konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa tat-test tal-impatt minn wara.

7.1.3.1.1.4.   Meta tkun qed tiġi ttestjata Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li tħares lura maħsuba biex tintuża għall-postijiet ta’ bilqiegħda ta’ quddiem, id-daxxbord tal-vettura għandu jiġi rrapreżentat minn żbarra riġida mwaħħla mat-troli b’tali mod li l-assorbiment kollu tal-enerġija jseħħ fis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal.

7.1.3.1.1.5.   Mekkaniżmi ta’ deċellerazzjoni jew aċċellerazzjoni

L-applikant għandu jagħżel li juża wieħed minn dawn iż-żewġ mekkaniżmi:

7.1.3.1.1.5.1.   Apparat tat-test tad-deċellerazzjoni:

Id-deċellerazzjoni tat-troli għandha tinkiseb billi jintuża l-apparat provdut fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe tagħmir ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti. Dan l-apparat għandu jkun kapaċi li jwettaq dak li huwa speċifikat fil-paragrafu 7.1.3.4. ta' hawn taħt u iktar 'il quddiem.

Il-proċedura tal-ikkalibrar:

 

Il-kurva tad-deċellerazzjoni tat-troli, fil-każ tat-testijiet tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal imwettqa skont il-paragrafu 7.1.3.1. ta' hawn fuq, li jintrabtu miegħu masses inerti li jiżnu sa 55 kg sabiex issir riproduzzjoni ta' Sistema tat-Trażżin tat-Tfal fl-użu, u fil-każ ta' testijiet tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal f'qafas ta' vettura mwettqa skont il-paragrafu 7.1.3.2. ta' hawn taħt, fejn it-troli jkun marbut mal-istruttura tal-vettura u masses interti li jiżnu sa 55 kg (għal x drabi) u b'hekk jiġi riprodott l-għadd ta' (x) ta' Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal fl-użu, għandha tibqa', fil-każ tal-impatt minn quddiem fl-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 1 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament, u fil-każ tal-impatt minn wara, għandha tibqa' fl-erja skura tal-graff tal-Appendiċi 2 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.

 

Matul l-ikkalibrar tat-tagħmir li jwaqqaf, id-distanza tat-twaqqif għandha tkun ta’ 650 ± 30 mm għal impatt minn quddiem, u 275 ± 20 mm għal impatt minn wara.

Il-kundizzjonijiet għall-ittestjar dinamiku waqt l-ittestjar:

Għal impatt minn quddiem u minn wara d-deċellerazzjoni għandha tinkiseb bl-apparat kalibrat kif iddikkjarat hawn fuq, madankollu:

(a)

Il-kurvatura tad-deċellerazzjoni ma għandhiex ikollha aktar minn 3 ms f'tul ta' ħin li jaqbeż il-limiti minimi tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni;

(b)

Jekk it-testijiet imsemmija hawn fuq twettqu b’veloċità ogħla u/jew il-kurva tad-deċellerazzjoni taqbeż il-valur ta’ limitu tal-erja skura u s-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal tissodisfa r-rekwiżiti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.

7.1.3.1.1.5.2.   Il-mekkaniżmu tat-test tal-aċċellerazzjoni

Il-kundizzjonijiet għall-ittestjar dinamiku:

 

Għal impatt minn quddiem, it-troli għandu jkun imbuttat 'il quddiem b'tali mod li, waqt it-test, il-bidla fil-veloċità totali tiegħu ΔV hi 52 + 0 – 2 km/h u l-kurva tal-aċċellerazzjoni tiegħu ma taqbiżx l-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 1 tal-Anness 7 u tibqa ' 'l fuq mis-segment iddefinit mill-koordinati (5 g, 10 ms) u (9 g, 20 ms). Il-bidu tal-impatt (T0) huwa ddefinit, skont l-ISO 17 373 għal livell ta' aċċelerazzjoni ta' 0,5 g.

 

Għal impatt minn wara, it-troli għandu jkun imbuttat 'il quddiem b'tali mod li, waqt it-test, il-bidla fil-veloċità totali tiegħu ΔV hi 32 + 2 – 0 km/h u l-kurva tal-aċċellerazzjoni tiegħu ma taqbiżx l-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 2 tal-Anness 7 u tibqa ' 'l fuq mis-segment iddefinit mill-koordinati (5 g, 5 ms) u (10 g, 10 ms). Il-bidu tal-impatt (T0) huwa ddefinit, skont l-ISO 17 373 għal livell ta' aċċelerazzjoni ta' 0,5 g.

 

Minkejja li jintlaħqu r-rekwiżiti ta' fuq, is-Servizz Tekniku għandu juża troli (mgħammar bil-bank tat-testijiet), kif speċifikat fil-paragrafu 1. tal-Anness 6, superjuri għal 380 kg.

 

Madankollu, jekk t-testijiet ta’ hawn fuq twettqu b’veloċità ogħla u/jew il-kurva tal-aċċellerazzjoni taqbeż il-valur ta’ limitu tal-erja skura u s-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal tissodisfa r-rekwiżiti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.

7.1.3.1.1.6.   Għandhom jitkejlu:

7.1.3.1.1.6.1.

Il-veloċità tat-troli immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għal kalkolazzjoni tad-distanza tat-twaqqif),

7.1.3.1.1.6.2.

Id-distanza tat-twaqqif (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss), li tista’ tinħadem bl-integrazzjoni doppja tad-deċellerazzjoni rreġistrata tal-islitta,

7.1.3.1.1.6.3.

L-ispostament tar-ras tal-manikin f’direzzjoni vertikali u orizzontali tat-testijiet bil-manikini-Q kollha meħtieġa għall-indikazzjoni mogħtija tal-i-Size għal tal-anqas l-ewwel 300 ms;

7.1.3.1.1.6.4.

Il-parametri meħtieġa biex titwettaq l-evalwazzjoni tal-korriment skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta' hawn fuq tal-anqas għall-ewwel 300 ms;

7.1.3.1.1.6.5.

L-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tat-troli tal-anqas għall-ewwel 300 ms.

7.1.3.1.1.7.   Wara l-impatt, is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandha tiġi spezzjonata viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi ħsara jew ksur.

7.1.3.1.2.   Impatt minn wara

7.1.3.1.2.1.   Is-sit tat-test għandu jiddawwar 180° meta jsir it-test b’konformità mal-kundizzjonijiet tat-test tal-impatt minn wara.

7.1.3.1.2.2.   Meta jkun qed jiġi ttestjat trażżin tat-tfal li jħares lura maħsub biex jintuża għall-postijiet ta’ bilqiegħda ta’ quddiem, id-daxxbord tal-vettura għandu jiġi rrapreżentat minn żbarra riġida mwaħħla mat-troli b’tali mod li l-assorbiment kollu tal-enerġija jseħħ fit-trażżin tat-tfal.

7.1.3.1.2.3.   Il-kundizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa tal-Anness 7, Appendiċi 2.

Il-kundizzjonijiet tal-aċċellerazzjoni għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa tal-Anness 7, Appendiċi 2.

7.1.3.1.2.4.   Il-kejl li jrid jittieħed għandu jkun simili għal dak elenkat fil-paragrafi 7.1.3.1.1.4. sa 7.1.3.1.1.5. ta' hawn fuq.

7.1.3.1.3.   Impatt laterali

7.1.3.1.3.1.   Il-bank tat-test għandu jiddawwar 180° meta jsir it-test b’konformità mal-kundizzjonijiet tat-test tal-impatt laterali.

7.1.3.1.3.2.   L-ankraġġi ISOFIX baxxi għandhom ikunu mobbli fid-direzzjoni Y biex ma ssirx ħsara lill-punti ta' ankraġġ u t-tagħmir tat-test. L-ankraġġi ISOFIX għandhom jiġu mmuntati ma' sistema li tiżżerżaq li tippermetti moviment ta' 200 mm – 0 mm + 50 mm.

7.1.3.1.3.3.   It-tagħbija tal-impatt laterali fuq is-CRS għandha tiġi ġġenerata permezz ta' panil ta' bieba kif definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Il-wiċċ tal-panil għandu jkun kopert bl-ikkuttunar kif speċifikat fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6.

7.1.3.1.3.4.   It-tagħmir tat-test għandu jirriproduċi veloċità relattiva bejn il-panil tal-bieba u l-bank tat-test b’konformità mal-Anness 7 tal-Appendiċi 3. Il-fond tal-intrużjoni massima tal-panil tal-bieba hu definit fl-Anness 6 tal-Appendiċi 3. Il-veloċità relattiva bejn il-panil tal-bieba u l-bank tat-test ma għandhiex tkun affettwata minn kuntatt mas-CRS u għandha tibqa' fil-kuritur definit fl-Anness 7, Appendiċi 3. F’test fejn il-bieba tkun wieqfa fil-ħin t0, il-bieba għandha tkun fissa u l-veloċità tal-manikin fuq l-art f't0 għandha tkun ta’ bejn 6.375 m/s u 7.25 m/s. F’test fejn l-bieba tkun qed tiċċaqlaq f’t0, il-veloċità fuq l-art tal-bieba għandha tibqa' fil-kuritur definit fl-Anness 7, Appendiċi 3 mill-inqas sakemm l-intrużjoni tilħaq il-massimu tagħha, u l-manikin ikun fiss f't0.

7.1.3.1.3.5.   Is-CRS għandu jiġi ttestjat fil-pożizzjoni l-aktar dritta tiegħu.

7.1.3.1.3.6.   Fil-ħin t0 definit fl-Anness 7, Appendiċi 3, il-manikin għandu jkun fil-pożizzjoni inizjali tiegħu kif definit fil-paragrafu 7.1.3.5.2.1. hawn taħt.

7.1.3.2.   It-test fuq it-troli u l-qafas tal-bodì tal-vettura

7.1.3.2.1.   Għat-testijiet tal-impatt minn quddiem

7.1.3.2.1.1.   Il-metodu użat biex tintrabat sew il-vettura matul it-test ma għandux ikun tali li jsaħħaħ l-ankraġġ tas-sits tal-vettura, iċ-ċinturini tas-sigurtà għall-adulti u kwalunkwe ankraġġ addizzjonali meħtieġ biex jintrabat sew it-trażżin tat-tfal jew li jnaqqas id-deformazzjoni normali tal-istruttura. Ma għandha tkun preżenti l-ebda parti mill-vettura li, billi tillimita l-moviment tal-manikin, tista’ tnaqqas it-tagħbija imposta fuq it-trażżin tat-tfal matul it-test. Il-partijiet tal-istruttura li tneħħew jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet ta’ saħħa ekwivalenti, sakemm dawn ma jtellfux il-moviment tal-manikin.

7.1.3.2.1.2.   Tagħmir li jorbot sew għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk dan ma jipproduċi l-ebda effett fuq erja li testendi tul il-wisa' kollha tal-istruttura u jekk il-vettura jew l-istruttura jiġu bblokkati jew imwaħħla quddiem f'distanza ta' mhux inqas minn 500 mm minn fejn hija marbuta s-sistema tat-trażżin. Fuq in-naħa ta’ wara l-istruttura għandha tintrabat f’distanza suffiċjenti wara l-ankraġġ biex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet meħtieġa kollha tal-paragrafu 7.1.3.2.1.1. ta' hawn fuq jiġu ssodisfati.

7.1.3.2.1.3.   Is-sit tal-vettura u s-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandhom jitwaħħlu u jitpoġġew f’pożizzjoni magħżula mis-Servizz Tekniku li jkun qed iwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni sabiex jinkisbu l-kundizzjonijiet l-aktar avversi fir-rigward tas-saħħa, li huma kompatibbli mal-istallazzjoni tal-manikin fil-vettura. Il-pożizzjoni tad-dahar tas-sit tal-vettura u s-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandhom jiġu ddikjarati fir-rapport. Id-dahar tas-sit tal-vettura, jekk jista’ jiġi aġġustat għall-inklinazzjoni, għandu jissakkar kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, f’angolu reali tad-dahar tas-sit kemm jista’ jkun viċin il-25°.

7.1.3.2.1.4.   Sakemm l-istruzzjonijiet għall-istallazzjoni u għall-użu ma jeħtiġux mod ieħor, is-sit ta’ quddiem għandu jitpoġġa fil-pożizzjoni l-aktar 'il quddiem li normalment tintuża għal trażżin tat-tfal maħsub biex jintuża fil-pożizzjoni li fiha jpoġġu bilqiegħda l-passiġġieri ta’ quddiem, u fil-pożizzjoni l-aktar lura li normalment tintuża għat-trażżin tat-tfal fil-pożizzjoni li fiha jpoġġu bilqiegħda l-passiġġieri ta’ fuq wara.

7.1.3.2.1.5.   Il-kundizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa tal-paragrafu 7.1.3.4. ta' hawn taħt. Il-bank tat-test ser ikun is-sit tal-vettura reali.

7.1.3.2.1.6.   Għandhom jitkejlu dawn li ġejjin:

7.1.3.2.1.6.1.

Il-veloċità tat-troli immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għal kalkolazzjoni tad-distanza tat-twaqqif);

7.1.3.2.1.6.2.

Id-distanza tat-twaqqif (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss), li tista’ tinħadem bl-integrazzjoni doppja tad-deċellerazzjoni rreġistrata tal-islitta;

7.1.3.2.1.6.3.

Kwalunkwe kuntatt bejn ir-ras tal-manikin u l-intern tal-qafas tal-bodì tal-vettura;

7.1.3.2.1.6.4.

Il-parametri meħtieġa biex titwettaq l-evalwazzjoni tal-korriment skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta' hawn fuq tal-anqas għall-ewwel 300 ms;

7.1.3.2.1.6.5.

L-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tat-troli u l-qafas tal-bodì tal-vettura tal-anqas għall-ewwel 300 ms.

7.1.3.2.1.7.   Wara l-impatt, it-trażżin tat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi determinat jekk kienx hemm xi ħsara.

7.1.3.2.2.   Għal testijiet ta’ impatt minn wara

7.1.3.2.2.1.   Il-qafas tal-istruttura tal-vettura għandu jiddawwar 180° fuq it-troli tat-test.

7.1.3.2.2.2.   L-istess kundizzjonijiet meħtieġa bħall-impatt minn quddiem (paragrafi minn 7.1.3.2.1.1. sa 7.1.3.2.1.5. ta' hawn fuq) għandhom japplikaw.

7.1.3.3.   Meta jsir l-ittestjar b'vettura kompluta

7.1.3.3.1.   Il-kundizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 7.1.3.4. ta' hawn taħt.

7.1.3.3.2.   Il-proċedura għat-testijiet tal-impatt minn quddiem għandha tkun dik stabbilita fl-Anness 9 ta' dan ir-Regolament.

7.1.3.3.3.   Il-proċedura għat-testijiet tal-impatt minn wara għandha tkun dik stabbilita fl-Anness 9 ta' dan ir-Regolament.

7.1.3.3.4.   Għandhom jitkejlu dawn li ġejjin:

7.1.3.3.4.1.

Il-veloċità tal-vettura/l-impattur immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għal kalkolazzjoni tad-distanza tat-twaqqif),

7.1.3.3.4.2.

Kwalunkwe kuntatt bejn ir-ras tal-manikin u l-intern tal-vettura;

7.1.3.3.4.3.

Il-parametri meħtieġa biex titwettaq l-evalwazzjoni tal-korriment skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta' hawn fuq tal-anqas għall-ewwel 300 ms.

7.1.3.3.5.   Is-sits ta’ quddiem, jekk jistgħu jiġu aġġustati għall-inklinazzjoni, għandhom jissakkru kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, f’angolu reali tad-dahar tas-sit kemm jista’ jkun viċin il-25°.

7.1.3.3.6.   Wara l-impatt, it-trażżin tat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi ħsara jew ksur.

7.1.3.4.   Il-kundizzjonijiet għat-test dinamiku huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 4:

Tabella 4

 

Impatt frontali

Impatt minn wara

Impatt laterali

Test

Trażżin

Veloċità km/h

Impuls tat-test Nru

Id-distanza tat-twaqqif waqt it-test (mm)

Veloċità km/h

Impuls tat-test Nru

Id-distanza tat-twaqqif waqt it-test (mm)

Veloċità relattiva bieba/bank

Id-distanza tat-twaqqif waqt it-test (mm) Intrużjoni massima

Troli b’bank tat-test

’Il quddiem Iffaċċjat

50 + 0

– 2

1

650 ± 50

MA

MA

MA

3

250 ± 50

Lura Iffaċċjati

50 + 0

– 2

1

650 ± 50

30 + 2

– 0

2

275 ± 25

3

250 ± 50

Laterali Iffaċċjat

50 + 0

– 2

1

650 ± 50

30 + 2

– 0

2

275 ± 25

3

250 ± 50

L-impuls tat-test Nru. 1 – kif preskritt fl-Anness 7 / Appendiċi 1 – Impatt minn quddiem.

L-impuls tat-test Nru. 2 – kif preskritt fl-Anness 7 / Appendiċi 2 –Impatt minn wara.

Il-kurva tal-kuritur tal-veloċità tat-test Nru 3 – kif preskritta fl-Anness 7 / Appendiċi 3 – Impatt laterali.

MA: mhux applikabbli

7.1.3.5.   Manikini għal testijiet dinamiċi

7.1.3.5.1.   Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandha tiġi ttestjata billi jintużaw il-manikini provduti fl-Anness 8 ta' dan ir-Regolament.

7.1.3.5.2.   L-istallazzjoni tal-manikin għal impatti minn quddiem u minn wara

7.1.3.5.2.1.   Stallazzjoni ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal fuq il-bank tat-test

Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX mhix okkupata għandha tkun mehmuża mas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX.

Fit-twaħħil tal-punti ta' ankraġġ ISOFIX mal-ankraġġi ISOFIX baxxi għandu jkun possibbli lis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal mhux okkupata tinġibed lejn dawk l-ankraġġi.

Forza addizzjonali ta’ 135 +/- 15N għandha tiġi applikata fi pjan parallel għal wiċċ il-kuxxin tas-sit tat-test. Il-forza għandha tiġi applikata tul il-linja ċentrali tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal u f'għoli ta' mhux aktar minn 100 mm 'il fuq mill-kuxxin.

Jekk ikun preżenti, l-irbit ta' fuq għandu jiġi aġġustat sabiex tinkiseb tagħbija ta' tensjoni ta' 50 +/- 5N. Jew inkella, u jekk preżenti, is-sieq ta' appoġġ għandha tiġi aġġustata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tas-sistema tat-trażżin tat-tfal.

Il-linja ċentrali tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandha tiġi allinjata mal-linja ċentrali tal-bank tat-test.

Il-manikin għandu jitpoġġa fis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal maqtugħ mid-dahar tas-sit tas-siġġu bi spazjatur flessibbli. L-ispazjatur għandu jkun 2.5 cm oħxon u 6 cm wiesgħa. Għandu jkun twil daqs l-għoli tal-ispallejn bit-tnaqqis tal-għoli tal-koxxa, kemm fil-pożizzjoni bilqiegħda kif ukoll b'mod rilevanti mad-daqs tal-manikin li jkun qed jiġi ttestjat. L-għoli riżultanti tal-ispazjatur huwa elenkat fit-tabella ta' hawn taħt għal manikini ta' daqsijiet differenti. Il-bord għandu jkun kemm jista' jkun simili għall-kurvatura tas-siġġu u l-parti baxxa tiegħu għandha tkun għolja daqs il-ġog tal-ġenbejn tal-manikin.

 

Q0

Q1

Q1,5

Q3

Q6

Q10 (disinji fil-mira)

 

Qisien f’mm

L-għoli tal-apparat tal-ispazjatur għall-ippożizzjonar tal-manikin

 

229 ± 2

237 ± 2

250 ± 2

270 ± 2

359 ± 2

Aġġusta ċ-ċinturin skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, imma għal tensjoni ta' 250 ± 25 N aktar mill-forza tal-apparat li jaġġusta, bl-angolu tad-diflessjoni taċ-ċinga fl-apparat li jaġġusta ta' 45 ± 5°, jew inkella bl-angolu provdut mill-manifattur.

L-ispazjatur għandu mbagħad jitneħħa u l-manikin jiġi mbuttat lejn id-dahar tas-sit. Qassam il-parti merħija b’mod ugwali matul it-tagħmir li jikkontrolla ċ-ċaqliq.

Il-pjan lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru tal-manikin għandu jiġi stabbilit fin-nofs bejn iż-żewġ ankraġġi taċ-ċinturini l-baxxi, madankollu għandu wkoll jitqies il-paragrafu 7.1.3.2.1.3. ta' hawn fuq.

Wara l-istallazzjoni, il-pożizzjoni tal-manikin għandha tkun aġġustata b’tali mod li:

 

Il-linja ċentrali tal-manikin u l-linja ċentrali tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandhom jiġu allinjati eżattament mal-linja ċentrali tal-bank tat-test.

 

Idejn il-manikin għandhom jitqiegħdu simetrikament. L-imniekeb għandhom jitqiegħdu b’tali mod li n-naħa ta’ fuq tad-dirgħajn tkun allinjata mill-qrib mal-isternu.

 

L-idejn għandhom jitqiegħdu fuq il-koxox.

 

Is-saqajn għandhom jitqiegħdu paralleli ma’ xulxin jew mill-inqas b’mod simetriku.

 

Għal impatt laterali pożittiv, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-istabbilità tal-manikin tinżamm sa t0 u dan għandu jiġi konfermat permezz ta’ filmat ta' analiżi. Kwalunkwe mezzi użati biex jistabbilizzaw il-manikin qabel t0 ma għandhomx jinfluwenzaw il-kinematika tal-manikin wara t0.

 

Minħabba li l-fowm tal-kuxxin tal-bank tat-test jikkompressa wara l-istallazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal, it-test dinamiku jrid jitwettaq sa mhux aktar minn 10 minuti wara l-istallazzjoni.

 

Biex il-kuxxin tas-sit tal-bank tat-test jitħalla jerġa’ jikseb il-forma tiegħu, il-perjodu minimu bejn żewġ testijiet fejn jintuża l-istess kuxxin tas-sit tal-bank tat-test għandu jkun ta’ 20 minuta.

Eżempju għall-allinjament tad-dirgħajn:

Image

Image

7.1.3.6.   Indikazzjoni tal-i-Size

It-testijiet dinamiċi għandhom jitwettqu bl-akbar manikin u l-iżgħar manikin kif definit fit-tabelli li ġejjin skont il-firxa tad-daqsijiet indikata mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal.

Tabella 6

Kriterji għall-għażla tal-manikin skont il-firxa tad-daqsijiet

Indikazzjoni tal-firxa tad-daqsijiet

≤ 60

60 < × ≤ 75

75 < × ≤ 87

87 < × ≤ 105

105 < × ≤ 125

> 125

Manikin

Q0

Q1

Q1,5

Q3

Q6

Q10

Fejn is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal teħtieġ modifika sostanzjali għal daqsijiet differenti (eż. Sistema ta’ Trażżin tat-Tfal konvertibbli) jew jekk il-firxa tal-qisien tkopri aktar minn 3 skali ta’ daqsijiet tal-manikin(i) intermedji rilevanti dawn għandhom jiġu ttestjati flimkien mal-manikin(i) definit(i) hawn fuq.

7.1.3.6.1.   Jekk is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal hija maħsuba għal żewġt itfal jew aktar, għandu jitwettaq test wieħed fejn l-itqal manikini jokkupaw il-postijiet bilqiegħda kollha. Għandu jitwettaq test ieħor bl-eħfef u bl-itqal manikini speċifikati aktar fuq. It-testijiet għandhom jitwettqu billi jintuża l-bank tat-test kif muri fil-Figura 3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Il-laboratorju li jkun qed iwettaq it-testijiet jista’, jekk iqis li jkun għall-aħjar, iżid test ieħor bi kwalunkwe kombinazzjoni ta’ manikini jew postijiet tas-sits vojta.

7.1.3.6.2.   Jekk is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX tuża rbit ta' fuq, gћandu jsir test wieħed bl-iżgћar manikin bl-iqsar distanza tal-irbit ta' fuq (il-punt tal-ankraġġ G1). It-tieni test gћandu jsir bil-manikin li jkun itqal b'distanza itwal tal-irbit ta' fuq (il-punt tal-ankraġġ G2). Aġġusta l-irbit ta’ fuq sabiex tinkiseb tagħbija ta’ tensjoni ta’ 50 ± 5 N. Għall-impatt laterali mill-ġenb it-trażżin tat-tfal ISOFIX għandu jiġi ttestjat bil-funzjoni tal-iqsar distanza tal-irbit ta’ fuq biss.

7.1.3.6.3.   Jekk Sistema tat-Trażżin tat-Tfal i-Size tuża sieq ta' appoġġ, bћala apparat antirotazzjoni, għandhom jitwettqu kif ġej it-testijiet dinamiċi msemmija minn hawn 'il quddiem:

(a)

It-testijiet gћal impatt frontali gћandhom isiru bis-sieq ta' appoġġ aġġustata sal-aġġustament massimu tagħha li jkun kompatibbli mal-pożizzjoni tal-pjanċa tal-qiegħ tat-troli. It-testijiet tal-impatt minn wara għandhom isiru bl-agħar pożizzjoni possibbli magħżula mis-Servizz Tekniku. Matul it-testijiet, is-sieq ta' appoġġ gћandha tkun appoġġjata mill-pjanċa tal-qiegħ tat-troli kif deskritt fil-Figura 2 tal-Appendiċi 3 għall-Anness 6.

(b)

Fil-każ ta’ saqajn ta' apoġġ barra mill-pjan tas-simmetrija, is-Servizz Tekniku gћandu jagћżel l-agћar każ gћat-test;

(c)

Fil-każ ta’ kategorija ta’ "ISOFIX għal vettura speċifika", is-sieq ta' appoġġ gћandha tiġi aġġustata kif speċifikat mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal;

(d)

It-tul tas-sieq ta' appoġġ għandu jkun jista’ jiġi aġġustat b’tali mod li jkun kapaċi jkopri l-firxa sħiħa tal-livelli tal-pjan tal-art li huma permessi fir-Regolament Nru 16, l-Anness 17 għas-sits tal-karozzi li jkunu se jiġu approvati għall-istallazzjoni tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal i-Size.

7.1.3.6.4.   It-test speċifikat fil-paragrafu 6.6.4.1.6.2. ta' hawn fuq jeħtieġ li jsir biss bl-ikbar manikin li gћalih tfasslet is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal.

7.2.   It-testijiet tal-komponenti individwali

7.2.1.   Il-bokkla

7.2.1.1.   It-test tal-ftuħ meta mgħobbija

7.2.1.1.1.   Għal dan it-test għandu jintuża trażżin tat-tfal li diġà ġie soġġett għat-test dinamiku kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.3. ta' hawn fuq.

7.2.1.1.2.   It-trażżin tat-tfal għandu jitneħħa mit-troli tat-test jew mill-vettura mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla. Għandha tiġi applikata tensjoni ta’ 200 ± 2 N fuq il-bokkla. Jekk il-bokkla tkun imwaħħla ma’ parti riġida, il-forza gћandha tiġi applikata fl-istess angolu fformat bejn il-bokkla u dik il-parti riġida matul it-test dinamiku.

7.2.1.1.3.   Għandha tiġi applikata tagħbija b’veloċità ta’ 400 ± 20 mm/min fuq iċ-ċentru ġeometriku tal-buttuna li tħoll il-bokkla tul assi fiss li huwa parallel għad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna; iċ-ċentru ġeometriku japplika għal dik il-parti tal-wiċċ tal-bokkla li fuqha għandha tiġi applikata l-pressjoni. Il-bokkla għandha tkun marbuta sew ma’ appoġġ riġidu matul l-applikazzjoni tal-forza tal-ftuħ.

7.2.1.1.4.   Il-forza tal-ftuħ fuq il-bokkla għandha tiġi applikata, billi jintuża dinamometru jew tagħmir simili bil-mod u fid-direzzjoni tal-użu normali. It-tarf tal-kuntatt għandu jkun emisfera tal-metall ippolixxjat, b'radju ta' 2.5 ± 0.1 mm.

7.2.1.1.5.   Il-forza tal-ftuħ fuq il-bokkla għandha titkejjel u kwalunkwe nuqqas għandu jiġi nnotat.

7.2.1.2.   It-test tal-ftuħ meta mhux mgħobbija

7.2.1.2.1.   Montatura ta' bokkla li preċedentement ma kenitx mgħobbija għandha tintrama u titqiegħed taħt kundizzjoni ta' "ebda tagħbija".

7.2.1.2.2.   Il-metodu tal-kejl tal-forza tal-ftuħ tal-bokkla għandu jkun kif stipulat fil-paragrafi 7.2.1.1.3 u 7.2.1.1.4. ta' hawn fuq.

7.2.1.2.3.   Il-forza tal-ftuħ tal-bokkla għandha titkejjel.

7.2.1.3.   It-test tas-saħħa.

7.2.1.3.1.   Għat-test tas-saħħa għandhom jintużaw żewġ kampjuni. L-apparat li jaġġusta kollu, minbarra dak l-apparat li jaġġusta armat direttament fuq trażżin tat-tfal huwa inkluż fit-test.

7.2.1.3.2.   L-Anness 16 juri tagħmir tipiku għal test tas-saħħa tal-bokkla. Il-bokkla titpoġġa fuq il-pjanċa tonda ta’ fuq (A) fi ħdan ir-riljiev. Iċ-ċineg kollha ta’ ħdejha għandhom tul ta’ mill-inqas 250 mm u huma rranġati mdendlin ‘l isfel mill-pjanċa ta’ fuq rispettivament għall-pożizzjoni tagħhom mal-bokkla. It-truf ħielsa taċ-ċineg imbagħad jiddawru mal-pjanċa tonda il-baxxa (B) sakemm joħorġu mill-fetħa ta' ġewwa tal-pjanċa. Iċ-ċineg kollha jridu jkunu vertikali bejn A u B. Il-pjanċa tonda li torbot (C) imbagħad tintrabat ħafif mal-wiċċ il-baxx ta’ (B), għalkemm xorta tippermetti ċertu moviment taċ-ċineg bejniethom. B’forza żgħira fil-magna tat-tensjoni, iċ-ċineg jitqiegħdu taħt tensjoni u dawn jinġibdu bejn (B) u (C) sakemm iċ-ċineg kollha jitgħabbew rispettivament għall-arranġament tagħhom. Il-bokkla għandha tibqa’ ħielsa mill-pjanċa (A) jew minn kwalunkwe parti li qiegħda f’ (A) matul din l-operazzjoni u t-test innifsu. (B) u (C) imbagħad jintrabtu sew flimkien u l-forza tat-tensjoni tiżdied b’veloċità tat-traversa ta’ 100 ± 20 mm/min sakemm jintlaħqu l-valuri meħtieġa.

7.2.2.   Apparat ta’ aġġustament

7.2.2.1.   Il-faċilità tal-aġġustament

7.2.2.1.1.   Meta jiġi ttestjat apparat manwali għall-aġġustament, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-kundizzjonijiet normali tal-użu, iċ-ċinga għandha tinġibed b’mod stabbli mill-apparat għall-aġġustament b’rata ta’ 100 ± 20 mm/min u l-forza massima għandha titkejjel sal-eqreb valur sħiħ ta’ N wara l-ewwel 25 ± 5 mm ta’ moviment taċ-ċinga.

7.2.2.1.2.   It-test għandu jitwettaq fiż-żewġ direzzjonijiet li fihom timxi ċ-ċinga minn ġot-tagħmir, biċ-ċinga timxi ċ-ċiklu sħiħ għal 10 darbiet qabel il-kejl.

7.2.3.   It-test tal-mikroslip (ara l-Figura 3 tal-Anness 5)

7.2.3.1.   Il-komponenti jew it-tagħmir li jridu jiġu soġġetti għat-test tal-mikroslip għandhom jinżammu għal minimu ta’ 24 siegħa qabel l-ittestjar f’atmosfera b’temperatura ta’ 20 °C ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 65 ± 5 fil-mija. It-test għandu jitwettaq f’temperatura bejn 15 °C u 30 °C.

7.2.3.2.   It-tarf ħieles taċ-ċinga għandu jiġi rranġat fl-istess konfigurazzjoni bħal meta t-tagħmir jintuża fil-vettura, u ma għandu jitwaħħal mal-ebda parti oħra.

7.2.3.3.   L-apparat għall-aġġustament għandu jitpoġġa fuq biċċa ċinga vertikali li tarf minnha hija mgħobbija b’50 ± 0,5 N (iggwidata b’mod li t-tagħbija ma titħalliex titbandal u ċ-ċinga ma tinbaramx). It-tarf ħieles taċ-ċinga mill-apparat għall-aġġustament għandu jintrama b'mod vertikali 'l fuq jew 'l isfel kif inhu fil-vettura. It-tarf l-ieħor għandu jgħaddi minn fuq romblu diflettur bl-assi orizontali tiegħu parallel għall-pjan tas-sezzjoni taċ-ċinga li ssostni t-tagħbija, bis-sezzjoni tgħaddi minn fuq ir-romblu li jkun f'pożizzjoni orizzontali.

7.2.3.4.   It-tagħmir li qed jiġi ttestjat għandu jiġi rranġat b’tali mod li ċ-ċentru tiegħu, fl-ogħla pożizzjoni li jista’ jittella’ fiha, ikun 300 ± 5 mm minn mejda tal-appoġġ, u t-tagħbija ta’ 50 N għandha tkun 100 ± 5 mm minn dik il-mejda tal-appoġġ.

7.2.3.5.   Imbagħad għandhom jitwettqu 20 ± 2 ċiklu ta' qabel it-test u wara għandhom jitwettqu 1 000 ± 5 ċiklu bi frekwenza ta' 30 ± 10 ċiklu fil-minuta, bl-estensjoni totali tkun ta' 300 ± 20 mm jew kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.5.2.6.2. ta' hawn fuq. It-tagħbija ta’ 50 N għandha tiġi applikata biss matul il-ħin li jikkorrispondi għaċ-ċaqliq ta’ 100 ± 20 mm għal kull nofs perjodu. Il-mikroslip għandha titkejjel mill-pożizzjoni fit-tmiem tal-20 ċiklu ta’ qabel it-test.

7.2.4.   Apparat li jiġbed lura

7.2.4.1.   Forza li tiġbed lura

7.2.4.1.1.   Il-forzi li jiġbdu lura għandhom jitkejlu bil-montatura taċ-ċinturin tas-sigurtà, imwaħħal mal-manikin bħal fit-test dinamiku stipulat fil-paragrafu 7.1.3. ta' hawn fuq. It-tensjoni taċ-ċinga għandha titkejjel fil-punt tal-kuntatt ma’ (iżda li ma jmissx) mal-manikin filwaqt li ċ-ċinga tkun qed tinġibed lura b'rata ta’ madwar 0,6 m/min.

7.2.4.2.   Durabbiltà tal-mekkaniżmu tal-apparat li jiġbed lura

7.2.4.2.1.   Iċ-ċinga għandha tiġi rtirata u titħalla tinġibed lura għan-numru meħtieġ ta’ ċikli b’rata ta’ mhux aktar minn 30 ċiklu fil-minuta. Fil-każ ta’ apparat li jiġbed lura li jissakkar f’emerġenza, għandu jiġi introdott skoss f’kull ħames ċiklu, biex jissakkar l-apparat li jiġbed lura. L-iskossi jseħħu f’numri ugwali f’kull waħda mill-ħames ġibdiet differenti, jiġifieri, 90, 80, 75, 70 u 65 fil-mija tat-tul totali taċ-ċinga fuq l-apparat li jiġbed lura. Madankollu, fejn it-tul taċ-ċinga jeċċedi d-900 mm il-persentaġġ imsemmi aktar fuq għandu jiġi relatat mal-aħħar 900 mm taċ-ċinga li tista’ tiġi rtirata mill-apparat li jiġbed lura.

7.2.4.3.   L-imblukkar tal-apparat li jiġbed lura li jissakkar f’emerġenza

7.2.4.3.1.   L-apparat li jiġbed lura għandu jiġi ttestjat darba għall-imblukkar, meta t-tul kollu taċ-ċinga jkun inħall ħlief għal 300 ± 3 mm.

7.2.4.3.2.   Fil-każ ta’ apparat li jiġbed lura li jiġi azzjonat mill-moviment taċ-ċinga, l-estrazzjoni għandha tkun fid-direzzjoni fejn normalment issir meta l-apparat li jiġbed lura jiġi stallat f'vettura.

7.2.4.3.3.   Meta l-apparat li jiġbed lura jkun qed jiġi ttestjat għas-sensittività għall-aċċellerazzjonijiet tal-vettura, għandu jiġi ttestjat fuq it-tul tal-estrazzjoni msemmi aktar 'il fuq fiż-żewġ direzzjonijiet tul żewġ assi perpendikolari għal xulxin li huma orizzontali jekk l-apparat li jiġbed lura jkun ser jiġi stallat f’vettura kif speċifikat mill-manifattur tat-trażżin tat-tfal. Meta din il-pożizzjoni ma tiġix speċifikata, l-awtorità tal-ittestjar għandha tikkonsulta lill-manifattur tat-trażżin tat-tfal. Għandha tintagħżel waħda minn dawn id-direzzjonijiet tat-test mis-Servizz Tekniku li qed iwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni biex jinħolqu l-aktar kundizzjonijiet avversi fir-rigward tal-attwazzjoni tal-mekkaniżmu li jsakkar.

7.2.4.3.4.   Id-disinn tal-apparat użat għandu jkun tali li l-aċċellerazzjoni meħtieġa tingħata b'rata medja ta' żjieda fl-aċċellerazzjoni ta' mill-inqas 25 g/sek (3)

7.2.4.3.5.   Għall-konformità fl-ittestjar mal-kundizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 6.7.3.2.1.3 u 6.7.3.2.1.4 ta' hawn fuq l-apparat li jiġbed lura għandu jintrama fuq mejda orizzontali u l-mejda għandha tiġi mmejla b'veloċità li ma teċċedix 2° għal kull sekonda sakemm jissakkar l-apparat. It-test għandu jkun ripetut bl-inklinazzjoni f'direzzjonijiet oħra sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti jiġu ssodisfati.

7.2.4.4.   It-test tal-korrużjoni

7.2.4.4.1.   Testijiet tal-korrużjoni għandhom jitwettqu skont il-paragrafu 7.1.1 ta' hawn fuq.

7.2.4.5.   It-test tar-reżistenza għat-trab

7.2.4.5.1.   L-apparat li jiġbed lura għandu jitqiegħed f’kumpartiment għall-ittestjar kif deskritt fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament. Għandu jiġi mmontat f'orjentazzjoni simili għal dik li jiġi mmuntat fiha fil-vettura. Il-kumpartiment għall-ittestjar għandu jkun fih it-trab kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.5.2. ta' hawn taħt. Tul ta' 500 mm taċ-ċinga għandu jinħareġ mill-apparat li jiġbed lura u għandu jinżamm maħruġ, ħlief li għandu jiġi soġġett għal 10 ċikli kompluti ta' ġbid lura u ta' rtirar f'ħin ta' minuta jew tnejn wara kull aġitazzjoni tat-trab. Għal perjodu ta' ħames sigħat, it-trab għandu jiġi mċaqlaq kull 20 minuta għal ħames sekondi permezz ta' arja kompressata ħielsa miż-żejt u mill-umdità b'kejl ta' pressjoni ta' 5,5 ± 0,5 bars li tidħol minn fetħa b'dijametru ta' 1,5 ± 0,1 mm.

7.2.4.5.2.   It-trab użat fit-test deskritt fil-paragrafu 7.2.4.5.1. ta' hawn fuq għandu jikkonsisti minn madwar 1 kg ta’ kwartz xott. Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli għandha tkun kif ġejja:

(a)

Jgħaddu minn fetħa ta' 150 μm, b’dijametru tal-wajer ta' 104 μm: 99 sa 100 fil-mija;

(b)

Jgħaddu minn fetħa ta' 150 μm, b’dijametru tal-wajer ta' 64 μm: 76 sa 86 fil-mija;

(c)

Jgħaddu minn fetħa ta' 75 μm, b’dijametru tal-wajer ta' 52 μm: 60 sa 70 fil-mija.

7.2.5.   It-test statiku għaċ-ċineg

7.2.5.1.   It-test tas-saħħa taċ-ċineg

7.2.5.1.1.   Kull test għandu jitwettaq fuq żewġ kampjuni ġodda ta’ ċineg, ikkondizzjonati kif speċifikat fil-paragrafu 6.7.4. ta' dan ir-Regolament

7.2.5.1.2.   Kull ċinga għandha tinqabad bejn il-klamps ta’ magna li tittestja s-saħħa tensili. Il-klamps għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkun evitat li ċ-ċinga tinqata' meta tkun fihom jew qribhom. Il-veloċità tat-traversa għandha tkun 100 ± 20 mm/min. It-tul ħieles tal-kampjun bejn il-klamps tal-magna fil-bidu tat-test għandu jkun ta' 200 mm + 40 mm.

7.2.5.1.2.1.   It-tensjoni għandha tiġi miżjuda sakemm tinqata’ ċ-ċinga u tiġi nnotata t-tagħbija li qattgħet iċ-ċinga.

7.2.5.1.3.   Jekk iċ-ċinga tiżloq jew tinqata’ f’xi waħda mill-klamps jew fi ħdan 10 mm minn xi waħda minnhom, it-test m’għandux ikun validu u għandu jitwettaq test ġdid fuq kampjun ieħor.

7.2.5.2.   Il-kampjuni miċ-ċineg, kif jissemmew fil-paragrafu 3.2.3. ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkondizzjonati kif ġej:

7.2.5.2.1.   L-ikkondizzjonar tal-kamra

7.2.5.2.1.1.   Iċ-ċinga għandha tinżamm għal 24 ± 1 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 ± 5° u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. Jekk it-test ma jitwettaqx immedjatament wara l-ikkondizzjonar, il-kampjun għandu jitpoġġa f’kontenitur magħluq ermetikament sakemm jibda t-test. It-tagħbija li tqatta’ ċ-ċinga għandha tiġi ddeterminata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-atmosfera tal-ikkondizzjonar jew mill-kontenitur.

7.2.5.2.2.   L-ikkondizzjonar tad-dawl

7.2.5.2.2.1.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni ISO/105-B02(1978). Iċ-ċinga għandha tkun esposta għad-dawl matul il-ħin meħtieġ biex ż-Żebgħa Blù Standard Nru 7 tintefa sa kuntrast ugwali għall-Grad 4 fuq l-iskala tal-griż.

7.2.5.2.2.2.   Wara li tiġi esposta, iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta’ 24 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. It-tagħbija li tqatta’ ċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-istallazzjoni tal-ikkondizzjonar.

7.2.5.2.3.   L-ikkondizzjonar fil-kesħa

7.2.5.2.3.1.   Iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta’ 24 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija.

7.2.5.2.3.2.   Iċ-ċinga mbagħad għandha tinżamm għal 90 ± 5 minuta fuq wiċċ ċatt f’kumpartiment b’temperatura baxxa fejn it-temperatura tal-arja hija ta’ – 30 °C ± 5 °C. Din imbagħad għandha tintewa u t-tinja għandha titgħabba b’piż ta’ 2 ± 0.2 kg li qabel tkun tkessħet għal – 30 °C ± 5 °C. Meta ċ-ċinga tkun inżammet mgħobbija għal 30 ± 5 minuta fl-istess kumpartiment tat-temperatura baxxa, għandu jitneħħa l-piż u t-tagħbija li tqatta’ ċ-ċinga għandha titkejjel fi żmien ħames minuti wara li titneħħa ċ-ċinga mill-kumpartiment tat-temperatura baxxa.

7.2.5.2.4.   L-ikkondizzjonar fis-sħana

7.2.5.2.4.1.   Iċ-ċinga għandha tinżamm għal 180 ± 10 minuta f’atmosfera ta’ kumpartiment li jsaħħan b’temperatura ta’ 60 °C ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 65 ± 5 fil-mija.

7.2.5.2.4.2.   It-tagħbija li tqatta’ ċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-kumpartiment li jsaħħan.

7.2.5.2.5.   L-esponiment għall-ilma

7.2.5.2.5.1.   Iċ-ċinga għandha tinżamm mgħaddsa totalment fl-ilma għal 180 ± 10 minuta f’ilma distillat, b’temperatura ta’ 20 °C ± 5 °C, li miegħu tiġi miżjuda traċċa ta’ aġent li jxarrab. Jista’ jintuża kwalunkwe aġent li jxarrab adattat għall-fibra li qed tiġi ttestjata.

7.2.5.2.5.2.   It-tagħbija li tqatta’ ċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien 10 minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-ilma.

7.2.5.2.6.   L-ikkondizzjonar tal-brix

7.2.5.2.6.1.   Il-komponenti jew it-tagħmir li jridu jintbagħtu għat-test tal-brix għandhom jinżammu għal minimu ta’ 24 siegħa qabel l-ittestjar f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. It-temperatura tal-kamra matul l-ittestjar għandha tkun bejn 15° u 30 °C.

7.2.5.2.6.2.   It-tabella t’hawn taħt tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali għal kull test:

Tabella 8

 

Tagħbija (N)

Ċikli fil-minuta

Ċikli (Nru)

Proċedura tat-Tip 1

10 ± 0,1

30 ± 10

1 000 ± 5

Proċedura tat-Tip 2

5 ± 0,05

30 ± 10

5 000 ± 5

Fil-każ li ma jkunx hemm biżżejjed ċinga biex jiġu ttestjati aktar minn 300 mm ta’ ċaqliq, it-test jista’ jiġi applikat fuq biċċa iżgħar li ma għandhiex tkun inqas minn 100 mm.

7.2.5.2.6.3.   Il-kundizzjonijiet partikolari għat-test

7.2.5.2.6.3.1.   Il-proċedura tat-tip 2: Għall-każijiet fejn iċ-ċinga tiżloq fl-apparat li jaġġusta malajr. It-tagħbija ta’ 10 N għandha tiġi applikata b’mod vertikali u permanenti fuq waħda miċ-ċineg. Iċ-ċinga l-oħra, imqiegħda b’mod orizzontali, għandha titwaħħal ma’ tagħmir, biex jagħti moviment quddiem u lura lill-istrixxi. L-apparat għall-aġġustament għandu jitpoġġa b’tali mod li ċ-ċinga orizzontali tal-istrixxi tibqa’ taħt tensjoni (ara l-Figura 1 tal-Anness 5).

7.2.5.2.6.3.2.   Il-proċedura tat-tip 2: Għal każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni meta tkun qed tgħaddi minn parti riġida. Matul dan it-test, l-angoli taż-żewġ ċineg tal-istrixxi għandhom ikunu kif muri fil-Figura 2 tal-Anness 5. It-tagħbija ta’ 5 N għandha tiġi applikata b’mod permanenti. Għall-każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni għal aktar minn darba meta tgħaddi minn parti riġida, it-tagħbija ta’ 5 N tista’ tiġi miżjuda sabiex jinkiseb il-moviment previst ta’ 300 mm miċ-ċinga minn ġol-parti riġida.

7.2.6.   It-test tal-ikkondizzjonar għall-apparat li jaġġusta armat direttament fuq it-trażżin tat-tfal

Stalla l-akbar manikin li huwa maħsub it-trażżin għalih, bħallikieku għat-test dinamiku, inkluż ir-reħa standard, kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.3.5. ta' hawn fuq. Immarka linja ta’ referenza fuq l-istrixxi fejn it-tarf ħieles tal-istrixxi jidħol fl-apparat li jaġġusta.

Neħħi l-manikin u poġġi t-trażżin fit-tagħmir tal-ikkondizzjonar kif muri fil-Figura 1 tal-Anness 16.

L-istrixxi jridu jgħaddu minn ċikli għal distanza totali ta’ mhux inqas minn 150 mm minn ġewwa l-apparat li jaġġusta. Dan il-moviment għandu jkun tali li tal-inqas 100 mm mill-istrixxi fuq in-naħa tal-linja tar-referenza lejn it-tarf ħieles tal-istrixxi u l-bqija tad-distanza tal-movimenti (appross. 50 mm) fuq in-naħa tal-ċinga integrali tal-linja tar-referenza jgħaddi mill-apparat li jaġġusta.

Jekk it-tul tal-istrixxi mil-linja ta’ referenza għat-tarf ħieles tal-istrixxi mhux biżżejjed għall-moviment deskritt hawn fuq, il-150 mm ta’ moviment minn ġol-apparat li jaġġusta għandu jkun mill-pożizzjoni totalment stirata taċ-ċinga integrali.

Il-frekwenza taċ-ċikli għandha tkun ta' 10 ± 1 cikli/minuta, b'veloċità fuq "B" ta' 150 ± 10 mm/sek.

7.2.7.   It-test tat-temperatura

7.2.7.1.   Il-komponenti speċifikati fil-paragrafu 6.6.5.1 għandhom jiġu esposti għal ambjent fuq wiċċ tal-ilma fi spazju magħluq, bl-ambjent ikollu temperatura ta' mhux inqas minn 80 °C, għal perjodu kontinwu ta' mhux inqas minn 24 siegħa u mbagħad jitkessħu f'ambjent b'temperatura li ma teċċedix it-23 °C. Il-perjodu tat-tkessiħ għandu jkun segwit minn tliet ċikli konsekuttivi ta' 24 siegħa, fejn kull ċiklu jinkludi dawn is-sekwenzi konsekuttivi li ġejjin:

(a)

Ambjent b’temperatura ta’ mhux inqas minn 100 °C għandu jinżamm għal perjodu kostanti ta’ 6 sigħat u dan l-ambjent għandu jintlaħaq fi żmien 80 minuta mill-bidu taċ-ċiklu; imbagħad

(b)

Abjent b’temperatura ta’ mhux aktar minn 0 °C għandu jinżamm għal perjodu kontinwu ta’ 6 sigħat u dan l-ambjent għandu jintlaħaq fi żmien 90 minuta; imbagħad

(c)

Ambjent b’temperatura ta’ mhux aktar minn 23 °C għandu jinżamm matul il-bqija taċ-ċiklu ta’ 24 siegħa.

7.2.8.   Is-sit komplut, jew il-komponent mgħammar bil-punti ta' ankraġġ ISOFIX (eż. bażi ISOFIX) jekk ikollu buttuna tar-rilaxx, jitwaħħal b'mod riġidu mar-rigg tat-test b'tali mod li lo-konnetturi ISOFIX ikunu allinjati vertikalment kif jidher fil-Figura 3. Żbarra b'dijamentru ta' 6 mm u tul ta' 350 mm, għandha titwaħħal mal-konnetturi ISOFIX. Massa ta' 5 kg għandha titwaħħal mal-estremitajiet tal-iżbarra.

7.2.8.1.   Għandha tiġi applikata forza operattiva mal-buttuna tar-rilaxx jew il-pum matul l-assi fiss li huwa parallel mad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna/pum; iċ-ċentru ġeometriku japplika għal dik il-parti tal-wiċċ tal-punt tal-ankraġġ ISOFIX li fuqha għandha tiġi applikata l-pressjoni tar-rilaxx.

7.2.8.2.   Il-forza tal-ftuħ tal-punt tal-ankraġġ ISOFIX għandha tiġi appikata bl-użu ta' dinamometru jew apparat simili b'mod normali u fid-direzzjoni indikata fil-manwal għall-utent maħruġ mill-manifatturi. It-tarf tal-kuntatt għandu jkun emisferu tal-metall illustrat b'raġġ ta' 2,5 ± 0,1 mm fil-każ ta' buttuna tar-rilaxx jew ganċ tal-metall illustrat b'raġġ ta' 25 mm.

7.2.8.3.   Jekk id-disinn tat-trażżin tat-tfal jipprevjeni l-applikazzjoni tal-proċedura mfissra fil-paragrafi 7.2.8.1. u 7.2.8.2., jista' jiġi applikat metodu alternattiv bi qbil mas-Servizz Tekniku li jkun qed iwettaq it-test.

7.2.8.4.   Il-forza tal-ftuħ tal-punt tal-ankraġġ ISOFIX li għandha titkejjel għandha tkun dik meħtieġa biex tiżganċja l-ewwel konnettur.

7.2.8.5.   It-test għandu jitwettaq fuq sit ġdid, u jiġi repetut fuq sit li kien ġie suġġett għall-proċedura ċiklanti speċifikata fil-paragrafu 6.7.5.1.

Image

7.3.   Iċ-Ċertifikazzjoni tal-Kuxxin tal-Bank tat-Test

7.3.1.   Il-kuxxin tas-sit tat-test għandha tiġi ċċertifikata meta tkun għadha ġdida sabiex jiġu stabbiliti l-valuri inizjali tal-penetrazzjoni tal-impatt u d-deċellerazzjoni massima, u mbagħad wara kull 50 test dinamiku jew tal-inqas kull xahar, skont liema minnhom jiġi l-ewwel, jew qabel kull test jekk it-tagħmir tat-test jintuża b’mod frekwenti.

7.3.2.   Il-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u tal-kejl għandhom jikkorrispondu ma’ dawk speċifikati fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-ISO 6487; it-tagħmir tal-kejl għandu jikkorrispondi mal-ispeċifikazzjoni ta’ kanal tad-dejta bil-klassi tal-filtru tal-kanal ta’ (CFC) 60.

Wettaq tliet testijiet permezz tat-tagħmir tat-test iddefinit fl-Anness 14 ta' dan ir-Regolament, f’distanza ta’ 150 ± 5 mm mit-tarf ta’ quddiem tal-kuxxin fuq il-linja taċ-ċentru u f’distanza ta’ 150 ± 5 mm f’kull direzzjoni mil-linja taċ-ċentru.

Poġġi t-tagħmir f’pożizzjoni vertikali fuq wiċċ lixx u riġidu. Baxxi l-massa tal-impatt sakemm tiġi f’kuntatt mal-wiċċ u qiegħed il-markatur tal-penetrazzjoni fuq il-pożizzjoni żero. Poġġi t-tagħmir b’mod vertikali ‘l fuq mill-punt tat-test, għolli l-massa b’500 ± 5mm u ħalliha taqa’ liberament sabiex tagħmel impatt fuq il-wiċċ tal-kuxxin tas-sit tal-bank tat-test. Irreġistra l-penetrazzjoni u l-kurva tad-deċellerazzjoni.

7.3.3.   Il-valuri massimi rreġistrati ma għandhomx ivarjaw b’aktar minn 15 fil-mija mill-valuri inizjali.

7.4.   Ir-reġistrazzjoni tal-imġiba dinamika

7.4.1.   Sabiex jiġu ddeterminati l-imġiba tal-manikin u l-ispostamenti tiegћu, it-testijiet dinamiċi kollha għandhom jiġu rreġistrati skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

7.4.1.1.

Il-kundizzjonijiet tal-iffilmjar u tal-irrekordjar:

(a)

Il-frekwenza gћandha tkun ta’ mill-inqas 500 fotogramm kull sekonda;

(b)

It-test għandu jiġi rrekordjat bħala filmat jew mezz tad-dejta diġitali matul talanqas l-ewwel 300 ms.

7.4.1.2.

L-istima tal-inċertezza:

 

Il-laboratorji tal-ittestjar gћandu jkollhom u gћandhom japplikaw proċeduri sabiex jistmaw l-inċertezza tal-kejl tal-ispostament tar-ras tal-manikin. L-inċertezza gћandha tkun fi ħdan ± 25 mm.

 

Eżempji ta' standards internazzjonali ta' proċedura bħal din huma EA–4/02 tal-Organizzazzjoni Ewropea gћall-Akkreditazzjoni jew ISO 5725:1994 jew il-metodu tal-Kejl Ġenerali tal-Inċertezza (GUM).

7.5.   Il-proċeduri tal-kejl għandhom jikkorrispondu ma' dawk definiti fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-ISO 6487; Il-klassijiet tal-frekwenza tal-kanal għandhom ikunu:

Tabella 9

Tip ta’ kejl

CFC(FH)

Il-frekwenza tal-qtugħ (FN)

L-aċċellerazzjoni tat-troli

600

ara ISO 6487Anness A

It-tagħbijiet taċ-ċinturini

600

ara ISO 6487Anness A

L-aċċellerazzjoni tas-sider

600

ara ISO 6487Anness A

L-aċċellerazzjoni tar-ras

1 000

1 650  Hz

Il-forza fil-parti ta' fuq tal-għonq

600

 

Il-moment fil-parti ta’ fuq tal-għonq

600

 

Id-deflessjoni tas-sider

600

 

Ir-rata tat-teħid tal-kampjuni għandha tkun mill-inqas 10 darbiet il-klassi tal-frekwenza tal-kanal (jiġifieri, fi stallazzjonijiet bi klassi tal-frekwenza ta’ 1 000, dan jikkorrispondi għal rata minima tat-teħid tal-kampjuni ta’ 10 000 kampjun fis-sekonda għal kull kanal).

8.   IR-RAPPORTI TAT-TEST TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP U TAL-KWALIFIKAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

8.1.

Fir-rapport tat-test għandhom jitniżżlu r-riżultati tat-testijiet u tal-kejl kollu inkluża d-dejta tat-test li ġejja:

(a)

It-tip ta’ apparat użat għat-test (l-apparat tal-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni);

(b)

Il-bidla totali tal-veloċità;

(c)

Il-veloċità tat-troli immedjatament qabel l-impatt għall-islitti tad-deċellerazzjoni biss,

(d)

Il-kurva tal-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni waqt il-bidla fil-veloċità tat-troli u tal-inqas 300 ms;

(e)

Il-ħin (f’ms) li fih ras il-manikin tilħaq l-ispostament massimu tagħha waqt it-twettiq tat-test dinamiku;

(f)

Il-post okkupat mill-bokkla waqt it-testijiet, jekk dan jista’ jkun differenti;

(g)

Kwalunkwe ħaġa li ma taħdimx jew ksur;

(h)

Il-kriterji li ġejjin rigward il-manikin: HIC, Aċċellerazzjoni tar-ras ta’ 3 ms, forza ta’ tensjoni fil-parti ta’ fuq tal-għonq, il-moment fil-parti ta' fuq tal-għonq, deflezzjoni tat-toraċi tas-sider; u

(i)

Il-forza taċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor.

8.2.

Jekk ma ġewx rispettati d-dispożizzjonijiet relatati mal-ankraġġi, li jinsabu fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6 ta' dan ir-Regolament, ir-rapport tat-test għandu jiddeskrivi kif huwa stallat it-trażżin tat-tfal u għandu jispeċifika l-angoli u d-dimensjonijiet importanti.

8.3.

Meta t-trażżin tat-tfal huwa ttestjat f’vettura jew fi struttura ta’ vettura, ir-rapport tat-test għandu jispeċifika kif twaħħlet l-istruttura tal-vettura mat-troli, il-pożizzjoni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal u s-sit tal-vettura u l-inklinazzjoni tad-dahar tas-sit tal-vettura.

8.4.

Ir-rapporti tat-test tal-approvazzjoni ta’ tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni gћandhom jirreġistraw il-verifika tal-immarkar u tal-istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni u l-użu.

9.   IL-KWALIFIKAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

9.1.   Sabiex jiġi żgurat li s-sistema tal-produzzjoni tal-manifattur hija sodisfaċenti, is-Servizz Tekniku, li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandu jagћmel testijiet sabiex jikkwalifika l-produzzjoni skont il-paragrafu 9.2. ta' hawn taħt.

9.2.   Il-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal

Il-produzzjoni ta’ kull tip ġdid approvat ta’ Sistema tat-Trażżin tat-Tfal tal-kategoriji i-Size u dawk speċifiki għal vettura għandha titressaq gћal testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni. Jistgħu jiġu preskritti kwalifiki addizzjonali ta' produzzjoni b'segwiment tal-paragrafu 11.1.3.

Gћal dan il-gћan, jittieћed kampjun aleatorju ta’ ħames Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal mill-ewwel grupp tal-produzzjoni.

L-ewwel grupp tal-produzzjoni jitqies bћala l-produzzjoni tal-ewwel blokk li jkun fih minimu ta’ 50 Sistema tat-Trażżin tat-Tfal u massimu ta’ 5 000 Sistema tat-Trażżin tat-Tfal.

9.2.1.   Testijiet dinamiċi tal-impatti minn quddiem u minn wara

9.2.1.1.

Għat-test dinamiku deskritt fil-paragrafu 7.1.3., għandhom jitressqu ħames Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal. Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip gћandu jagћżel il-kundizzjonijiet li pproduċew id-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras matul it-testijiet dinamiċi tal-approvazzjoni tat-tip, u jeskludi l-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 6.6.4.1.6.2. ta' hawn fuq. Il-ћames Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal gћandhom jiġu ttestjati kollha fl-istess kundizzjonijiet.

9.2.1.2.

Gћal kull test deskritt fil-paragrafu 9.2.1.1. ta' hawn fuq, il-kriterji tal-korriment deskritti fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta' hawn fuq; u

Għal sits li jħarsu 'l quddiem l-isporġiment tar-ras deskritt fil-paragrafu 6.6.4.4.1.1. ta' hawn fuq;

Għal sits li jħarsu lura u l-kerrikots l-isporġiment tar-ras deskritt fil-paragrafu 6.6.4.4.1.2.1. ta' hawn fuq;

Għandhom jitkejlu.

9.2.1.3.

Ir-riżultati tal-isporġiment massimu tar-ras għandhom ikunu konformi maż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

9.2.1.3.1.

L-ebda valur m'gћandu jeċċedi 1.05 L, u

X + S m'gћandux jeċċedi L,

Fejn:

L

=

il-valur ta' limitu preskritt

X

=

il-medja tal-valuri

S

=

id-devjazzjoni standard tal-valuri

9.2.1.3.2.

Ir-riżultati tal-kriterji tal-korriment gћandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 6.6.4.3.1. ta' hawn fuq, barra minn hekk, il-kundizzjoni X + S fil- paragrafu 9.2.1.3.1. ta' hawn fuq gћandha tiġi applikata għall-kejl limitat tar-riżultati tal-kriterji tal-korriment ta' 3 ms (kif iddefiniti fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta' hawn fuq) u tiġi reġistrata għall-fini ta' informazzjoni biss.

9.2.2.   Testijiet dinamiċi għal impatt laterali

9.2.3.   Il-kontroll tal-immarkar

9.2.3.1.

Is-Servizz Tekniku li wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-immarkar ikun konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 4 ta' dan ir-Regolament.

9.2.3.2.

Il-Kontroll tal-istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni u l-Istruzzjonijiet tal-użu

9.2.3.3.

Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni u l-istruzzjonijiet gћall-użu jkunu konformi mal-paragrafu 14 ta' dan ir-Regolament.

10.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI U T-TESTIJIET TA’ RUTINA

Il-proċeduri ta’ konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324–E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

10.1.

Kwalunkwe Sistema tat-Trażżin tat-Tfal approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b'tali mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fil-paragrafi minn 6. sa 8. ta' hawn fuq.

10.2.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 12 ta' dan ir-Regolament.

10.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darbtejn f'sena.

11.   IL-MODIFIKI U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ SISTEMA TAT-TRAŻŻIN TAT-TFAL

11.1.

Kull modifika tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li approvat is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista’ jew:

11.1.1.

Tqis li l-modifiki magħmula ma tantx huwa probabbli li jkollhom effett negattiv li jista’ jiġi nnutat u li fi kwalunkwe każ is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal tkun għadha konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa; jew

11.1.2.

Titlob rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

11.2.

Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tkun ikkomunikata permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

11.1.3.

Jekk ikun meħtieġ rapport tat-test ieħor, qabbel ir-riżultat tal-isporġiment orizzontali tar-ras mal-agħar każ fost ir-riżultati kollha rreġistrati qabel:

(a)

Jekk l-isporġiment ikun akbar, għandu jitwettaq ittestjar ġdid tal-kwalifika tal-produzzjoni;

(b)

Jekk l-isporġiment ikun anqas, ma għandux għalfejn jitwettaq ittestjar ġdid tal-kwalifika tal-produzzjoni;

11.4.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni bħal din u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

12.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

12.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' Sistema tat-Trażżin tat-Tfal skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li għandha fuqha d-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.4. ta' dan ir-Regolament ma tgħaddix mill-kontrolli aleatorji deskritti fil-paragrafu 9 ta' hawn fuq jew ma tkunx konformi mat-tip approvat.

12.2.

Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

13.   PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTIVAMENT

13.1.

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip speċifiku ta' Sistema tat-Trażżin tat-Tfal skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tinforma lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

14.   TAGĦRIF GĦALL-UTENTI

14.1.

Kull Sistema tat-Tażżin tat-Tfal għandu jkollha magħha struzzjonijiet bil-lingwa tal-pajjiż fejn it-tagħmir ser jinbiegħ bil-kontenut li ġej:

14.2.

L-istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni għandhom jinkludu l-punti li ġejjin:

14.2.1.

Gћal Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal tal-kategorija "i-Size" it-tikketta li ġejja gћandha tkun viżibbli b’mod ċar fuq barra tal-imballaġġ:

Notifika

Din hija Sistema tat-Trażżin tat-Tfal "i-Size". Hija approvata skont ir-Regolament nNru 129, għall-użu f'pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vettura li huma "kompatibbli mal-i-Size" kif indikat mill-manifatturi tal-vettura fil-manwal għall-utenti tal-vettura.

Jekk għandek xi dubju, ikkonsulta jew lill-manifattur tat-trażżin tat-tfal jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

14.2.2.

Għal Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal tal-kategorija "Vettura speċifika ISOFIX", l-informazzjoni fuq il-vettura applikabbli għandha tkun viżibbli b'mod ċar fil-punt tal-bejgħ mingħajr ma t-trażżin tat-tfal jitneħħa mill-imballaġġ tiegħu;

14.2.3.

Fuq barra tal-imballaġġ, il-manifattur tat-trażżin tat-tfal għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-indirizz fejn il-konsumatur jista’ jikteb biex jirċievi aktar informazzjoni dwar kif jiġi stallat it-trażżin tat-tfal f’karozzi speċifiċi;

14.2.4.

Il-metodu tal-istallazzjoni jiġi llustrat permezz ta’ ritratti u/jew tpinġijiet ċari ħafna;

14.2.5.

L-utent għandu jiġi mgħarraf li l-oġġetti riġidi u l-partijiet tal-plastik tat-trażżin tat-tfal għandhom jitpoġġew u jiġu stallati b’tali mod li ma jkunx possibbli li dawn jinqabdu minn sit li jista’ jiċċaqlaq jew f’xi bieba tal-vettura, waqt l-użu ta’ kuljum tal-vettura;

14.2.6.

L-utent għandu jiġi mgħarraf li juża l-kerrikots b'mod perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-vettura;

14.2.7.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li jħarsu lura, il-konsumatur għandu jiġi mgħarraf biex ma jużahomx fil-postijiet fejn ipoġġu bilqiegħda l-passiġġieri li huma mgħammra b’airbag attiva frontali. Din l-informazzjoni għandha tkun viżibbli b'mod ċar waqt il-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-imballaġġ;

14.2.8.

Għal “Trażżin għal Bżonnjijiet Speċjali i-Size” l-informazzjoni li ġejja għandha tkun viżibbli b'mod ċar waqt il-bejgħ mingħajr ma t-trażżin tat-tfal jitneħħa mill-imballaġġ tiegħu:

Dan it-"Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali i-Size" huwa maħsub biex jagħti aktar appoġġ lil tfal li għandhom diffikultà biex ipoġġu bilqiegħda sew f’sits konvenzjonali. Dejjem ikkonsulta lit-tabib tiegħek biex tiżgura li din is-sistema ta’ trażżin hija adattata għat-tifel/tifla tiegħek.

14.3.

L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu l-punti li ġejjin:

14.3.1.

Il-firxa tad-daqsijiet u l-ogħla piż tal-persuna li għaliha huwa maħsub it-tagħmir:

14.3.2.

Il-metodu tal-użu għandu jintwera b’ritratti u/jew disinni tassew ċari. Fil-każ ta' sits li jistgħu jintużaw kemm iħarsu 'l quddiem u kemm iħarsu lura, għandha tingħata twissija ċara biex it-trażżin jinżamm iħares lura sakemm il-massa tat-tifel issir akbar minn limitu ddikjarat, jew sakemm ma jinqabiżx xi kriterju dimensjonali ieħor.

14.3.3.

Għal Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li tħares ’il quddiem, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun tidher b’mod ċar fuq in-naħa ta’ barra l-imballaġġ:

“IMPORTANTI - TUŻAX FIL-POŻIZZJONI LI TĦARES ’IL QUDDIEM QABEL MA L-ETÀ TAT-TIFEL/TIFLA TAQBEŻ il-15-il xahar (Irreferi għall-istruzzjonijiet)”

14.3.4.

It-tħaddim tal-bokkla u tal-apparat għall-aġġustament għandu jiġi spjegat b’mod li jinftiehem;

14.3.5.

Għandu jkun rakkomandat li kwalunkwe ċinga li żżomm it-trażżin mal-vettura għandha tkun issikkata, li kwalunkwe sieq ta' appoġġ għandha tkun tmiss mal-art tal-vettura, li kwalunkwe ċinga li trażżan it-tfal għandha tkun aġġustata skont il-ġisem tat-tfal, u li ċ-ċineg ma għandhomx jinbarmu;

14.3.6.

Għandha tiġi enfasizzata l-importanza li jkun żgurat li kwalunkwe ċinga ta’ fuq il-ħoġor tintlibes 'l isfel, biex il-pelvi jkun marbut sew;

14.3.7.

Għandu jkun rakkomandat li t-tagħmir għandu jinbidel meta dan ikun ġie suġġett għal tensjonijiet vjolenti f’aċċident;

14.3.8.

Għandhom jingħataw struzzjonijiet kif jitnaddaf it-tagħmir;

14.3.9.

Għandha tingħata twissija ġenerali lill-utent rigward il-periklu li ssir kwalunkwe alterazzjoni jew żieda mat-tagħmir mingħajr l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, u l-periklu jekk ma jiġux segwiti mill-qrib l-istruzzjonijiet tal-istallazzjoni pprovduti mill-manifattur tat-trażżin tat-tfal;

14.3.10.

Meta s-siġġu ma jkunx provdut b'kisi tad-drapp, għandu jkun rakkomandat li s-siġġu jinżamm 'il bogħod mid-dawl tax-xemx, inkella jista' jsir jaħraq wisq għall-ġilda tat-tfal;

14.3.11.

Għandu jkun rakkomandat li t-tfal ma jitħallewx fis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal tagħhom mingħajr sorveljanza;

14.3.12.

Għandu jkun rakkomandat li kwalunkwe bagalja jew oġġett ieħor li jista’ jkun il-kawża li xi ħadd iweġġa’ fil-każ ta’ kolliżjoni għandu jkun marbut kif suppost.

14.3.13.

Għandu jkun rakkomandat li:

14.3.13.1.

Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ma għandhiex tintuża mingħajr il-kisi.

14.3.13.2.

Il-kisi tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ma għandu jitbiddel mal-ebda kisi ieħor ħlief dak irrakkomandat mill-manifattur, għax il-kisi huwa parti integrali mill-attività tat-trażżin.

14.3.14.

Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet biex l-istruzzjonijiet ikunu jistgħu jinżammu fuq it-trażżin tat-tfal matul il-perjodu li dan idum iservi jew fil-manwal tal-vettura fil-każ ta’ trażżin inkorporat.

14.3.15.

Għal “Sistema tat-Trażżin tat-Tfal i-Size”, l-utent għandu wkoll jingħata referenza għall-manwal tal-manifattur tal-vettura.

15.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL- AWTORITAJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew tal-produzzjoni li twaqqfet għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  In-numru ta’ distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 qed jerġa' jingħata fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni konsolidata dwar il-kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.2/Emend.3.

(2)  Il-Fissaġġ għat-Trażżin tat-Tfal (CRF) kif ġie definit fir-Regolament Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza).

(*)  HPC: ara l-Anness 17.

(**)  Tiġi riveduta fi żmien tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(***)  Tiġi riveduta fi żmien tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(****)  Tiġi riveduta fi żmien tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(*****)  Tiġi riveduta fi żmien tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(3)  g = 9.81 m/s2.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li għandha l-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq hija tagħmir li jista' jiġi stallat fi kwalunkwe vettura kompatibbli mal-i-Size u li kapaċi jintuża għal medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 40 cm - 70 cm u limitu ta' massa ta' 24 kg; hija approvata fi Franza (E2) taħt in-numru 002439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament li jikkonċerna l-approvazzjoni ta' Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal imtejba użati abbord vetturi bil-magna kif emendat mis-serje 00 ta' emendi. Barra minn hekk isem ir-regolament għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta' emendi li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni.

Image

Test ta 'immaġni

Is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li għandha l-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq hija tagħmir li ma jistax jiġi stallat f'kull vettura u li kapaċi jintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 40 cm u 70 cm u limitu tal-massa ta' 24 kg; hija approvata fi Franza (E2) taħt in-numru 002450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament li jikkonċerna l-approvazzjoni ta' Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal ISOFIX għal vetturi speċifiċi użati abbord vetturi bil-magna kif emendat mis-serje 00 ta' emendi. Barra minn hekk, in-numru tar-regolament għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta' emendi li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni.

Nota: In-numru ta’ approvazzjoni u s-simbolu (i) għandhom jitqiegħdu qrib iċ-ċirku u fuq jew taħt l-“E” jew fuq ix-xellug jew il-lemin tagħha. Il-figuri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-“E” u jridu jkunu orjentati fl-istess direzzjoni. Is-simbolu(i) addizzjonali għandhom ikunu dijametrikament opposti għan-numru tal-approvazzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numru tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra.


ANNESS 3

L-ARRANĠAMENT TAL-APPARAT GĦAT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAT-TRAB

Image

Image


ANNESS 4

IT-TEST TAL-KORRUŻJONI

1.   L-APPARAT TAT-TEST

1.1.

L-apparat għandu jikkonsisti minn kompartiment ta' raxx irqiq ta' likwidu, minn kontenitur fejn tinżamm soluzzjoni tal-melħ, minn provvista ta' arja kompressata kkondizzjonata b'mod adattat, minn żennuna li tatomizza waħda jew aktar, minn appoġġi għall-kampjuni, minn faċilità biex jissaħħan il-kompartiment, u mill-mezzi meħtieġa għall-kontroll. Id-daqs u l-kostruzzjoni ddettaljata tal-apparat jistgħu jintgħażlu, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tat-test.

1.2.

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-qtar tas-soluzzjoni li jakkumulaw mas-saqaf jew mal-għatu tal-kompartiment ma jaqgħux fuq il-kampjuni tat-test.

1.3.

Il-qtar tas-soluzzjoni li jaqa’ mill-kampjuni tat-test ma għandux jerġa’ jitpoġġa fil-kontenitur biex ikunu sprejjati mill-ġdid.

1.4.

L-apparat ma għandux jinbena minn materjali li jaffetwaw kemm jikkawża korrużjoni r-raxx irqiq tal-likwidu.

2.   IL-POST TAL-KAMPJUNI TAT-TEST FIL-KABINETT TAR-RAXX IRQIQ TAL-LIKWIDU

2.1.

Il-kampjuni, minbarra l-apparat li jiġbed lura, għandhom jiġu sostnuti jew sospiżi bejn 15° u 30° mil-linja vertikali u preferibbilment ikunu paralleli għad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx irqiq tal-likwidu minn ġol-kumpartiment, ibbażat fuq il-wiċċ dominanti li jkun qed jiġi ttestjat.

2.2.

L-apparat li jiġbed lura għandu jiġi sostnut jew sospiż b’mod li l-assi tar-rukkell fejn tintrefa’ ċ-ċinga għandhom ikunu perpendikulari għad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx irqiq tal-likwidu minn ġol-kumpartiment. Il-fetħa taċ-ċinga fl-apparat li jiġbed lura għandha tkun qed tħares ukoll f'din id-direzzjoni ewlenija.

2.3.

Kull kampjun għandu jitpoġġa b’tali mod li jippermetti li r-raxx irqiq tal-likwidu joqgħod liberament fuq il-kampjuni kollha.

2.4.

Kull kampjun għandu jitqiegħed b'tali mod li ma jħallix li s-soluzzjoni tal-melħ minn kampjun wieħed tqattar fuq kwalunkwe kampjun ieħor.

3.   SOLUZZJONI TAL-MELĦ

3.1.

Is-soluzzjoni tal-melħ għandha tiġi ppreparata billi jinħallu 5 ± 1 partijiet skont il-massa ta' melħ komuni tal-mejda f'95 parti ta' ilma distillat. Il-melħ għandu jkun melħ komuni li huwa sostanzjalment ħieles minn nikil u mir-ram u li ma fihx aktar minn 0,1 fil-mija ta’ jodur tas-sodju u mhux aktar minn 0.3 fil-mija ta' impuritajiet totali meta jkun xott.

3.2.

Is-soluzzjoni għandha tkun tali li, meta tiġi atomizzata f'temperatura ta' 35 C, is-soluzzjoni li tinġabar tkun f'medda ta' pH ta' 6.5 sa 7.2.

4.   ARJA KKOMPRESSATA

4.1.

Il-provvista tal-arja kkompressata għaż-żennuna jew għaż-żennuni biex tkun atomizzata s-soluzzjoni tal-melħ għandha tkun ħielsa miż-żejt u mill-ħmieġ, u għandha tinżamm fi pressjoni ta' bejn 70 kN/m2 u 170 kN/m2.

5.   IL-KUNDIZZJONIJIET FIL-KUMPARTIMENT TAR-RAXX IRQIQ TAL-LIKWIDU

5.1.

Iż-żona tal-esponiment tal-kumpartiment tar-raxx irqiq tal-likwidu għandha tinżamm f’35 °C ± 5 °C. Tal-inqas żewġ reċipjenti nodfa li jiġbru r-raxx irqiq tal-likwidu għandhom jitpoġġew fiż-żona tal-esponiment, ħalli ma tinġabar l-ebda qatra tas-soluzzjoni mill-kampjuni tat-test jew minn kwalunkwe sors ieħor. Ir-reċipjeni li jiġbru għandhom jitpoġġew viċin il-kampjuni tat-test, wieħed viċin kemm jista’ jkun ta’ kwalunkwe żennuna u wieħed ’il bogħod kemm jista’ jkun miż-żennuni kollha. Ir-raxx irqiq tal-likwidu għandu jkun tali li, għal kull 80 cm2 ta’ erja orizzontali tal-ġbir, jinġabru f’kull reċipjent li jiġbor minn 1,0 sa 2,0 ml ta’ soluzzjoni kull siegħa, meta mkejla fuq medja ta’ mill-inqas 16-il siegħa.

5.2.

Iż-żennuna jew iż-żennuni għandhom ikunu diretti jew irregolati, ħalli l-isprej ma jaffetwax direttament il-kampjuni tat-test.


ANNESS 5

IT-TEST TAL-BRIX U TAL-MIKROSLIP

Figura 1

Il-Proċedura tat-tip 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Eżempji tal-arranġamenti tat-test li jikkorrispondu mat-tip ta’ tagħmir ta’ aġġustament

Figura 2

Il-Proċedura tat-tip 2

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Figura 3

It-test tal-mikroslip

Image

Test ta 'immaġni

It-tagħbija ta’ 50 N fuq it-tagħmir tal-ittestjar għandha tkun iggwidata vertikalment b'tali mod li t-tagħbija ma titħallix titbandal u lanqas iċ-ċinga tinbaram.

It-tagħmir li jwaħħal għandu jiġi ffissat mat-tagħbija ta’ 50 N bl-istess mod bħal fil-vettura.


ANNESS 6

ID-DESKRIZZJONI TAT-TROLI

1.   IT-TROLI

1.1.

Għal testijiet fuq sistemi ta’ trażżin tat-tfal, it-troli, li jġorr is-sit biss, għandu jkollu massa iktar minn 380 kg. Għal testijiet fuq Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal fil-kategorija "ISOFIX għal vettura speċifika", it-troli bl-istruttura tal-vettura mwaħħla miegħu għandu jkollu massa ta’ 800 kg.

2.   L-ISKRIN TAL-IKKALIBRAR

2.1.

Għandu jitwaħħal sew skrin tal-ikkalibrar mat-troli b’linja tal-limitu tal-moviment immarkata fuqu b’mod ċar biex ikun hemm konformità mal-kriterji tal-moviment quddiem li jridu jiġu determinati mid-dokumentazzjoni fotografika.

3.   IL-BANK TAT-TEST

3.1.   Il-bank tat-test għandu jkun mibni kif ġej:

3.1.1.

Dahar riġidu, fiss, bid-dimensjonijiet tiegħu jingħataw fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness.

3.1.2.

Postijiet bilqiegħda riġidi, li d-dimensjonijiet tagħhom huma mogħtija fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness. Il-parti ta’ wara tal-post bilqiegħda hija magħmula folja ta' metall riġida,. Il-parti ta’ quddiem tal-post bilqiegħda hija wkoll magħmula minn tubu b’dijametru ta’ 20 mm;

3.1.3.

Għall-aċċess għas-sistema tal-ankraġġ ISOFIX, għandhom isiru fetħiet fuq in-naħa ta' wara tal-kuxxin tas-sit tal-bank tat-test, kif provdut fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness;

3.1.4.

Il-wisa' tal-bank tat-test għandu jkun ta' 800 mm;

3.1.5.

Id-dahar u l-post bilqiegħda għandhom jinksew b'fowm tal-poliuretan, li l-karatteristiċi tiegħu jingħataw fit-Tabella 1. Id-dimensjonijiet tal-kuxxin jingħataw fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness;

Tabella 1

 

Standard

Valur

Unità

Densità

EN ISO 845

68-74

Kg/m3

Reżistenza ta’ kompressjoni

EN ISO 3386/1 (40 % kompressjoni)

13

kPa

Deflessjoni tat-Tagħbija tal-Indentazzjoni (ILD)

EN ISO 2439B (40 % kompressjoni)

500 (+/15 %)

N

Saħħa tensili

EN ISO 1798

≥ 150

kPa

Titwil ultimu

EN ISO 1798

≥ 120

%

Sett tal-kompressjoni

EN ISO 1856 (22hr/50 %/70 °C)

≤ 3

%

3.1.6.

Il-fowm tal-poliuretan għandu jinkesa bi drapp li jħares mix-xemx, magħmul minn fibra tal-poly-acrylate, li l-karatteristiċi tagħha jingħataw fit-Tabella 2.

Tabella 2

Massa speċifika (g/m2) 290

Is-saħħa tal-ksur skont id-DIN 53587 fuq kampjun tat-test wiesa’ 50 mm:

Mit-tul (kg): 120

Mill-wisa' (kg): 80

3.1.7.

B'kopertura tal-kuxxin tas-sit tal-bank tat-test u l-kuxxin ta' wara s-sit tal-bank tat-test

3.1.7.1.

Il-kuxxin tas-sit tal-bank tat-test hija magħmula minn blokka kwadra tal-fowm (800 × 575 × 135 mm) b'tali mod (ara l-Figura 1 tal-Appendiċi 1 għal dan l-Anness) li l-forma tagħha tixbah il-forma tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju kif speċifikat fil-Figura 2 tal-Appendiċi 1 għal dan l-Anness.

3.1.7.2.

Sitt toqbiet jittaqbu bit-trapan fil-pjanċa tal-qiegħ sabiex din tkun tista’ titwaħħal mat-troli bil-boltijiet. It-toqbiet jittaqqbu bi trapan matul l-itwal naħa tal-pjanċa, tlieta fuq kull naħa, bil-pożizzjoni tagħhom tkun dipendenti fuq il-kostruzzjoni tat-troli. Jiddaħħlu sitt boltijiet mit-toqob. Huwa rrakkomandat li l-boltijiet jiġu inkollati fuq il-pjanċa permezz ta’ sustanza li twaħħal xierqa. Wara, l-boltijiet għandhom jintrabtu bl-skorfini.

3.1.7.3.

Il-materjal tal-kisi (1 250 × 1 200 mm, ara l-Figura 3 tal-Appendiċi 1 għal dan l-Anness) jinqata' mill-wisa' b'tali mod li ma jkunx possibbli għall-materjal li jitrikkeb wara l-kisi. Għandu jkun hemm spazju ta’ madwar 100 mm bejn it-truf tal-materjal tal-kisi. Għalhekk il-materjal għandu jinqata’ b’daqs ta’ 1 200 mm, bejn wieħed u ieħor.

3.1.7.4.

Il-materjal tal-kisi huwa mmarkat b’żewġ linji min-naħa għall-oħra tal-materjal. Dawn jinġibdu 375 mm mil-linja ċentrali tal-materjal tal-kisi (ara l-Figura 3 tal-Appendiċi 1 għal dan l-Anness).

3.1.7.5.

Il-kuxxin tas-sit tal-bank tat-test titpoġġa rasha ‘l isfel fuq il-materjal tal-kisi bil-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju tiġi fuq.

3.1.7.6.

Fuq iż-żewġ naħat il-materjal tal-kisi jiġġebbed sakemm il-linji mmarkati fuqu jiġu jaqblu mat-truf tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju. F’kull pożizzjoni tal-bolt, isiru qatgħat żgħar u l-materjal tal-kisi jinġibed fuq il-boltijiet.

3.1.7.7.

Il-materjal tal-kisi għandu jinqaras fil-pożizzjoni tal-gruvs fil-pjanċa tal-qiegħ u fil-fowm.

3.1.7.8.

Il-kisi jiġi inkollat mal-pjanċa tal-aluminju b’kolla flessibbli. L-iskorfini għandhom jitneħħew qabel ma dan jiġi inkollat.

3.1.7.9.

Il-biċċiet ta’ materjal ċatt li jiddendlu fuq il-ġenb jintlewew għal fuq il-pjanċa u jiġu inkollati wkoll.

3.1.7.10.

Il-biċċiet ta’ materjal ċatt li jiddendlu fil-gruvs jintlewew ‘l ġewwa u jitwaħħlu b’tejp b’saħħtu.

3.1.7.11.

Il-kolla flessibbli għandha tinxef tal-inqas għal 12-il siegħa.

3.1.7.12.

Il-kuxxin tad-dahar tas-sit tal-bank tat-test tkun miksija eżattament bl-istess mod bħall-kuxxin tas-sit tal-bank tat-test, biss bil-linji fuq il-materjal tal-kisi.

(1 250 × 850 mm) jinġibdu 333 mm mil-linja ċentrali tal-materjal.

3.1.8.

Il-linja Cr tikkoinċidi mal-linja tal-intersezzjoni bejn il-pjan ta’ fuq tal-kuxxin tas-sit tat-test tal-bank u l-pjan ta’ quddiem tal-kuxxin tad-dahar tas-sit tal-bank tat-test.

3.2.   It-test tat-tagħmir li jħares lura

3.2.1.

Qafas speċjali għandu jitwaħħal fuq it-troli sabiex isostni s-sistema tat-trażżin tat-tfal kif turi l-Figura 1.

3.2.2.

Tubu tal-azzar għandu jitwaħħal b'mod sod mat-troli b'tali mod li tagħbija ta' 5 000 ± 50 N applikata b'mod orizzontali fuq iċ-ċentru tat-tubu ma tikkawżax moviment akbar minn 2 mm.

3.2.3.

Id-dimensjonijiet tat-tubu għandhom ikunu: 500 × 100 × 90 mm.

Figura 1

L-arranġamenti għall-ittestjar ta’ tagħmir li jħares lura

Image

Test ta 'immaġni

3.3.   Il-pjanċa tal-qiegħ tat-troli

3.3.1.

Il-pjanċa tal-qiegħ tat-troli gћandha tkun magћmula minn pjanċa ċatta tal-metall ta' ћxuna u ta' materjal uniformi, ara l-Figura 2 tal-Appendiċi 3 gћal dan l-Anness.

3.3.1.1.

Il-pjanċa tal-qiegħ gћandha tkun immontata b’mod riġidu fuq it-troli. L-gћoli tal-pjanċa tal-qiegħ relattiv gћall-punt tal-projezzjoni tal-assi Cr, id-dimensjoni (1) fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness, Figura 2, gћandhom jiġu aġġustati sabiex jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 7.1.3.6.3. ta' dan ir-Regolament.

3.3.1.2.

Il-pjanċa tal-qiegħ gћandha tkun iddisinjata b’tali mod li l-ebusija tal-wiċċ ma għandiex tkun inqas minn 120 HB, skont EN ISO 6506-1:1999.

3.3.1.3.

Il-pjanċa tal-qiegħ gћandha tkun tiflaћ gћal tagћbija applikata kkonċentrata vertikali ta’ 5 kN mingћajr ma tikkawża moviment vertikali akbar minn 2 mm li jirreferi gћall-assi Cr u mingћajr ma jkun hemm deformazzjoni permanenti.

3.3.1.4.

Il-pjanċa tal-qiegħ gћandu jkollha ħruxija tal-wiċċ li ma teċċedix Ra 6,3 skont l-ISO 4287:1997.

3.3.1.5.

Il-bażi gћandha tkun iddisinjata b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda deformazzjoni permanenti wara test dinamiku fuq Sistema tat-Trażżin tat-Tfal, skont dan ir-Regolament.

4.   APPARAT LI JWAQQAF

4.1.

L-apparat jikkonsisti minn żewġ biċċiet apparat li jassorbixxu identiċi armati b’mod parallel.

4.2.

Jekk ikun meħtieġ, għandu jintuża apparat assorbenti addizzjonali għal kull żjieda ta' 200 kg f'massa nominali. Kull apparat assorbenti għandu jinkludi:

4.2.1.

Kisi fuq barra fformat minn tubu tal-azzar;

4.2.2.

Tubu tal-poliuretan li jasorbixxi l-enerġija;

4.2.3.

Pum tal-azzar illostrat b’forma ta’ żebbuġa li jippenetra fl-apparat assorbenti; u

4.2.4.

Xaft u pjanċa għall-impatt.

4.3.

Id-dimensjonijiet tal-partijiet differenti ta' dan l-apparat assorbenti jintwerew fid-disinn riprodott fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.

4.4.

Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti jingħataw fit-Tabella 3 u fit-Tabella 4 ta' dan l-Anness.

4.5.

Il-montatura tat-tagħmir li jwaqqaf għandha tinżamm tal-inqas għal 12-il siegħa f’temperatura bejn 15 u 25 °C qabel ma tintuża għat-testijiet tal-ikkalibrar deskritti fl-Anness 7 ta' dan ir-Regolament. L-apparat li jwaqqaf għandu, għal kull tip ta’ test, jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness 7. Għal testijiet dinamiċi ta’ trażżin tat-tfal, il-montatura tat-tagħmir li jwaqqaf għandha tinżamm għal tal-inqas 12-il siegħa fl-istess temperatura, sa ±2 C, bħal dak tat-test tal-ikkalibrar. Kwalunkwe tagħmir ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti jista’ jiġi aċċettat.

Tabella 3

Il-karatteristiċi tal-matterjal li jassorbi "A"  (2)

(Il-Metodu 2000 tal-ASTM (1980) sakemm mhux iddikjarat mod ieħor)

L-ebusija tat-tagħfis (fuq struttura) A:

88 ± 2 at 20 °C ± 5 °C temperatura

Is-saħħa tal-ksur:

Ro ≥ 300 kg/cm2

It-titwil minimu:

Ao ≥ 400 fil-mija

Il-modulu meta mtawwal 100 fil-mija:

≥ 70 kg/cm2

Il-modulu meta mtawwal 100 fil-mija:

≥ 130 kg/cm2

Il-fraġilità f’temperatura baxxa (Il-metodu D 736 tal-ASTM):

5 sigħat f’temperatura ta’ -55 °C

Is-sett tal-kompressjoni (Metodu B):

22 siegħa f’70 °C ≤ 45 fil-mija

Id-densità f’temperatura ta’ 25 °C:

1,08 sa 1,12

Il-mogħdija taż-żmien fl-arja (Il-metodu D 573 tal-ASTM (1981)):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

L-ebusija tat-tagħfis: varjazzjoni massima ta’ ±3

Is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta’ < 10 fil-mija fir-Ro

It-titwil: tnaqqis ta’ < 10 fil-mija fl-Ao

Il-piż: tnaqqis ta’ < 1 fil-mija

Għaddis fiż-żejt (il-metodu D 471 tal-ASTM taż-Żejt Nru 1 (1979)):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

L-ebusija tat-tagħfis: varjazzjoni massima ta’ ±4

Is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta’ < 15 fil-mija fir-Ro

It-titwil: tnaqqis ta’ < 10 fil-mija fl-Ao

Il-volum: nefħa ta’ < 5 fil-mija

Għaddis fiż-żejt (il-metodu D 471 tal-ASTM taż-Żejt Nru 3 (1979)):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

Is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta’ < 15 fil-mija fir-Ro

It-titwil: tnaqqis ta’ < 15 fil-mija fl-Ao

Il-volum: nefħa ta’ < 20 fil-mija

Tgħaddis fl-ilma distillat:

 

Ġimgħa waħda (1) f’temperatura ta’ 70 °C:

Is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta’ < 35 fil-mija fir-Ro

 

It-titwil: tnaqqis ta’ < 20 fil-mija fl-Ao


Tabella 4

Il-karatteristiċi tal-Materjal Assorbenti “B”

Il-Metodu 2000 tal-ASTM (1980) sakemm mhux iddikjarat mod ieħor

L-ebusija tat-tagħfis A:

88 ± 2 f'temperatura ta' 20 °C ± 5 °C

Is-saħħa tal-ksur:

Ro ≥ 300 kg/cm2

It-titwil minimu:

Ao ≥ 400 fil-mija

Il-modulu meta mtawwal 100 fil-mija:

≥ 70 kg/cm2

Il-modulu meta mtawwal 300 fil-mija:

≥ 130 kg/cm2

Il-fraġilità f’temperatura baxxa (Il-metodu D 736 tal-ASTM):

5 sigħat f’temperatura ta’ -55 °C

Is-sett tal-kompressjoni (Metodu B):

22 siegħa f’70 °C ≤ 45 fil-mija

Id-densità f’temperatura ta’ 25 °C:

1.08 sa 1.12

Il-mogħdija taż-żmien fl-arja (Il-metodu D 573 tal-ASTM (1981)):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

L-ebusija tat-tagħfis: varjazzjoni massima ta’ ±4

Is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta’ < 15 fil-mija fir-Ro

It-titwil: tnaqqis ta’ < 10 fil-mija fl-Ao

Il-volum: nefħa ta’ < 5 fil-mija

Għaddis fiż-żejt (il-metodu D 471 tal-ASTM taż-Żejt Nru 3 (1979)):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

Is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta’ < 15 fil-mija fir-Ro

It-titwil: tnaqqis ta’ < 15 fil-mija fl-Ao

Il-volum: nefħa ta’ < 20 fil-mija

Tgħaddis fl-ilma distillat:

 

Ġimgħa waħda (1) f'70 °C

Is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta’ < 35 fil-mija fir-Ro

 

It-titwil: tnaqqis ta’ < 20 fil-mija fl-Ao


(1)  Id-dimensjoni għandha tkun ta' 210 mm b'medda ta' aġġustament ta' ±70 mm

(2)  L-indirizz minn fejn jinkisbu l-istandards rilevanti tal-ASTM huwa dan: ASTM, 1916 Race Street, Philadelphia, USA PA 19 103.

Appendiċi 1

Figura1

Id-dimensjonijiet tas-sit u tal-kuxxins tas-sit

Image

Image

Figura 2

Id-dimensjonijiet tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju

Image

Figura 3

Id-dimensjonijiet tal-materjal tal-kisi (dimensjonijiet f'mm)

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

L-arranġament u l-użu ta' ankraġġi mat-troli tat-test

1.

L-ankraġġi għandhom jitqiegħdu f'pożizzjoni kif muri fil-figura ta' hawn taħt.

2.

Is-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal fil-kategoriji "universali", "speċifiċi" u "ristretti" tal-i-Size għandhom jużaw il-punti għall-ankraġġi li ġejjin: H1 u H2

3.

Gћall-ittestjar tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal bl-irbit ta' fuq, gћandhom jintużaw l-ankraġġ G1 or G2.

4.

Fil-każ ta' Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li jutilizzaw sieq ta' appoġġ, is-Servizz Tekniku għandu jagħżel l-ankraġġi li għandhom jintużaw skont il-paragrafu 3. ta' hawn fuq u s-sieq ta' appoġġ għandha tiġi aġġustata kif jispeċifika l-paragrafu 7.1.3.6.3. ta' dan ir-Regolament.

5.

L-istruttura li ġġorr l-ankraġġi għandha tkun riġida. L-ankraġġi ta' fuq ma għandhomx jiġu spostati b'aktar minn 0.2 mm fid-direzzjoni lonġitudinali meta tiġi applikata tagħbija ta' 980 N f'dik id-direzzjoni. It-troli għandu jkun mibni b’tali mod li m’għandu jkun hemm l-ebda deformazzjoni permanenti fil-partijiet li qed iġorru l-ankraġġi matul it-test.

Figura 1

Dehra minn fuq – Il-bank bl-ankraġġi (Tolleranza ġenerali: ±2)

Image

Figura 2

Dehra mill-ġenb – Il-bank bl-ankraġġi (Tolleranza ġenerali: ±2)

Image

Appendix 3

Definizzjoni ta’ bieba tal-impatt mill-ġenb

1.   DEFINIZZJONI TA' PANIL TA' BIEBA

Id-dimensjoni u l-pożizzjoni inizjali tal-bieba tal-impatt b'mod relattiv għall-bank huma deskritti f’dawn il-figuri.

L-ebusija u s-saħħa tal-panil tal-bieba għandhom jkunu biżżejjed li jiġi evitat milli jkun hemm oxxilazzjoni eċċessiva jew deformazzjoni sinifikanti matul it-test dinamiku laterali.

Figura 1

Il-ġeometrija u l-pożizzjoni tal-panil tal-bieba fT0 – Dehra minn fuq

Image

Figura 2

Il-ġeometrija tal-panil tal-bieba – Dehra l-ġenb

Image

Figura 3

L-intrużjoni massima approssimattiva tal-panil tal-bieba – Dehra mill-ġenb (Bħala informazzjoni)

Image

2.   SPEĊIFIKAZZJONI TAL-IKKUTTUNAR TAL-PANIL

2.1.   Ġenerali

Il-panil tal-bieba huwa kkuttunat b’taħlita ta’ 55 mm materjal tal-ikkuttunar (l-Anness 6, Appendiċi 3, Figura 1), li għandu jikkonforma maI-kriterji tal-prestazzjoni kif deskritti fl-Appendiċi 3 ta' dan ir-Regolament, il-paragrafu 2.3. realizzati f’test stabbilit kif deskritt fl-Appendiċi 3 ta' dan ir-Regolament, il-paragrafu 2.2.

2.2.   Proċedura ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ panils ta’ materjal tal-ikkuttunar

It-test stabbilit jikkonsisti minn drop test sempliċi permezz ta’ riċevitur sferiku bil-form tar-ras. Il-forma tar-ras sferika għandha dijametru ta’ 150 mm u massa ta’ 6 kg (± 0,1 kg). Il-veloċità tal-impatt hija ta' 4 m/s (± 0,1 m/s). L-istrumentazzjoni għandha tippermetti l-evalwazzjoni fil-ħin tal-ewwel kuntatt bejn l-impattur u l-kampjun kif ukoll aċċellerazzjoni tal-forma tar-ras talanqas fid-direzzjoni tal-impatt. (Direzzjoni-Z)

Il-materjal kampjun għandu jkollu d-dimensjonijiet ta' 400 x 400 mm. Il-kampjun għandu jiġu milqut fiċ-ċentru tiegħu.

2.3.   Il-kriterji tal-prestazzjoni tal-materjal tal-ikkuttunar

Il-ħin tal-ewwel kuntatt bejn il-materjal kampjun u l-forma tar-ras (t0) huwa ta' 0 ms.

L-aċċellerazzjoni tal-impattur ma għandhiex taqbeż it-58 g.

Figura 4

Il-kuritur għall-materjal tal-ikkuttunar

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 7

KURVA TAD-DEĊELLERAZZJONI JEW L-AĊĊELERAZZJONI TAT-TROLI, BĦALA FUNZJONI TAL-ĦIN

F’kull każ il-proċeduri tal-ikkalibrar u l-kejl għandhom jikkorrespondu għal dawk definiti fl-Istandard Internazzjonali ISO 6487; it-tagħmir tal-kejl għandu jikkorrispondi mal-ispeċifikazzjoni ta’ kanal tad-dejta bil-klassi tal-frekwenza tal-kanal ta’ (CFC) 60.

Appendiċi 1

Impatt frontali

Kurva tad-deċellerazzjoni jew l-aċċelerazzjoni tat-troli, bħala funzjoni tal-ħin

Impatt frontali– Impuls tat-test 1

Definizzjoni tal-kurva differenti

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni (g)

Kuritur baxx

Aċċellerazzjoni (g)

Kuritur għoli

0

10

20

0

50

20

28

65

20

+80

28

100

0

120

0

Ir-Regolament Nru 44 Impatt frontali

Image

Is-segment addizzjonali japplika biss għall-islitta tal-aċċellerazzjoni

Appendix 2

Impatt minn wara

Kurvi tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċelerazzjoni tat-troli bħala funzjoni tal-ħin

Impatt minn wara – Impuls tat-test 2

Definizzjoni tal-kurvi differenti

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni (g)

Kuritur baxx

Aċċellerazzjoni (g)

Kuritur għoli

0

21

10

0

 

10

7

20

14

37

14

52

7

52

0

 

70

21

70

0

Ir-Regolament Nru 44 Impatt minn wara

Image

Is-segment addizzjonali japplika biss għall-islitta tal-aċċellerazzjoni

Appendix 3

Impatt laterali

Il-kurva tad-deċellerazzjoni relattiva bejn it-trolli u l-panil tal-bieba bħala funzjoni tal-ħin

Impatt laterali – Kuritur tal-veloċità tat-test 3

Image

Kuritur baxx ta’ veloċità relattiva

Image

Kuritur għoli ta’ veloċità relattiva

Image

Kuritur baxx ta’ veloċità fuq l-art (test tal-bieba tiċċaqlaq f’t0 biss)

Image

Kuritur għoli ta’ veloċità fuq l-art (test tal-bieba tiċċaqlaq f’t0 biss)

Image

Definizzjoni tal-kurvi differenti

Ħin (ms)

Veloċità relattiva tal-bieba/bank (m/s)

Kuritur baxx

Veloċità relattiva tal-bieba/bank (m/s)

Kuritur għoli

0

6,375

7,25

15

5,5

18

6,2

60

0

70

0

Rimarka: Il-kuritur għandu jiġu ddefinit abbażi tal-esperjenzi ta’ testijiet fil-laboratorji rispettivi.

Appendiċi 4

1.   DEFINIZZJONI TA' PANIL TA' BIEBA

Il-ġeometrija tal-panil tal-bieba għandha tkun konformi mad-definizzjoni tal-bank.

Se tiġi proposta tpinġija biex tiddeskrivi l-bieba b'mod konfomri mal-bank NPACS.

2.   SPEĊIFIKAZZJONI TAL-IKKUTTUNAR TAL-PANIL

2.1.   Ġenerali

Il-wiċċ tal-impatt tal-panil tal-bieba għandu jkun interament kopert minn materjal tal-ikkuttunar 55 mm fil-ħxuna. Il-materjal għandu jikkonforma mal-kriterji tal-prestazzjoni speċifikati fil-paragrafu 2.3. ta' dan l-appendiċi meta jiġi ttestjat skont il-paragrafu 2.2. ta' dan l-appendiċi.

Kombinazzjoni ta' materjal li nstabet li tissodisfa dawn ir-rekwiżiti qed jingħataw id-dettalji dwarha fil-paragrafu 2.4. ta’ dan l-Appendiċi.

2.2.   Proċedura ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ materjal tal-ikkuttunar tal-panil

It-test stabbilit jikkonsisti minn drop test sempliċi permezz ta’ riċevitur sferiku bil-form tar-ras. Il-forma tar-ras sferika għandha dijametru ta’ 150 mm u massa ta’ 6 kg (±0.1 kg). Il-veloċità tal-impatt hija ta' 4 m/s (±0.1 m/s). L-istrumentazzjoni għandha tippermetti l-evalwazzjoni fil-ħin tal-ewwel kuntatt bejn l-impattur u l-kampjun kif ukoll aċċellerazzjoni tal-forma tar-ras talanqas fid-direzzjoni tal-impatt. (Direzzjoni-Z)

Il-materjal kampjun għandu jkollu d-dimensjonijiet ta' 400 × 400 mm. Il-kampjun għandu jiġu milqut fiċ-ċentru tiegħu.

2.3.   Il-kriterji tal-prestazzjoni tal-materjal tal-ikkuttunar

Il-ħin tal-ewwel kuntatt bejn il-materjal kampjun u l-forma tar-ras (t0) huwa ta' 0 ms.

L-aċċellerazzjoni tal-impattur ma għandhiex taqbeż it-58 g.

Figura 1

Il-kuritur għall-materjal tal-ikkuttunar

Image

2.4.   Eżempju ta’ materjal li jissodisfa r-rekwiżiti tat-test:

Fowm taċ-ċelloli tal-lastku Polikloropren CR4271 b'kejl ta' 35 mm fil-ħxuna mehmuż mal-istruttura tal-panil tal-bieba li magħha għandu mbagħad jiġi mehmuż saff sussegwenti ta’ Styrodur C2500 ta' ħxuna ta' 20 mm. Is-Styrodur jeħtieġ li jiġi sostitwit wara kull test.


ANNESS 8

DESKRIZZJONI TAL-MANIKINI

1.   ĠENERALI

1.1.

Il-manikini stipulati f’dan ir-Regolament huma deskritti f’dan l-Anness, fid-disinni tekniċi miżmuma minn Humanetics Innovative Solutions Inc. u f’manwali tal-istruzzjonijiet għall-utent fornuti mal-manikini.

1.2.

Jistgħu jintużaw manikini alternattivi sakemm:

1.2.1.

Tista' tinwera l-ekwivalenza tagħhom għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, u

1.2.2.

L-użu tagħhom huwa ddokumentat fir-rapport tat-test, u fil-formola tal-komunikazzjoni deskritta fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MANIKINI

2.1.

Id-dimensjonijiet u l-mases tal-manikini Q0, Q1, Q1.5, Q3, Q6 u Q10 deskritti hawn taħt huma bbażati fuq l-antropometrija ta' 50 fil-mija tat-trabi u t-tfal ta' età 0, 1, 1.5, 3, 6 u 10.5 snin rispettivament.

2.2.

Il-manikini jikkonsistu fi skeletru tal-metall u tal-plastik miksi b'partijiet tal-plastik misluħa mill-fowm biex jiġu kompletati l-komponenti tal-ġisem.

3.   KOSTRUZZJONI

3.1.   Ir-ras

Ir-ras hija fil-biċċa l-kbira magħmula minn materjali sintetiċi. Il-kavità tar-ras hija kbira biżżejjed sabiex tippermetti l-użu ta' għadd ta’ strumenti, inklużi aċċellerometri lineari u sensuri tal-veloċità angulari.

3.2.   L-għonq

L-għonq huwa flessibbli u jippermetti tqattigħ u tgħawwiġ fid-direzzjonijiet kollha. Id-disinn issegmentat jippermetti mġiba rotazzjonali realistika. L-għonq huwa mgħammar b’kurdun tal-għonq li ma tantx jiġġebbed sabiex jiġi evitat li jkun hemm titwil eċċessiv. Il-kurdun tal-għonq huwa mfassal ukoll bħala kordun tas-sikurezza f'każ li jfalli l-lastku. Dinamometru b'sitt kanali tista’ tkun immuntata fil-punt ta' tlaqqigħ tal-għonq-ras u l-għonq-torso. Il-Q0, Q1 u Q1.5 ma jistgħux jakkomodaw d-dinamometru bejn l-għonq u t-torso.

3.3.   It-toraċi

It-toraċi tat-tfal hija rappreżentata minn qafas tal-kustilji waħdani. Id-deformazzjoni tista’ titkejjel b’potenzjometru tal-qafla fil-każ tal-Q1 u Q1.5 u sensuri IR-TRACC fil-każ tal-Q3, Q6 u Q10. L-ispallejn huma konnessi b'ġogi flessibbli mat-toraċi, li tippermetti deformazzjoni 'l quddiem.

3.4.   Jistgħu jiġu armati aċċellerometri fuq is-sinsla sabiex titkejjel l-aċċellerazzjoni lineari. It-toraċi tal-Q0 għandha disinn issimplifikat b’parti magħmula minn form integrali għat-torso kollu.

3.5.   Iż-żaqq

Iż-żaqq hija magħmula minn fowm miksi bil-ġilda. Intużat dejta bijomekkanika mit-tfal biex tiġi ddeterminata l-ebusija meħtieġa. Iż-żaqq tal-Q0 għandha disinn issimplifikat b’parti magħmula minn fowm integrali għat-torso kollu.

3.6.   Is-sinsla lumbari

Is-sinsla lumbari hija kolonna flessibbli tal-lastku, li tippermetti t-tqattigħ u t-tgħawwiġ fid-direzzjonijiet kollha. Jista' jintrama dinamometru b'sitt kanali bejn is-sinsla lumbari u l-pelvi, għajr gaħll-Q0.

3.7.   Il-pelvi

Il-pelvi huwa mibni minn parti għadmija iliac-sacrum mgħottija b'simulazzjoni tal-qoxra esterna laħmija tal-plastik. Fil-parti għadmija jiddaħħlu ġogi ta' ġnub il-kuxxtejn li jistgħu jitneħħew. Firxa ta' aċċellerometri jistgħu jiġu mmuntati fuq il-pelvi. Ġogi tal-ġenb speċjali huma disponibbli ħalli jippermettu għall-pożizzjoni bilwieqfa tal-manikin. Il-pelvi tal-Q0 għandu disinn issimplifikat b’parti magħmula minn fowm integrali għall-pelvi kollu.

3.8.   Ir-riġlejn

Ir-riġlejn huma mibnija minn għadam tal-plastik rinfurzat mill-metal miksi b'biċċiet tal-fowm tal-PVC misluħ li jirrappreżentaw it-tlaħħim ta' fuq u ta' taħt. Il-ġogi tal-irkuptejn jistgħu jissakkru fi kwalunkwe pożizzjoni. Din il-karatteristika tista' tintuża biex tiffaċilita il-pożizzjonament tal-manikin bilwieqfa. (Innota li l-manikin ma jistax jitpoġġa bilwieqfa mingħajr appoġġ estern.) Riġlejn il-Q0 għandhom disinn issimplifikat b'parti integrali waħda għal kull sieq b'angolu fiss li jagħmilha ta' rkoppa.

3.9.   Id-dirgħajn

Id-dirgħajn huma mibnija minn għadam tal-plastik miksi bil-PVC misluħ minn biċċiet tal-fowm li jirrappreżenta t-tlaħħim ta' fuq u ta' taħt. Il-ġogi tal-imniekeb jistgħu jissakkru f’kull pożizzjoni. Dirgħajn il-Q10 għandhom disinn issimplifikat b'parti integrali waħdanija għal kull driegħ b'angolu fiss li jagħmilha ta' minkeb.

4.   KARATTERISTIĊI EWLENIN:

4.1.   Massa

Tabella 1

Distribuzzjonijiet tal-massa tal-manikin-Q

 

Q0

Q1

Q1.5

Q3

Q6

Q10 Disinji fil-mira

Massa f'[kg]

Ras + Għonq (inkl. acc. mount)

1,10 ± 0,10

2,41 ± 0,10

2,80 ± 0,10

3,17 ± 0,10

3,94 ± 0,10

4,19

Torso (inkl. acc. mount u sensur li jiddifletta s-sider)

1,50 ± 0,15

4,21 ± 0,25

4,74 ± 0,25

6,00 ± 0,30

9,07 ± 0,40

14,85 (inkl. l-ilbies)

Is-saqajn (flimkien)

0,58 ± 0,06

1,82 ± 0,20

2,06 ± 0,20

3,54 ± 0,10

6,90 ± 0,10

12,50

Id-dirgħajn (flimkien)

0,28 ± 0,03

0,89 ± 0,20

1,20 ± 0,20

1,48 ± 0,10

2,49 ± 0,10

4,00

Ilbies

0,27 ± 0,05

0,27 ± 0,05

0,30 ± 0,05

0,40 ± 0,10

0,55 ± 0,10

(ara torso)

Totali

3,73 ± 0,39

9,6 ± 0,80

11,10 ± 0,80

14,59 ± 0,70

22,95 ± 0,80

35,54

4.2.   Id-dimensjonijiet prinċipali

Figura 2

Id-dimensjonijiet prinċipali tal-manikin

Image

Tabella 2

Id-dimensjonijiet tal-manikin-Q

Nru

 

Q0

Q1

Q1.5

Q3

Q6

Q10 (disinji fil-mira)

 

 

Dimensjonijiet f'mm

17

Għoli fil-pożizzjoni ta' bilqiegħda (ir-ras immejla 'l quddiem)

355 ± 9

479 ± 9

499 ± 9

544 ± 9

601 ± 9

< 748 ± 9

18

L-għoli tal-ispalla (bilqiegħda)

225 ± 7

298 ± 7

309 ± 7

329 ± 7

362 ± 7

473 ± 7

 

Statura (ir-ras immejla 'l quddiem)

740 ± 9

800 ± 9

985 ± 9

1 143 ± 9

< 1 443 ± 9

5

Fond tas-sider

114 ± 5

113 ± 5

146 ± 5

141 ± 5

171 ± 5

15

Wisa' tal-ispallejn

230 ± 7

227 ± 7

227 ± 7

259 ± 7

305 ± 7

338 ± 7

12

Wisa' tal-ġenbejn

191 ± 7

194 ± 7

200 ± 7

223 ± 7

270 ± 7

1

Mill-parti ta’ wara tan-nâtka sa quddiem tal-irkoppa

130 ± 5

211 ± 5

235 ± 5

305 ± 5

366 ± 5

488 ± 5

2

Mill-parti ta’ wara tan-nâtka sal-popliteu

161 ± 5

185 ± 5

253 ± 5

299 ± 5

418 ± 5

21

L-għoli tal-koxxa, bilqiegħda

 

69

72

79

92

114

 

L-għoli tal-apparat tal-ispazjatur għall-ippożizzjonar tal-manikin (1)

 

229 ± 2

237 ± 2

250 ± 2

270 ± 2

359 ± 2

Noti:

1.   L-aġġustament tal-ġogi

Il-ġogi għandhom jiġu aġġustati skont il-proċeduri misjuba fil-manwali tal-manikini Q (2)

2.   Istrumentazzjoni

Fil-familja Q ta' manikini għandha tiġi stallata l-istrumentazzjoni u ssir kalibrazzjoni skont il-proċeduri misjuba fil-manwali tal-manikini Q (2)


(1)  Ara t-taqsima 7.1.3.5.2.1: L-għoli tal-apparat tal-ispazjatur (biċ-ċappetti jew apparat flessibbli simili) huwa ekwivalenti għall-għoli tal-ispallejn bilqiegħda mnaqqas minnu l-għoli tal-koxxa bilqiegħda.

(2)  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-disinji dettaljati tal-manikin Q, u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-aġġustament tagħhom għat-testijiet ta’ dan ir-Regolament huma depożitati b’mod tranżitorju fuq il-websajt tal-Grupp ta’ Ħidma informali dwar is-Sistemi ta’ Trażżin tat-Tfal (https://www2.unece.org/wiki/display/trans/q-dummy+drawings) tal-UNECE, Palais de Nations, Ġinevra, l-Iżvizzera. Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29), it-test li jirrestrinġi l-użu tat-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi se jiġu mneħħija mill-paġni individwali u se jerġgħu jittellgħu fil-websajt imsemmija hawn fuq. Wara perjodu ta’ żmien meħtieġ minn dak ta’ grupp ta’ ħidma informali biex jiffinalizza l-eżami tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u t-tpinġijiet tal-manikini biex ikopru l-fażi 2 tar-Regolament, it-tpinġijiet finali u miftiehma se jiġu rilokati fir-Riżoluzzjoni Reċiproka tal-Ftehimiet tal-1958 u l-1998, ospitati fil-websajt tal-Forum Dinji WP.29.


ANNESS 9

IT-TEST TAL-IMPATT MINN QUDDIEM MA' OSTAKOLU

1.1.   Il-post fejn isir it-test

L-erja tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex ikun hemm spazju għall-mogħdija tar-rankatura, l-ostaklu u l-istallazzjonijiet tekniċi neċessarji għat-test. L-aħħar parti tal-mogħdija, għal mill-inqas 5 m qabel l-ostaklu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

1.2.   Ostaklu

L-ostaklu jikkonsisti minn blokka tal-konkrit rrinforzat wiesgħa mhux inqas minn 3 m fuq quddiem u għolja mhux inqas minn 1.5 m. Il-barriera għandha tkun ħoxna biżżejjed li l-massa tagħha tkun tal-inqas 70 tunnellata. Il-wiċċ ta' quddiem għandu ikun vertikali, perpendikulari għall-assi tal-mogħdija tar-rankatura, u miksi b'bords tal-plajwud bi ħxuna ta' 20 ± 1 mm f'kundizzjoni tajba. L-ostaklu għandu jkun jew ankrat fl-art jew imqiegħed fl-art, jekk meħtieġ, b’tagħmir addizzjonali li jżommu biex ikun limitat iċ-ċaqliq tiegħu. Ostaklu b’karatteristiċi differenti, imma li jagħti riżultati tal-inqas li jwasslu għall-istess konklużjoni, jistgħu wkoll jiġu użati.

1.3.   Il-propulsjoni tal-vettura

Fil-mument tal-impatt, il-vettura m’għandhiex tiġi aktar soġġetta għall-azzjoni ta’ kwalunkwe tagħmir addizzjonali li jidderieġi jew ta’ kwalunkwe tagħmir addizzjonali li jimbotta. Għandha tilħaq l-ostaklu f’rotta perpendikulari għall-ħajt tal-kolliżjoni; it-telfien massimu fl-allinjament laterali permess bejn il-linja medjana vertikali ta’ quddiem tal-vettura u l-linja medjana vertikali tal-ħajt tal-kolliżjoni huwa ta’ ±30 cm.

1.4.   L-istat tal-vettura

1.4.1.

Il-vettura li qed tiġi ttestjata għandha jew tkun mgħammra bil-komponenti u t-tagħmir kollha normali inklużi fil-piż tas-servizz mingħajr passiġġieri tagħha jew tkun f’tali kundizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-komponenti u t-tagħmir tal-kumpartiment tal-passiġġieri u d-distribuzzjoni tal-piż tas-servizz tal-vettura kollha.

1.4.2.

Jekk il-vettura tkun misjuqa minn mezzi esterni, l-istallazzjoni tal-karburant għandha tkun mimlija sa mill-inqas 90 fil-mija tal-kapaċità tagħha jew bil-karburant jew b’likwidu li ma jaqbadx u li jkollu densità u viskożità qrib dawk tal-karburant użat normalment. Is-sistemi l-oħra kollha (il-kontenituri tal-fluwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ.) għandhom jkunu vojta.

1.4.3.

Jekk il-vettura tkun immexxija mill-magna tagħha stess, it-tank tal-karburant għandu jkun mimli sa mill-inqas 90 fil-mija. It-tankijiet l-oħrajn kollha li jżommu l-likwidu għandhom jimtlew kollha.

1.4.4.

Jekk il-manifattur jitlob hekk, is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq it-testijiet jista’ jippermetti li tintuża l-istess vettura użata għal testijiet provduti minn Regolamenti oħra (inklużi testijiet li jistgħu jaffetwaw l-istruttura tagħha) ukoll għat-testijiet provduti f’dan ir-Regolament.

1.5.   Il-veloċità tal-impatt

Il-veloċità tal-impatt għandha tkun ta’ 50 + 0/-2 km/h. Madankollu, jekk it-test twettaq b’veloċità ta’ impatt akbar u l-vettura ssodisfat il-kundizzjonijiet stipulati, it-test jitqies bħala sodisfaċenti.

1.6.   Strumenti tal-kejl

It-tagħmir użat biex tiġi rreġistrata l-veloċità li tissemma fil-paragrafu 1.5t’aktar fuq għandha tkun eżatta sa 1 fil-mija.


ANNESS 10

IL-PROĊEDURA TAT-TEST TAL-IMPATT MINN WARA

1.   L-ISTALLAZZJONIJIET, IL-PROĊEDURI U T-TAGĦMIR TAL-KEJL

1.1.   Il-post fejn isir it-test

L-erja tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda s-sistema tal-propulsjoni tal-apparat tal-impatt u biex tippermetti l-ispostament ta’ wara l-impatt tal-vettura milquta u l-istallazzjoni tat-tagħmir tat-test. Il-parti fejn isiru l-impatt tal-vettura u l-ispostament għandhom ikunu orizzontali. (In-niżla għandha tkun ta’ inqas minn 3 fil-mija mkejla fuq kwalunkwe tul ta’ metru.)

1.2.   L-apparat tal-impatt

1.2.1.

L-apparat tal-impatt għandu jkun tal-azzar u ta’ kostruzzjoni riġida.

1.2.2.

Il-wiċċ tal-impatt għandu jkun ċatt u wiesgħa tal-inqas 2 500 mm u għoli tal-inqas 800 mm. Trufu għandhom ikun irtundjati sa raġġ ta' liwi ta' bejn 40 u 50 mm. Għandu jinkesa b'saff ta' plajwud oħxon 20 ± 1 mm.

1.2.3.

Fil-mument tal-impatt għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti meħtieġa li ġejjin:

1.2.3.1.

Il-wiċċ tal-impatt għandu jkun vertikali u perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta;

1.2.3.2.

Id-direzzjoni tal-moviment tal-apparat tal-impatt għandha tkun sostanzjalment orizzontali u parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta;

1.2.3.3.

Id-devjazzjoni laterali massima permessa bejn il-linja vertikali medjana tal-wiċċ tal-apparat tal-impatt u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta għandha tkun ta’ 300 mm. Barra minn dan, il-wiċċ tal-impatt għandu jestendi fuq il-wisa' kollha tal-vettura milquta;

1.2.3.4.

L-għoli mill-art tal-parti t'isfel tal-wiċċ tal-impatt għandha tkun ta’ 175 ± 25 mm.

1.3.   Il-propulsjon tal-apparat tal-impatt

L-apparat tal-impatt jista' jew jintrabat sew ma’ keriġ (ostaklu li jimxi) jew jifforma parti minn pendlu.

1.4.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fejn jintuża ostaklu li jiċċaqlaq

1.4.1.

Jekk l-apparat tal-impatt jintrabat ma’ keriġ (ostaklu li jimxi) permezz ta’ element li jrażżan, dan tal-aħħar għandu jkun riġidu u ma għandux ikun jista' jiġi deformat mill-impatt; il-keriġ għandha, fil-mument tal-impatt, tkun tista' tiċċaqlaq liberament u ma għandiex tkun aktar soġġetta għall-azzjoni tat-tagħmir li jimbuttaha.

1.4.2.

Il-massa tal-keriġ u tal-apparat tal-impatt flimkien għandha tkun ta’ 1 100 ± 20 kg.

1.5.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fejn jintuża pendlu.

1.5.1.

Id-distanza bejn iċ-ċentru tal-wiċċ tal-impatt u l-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu ma għandhiex tkun inqas minn 5 m.

1.5.2.

L-apparat tal-impatt għandu jkun sospiż liberament permezz ta’ dirgħajn riġidi, li jkunu marbuta miegħu b'mod riġidu. Sostanzjalment, il-pendlu li huwa magħmul b'dan il-mod ma għandux ikun jista' jiġi deformat mill-impatt.

1.5.3.

Għandu jiġi inkorporat tagħmir li jwaqqaf fil-pendlu biex jipprevjeni kwlaunkwe impatt sekondarju mill-apparat tal-impatt fuq il-vettura tat-test.

1.5.4.

Fil-mument tal-impatt, il-veloċità taċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandha tkun bejn 30 u 32 km/s.

1.5.5.

Il-massa mnaqqsa "mr" fiċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu hija definita bħala funzjoni tal-massa totali "m", tad-distanza "a" (1) bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni u l-assi tar-rotazzjoni, u tad-distanza "l" bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-assi tar-rotazzjoni, permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

1.5.6.

Il-massa mnaqqsa "mr" għandha tkun 1 100 ± 20 kg.

1.6.   Id-dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom x’jaqsmu mall-massa u l-veloċità tal-apparat tal-impatt

Jekk it-test twettaq b'veloċità tal-impatt akbar minn dawk stipulati fil-paragrafu 1.5.4. u/jew b'massa akbar minn dawk stipulati fil-paragrafi 1.5.3. jew 1.5.6. ta' hawn fuq, u l-vettura ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa stipulati, it-test għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti.

1.7.   L-istat tal-vettura matul it-test

Il-vettura li qed tiġi ttestjata għandha jew tkun mgħammra bil-komponenti u t-tagħmir normali kollha inklużi fil-piż tas-servizz mingħajr il-passiġġieri tagħha jew tkun f'tali kundizzjoni li tissodisfa din il-kundizzjoni meħtieġa fejn għandha x'taqsam id-distribuzzjoni tal-piż tas-servizz tal-vettura fit-total tagħha.

1.8.   Il-vettura kompluta bis-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal stallata skont l-istruzzjonijiet tal-istallazzjoni għandha titpoġġa fuq wiċċ iebes, ċatt u livell, bill-ħendbrejk imniżżel u f'ger newtrali. Jista' tiġi ttestjata aktar minn Sistema tat-Trażżin tat-Tfal waħda fl-istess test tal-impatt.


(1)  Id-distanza "a" hija ugwali għat-tul tal-pendlu sinkoroniku li qed jiġi kkunsidrat.


ANNESS 11

L-ISKEMA TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP (FLOWĊART ISO 9002:2000)

Image

ANNESS 12

IL-KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   TESTIJIET

Is-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal għandhom ikunu meħtieġa juru l-konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa li fuqhom huma bbażati t-testijiet li ġejjin:

1.1.   Il-verifika tal-limitu tas-sokra u għal kemm idumu jservu l-apparati li jiġbdu lura li jissakkru f’emerġenza

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.2.4.3. ta' dan ir-Regolament fid-direzzjoni l-inqas favorevoli kif jixraq wara li jkunu għaddew mill-ittestjar ta’ kemm idumu jservu provdut fid-dettall fil-paragrafi 7.2.4.2, 7.2.4.4 u 7.2.4.5 ta' dan ir-Regolament bħala kundizzjoni meħtieġa tal-paragrafu 6.7.3.2.6. ta' dan ir-Regolament.

1.2.   Il-verifika ta’ kemm iservu l-apparat li jiġbed lura li jissakkar awtomatikament

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.2.4.2 ta' dan ir-Regolament ikkompletati mit-testijiet fil-paragrafi 7.2.4.4 u 7.2.4.5 ta' dan ir-Regolament bħala kundizzjoni meħtieġa tal-paragrafu 6.7.3.1.3. ta' dan ir-Regolament

1.3.   It-test għas-saħħa taċ-ċineg wara l-ikkondizzjonar

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 6.7.4.2 ta' dan ir-Regolament wara l-ikkondizzjonar skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi minn 7.2.5.2.1. sa 7.2.5.2.5. ta’ dan ir-Regolament.

1.3.1.   It-test għas-saħħa taċ-ċineg wara l-brix

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 6.7.4.2 ta' dan ir-Regolament wara l-ikkondizzjonar skont ir-rekwiżiti deskritti fil-paragrafu 7.2.5.2.6. ta’ dan ir-Regolament.

1.4.   It-test tal-mikroslip

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 8.2.3. ta' dan ir-Regolament.

1.5.   L-assorbiment tal-enerġija

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.6.2. ta' dan ir-Regolament.

1.6.   Il-verifika tal-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ prestazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal meta din tiġi soġġetta għat-test dinamiku xieraq

Skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7.1.3. ta' dan ir-Regolament bi kwalunkwe bokkla li ġiet ikkondizzjonata minn qabel skont il-kundizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 6.7.1.6. ta' dan ir-Regolament b’tali mod li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa xierqa tal-paragrafu 6.6.4. ta' dan ir-Regolament (għall-prestazzjoni totali tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal) u tal-paragrafu 6.7.1.7.1 ta' dan ir-Regolament (għall-prestazzjoni ta’ kwalunkwe bokkla mgħobbija).

1.7.   It-test tat-temperatura

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.6.2. ta' dan ir-Regolament.

2.   IL-FREKWENZA U R-RIŻULTATI TAT-TESTIJIET

2.1.   Il-frekwenza tal-ittestjar skont il-kundizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi minn 1.1 sa 1.5 u 1.7 ta' hawn fuq għandha ssir fuq bażi kkontrollata b’mod aleatorju u kif jinzerta skont waħda mill-proċeduri regolari tal-assigurazzjoni tal-kwalità, u għandha issir mill-inqas darba fis-sena.

2.2.   Il-kundizzjonijiet minimi għall-kontroll tal-konformità tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal tal-kategoriji "Universali", "Semiuniversali" u "Ristretta", f'relazzjoni għat-testijiet dinamiċi skont il-paragrafu 1.6. ta' hawn fuq.

Skont l-awtoritajiet rilevanti, id-detentur ta' approvazzjoni se jissuperviżjona l-kontroll tal-konformità billi jsegwi l-metodu tal-kontroll tal-grupp (il-paragrafu 2.2.1. ta' hawn taħt) jew billi jesgwi l-metodu tal-kontroll kontinwu (il-paragrafu 2.2.2. ta' hawn taħt).

2.2.1.   Il-kontroll tal-grupp għas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal

2.2.1.1.

Id-detentur ta’ approvazzjoni jrid jaqsam is-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal fi gruppi li jkunu kemm jista’ jkun uniformi fejn jikkonċerna l-materja prima jew il-prodotti intermedji involuti fil-manifattura tagħhom (il-kulur different tal-qoxra, il-manifattura differenti tat-tagħmir li jikkontrolla ċ-ċaqliq) kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni. L-għadd f'lott ma għandux jeċċedi l-5 000 unità.

Bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti, it-testijiet jistgħu jsiru mis-Servizz Tekniku jew taħt ir-responsabilità tad-detentur ta’ approvazzjoni.

2.2.1.2.

Għandu jittieħed kampjun minn kull lott skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.1.4 ta' hawn taħt minn minimu ta’ 20 fil-mija tal-kwantità tal-lott, li għandu jiġi prodott mil-lott effettiv.

2.2.1.3.

Il-karatteristiċi tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal u n-numru ta’ testijiet dinamiċi li għandhom isiru jingħataw fil-paragrafu 2.2.1.4. ta' hawn taħt

2.2.1.4.

Sabiex jiġi aċċettat, lott ta’ Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

L-għadd fil-lott

In-numru ta’ kampjuni/il-karatteristiċi tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal

In-numru kkumbinat ta’ kampjuni

Il-kriterji ta’ aċċettazzjoni

Il-kriterji ta’ ċaħda

Il-grad ta’ severità tal-kontroll

N < 500

1st = 1MH

1

0

Normali

2nd = 1MH

2

1

2

500 < N < 5 000

1el = 1MH+1LH

2

0

2

Normali

2ni = 1MH+1LH

4

1

2

N < 500

1el = 2MH

2

0

2

Imsaħħaħ

2ni = 2MH

4

1

2

500 < N < 5 000

1el = 2MH+2LH

4

0

2

Imsaħħaħ

2ni= 2MH+2LH

8

1

2

Noti:

MH tfisser konfigurazzjoni aktar iebsa (l-inqas riżultati tajbin miksuba fl-approvazzjoni jew fl-estensjomi tal-approvazzjoni)

LH tfisser konfigurazzjoni inqas iebsa

Dan il-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni doppju jaħdem kif ġej:

 

Għal kontroll normali, jekk l-ewwel kampjun ma jkun fih l-ebda unità difettuża, il-lott jiġi aċċettat mingħajr ma jiġi ttestjat it-tieni kampjun. Jekk ikollu żewġ unitajiet difettużi, il-lott jiġi miċħud. Fl-aħħar nett, jekk ikollu unità difettuża waħda, jiġi estrattat it-tieni kampjun u jrid ikun in-numru kumulattiv, li jissodisfa l-kundizzjoni tal-kolonna 5 tat-tabella ta' hawn fuq.

 

Ikun hemm bidla minn kontroll normali għal kontroll imsaħħaħ jekk, minn 5 lottijiet konsekuttivi, tnejn jiġu miċħuda. Il-kontroll normali jerġa’ jinbeda jekk jiġu aċċettati 5 lottijiet konsekuttivi.

 

Jekk kwalunkwe lott jiġi miċħud, il-produzzjoni titqies bħala li mhix konformi u l-lott ma għandux jiġi rilaxxat.

 

Jekk żewġ lottijiet konsekuttivi li jiġu soġġetti għall-kontroll imsaħħaħ jiġu miċħuda, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 13. ta' dan ir-Regolament.

2.2.1.5.

Il-kontroll tal-konformità tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal isir billi jibda bil-lot li ġie manifatturat wara l-ewwel lott li kien soġġett għall-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

2.2.1.6.

Ir-riżultati tat-test deskritti fil-paragrafu 2.2.1.4. ma għandhomx jeċċedu L, fejn L huwa l-valur ta' limitu preskritt għal kull test tal-approvazzjoni.

2.2.2.   Kontroll kontinwu

2.2.2.1.

Id-detentur ta’ approvazzjoni għandu jkun obbligat li jwettaq kontroll kontinwu tal-kwalità tal-proċess tal-manifattura tiegħu fuq bażi statistika u permezz tat-teħid tal-kampjuni. Bi ftehim mal-awtoritajet rilevanti, it-testijiet jistgħu jsiru mis-Servizz Tekniku jew taħt ir-responsabilità tad-detentur ta’ approvazzjoni li jkun responsabbli għat-traċċabilità tal-prodott.

2.2.2.2.

Il-kampjuni jridu jittieħdu skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.2.4. ta' hawn taħt

2.2.2.3.

Il-karatteristika tas-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal tittieħed b'mod aleatorju u t-testijiet li għandhom isiru huma deskritti fil-paragrafu 2.2.2.4. ta' hawn taħt.

2.2.2.4.

Il-kontroll għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa li ġejjin.

Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal meħuda

Il-grad ta’ severità tal-kontroll

0,02 ifisser Sistema tat-Trażżin tat-Tfal waħda meħuda minn kull 5 000 li ġew manifatturati

Normali

0,05 ifisser Sistema waħda tat-Trażżin tat-Tfal meħuda minn kull 2 000 li ġew manifatturati

Imsaħħa

Dan il-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni doppju jaħdem kif ġej:

 

Jekk is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal titqies bħala konformi, il-produzzjoni tkun konformi.

 

Jekk is-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal ma tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa, għandha tittieħed it-tieni Sistema tat-Trażżin tat-Tfal,

 

Jekk it-tieni Sistema tat-Trażżin tat-Tfal tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa, il-produzzjoni tkun konformi.

 

Jekk iż-żewġ Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal (l-ewwel u t-tieni) ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet meħtieġa, il-produzzjoni ma tkunx konformi u s-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal li x’aktarx jippreżentaw l-istess nuqqas għandhom jiġu rtirati, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni.

 

Il-kontroll imsaħħaħ se jieħu post dak normali jekk, minn 10 000 Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li jiġu manifatturati konsekuttivament, il-produzzjoni jkollha tiġi rtirata darbtejn.

 

Il-kontroll normali jibda mill-ġdid jekk 10 000 Sistema tat-Trażżin tat-Tfal li jiġu manifatturati konsekuttivament jitqiesu bħala konformi.

 

Jekk il-produzzjoni li tiġi soġġetta għall-kontroll imsaħħaħ tkun ġiet irtirata f’żewġ okkażjonijiet konsekuttivi, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 13. ta' dan ir-Regolament.

2.2.2.5.

Il-kontroll kontinwu fuq is-Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal isir billi jibda wara l-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

2.2.2.6.

Ir-riżultati tat-test deskritti fil-paragrafu 2.2.2.4. ta' hawn fuq ma għandhomx jeċċedu L, fejn L huwa l-valur ta' limitu preskritt għal kull test tal-approvazzjoni.

2.3.   Għal apparat "ISOFIX għal vetturi speċifiċi" skont ili-paragrafu 2.1.2.4.1. ta' hawn fuq, il-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal jista' jagħżel proċeduri tal-Konformità tal-Produzzjoni skont jew il-paragrafu 2.2. ta' hawn fuq, fuq bank tat-testijiet, jew il-paragrafi 2.3.1. u 2.3.2. ta' hawn taħt, f'qafas ta' bodì ta' vettura.

2.3.1.   Għal apparat “ISOFIX għal vettura speċifika” għandhom japplikaw il-frekwenzi tat-test li ġejjin darba kull tmien ġimgħat:

 

F'kull test, il-kundizzjonijiet meħtieġa kollha skont il-paragrafi 6.6.4. u 6.7.1.7.1. ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ssodisfati. Jekk it-testijiet kollha matul sena waħda juru riżultati sodisfaċenti, il-manifattur, wara ftehim mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, jista' jnaqqas il-frekwenzi kif ġej: darba kull 16-il ġimgħa.

 

Madankollu, għandha tiġi permessa frekwenza minima ta’ test fis-sena fejn il-produzzjoni annwali hija ta’ 1 000 Sistema tat-Trażżin tat-Tfal jew inqas.

2.3.2.   Fejn kampjun tat-test ma jgħaddix minn test partikolari li jkun ġie soġġett għalih, għandu jsir test ieħor għall-istess rekwiżit fuq mill-inqas tliet kampjuni oħra. Fil-każ tat-testijiet dinamiċi, jekk wieħed minn dawn tal-aħħar ifalli, il-produzzjoni titqies li mhix konformi u l-frekwenza għandha tiġi miżjuda għal waħda ogħla, jekk dik li kienet aktar baxxa kienet intużat skont il-paragrafu 2.3 ta' hawn fuq u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni.

2.4.   Meta jinstab li l-produzzjoni mhix konformi skont il-paragrafi 2.2.1.4, 2.2.2.4 jew 2.3.2 ta' hawn fuq, id-detentur tal-approvazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu li kien akkreditat b’mod xieraq għandu:

2.4.1.

Jinnotifika lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip fejn jindika x’passi ttieħdu biex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni.

2.5.   Il-manifattur għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip fuq bażi ta’ kull tliet xhur, dwar il-volum tal-prodotti magħmula skont kull numru tal-approvazzjoni, billi jipprovdi mezz ta’ kif jiġu identifikati liema prodotti jikkorrispondu ma’ dak in-numru tal-approvazzjoni.


ANNESS 13

IT-TEST TAL-MATERJAL ASSORBENTI TAL-ENERĠIJA

1.   IL-FORMA TAR-RAS

1.1.

Il-forma tar-ras għandha tikkonsisti minn emisfera solida tal-injam b’segment iżgħar f’forma ta’ sfera miżjud kif muri fil-Figura A hawn taħt. Din għandha tkun mibnija b’mod li tkun tista’ titwaqqa’ liberament tul l-assi mmarkat u għandu jkollha fejn jintrama aċċellerometru biex titkejjel l-aċċellerazzjoni tul id-direzzjoni tal-waqgħa.

1.2.

Il-forma tar-ras għandu jkollha massa totali ta 2.75 ± 0.05 kg.

Figura A

Il-forma tar-ras

Image

Test ta 'immaġni

2.   INSTRUMENTAZZJONI

L-aċċellerazzjoni għandha tiġi rreġistrata matul it-test, billi jintuża tagħmir skont il-klassi tal-kanal tal-frekwenza 1 000 kif speċifikat fl-aħħar verżjoni tal-ISO 6487.

3.   PROĊEDURA

3.1.

It-trażżin tat-tfal għandu jitqiegħed fir-reġjun tal-impatt fuq wiċċ ċatt riġidu, li d-dimensjonijiet minimi tiegħu huma ta' 500 × 500 mm, sabiex id-direzzjoni tal-impatt tkun perpendikulari mal-wiċċ intern tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal fl-erja tal-impatt.

3.2.

Għolli l-forma tar-ras għal għoli ta' 100 – 0/+ 5 mm mill-uċuh ta' fuq rispettivi tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal immontata sal-iktar punt baxx fuq il-forma tar-ras, u ħalliha taqa'. Irreġistra l-aċċelerazzjoni li tkun għaddiet minnha l-forma tar-ras matul l-impatt.


ANNESS 14

IL-METODU LI BIH TIĠI DDEFINITA L-ERJA TAL-IMPATT TAR-RAS TAT-TAGĦMIR B'POST FEJN ISSERRAŻ ID-DAHAR U GĦAT-TAGĦMIR LI JĦARES LURA GĦAD-DEFINIZZJONI TAD-DAQS MINIMU TAL-MADGARDS TAL-ĠENB

1.

Poġġi t-tagħmir fuq is-sit tat-test deskritt fl-Anness 6. Tagħmir li jista’ jmejjel is-sit għandu jiġi ssettjat bis-sit fil-pożizzjoni l-aktar dritta. Poġġi l-iżgħar manikin fit-tagħmir skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Immarka punt “A” fuq il-post fejn jistrieħ id-dahar fuq l-istess livell orizzontali tal-ispalla tal-iżgħar manikin f’punt 2 cm ġewwa mit-tarf ta’ barra tad-driegħ. L-uċuh kollha ta' ġewwa ’l fuq mill-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt A, għandhom jiġu ttestjati skont l-Anness 17. Din l-erja għandha tinkludi l-punt fejn jistrieħ id-dahar u l-madgards tal-ġenb, inklużi t-trufijiet ta' fuq ġewwa (iż-żona tar-raġġ) tal-madgards tal-ġenb. Fil-każ ta' apparat għall-kerrikots fejn, skont l-istruzzjonijiet tal-apparat u l-istruzzjonijiet tal-manifattur, istallazzjoni simetrika tal-manikin ma tkunx possibbli, l-erja konformi mal-Anness 17 għandha tkun kollha fil-wiċċ intern 'il fuq mill-punt "A", kif definit minn qabel fid-direzzjoni tar-ras, meta mkejla b'dan il-manikin fil-kerrikot fl-agħar pożizzjoni tiegħu b'mod konsistenti mal-istruzzjonijiet tal-manifatturi u bil-kerrikot ippożizzjonat fuq il-bank tat-test.

Jekk tkun possibbli l-istallazzjoni simetrika tal-manikin fil-kerrikot, l-erja interna kollha għandha tkun konfomi mal-Anness 13.

2.

Għat-tagħmir li jħares lura għandu jkun hemm madgards tal-ġenb b’fond minimu ta’ 90 mm imkejjel mill-medjan tal-wiċċ ta’ fejn jistrieħ id-dahar. Dawn il-madgards tal-ġenb għandhom jibdew fil-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt “A” u jkomplu sal-parti ta’ fuq nett tad-dahar tas-sit tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal. Bil-bidu minn punt ta' 90 mm 'l isfel mill-parti ta’ fuq tad-dahar tas-sit tas-Sistema tat-Trażżin tat-Tfal, il-fond tal-madgards tal-ġenb jista’ jitnaqqas bil-mod.


ANNESS 15

DESKRIZZJONI TAL-IKKONDIZZJONAR TAL-APPARAT LI JAĠĠUSTA ARMAT DIRETTAMENT FUQ IS-SISTEMI TAT-TRAŻŻIN TAT-TFAL

Figura 1

Image

1.   METODU

1.1.

Bl-istrixxi ssettjati fil-pożizzjoni ta' referenza deskritta fil-paragrafu 7.2.6., iġbed tal-inqas 50 mm tal-istrixxi mill-ankraġġ integrali li jikkontrolla ċ-ċaqliq billi tiġbed fuq it-tarf liberu tal-istrixxi.

1.2.

Waħħal il-parti aġġustata tal-ankraġġ integrali li jikkontrolla l-moviment mat-tagħmir li jiġbed A.

1.3.

Attiva l-apparat li jaġġusta u iġbed tal-inqas 150 mm tal-istrixxi fl-ankraġġ integrali li jikkontrolla ċ-ċaqliq. Dan jirrapreżenta nofs ċiklu wieħed u jpoġġi it-tagħmir li jiġbed A fil-pożizzjoni massima ta’ qligħ tal-istrixxi.

1.4.

Qabbad it-tarf liberu tal-istrixxi mat-tagħmir li jiġbed B.

2.   IĊ-ĊIKLU HUWA:

2.1.

Iġbed B tal-inqas 150 mm filwaqt li A ma jeżerċita l-ebda tensjoni fuq l-ankraġġ integrali li jikkontrolla ċ-ċaqliq.

2.2.

Attiva l-apparat li jaġġusta u iġbed A filwaqt li B ma jeżerċita l-ebda tensjoni fuq it-tarf liberu tal-istrixxi.

2.3.

Fit-tmiem ta’ tefgħa, itfi l-apparat li jaġġusta.

2.4.

Irrepeti ċ-ċiklu kif speċifikat fil-paragrafu 6.7.2.7. ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS 16

IT-TAGĦMIR TIPIKU TAT-TEST TAS-SAĦĦA TAL-BOKKLA

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 17

ID-DETERMINAZZJONI TAL-KRITERJI TAL-PRESTAZZJONI

1.   IL-KRITERJU TAL-PRESTAZZJONI TAR-RAS (HPC)

1.1.

Dan il-kriterju huwa meqjus bħala ssodisfat meta, waqt it-tes, ma jkun hemm l-ebda kuntatt bejn ir-ras u kwalunkwe komponent tal-vettura.

1.2.

Jekk dak ma jkunx il-każ, isir kalkolu tal-valur tal-HPC, ibbażat fuq l-aċċellerazzjoni (a), (1) espressa kif ġej:

Formula

Fejn:

1.2.1.

It-terminu "a" huwa l-aċċellerazzjoni li tirriżulta li hija mkejla f'unitajiet ta' gravità, g (1 g = 9,81 m/s2);

1.2.2.

Jekk il-bidu tal-kuntatt tar-ras jista’ jkun iddeterminat b’mod sodisfaċenti, t1 u t2 huma ż-żewġ waqtiet, irrapreżentati f’sekondi, li jiddefinixxu intervall bejn il-bidu tal-kuntatt tar-ras u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għalihom il-valur tal-HPC huwa l-massimu;

1.2.3.

Jekk il-bidu tal-kuntatt tar-ras ma jistax ikun iddeterminat, t1 u t2 huma ż-żewġ waqtiet, irrapreżentati f’sekondi, li jiddefinixxu intervall ta’ ħin bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għalihom il-valur ta’ HPC huwa l-massimu;

1.2.4.

Il-valuri ta’ HPC li għalihom l-intervall ta’ ħin (t1 - t2) huwa akbar minn 36 ms huma injorati għall-għanijiet tal-kalkolu ta’ valur massimu.

1.3.

Il-valur tal-aċċellerazzjoni tar-ras li jirriżulta matul l-impatt ’il quddiem li jinqabeż għal 3 ms b’mod kumulattiv huwa kkalkulat mill-aċċellerazzjoni tar-ras li tirriżulta.


(1)  L-aċċellerazzjoni (a) li tirreferi għaċ-ċentru ta’ gravità hija kkalkulata mill-komponenti bi tliet assi tal-aċċellerazzjoni titkejjel b’CFC ta’ 1 000.


ANNESS 18

DIMENSJONIJIET ĠEOMETRIĊI TAS-SISTEMI TAT-TRAŻŻIN TAT-TFAL I-SIZE

Figura 1

Image

Statura cm

Għoli f'pożizzjoni bilqiegħda cm

Wisa' tal-ispallejn cm

Wisa' tal-ġenbejn cm

Għoli tal-ispallejn cm

A

B

C

D

E

 

95 %ile

95 %ile

95 %ile

5 %ile

95 %ile

40

MA

MA

MA

MA

MA

45

39,0

12,1

14,2

27,4

29,0

50

40,5

14,1

14,8

27,6

29,2

55

42,0

16,1

15,4

27,8

29,4

60

43,5

18,1

16,0

28,0

29,6

65

45,0

20,1

17,2

28,2

29,8

70

47,1

22,1

18,4

28,3

30,0

75

49,2

24,1

19,6

28,4

31,3

80

51,3

26,1

20,8

29,2

32,6

85

53,4

26,9

22,0

30,0

33,9

90

55,5

27,7

22,5

30,8

35,2

95

57,6

28,5

23,0

31,6

36,5

100

59,7

29,3

23,5

32,4

37,8

105

61,8

30,1

24,9

33,2

39,1

110

63,9

30,9

26,3

34,0

40,4

115

66,0

32,1

27,7

35,5

41,7

120

68,1

33,3

29,1

37,0

43,0

125

70,2

34,5

30,5

38,5

44,3

130

72,3

35,7

31,9

40,0

46,1

135

74,4

36,9

33,3

41,5

47,9

140

76,5

38,1

34,7

43,0

49,7

145

78,6

39,3

36,3

44,5

51,5

150

81,1

41,5

37,9

46,3

53,3

Meta mkejjel taħt forza ta’ kuntatt ta’ 50 N bl-apparat deskritt fil-Figura 2 ta’ dan l-Anness it-tolleranzi li ġejjin se jiġu applikati għad-dimensjonijiet:

 

Għoli minimu meta bilqiegħda:

Minn 40 sa 87 cm B - 5 għal kull ċentile

Minn 87 cm u sa B - 10 kull ċentile,

 

Wisa' minima tal-ispalla: C -0 +2 cm

 

wisa' minima tal-ġenbejn: D -0 +2 cm

 

Għoli minimu tal-ispalla (5 kull ċentile): E1 -2 +0 cm

 

Għoli massimu tal-ispallejn (95 kull ċentile): E2 -0 +2 cm

Figura 2

Dehra mill-ġenb u minn quddiem tal-apparat tal-kejl

Image

Figura 3

Dehra 3D tal-apparat tal-kejl

Image

ANNESS 19

VOLUMI TA' VALUTAZZJONI GĦAL SAQAJN TA' APPOĠĠ U QIEGĦ IS-SAQAJN TA' APPOĠĠ I-SIZE

Figura 1

Dehra mill-ġenb tal-volum ta' valutazzjoni għad-dimensjoni tas-sieq ta' appoġġ

Image

Nota:

1.

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

Figura 2

Dehra 3D tal-volum ta' valutazzjoni għad-dimensjoni tas-sieq ta' appoġġ

Image

Nota:

1.

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

Figura 3

Dehra mill-ġenb tal-volum ta' valutazzjoni ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ

Image

Nota:

1.

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

Figura 4

Dehra 3D tal-volum ta' valutazzjoni ta' qiegħ is-sieq ta' appoġġ

Image

Noti:

1.

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.


ANNESS 20

LISTA MINIMA TAD-DOKUMENTI MEĦTIEĠA GĦALL-APPROVAZZJONI

 

i-Size CRS

ISOFIX CRS għal vettura speċifika

Paragrafu

Dokumenti ġenerali

Ittra ta’ applikazzjoni/talba

Ittra ta’ applikazzjoni/talba

3.1.

 

Deskrizzjoni teknika tas-CRS

Deskrizzjoni teknika tas-CRS

3.2.1.

 

Struzzjoni tal-istallazzjoni għat-tagħmir li jiġbed lura

Struzzjoni tal-istallazzjoni għat-tagħmir li jiġbed lura

3.2.1.

 

Dikjarazzjoni dwar it-tossiċità

Dikjarazzjoni dwar it-tossiċità

3.2.1.

 

Dikjarazzjoni dwar il-fjammabilità

Dikjarazzjoni dwar il-fjammabilità

3.2.1.

 

Istruzzjonijiet u dettalji tal-imballaġġ

Istruzzjonijiet u dettalji tal-imballaġġ

3.2.6.

 

Speċifikazzjonijiet tal-materjal tal-partijiet

Speċifikazzjonijiet tal-materjal tal-partijiet

2.46. u 2.2.1.1. tal-Anness 12

 

Struzzjonijiet għall-armar għal partijiet li jistgħu jitneħħew

Struzzjonijiet għall-armar għal partijiet li jistgħu jitneħħew

6.2.3.

 

Dokumentazzjoni bit-tagħrif għall-utenti

Dokumentazzjoni bit-tagħrif għall-utenti, inklużi referenzi għall-vettura jew vetturi applikabbli

14.

 

 

Lista ta’ vettura/vetturi mudell(i)

Anness 1

 

Dokumenti tas-CoP għall-approvazzjoni inklużi ċart tal-organizzazzjoni tal-kumpanija, ir-reġistru mal-Kamra tal-Kummerċ, dikjarazzjoni tal-impjant ta’ produzzjoni, ċertifikat tas-sistema ta’ kwalità, dikjarazzjoni tal-proċedura tas-CoP

Dokumenti tas-CoP għall-approvazzjoni inklużi ċart tal-organizzazzjoni tal-kumpanija, ir-reġistru mal-Kamra tal-Kummerċ, dikjarazzjoni tal-impjant ta’ produzzjoni, ċertifikat tas-sistema ta’ kwalità, dikjarazzjoni tal-proċedura tas-CoP u dikjarazzjoni dwar il-proċeduri għall-kampjunar skont it-tip ta' prodott

3.1. u Anness 11

Tpinġijiet/stampi

Tpinġija miftuħa tas-CRS l-partijiet rilevanti kollha tagħha

Tpinġija miftuħa tas-CRS l-partijiet rilevanti kollha tagħha

3.2.1. u Anness 1

 

Pożizzjoni tal-marka ta' approvazzjoni

Pożizzjoni tal-marka ta' approvazzjoni

3.2.1.

 

 

Tpinġijiet jew stampi dwar il-kombinazzjoni tas-CRS u l-karozza jew il-pożizzjoni bilqiegħda tal-ISOFIX u l-ambjent rilevanti fil-karozza (1)

3.2.3.

 

 

Tpinġijiet tal-vettura u l-istruttura tas-sit, is-sistema ta' aġġustament u l-punti ta' ankraġġ (1)

Anness 1

 

Ritratti tas-CRS

Ritratti tas-CRS u/jew tal-vettura u l-istruttura tas-sit

Anness 1

 

i-Size CRS

ISOFIX CRS għal vettura speċifika

Paragrafu

 

Fil-każ li mhux immarkat fuq il-kampjun(i) fiż-żmien tas-sottomissjoni għall-approvazzjoni:

Eżempju tal-immarkar tal-isem tal-manifattur, bl-inizjali jew bil-marka kummerċjali, is-sena ta’ produzzjoni, l-orjentazzjoni, it-tikketti ta’ twissija, il-logo tal-i-Size, il-firxa ta’ daqsijet, il-piż tal-persuna u marki addizzjonali.

Fil-każ li mhux immarkat fuq il-kampjun(i) fiż-żmien tas-sottomissjoni għall-approvazzjoni:

Eżempju tal-immarkar tal-isem tal-manifattur, bl-inizjali jew bil-marka kummerċjali, is-sena ta’ produzzjoni, l-orjentazzjoni, it-tikketti ta’ twissija, il-logo tal-i-Size, il-firxa ta’ daqsijiet, il-piż tal-persuna, il-marki tal-ISOFIX għal vettura speċifika u marki addizzjonali.

4.


(1)  F'każ ttestjat fuq it-troli tat-test, f’qafas ta’ bodì ta’ vettura b’konformità mal-paragrafu 7.1.3.2. jew f’vettura kompluta b’konformità mal-paragrafu 7.1.3.3. ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS 21

APPARATI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAT-TAGĦBIJA

Apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija I

Image

Test ta 'immaġni

Nru

Numru tal-Parti

Isem

Informazzjoni

Kwantità

1

PV000009.1

Ċinturin tar-ras – 39 mm

1

2

PV000009.2

Ċinturin tal-ispalla lh-rh – 39 mm

2

3

PV000009.3

Ċinturin ta' bejn il-kuxxtejn – 39 mm

1

4

PV000009.4

Ċinturin tal-ġembejn – 39 mm

1

5

102 18 31

Disinn tal-punti (30 × 17)

Punt: 77, ħjata: 30, lewn: griż SABA

8

6

PV000009.5

Bokkla tal-plastik

 

2

7

PV000009.6

Disinn tal-punti (2 × 37)

Punt: 77, ħjata: 30, lewn: griż SABA

2


Tul meta miġbud

(+/– 5 mm)

 

 

 

 

 

 

Manikin Q 0

Q 1

Q 1,5

Q 3

Q 6

Q 10

Ċinturin tar-ras

1 000  mm

1 000  mm

1 000  mm

1 200  mm

1 200  mm

1 200  mm

Ċinturin tal-ispalla

750  mm

850  mm

950  mm

1 000  mm

1 100  mm

1 300  mm

Ċinturin ta' bejn il-kuxxtejn

300  mm

350  mm

400  mm

400  mm

450  mm

570  mm

Ċinturin tal-ġembejn

400  mm

500  mm

550  mm

600  mm

700  mm

800  mm

Dimensjoni X

120  mm

130  mm

140  mm

140  mm

150  mm

160  mm


Ċinturin

 

 

 

Wisa'

Ħxuna

Expansjoni

Rabta

39 mm +/– 1 mm

1 mm +/– 0,1 mm

5,5 – 6,5 %

Min. 15 000 N


Disinn tal-punti

Forza minima meħtieġa

12 × 12 mm

3,5 kN

30 × 12 mm

5,3 kN

30 × 17 mm

5,3 kN

30 × 30 mm

7,0 kN

raġġ taċ-ċinturin kollu = 5 mm

Image

Image

Apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija II

Image

Nru

Isem

Informazzjoni

Kwantità

1

Ċinturin ewlieni – 39 mm

1

2

Ċinturin tal-ġembejn (fuq/isfel)– 39 mm

2

3

Disinn tal-punti (30 × 17)

Punt: 77, ħjata: 30-

4


Tul meta mġebbed

(+/– 5 mm)

 

 

 

 

 

 

Q 0

Q 1

Q 1,5

Q 3

Q 6

Q 10

Ċinturin ewlieni (A)

1 740  mm

1 850  mm

1 900  mm

2 000  mm

2 000  mm

2 100  mm

Ċinturin tal-ġembejn (B)

530  mm

560  mm

600  mm

630  mm

660  mm

700  mm

Dimensjoni t'isfel (C)

125  mm

150  mm

150  mm

170  mm

200  mm

200  mm

Dimensjoni nofsana (D)

270  mm

300  mm

350  mm

380  mm

380  mm

400  mm


Ċinturin

 

 

 

Wisa'

Ħxuna

Expansjoni

Rabta

39 mm +/– 1 mm

1 mm +/– 0,1 mm

5,5 – 6,5 %

Min. 15 000 N


Disinn tal-punti

Forza minima meħtieġa

12 × 12 mm

3,5 kN

30 × 12 mm

5,3 kN

30 × 17 mm

5,3 kN

30 × 30 mm

7,0 kN

Raġġ taċ-ċinturin kollu = 5 mm

Image

Image