29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/1


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

Ir-Regolament Nru 50 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem, il-fanali tal-pożizzjoni ta' wara, il-fanali tal-waqfien, l-indikaturi tad-direzzjoni u l-apparat li jdawwal il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara, għall-vetturi tal-kategorija L

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-suppliment 16 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Id-data tad-dħul fis-seħħ: Il-15 ta’ Lulju 2013

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Immarkar

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.

Intensità tad-dawl mitfugħ

8.

Proċedura tat-test

9.

Kulur id-dawl mitfugħ

10.

Konformità tal-produzzjoni

11.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

12.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

13.

Ismijiet u indirizzi ta’ Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq ta’ testijiet ta’ approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi

14.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

ANNESSI

Anness 1:

L-angoli minimi orizzontali (h) u vertikali (v) tad-distribuzzjoni spazjali tad-dawl

Anness 2:

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni (jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox) ta’ tip ta’ apparat skont ir-Regolament Nru 50

Anness 3:

Eżempji ta' arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

Anness 4:

Kejl fotometriku

Anness 5:

Kejl fotometriku għall-apparat li jdawwal il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għall-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem, il-fanali tal-pożizzjoni ta' wara, il-fanali tal-waqfien, l-indikaturi tad-direzzjoni u l-apparat li jdawwal il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara, għall-vetturi tal-kategorija L (1).

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.

Definizzjonijiet tat-termini:

Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolamenti Nru 53 jew 74 u s-serje ta’ emendi li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw f’dan ir-Regolament.

2.2.

"Il-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem, il-fanali tal-pożizzjoni ta' wara, l-indikaturi tad-direzzjoni u l-apparat li jdawwal il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara", tfisser fanali li jvarjaw, f'kull kategorija msemmija, f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

L-isem jew il-marka kummerċjali,

(b)

Il-karatteristiċi tas-sistema ottika, (livelli ta’ intensità, angoli ta’ distribuzzjoni tad-dawl, kategorija tas-sors tad-dawl, modulu tas-sors tad-dawl, eċċ.);

Tibdil fil-kulur tas-sors tad-dawl jew fil-kulur ta’ kwalunkwe filtru ma jikkostitwixxix bidla tat-tip.

2.3.

Id-definizzjonijiet tal-kulur tad-dawl mitfugħ, mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu li kienu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.

2.4.

Ir-referenzi li saru f'dan ir-Regolament għal bozza(bozoz) tal-filament standard (étalon) u għar-Regolament Nru 37 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

Ir-referenzi li saru f'dan ir-Regolament għal sors(i) tad-dawl LED standard (étalon) u għar-Regolament Nru 128 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 128 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mid-detentur tal-isem jew tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat kif xieraq. Din għandha tispeċifika:

3.1.1.

l-għan jew l-għanijiet li l-apparat imressaq għall-approvazzjoni huwa intenzjonat għalih/om;

3.1.2.

fil-każ ta' fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem: indikazzjoni ta' jekk huwiex intenzjonat li jitfa' dawl abjad jew dawl ambra (isfar);

3.1.3.

fil-każ ta' indikatur tad-direzzjoni: il-kategorija.

3.1.4.

Fuq l-għażla tal-applikant, li l-apparat jista' jiġi installat fil-vettura b'inklinazzjonijiet differenti tal-assi ta' referenza fir-rigward tal-pjani ta' referenza tal-vettura u tal-art jew li jdur mal-assi ta' referenza tagħha jew, fil-każ ta' fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara, li l-apparat jista' jiġi installat f'aktar minn pożizzjoni waħda jew f'sett ta' pożizzjonijiet fir-rigward tal-ispazju li għandu jittieħed mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni; dawn il-kundizzjonijiet differenti (jew pożizzjonijiet differenti) ta' installazzjoni għandhom jiġu indikati fil-formola ta’ komunikazzjoni.

3.2.

Għal kull tip ta’ apparat, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:

3.2.1.

disinji, fi tliet kopji, b’biżżejjed dettall sabiex jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip ta’ apparat u juri f’liema pożizzjoni(jiet) ġeometrika/ġeometriċi l-apparat jista’ jitwaħħal fil-vettura; l-assi ta’ osservazzjoni li għandu jiġi kkunsidrat bħala l-assi ta’ referenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0°, angolu vertikali V = 0°); u l-punt li għandu jiġi kkunsidrat bħala ċ-ċentru ta' referenza fit-testijiet imsemmija; id-disinn għandu juri l-pożizzjoni intenzjonata għall-marka tal-approvazzjoni u eventwalment is-simboli addizzjonali fir-rigward taċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni;

3.2.2.

deskrizzjoni teknika qasira li tiddikjara, b’mod partikolari, bl-eċċezzjoni ta’ fanali li jkollhom sorsi tad-dawl li mhumiex sostitwibbli:

(a)

il-kategorija jew kategoriji ta’ bozza/bozoz bil-filament preskritti; din il-kategorija ta’ bozoz tal-filament għandha tkun waħda minn dawk inklużi fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip; u/jew

(b)

il-kategorija jew kategoriji ta’ sors(i) tad-dawl preskritta/i; din il-kategorija ta’ sorsi tad-dawl għandha tkun waħda minn dawk inklużi fir-Regolament Nru 128 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip; u/jew

(c)

il-kodiċi speċifika ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl.

3.2.3.

Żewġ apparati.

4.   MARKI

4.1.

L-apparati mressqa għall-approvazzjoni għandu jkollhom dawn il-marki, li jridu jkunu li ma jitħassrux u miktubin b’mod ċar li jistgħu jinqraw faċilment:

4.1.1.

l-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant;

4.1.2.

bl-eċċezzjoni tal-fanali li jkollhom sorsi tad-dawl li mhumiex sostitwibbli, għandu jkollhom indikazzjoni li tista’ tinqara b'mod ċar u li ma titħassarx li turi:

(a)

il-kategorija jew kategoriji ta’ sors(i) tad-dawl preskritta/i; u/jew

(b)

il-kodiċi speċifika ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl.

4.2.

Barra minn hekk, dawn għandu jkollhom spazju ta' daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni (ara l-paragrafu 3.2.1.).

4.3.

Il-fanali b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli jew modulu(i) tas-sors tad-dawl, għandu jkollhom il-marka tal-vultaġġ nominali jew il-medda ta’ vultaġġi, u l-wattage nominali.

4.4.

Fil-każ ta' modulu(i) tas-sors tad-dawl, il-modulu(i) tas-sors tad-dawl, għandu jkollu/jkollhom:

4.4.1.

l-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar;

4.4.2.

il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni tal-modulu; din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. Din il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni għandha tinkludi l-ittri tal-bidu “MD” għal “MODULU” segwiti mill-marka tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 5.5.1. taħt u, f’każ li jintużaw diversi moduli ta’ sorsi tad-dawl mhux identiċi, segwiti minn simboli jew karattri addizzjonali; din il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni għandha tidher fl-illustrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.2.1 imsemmi qabel.

Il-marka tal-approvazzjoni m’għandhiex neċessarjament tkun l-istess bħal dik fuq il-fanal li fih jintuża l-modulu, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu mill-istess applikant.

4.4.3.

il-marka tal-vultaġġ nominali u l-wattage nominali.

5.   APPROVAZZJONI

5.1.

Jekk iż-żewġ apparati ta' tip ta' apparat ippreżentati skont il-paragrafu 3. hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata.

5.2.

Meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess apparat, l-approvazzjoni tingħata biss, jekk kull wieħed miż-żewġ fanali jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ta' Regolament ieħor. Dawk il-fanali li ma jissodisfawx xi wieħed minn dawn ir-Regolamenti, ma għandhomx jiffurmaw parti minn dan l-apparat.

5.3.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi riċenti tekniċi ewlenin li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ apparat kopert minn dan ir-Regolament.

5.4.

L-avviż ta’ approvazzjoni jew ta’ ċaħda tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ apparat skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell muri fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament u ta' disinn mehmuż, mogħtija mill-applikant għall-approvazzjoni, u f’format mhux akbar minn A 4 (210 × 297 mm) u, jekk ikun possibbli, fuq skala ta’ 1:1.

5.5.

Kull apparat li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollu, fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 4.2 hawn fuq, minbarra l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4.1. u 4.3., marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

5.5.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ġie mogħti l-approvazzjoni (2), u

5.5.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament segwit mill-ittra "R", sink u n-numru tal-approvazzjoni;

5.5.3.

fil-każ ġenerali ta' indikatur tad-direzzjoni: numru li jindika l-kategorija 11, 11a, 11b, 11c jew 12 qrib iċ-ċirku skont il-paragrafu 5.5.1. u fuq in-naħa opposta tan-numru tal-approvazzjoni;

5.5.4

fil-każ ta' indikatur tad-direzzjoni, li fuq naħa waħda ma jiksibx l-intensità luminuża minima prevista sa angolu ta' H = 80° skont il-paragrafu 7.7.1.: vleġġa orizzontali, li t-tarf tagħha jipponta lejn in-naħa fejn tinżamm konformità mal-intensità luminuża minima sa angolu ta' mill-inqas 80° skont il-paragrafu 7.7.1.;

5.5.5.

fuq il-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem jew ta’ wara li l-angoli ta’ viżibilità tagħhom ikunu asimmetriċi fir-rigward tal-assi ta’ referenza f’direzzjoni orizzontali, vleġġa li tipponta lejn in-naħa li fuqha l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi huma ssodisfati sa angolu ta’ 80° H;

5.6.

Meta apparat jinstab li huwa konformi mar-rekwiżiti ta' diversi Regolamenti, tista' tiġi applikata marka tal-approvazzjoni waħda li tkun tinkludi ċirku skont il-paragrafu 5.5.1., in-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali xierqa għal kull Regolament li skontu tkun ingħatat l-approvazzjoni. Id-daqs tal-komponenti ta' sinjal waħdieni ma jkunux iżgħar mid-daqs minimu għall-iżgħar sinjal waħdieni obbligatorju skont ir-Regolament li taħtu saret l-approvazzjoni.

5.7.

Il-marka tal-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.5 hawn fuq għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. Din tista' titqiegħed fuq parti interna jew esterna (trasparenti jew le) tal-apparat li jitfa' d-dawl. Ikun xi jkun il-każ, il-marki għandhom ikunu viżibbli meta l-apparat jitwaħħal fuq il-vettura jew meta tinfetaħ xi parti li tiċċaqlaq, bħas-sit jew l-għatu tal-kompartiment.

5.8.

L-Anness 3 jagħti eżempju ta’ kif tidher il-marka tal-approvazzjoni.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.

Kull apparat għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

6.2.

L-apparati għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’mod li waqt l-użu normali, minkejja l-vibrazzjonijiet li jkunu soġġetti għalihom, jibqa’ jiġi żgurat it-tħaddim tagħhom b'mod sodisfaċenti u ma jitilfux il-karatteristiċi stipulati b’dan ir-Regolament.

6.3.

Il-fanali tal-pożizzjoni, li huma reċiprokament inkorporati ma’ funzjoni oħra, permezz tal-użu ta’ sors ta’ dawl komuni, u ddisinjati biex joperaw permanentement b’sistema addizzjonali għar-regolazzjoni tal-intensità tad-dawl mitfugħ, huma awtorizzati.

6.3.1.

Madankollu, fil-każ ta’ fanal tal-pożizzjoni ta' wara inkorporat reċiprokament ma’ fanal tal-waqfien, l-apparat għandu jew:

(a)

Ikun parti minn arranġament ta’ sors ta’ dawl multiplu, jew;

(b)

Ikun maħsub għall-użu f’vettura mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ ta’ falliment għal dik il-funzjoni.

Fi kwalunkwe każ, għandha titniżżel nota fid-dokument tal-komunikazzjoni.

6.4.

Fil-każ ta’ sors(i) tad-dawl sostitwibbli:

6.4.1.

Tista' tintuża kwalunkwe kategorija jew kategoriji ta' sors(i) tad-dawl approvata/i skont ir-Regolament Nru 37 u/jew ir-Regolament Nru 128, sakemm ma jkun hemm ebda restrizzjoni fuq l-użu fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta' emendi tiegħu li jkunu fis-seħħ fil-ħin tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip jew fir-Regolament Nru 128 u s-serje ta' emendi tiegħu li jkunu fis-seħħ fil-ħin tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

6.4.2.

Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li s-sors tad-dawl ma jkun jista’ jitwaħħal fl-ebda pożizzjoni ħlief f’dik it-tajba.

6.4.3.

Il-ħowlder tas-sors tad-dawl għandu jikkonforma mal-karatteristiċi mogħtija fil-Pubblikazzjoni tal-IEC 60061. Tapplika l-folja tad-dejta ta’ dan il-ħowlder għall-kategorija tas-sors tad-dawl użat.

6.5.

Fil-każ ta’ bozza(bozoz) tal-filament sostitwibbli:

6.5.1.

Kwalunkwe kategorija jew kategoriji ta’ bozza(bozoz) tal-filament approvata/i skont ir-Regolament Nru 37 tista’/jistgħu tintuża/jintużaw, sakemm ma jkun hemm ebda restrizzjoni dwar l-użu fir-Regolament Nru 37 u fis-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

6.5.2.

Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-bozza tal-filament ma tista’ titwaħħal fl-ebda pożizzjoni ħlief f’dik it-tajba.

6.5.3.

Il-ħowlder tal-bozza tal-filament għandu jikkonforma mal-karatteristiċi mogħtija fil-Pubblikazzjoni tal-IEC 60061. Tapplika l-folja tad-dejta tal-ħowlder rilevanti għall-kategorija tal-bozza tal-filament użata.

7.   INTENSITÀ TAD-DAWL MITFUGĦ

Fl-assi ta' referenza, l-intensità tad-dawl mitfugħ ta' kull wieħed miż-żewġ apparati għandha tkun mill-inqas ugwali għall-valuri minimi u mhux ogħla mill-valuri massimi indikati f'din it-tabella. F'ebda direzzjoni ma għandhom il-valuri jkunu ogħla minn dawk indikati bħala massimi.

 

 

min. (cd)

max. (cd)

7.1.

Il-fanal tal-pożizzjoni ta' wara

4

12

7.2.

Il-fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem

4

60

7.2.1.

Fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem inkorporati fil-fanal ta' quddiem

4

100

7.3.

Fanal tal-waqfien

40

185

7.4.

Indikaturi tad-direzzjoni

 

 

7.4.1.

tal-kategorija 11 (ara l-Anness 1)

90

700

7.4.1.1.

tal-kategorija 11a (ara l-Anness 1)

175

700

7.4.1.2.

tal-kategorija 11b (ara l-Anness 1)

250

800

7.4.1.3.

tal-kategorija 11c (ara l-Anness 1)

400

860

7.4.2.

tal-kategorija 12 (ara l-Anness 1)

50

350

7.5.   'Il barra mill-assi ta' referenza u fil-meded tal-angolu ddefiniti fid-dijagrammi tal-Anness 1 ta' dan ir-Regolament, l-intensità tad-dawl mitfugħ għandha, f'kull direzzjoni korrespondenti għall-punti tal-iskeda tad-distribuzzjoni tad-dawl li tidher fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, tkun mhux inqas mill-prodott matematiku tal-minimi speċifikati fil-paragrafi 7.1. sa 7.4. ta' hawn fuq u tal-perċentwali speċifikat fit-tabella msemmija għad-direzzjoni inkwistjoni.

7.5.1.   Fil-każ ta’ fanal uniku li jkun fih iktar minn sors ta’ dawl wieħed:

(a)

il-fanal għandu jikkonforma mal-intensità minima meħtieġa meta kwalunkwe sors ta’ dawl wieħed ikun falla;

(b)

meta s-sorsi tad-dawl ikunu kollha mixgħulin, l-intensità massima għal assemblaġġ ta' żewġ fanali tingħata billi l-valur preskritt għal fanal uniku fil-paragrafi 7.1. sa 7.4. jiġi mmultiplikat b'1.4.;

(c)

is-sorsi kollha tad-dawl ikkonnettjati in series jitqiesu bħala sors ta’ dawl wieħed.

7.6.   B'eċċezzjoni għall-paragrafu 7.1. ta' hawn fuq, intensità luminuża ta' massimu ta' 60 cd għandha tkun permessa għall-fanali tal-pożizzjoni ta' wara inkorporati reċiprokament b'fanali tal-waqfien f'livell aktar baxx mill-pjan li jifforma angolu ta' 5° mal-pjan orizzontali u 'l isfel minnu.

7.7.   Barra minn hekk,

7.7.1.

fil-meded iddefiniti fl-Anness 1, l-intesità tad-dawl mitfugħ ma għandhiex tkun inqas minn 0.05 cd għall-fanali tal-pożizzjoni u mhux inqas minn 0.3 cd għall-fanali tal-waqfien u l-indikitaruri tad-direzzjoni;

7.7.2.

jekk fanal tal-pożizzjoni jkun raggruppat jew inkorporat reċiprokament b'fanal tal-waqfien, il-proporzjon tal-intensitajiet luminożi mkejla attwalment taż-żewġ fanali meta jinxtegħlu simultanjament u l-intensità tal-fanal tal-pożizzjoni ta' wara meta jinxtiegħel waħdu għandu jkun mill-inqas 5:1 għall-ħdax-il punt definiti fl-Anness 4 u fil-medda delimitata b'linji vertikali dritti li jgħaddu minn 0°V/± 10°H u l-linji orizzontali dritti li jgħaddu minn ± 5°V/0°H tal-iskeda tad-distribuzzjoni tad-dawl;

Jekk il-fanal tal-pożizzjoni ta' wara jew il-fanal tal-waqfien jew it-tnejn li huma jkollhom aktar minn sors ta' dawl wieħed u jitqiesu bħala fanal uniku, kif definit fil-paragrafu 7.5.2. ta' hawn fuq, il-valuri li għandhom jitqiesu huma dawk miksuba bis-sorsi tad-dawl kollha qed jiffunzjonaw.

7.7.3.

id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2.2 tal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament fuq varjazzjonijiet lokali ta’ intensità għandhom jiġu osservati.

7.8.   B’mod ġenerali, l-intensitajiet għandhom jitkejlu bis-sors(i) tad-dawl mixgħulin kontinwament.

Fil-każ ta' fanali maħsuba biex jintużaw b'mod intermittenti, għandha tittieħed prekawzjoni biex jiġi evitat li l-apparat jisħon iż-żejjed. Skont il-kostruzzjoni tal-apparat, pereżempju, l-użu ta’ dijodi li jitfgħu d-dawl (LED), jew il-ħtieġa li jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat li l-apparat jisħon iż-żejjed, huwa permess li jitkejlu l-fanali fil-modalità intermittenti.

Dan jista’ jinkiseb billi jinxtegħlu bi frekwenza ta’ f = 1.5 ± 0.5 Hz bl-intervall tal-impuls ikbar minn 0.3 s, imkejjel b' 95 fil-mija intensità ta’ dawl massimu.

Fil-każ ta’ bozoz tal-filament sostitwibbli, il-bozoz tal-filament għandhom jitħaddmu fil-fluss luminuż ta’ referenza waqt li jkunu mixgħula. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-vultaġġ kif meħtieġ fil-paragrafu 8.1. għandu jinxtegħel, fejn il-ħin biex jitla' fil-bidu u jonqos fit-tmiem ikun inqas minn 0.01 s; ma hu permess ebda overshoot.

Fil-każ ta’ kejl meħuda fil-modalità intermittenti l-intensità luminuża rraportata għandha tkun rappreżentata bl-intensità massima.

7.9.   L-Anness 4, li jirreferi għalih il-paragrafu 7.5. ta' hawn fuq, jagħti dettalji dwar il-metodi tal-kejl li għandhom jintużaw.

7.10.   L-apparat li jdawwal il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet indikati fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament.

7.11.   Valuri massimi tal-fanali tal-indikaturi tad-direzzjoni ta' quddiem

7.11.1.

Għal apparat tal-kategorija 11 u 11a, l-intensità tad-dawl mitfugħ 'il barra miż-żona ddefinita bil-punti ta’ kejl ± 10 gradi H u ± 10 gradi V (il-medda tal-10 gradi) ma għandhiex taqbeż il-valuri li ġejjin:

Il-kategorija tal-indikatur tad-direzzjoni

Valuri massimi fi cd 'il barra mill-medda tal-10 gradi

Fanal uniku

Fanal uniku b'aktar minn sors tad-dawl wieħed

11

400

560

11a

400

560

Bejn il-limiti tal-medda tal-10 gradi (± 10 gradi H u ± 10 gradi V) u l-medda tal-5 gradi (± 5 gradi H u ± 5 gradi V), il-valuri ammissibbli massimi tal-intensitajiet jiżdiedu b'mod lineari sal-valuri ddefiniti fil-paragrafi 7.4.1. u 7.4.1.1.;

7.11.2.

Għal apparat tal-kategorija 11b u 11c, l-intensità tad-dawl mitfugħ 'il barra miż-żona ddefinita bil-punti ta’ kejl ± 15 gradi H u ±15 gradi V (il-medda tal-15-il grad) ma għandhiex taqbeż il-valuri li ġejjin:

Il-kategorija tal-indikatur tad-direzzjoni

Valuri massimi fi cd 'il barra mill-medda tal-15-il grad

Fanal uniku

Fanal uniku b'aktar minn sors tad-dawl wieħed

11b

250

350

11c

400

560

Bejn il-limiti tal-medda tal-15-il grad (± 15 gradi H u ± 15 gradi V) u l-medda tal-5 gradi (± 5 gradi H u ± 5 gradi V), il-valuri ammissibbli massimi tal-intensitajiet jiżdiedu b'mod lineari sal-valuri ddefiniti fil-paragrafi 7.4.1.2. u 7.4.1.3.;

8.   PROĊEDURA TAT-TEST

8.1.

Il-kejl kollu, kemm fotometriku kif ukoll kolorimetriku, għandu jitwettaq bl-użu ta' sors tad-dawl standard mhux ikkulurit jew ikkulurit tal-kategorija preskritta għall-apparat, li jingħata l-vultaġġ:

(a)

Fil-każ tal-bozoz tal-filament, li jkun meħtieġ biex jipproduċi l-fluss luminuż ta' referenza meħtieġ għal dik il-kategorija tal-bozza tal-filament.

(b)

Fil-każ tas-sorsi tad-dawl LED b'vultaġġ ta' 6.75 V jew 13.5 V; il-valur tal-fluss luminuż prodott għandu jiġi kkoreġut. Il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż oġġettiv u l-valur medju tal-fluss luminuż miksub bil-vultaġġ applikat.

(c)

fil-kaz tal-fanali b'sorsi tad-dawl li mhumiex sostitwibbli; 6.75 V u 13.5 V rispettivament.

(d)

Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku għall-kontroll tas-sors tad-dawl, li jkun parti mill-fanal (3) li japplika fit-terminali tad-dħul tal-bozza l-vultaġġ iddikjarat mill-manifattur jew, jekk mhux indikat, 6.75 V, 13.5 V or 28.0 V, rispettivament.

(e)

Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku għall-kontroll tas-sors tad-dawl li ma jkunx parti mill-fanal, il-vultaġġ iddikjarat mill-manifattur għandu jiġi applikat fit-terminali tad-dħul tal-fanal.

8.2.

Il-laboratorju tat-test għandu jirrikjedi mill-manifattur it-tagħmir għall-kontroll tas-sors ta’ dawl meħtieġ biex jiġu fornuti s-sors tad-dawl u l-funzjonijiet applikabbli.

8.3.

Il-vultaġġ li jrid jiġi applikat lill-fanal għandu jiġi nnotat fil-formola ta’ komunikazzjoni fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

8.4.

Għandhom jiġu ddeterminati l-limiti tal-wiċċ apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ apparat li jagħti sinjal bid-dawl.

9.   KULUR ID-DAWL MITFUGĦ

Il-fanali tal-waqfien u l-fanali tal-pożizzjoni ta' wara għandhom jitfgħu dawl aħmar, il-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem jistgħu jitfgħu dawl abjad jew dawl ambra, u l-indikaturi tad-direzzjoni għandhom jitfgħu dawl ambra. Għall-kejl tal-kulur tad-dawl mitfugħ fil-medda tal-grilja tad-distribuzzjoni tad-dawl iddefinita fil-paragrafu 2. tal-Anness 4, għandha tiġi applikata l-proċedura tat-test deskritta fil-paragrafu 8 ta' dan ir-Regolament. 'Il barra minn din il-medda ma għandha tiġi osservata ebda varjazzjoni mmarkata ta’ kulur.

Madankollu, għall-fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li mhumiex sostitwibbli (bozoz tal-filament u oħrajn), il-karatteristiċi kolorimetriċi għandhom jiġu vverifikati mas-sorsi tad-dawl preżenti fil-fanali, skont is-subparagrafi rilevanti tal-paragrafu 8.1. ta’ dan ir-Regolament.

10.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.

Kull apparat li jkollu marka tal-approvazzjoni kif preskritt skont dan ir-Regolament għandu jkun konformi mat-tip approvat u għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Madankollu, fil-każ ta' apparat li jintgħażel b'mod aleatorju minn produzzjoni f'serje, ir-rekwiżiti fir-rigward ta', l-intensità minima u l-intensità massima tad-dawl mitfugħ (imkejjel b'sors tad-dawl standard kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta' hawn fuq) għandhom ikunu, rispettivament, tal-anqas 80 fil-mija tal-valuri minimi speċifikati u ma jkunux ogħla minn 120 fil-mija tal-valuri massimi permessi.

11.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

11.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tal-apparat skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stipulati hawn fuq.

11.2.

Jekk parti għall-Ftehim li japplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola ta’ l-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata "APPROVAZZJONI RTIRATA".

12.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox mill-manifattura ta’ apparat approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħra fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar, b’ittri kbar, l-annotament iffirmat u datat “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX”.

13.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA' APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

14.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

14.1.   Apparati mhux mgħammra b'bozoz tal-filament

14.1.1.

Sa mid-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 4 ta' dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 4.

14.1.2.

Sa mis-36 xahar wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment ta' dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet dment li t-tip ta' apparati kif deskritti fil-paragrafu 14.1. hawn fuq jilħqu r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 4.

14.1.3.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estenzjonijiet ta’ approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 3.

14.1.4.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta' apparati kif deskritt fil-paragrafu 14.1 hawn fuq li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 3 waqt il-perjodu ta' 36 xahar ta' wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 4.

14.2.   It-twaħħil tal-apparati deskritti fil-Paragrafu 14.1 imsemmi hawn fuq, fuq vettura.

14.2.1.   Sa mid-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 4 ta' dan ir-Regolament, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tipprojbixxi t-twaħħil fuq vetturi ta' apparat kif deskritt fil-paragrafu 14.1 hawn fuq, li jkunu ġew approvati skont dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 3 waqt il-perjodu ta' 48 xahar ta' wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 4.

14.2.2.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil ta' apparati fuq vetturi kif deskritt fil-paragrafu 14.1. hawn fuq, approvat għal dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 3 waqt il-perjodu ta' 48 xahar ta' wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 4.

14.2.3.   Meta jiskadi l-perjodu ta' 48 xahar wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 4, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta' apparati deskritti fil-paragrafu 14.1. hawn fuq li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 4 fuq vettura ġdida li tkun ingħatat approvazzjoni għat-tip jew approvazzjoni individwali aktar minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 ta' dan ir-Regolament.

14.2.4.   Meta jiskadi perjodu ta' 60 xahar wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 4, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta' apparati deskritti fil-paragrafu 14.1. hawn fuq li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-Suppliment 4 fuq vettura ġdida li tkun irreġistrata l-ewwel darba aktar minn 60 xahar wara d-data ta' meta jidħol fis-seħħ is-Suppliment 4.


(1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2 kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4).

(2)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.

(3)  Għall-fini ta’ dan ir-Regolament “li jkun parti mill-fanal” tfisser li jkun fiżikament inkluż fil-qafas tal-fanal jew li jkun estern, separat jew le, iżda fornut mill-manifattur tal-fanal bħala parti mis-sistema tal-fanal. Il-kundizzjonijiet ta' tħaddim u installazzjoni ta' dawn is-sistemi addizzjonali se jkunu definiti permezz ta' dispożizzjonijiet speċjali.


ANNESS 1

L-ANGOLI MINIMI ORIZZONTALI (H) U VERTIKALI (V) TAD-DISTRIBUZZJONI SPAZJALI TAD-DAWL

1.   FANALI TAL-POŻIZZJONI TA’ QUDDIEM

V = + 15°/– 10°

Image

Fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem (għal par fanali)

V = + 15°/– 10°

Image

2.   FANALI TAL-POŻIZZJONI TA’ WARA

V = + 15°/– 10°

Image

Fanali tal-pożizzjoni ta’ wara (għal par fanali)

V = + 15°/– 10°

Image

3.   INDIKATURI TAD-DIREZZJONI TAL-KATEGORIJI 11, 11a, 11b, 11c U 12

V = ± 15°

L-angoli orizzontali minimi għad-distribuzzjoni spazjali tad-dawl:

Kategoriji 11, 11a, 11b u 11c

:

indikaturi tad-direzzjoni għall-quddiem tal-vettura;

Kategorija 11

:

għal użu f’distanza ta’ mhux inqas minn 75 mm mill-fanal ta’ quddiem b'raġġ tal-passaġġ;

Kategorija 11a

:

għal użu f’distanza ta’ mhux inqas minn 40 mm mill-fanal ta’ quddiem b'raġġ tal-passaġġ;

Kategorija 11b

:

għal użu f’distanza ta’ mhux inqas minn 20 mm mill-fanal ta’ quddiem b'raġġ tal-passaġġ;

Kategorija 11c

:

għal użu f’distanza ta’ inqas minn 20 mm mill-fanal ta’ quddiem b'raġġ tal-passaġġ;

Image

4.   FANALI TA' WAQFIEN

V = + 15°/– 10°

Image


ANNESS 2

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 3

EŻEMPJI TA’ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

(ara l-paragrafu 5.3. ta’ dan ir-Regolament)

Image

Apparat li għandu l-marka tal-approvazzjoni bħal dik murija hawn fuq ikun indikatur tad-direzzjoni tal-kategorija 11 approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) bin-numru 00243. L-ewwel żewġ figuri tan-numru tal-approvazzjoni juru li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 50 fil-forma oriġinali tiegħu.

Għall-indikaturi tad-direzzjoni, il-vleġġa tindika li d-distribuzzjoni luminuża hija simmetrika fi pjan orizzontali u li l-valuri fotometriċi meħtieġa huma ssodisfati sa angolu ta' 80° fuq il-lemin, fejn l-apparat jitqies fis-sens oppost tad-dawl mitfugħ.

Moduli ta' sorsi tad-dawl

Image

Il-modulu ta’ sors tad-dawl li jkollu l-kodiċi ta' identifikazzjoni li jidher hawn fuq ikun ġie approvat b'fanal approvat fl-Italja (E3) bin-numru tal-approvazzjoni 17325.

Nota:

In-numru tal-approvazzjoni għandu jitqiegħed qrib iċ-ċirku u jew juq jew taħt l-ittra "E" jew fuq ix-xellug jew il-lemin ta' dik l-ittra, iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-"E" u jħarsu fl-istess direzzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numru tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma' simboli oħra.


ANNESS 4

KEJL FOTOMETRIKU

1.   METODI TA’ KEJL

1.1.

Waqt li jsir il-kejl fotometriku, riflessi ta' interferenza għandhom jiġu evitati b’għata addattat.

1.2.

Kemm-il darba r-riżultati tal-kejl jiġu kkontestati, il-kejl għandu jsir b’tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

1.2.1.

id-distanza tal-kejl għandha tkun tali li tkun applikabbli l-liġi tal-invers tal-kwadrat tad-distanza;

1.2.2.

it-tagħmir tal-kejl għandu jkun tali li l-apertura angolari tar-riċevitur kif tidher miċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal tkun bejn 10' u 1°;

1.2.3.

ir-rekwiżit ta’ intensità għal direzzjoni partikolari ta’ osservazzjoni għandu jkun ikkunsidrat bħala ssodisfat jekk dan ir-rekwiżit jintlaħaq f’direzzjoni li tiddevja b’mhux aktar minn 15' mid-direzzjoni ta’ osservazzjoni.

1.3.

Fil-każ fejn l-apparat jista’ jiġi installat fuq il-vettura f'aktar minn pożizzjoni waħda jew f'medda ta’ pożizzjonijiet differenti, il-kejl fotometriku għandu jiġu ripetut għal kull pożizzjoni jew għall-pożizzjonijiet estremi tal-medda tal-assi ta’ referenza speċifikata mill-manifattur.

2.   SKEDA TAD-DISTRIBUZZJONI TAL-INTENSITÀ LUMINUŻA STANDARD

Image

2.1.

Id-direzzjoni H = 0° u V = 0° tikkorrispondi għall-assi ta’ referenza. (Fuq il-vettura dan huwa mimdud, parallel mal-wiċċ loġitudinali medjan tal-vettura u orjentat fid-direzzjoni meħtieġa ta’ viżibilità). Huwa jgħaddi miċ-ċentru ta’ referenza. Il-valuri li jidhru fl-iskeda jagħtu, għad-diversi direzzjonijiet tal-kejl, l-intensitajiet minimi bħala perċentwali tal-minimu meħtieg fl-assi għal kull fanal (fid-direzzoni H = 0° u V = 0°).

2.2.

Fil-medda ta’ distribuzzjoni ta’ dawl tal-paragrafu 2, li tidher b’mod skematiku bħala grilja, id-disinn tad-dawl għandu jkun sostanzjalment uniformi tant li l-intensità tad-dawl f’kull direzzjoni ta’ parti mill-medda ffurmata mil-linji tal-grilja tilħaq tal-anqas il-valur perċentwali minimu l-aktar baxx li jidher fuq il-linji tal-grilja madwar id-direzzjoni inkwistjoni.

3.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

L-effiċjenza fotometrika għandha tiġi ċċekkjata:

3.1.

Għal sorsi ta’ dawl li mhumiex sostitwibbli (bozoz tal-filament u oħrajn):

Bis-sorsi tad-dawl preżenti fil-fanal, skont is-subparagrafu rilevanti tal-paragrafu 8.1 ta’ dan ir-Regolament.

3.2.

Għas-sorsi tad-dawl sostitwibbli:

 

Meta mgħammra b'sorsi tad-dawl b’vultaġġ ta' 6.75 V, 13.5 V jew 13.5 V, il-valuri tal-intensità luminuża prodotti għandhom jiġu kkoreġuti.

 

Għall-bozoz tal-filament, il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż ta’ referenza u l-valur medju tal-fluss luminuż miksub bil-vultaġġ applikat (6.75 V jew 13.5 V).

 

Għas-sorsi tad-dawl LED, il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż oġġettiv u l-valur medju tal-fluss luminuż miksub bil-vultaġġ applikat (6.75 V jew 13.5 V).

 

Il-flussi luminużi attwali ta’ kull sors tad-dawl użat ma għandhomx jiddevjaw aktar minn ± 5 fil-mija mill-valur medju.

 

Alternattivament, u fil-każ tal-bozoz tal-filament biss, tista’ tintuża bozza tal-filament standard waħda, f'kull waħda mill-pożizzjonijiet individwali, operata bil-fluss ta’ referenza tagħha u bil-kejlijiet individwali f'kull pożizzjoni magħduda ma’ xulxin.

3.3.

Għall-fanali li jagħtu sinjal bid-dawl, għajr dawk mgħammra b'bozoz tal-filament, l-intensitajiet luminużi mkejla wara minuta u wara 30 minuta ta' tħaddim għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u massimi; l-indikaturi tad-direzzjoni għandhom jitħaddmu fil-modalità intermittenti (f = 1.5 Hz, duty factor 50 fil-mija). Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ tħaddim tista’ tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara 30 minuta ta’ tħaddim billi jiġi applikat, f’kull punt tat-test, il-proporzjon tal-intensitajiet luminużi imkejla f’HV wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim.


ANNESS 5

KEJL FOTOMETRIKU GĦALL-PJANĊA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' WARA APPARAT LI JDAWWAL

1.   L-ISPAZJU LI GĦANDU JIDDAWWAL

L-apparati jistgħu jkunu tal-kategorija 1 jew 2. L-apparati tal-kategorija 1 għandhom ikunu ddisinjati biex idawlu spazju ta' mill-inqas 130 × 240 mm, u l-apparati tal-kategorija 2 għandhom ikunu ddisinjati biex idawlu spazju ta' mill-inqas 200 × 280 mm

2.   KULUR TAD-DAWL

Id-dawl tal-apparat li jdawwal għandu jkun bla kulur biżżejjed tant li ma jimmodifikax wisq il-kulur tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara.

3.   ANGOLU TA' INĊIDENZA

Il-manifattur tal-apparat li jdawwal għandu jispeċifika pożizzjoni waħda jew aktar jew sett ta' pożizzjonijiet li l-apparat għandu jiġi installat fiha/fihom fir-rigward tal-ispazju li għandu jittieħed mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni; meta l-fanal jitqiegħed fil-pożizzjoni(jiet) speċifikata/i mill-manifattur, l-angolu ta' inċidenza tad-dawl fuq il-wiċċ tal-pjanċa ma għandux ikun ta' aktar minn 82° fi kwalunkwe punt tal-wiċċ li għandu jiddawwal, fejn dan l-angolu jitkejjel mill-punt tan-nofs tax-xifer tal-wiċċ li jdawwal tal-apparat li jkun l-aktar imbiegħed mill-wiċċ tal-pjanċa. Jekk ikun hemm aktar minn apparat li jdawwal wieħed, ir-rekwiżit imsemmi qabel għandu jkun applikabbli biss għall-parti tal-pjanċa intiża li tiddawwal mill-apparat ikkonċernat.

L-apparat għandu jkun iddisinjat b'tali mod biex l-ebda dawl ma jkun mitfugħ direttament lejn in-naħa ta' wara, bl-eċċezzjoni ta' dawl aħmar jekk l-apparat ikun ikkombinat jew raggruppat ma' fanal ta' wara.

4.   PROĊEDURA TAL-KEJL

Il-kejl tal-luminanza għandu jsir fuq wiċċ diffuż mingħajr kulur b'fattur ta' riflessjoni diffuża magħruf (1). Il-wiċċ diffuż mingħajr kulur għandu jkollu d-dimensjonijiet tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni jew id-dimensjoni ta' daqs wieħed akbar minn wieħed mill-punti tal-kejl. Iċ-ċentru għandu jitpoġġa fiċ-ċentru tal-pożizzjonijiet tal-punti tal-kejl.

Dan il-wiċċ jew uċuħ diffużi mingħajr kulur għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni normalment okkupata mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni u 2 mm 'il quddiem mill-irbit tagħha.

Il-kejl tal-luminanza għandu jsir b’mod perpendikulari għall-wiċċ tal-wiċċ diffuż mingħajr kulur b'tolleranza ta 5° f'kull direzzjoni fil-punti murija fil-paragrafu 5 ta' dan l-anness, fejn kull punt jirrappreżenta żona ċirkolari b'dijametru ta' 25 mm.

Il-luminanza mkejla għandha tiġi kkoreġuta għall-fattur ta' riflessjoni diffuża ta' 1.0.

Għal apparat li jdawwal li ma jkunx mgħammar b’bozoz tal-filament, il-valuri tal-luminanza imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi. Id-distribuzzjoni tal-luminanza wara minuta ta’ tħaddim tista’tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni tal-luminanza wara 30 minuta ta’ tħaddim billi jiġi applikat, f’kull punt tat-test, il-proporzjon tal-valuri tal-luminanza mkejla f’punt wieħed wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim.

5.   KARETTERISTIĊI FOTOMETRIĊI

F'kull wieħed mill-punti tal-kejl indikati hawn taħt, il-valur tal-luminanza B ma għandux ikun aktar minn 2 cd/m2.

Image

Image

L-inklinazzjoni tal-luminanza bejn il-valuri B1 u B2, imkejla fi kwalunwe żewġ punti 1 u 2 minn fost dawk imsemmija hawn fuq, ma għandhiex tkun aktar minn 2 × B0/cm, fejn B0 huwa l-valur tal-luminanza minima mkejla fid-diversi punti, jiġifieri:

Formula


(1)  Pubblikazzjoni tas-CEI Nru 17 - 1970, paragrafu 45-20-040.