25.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/101


It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 119 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali għall-kantunieri għal vetturi bil-mutur

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 3 għas-serje ta’ emendi 01 – Data tad-dħul fis-seħħ: It-3 ta’ Novembru 2013

KONTENUT

REGOLAMENT

Kamp ta’ applikazzjoni

1.

Definizzjonijiet

2.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

3.

Immarkar

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Intensità tad-dawl mitfugħ

7.

Proċedura tat-test

8.

Kulur tad-dawl mitfugħ

9.

Konformità tal-produzzjoni

10.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

11.

Produzzjoni mwaqqfa definittivament

12.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet għall-Approvazzjoni tat-Tip

13.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

ANNESSI

1

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa definittivament ta’ tip ta’ fanali għall-kantunieri skont ir-Regolament Nru 119

2

Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni

3

Kejl fotometriku

4

Il-kulur tad-dawl abjad

5

Ir-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri ta’ kontroll tal-produzzjoni

6

Ir-rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għall-fanali għall-kantunieri ta’ vetturi tal-kategoriji M, N, u T (1).

1.   DEFINIZZJONIJIET

1.1.

Fanal għall-kantunieri” tfisser fanal li jintuża biex tkun ipprovduta illuminazzjoni supplementari tal-parti tat-triq li tinsab qrib ir-rokna ta’ quddiem tal-vettura fuq il-ġenb lil fejn ser iddur il-vettura.

1.2.

Fanali għall-kantunieri ta’ tipi differenti” tfisser fanali li jvarjaw f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

L-isem jew il-marka kummerċjali;

(b)

Il-karatteristiċi tas-sistema ottika (livell ta’ intensità, angoli tad-distribuzzjoni tad-dawl, kategorija tas-sors tad-dawl, modulu tas-sors tad-dawl, eċċ.);

Tibdil fil-kulur tal-fanal bil-filament jew fil-kulur ta’ kwalunkwe filtru ma jikkostitwixxix bidla tat-tip.

1.3.

Id-definizzjonijiet tal-lewn tad-dawl mitfugħ mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta' emendi tiegħu li jkunu fis-seħħ meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip japplikaw għal dan ir-Regolament.

1.4.

Ir-referenzi li saru f’dan ir-Regolament għal fanal/i bil-filament standard (étalon) u għar-Regolament Nru 37 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta' emendi tiegħu li jkunu fis-seħħ meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

2.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

2.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-proprjetarju tal-isem jew il-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun debitament akkreditat.

2.2.

Għal kull tip ta’ fanal għall-kantunieri, l-applikazzjoni trid tinkludi:

2.2.1.

Tliet kopji tad-disinji, li fihom biżżejjed dettall li jippermettu identifikazzjoni tat-tip tal-fanal għall-kantunieri u li juru f’liema pożizzjoni ġeometrika għandu jintrama l-fanal għall-kantunieri fuq il-vettura; l-assi ta’ osservazzjoni li għandu jitqies bħala l-assi ta’ referenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0, angolu vertikali V = 0); u l-punt li għandu jitqies bħala ċ-ċentru ta’ referenza fit-testijiet imsemmija. Id-disinji jridu juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u għas-simbolu addizzjonali fir-rigward taċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni;

2.2.2.

Deskrizzjoni teknika qasira li tindika b’mod partikolari, bl-eċċezzjoni ta’ fanali li jkollhom sorsi tad-dawl li ma jistgħux jinbidlu:

(a)

Il-kategorija jew kategoriji ta’ fanal/i bil-filament preskritta(i); din il-kategorija ta’ fanal bil-filament għandha tkun waħda minn dawk li hemm fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta' emendi tiegħu li jkunu fis-seħħ meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip; u/jew

(b)

Il-kategorija jew il-kategoriji ta’ sors(i) tad-dawl tal-LED; din il-kategorija ta’ sors ta’ dawl tal-LED għandha tkun waħda minn dawk li hemm fir-Regolament Nru 128 u s-serje ta' emendi tiegħu li jkunu fis-seħħ meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip; u/jew

(c)

Il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors ta’ dawl.

2.2.3.

Żewġ kampjuni. Jekk l-apparati mhumiex identiċi iżda huma ugwali u xierqa biex jitwaħħlu wieħed fuq in-naħa tax-xellug u l-ieħor fuq il-lemin tal-vettura, iż-żewġ kampjuni mressqa jistgħu jkunu identiċi u jkunu jistgħu jitwaħħlu biss fuq in-naħa tal-lemin jew tax-xellug tal-vettura.

3.   IMMARKAR

Il-kampjuni ta’ tip ta’ fanal għall-kantunieri mressqa għall-approvazzjoni għandhom:

3.1.

Juru l-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; din il-marka għandha tinqara b’mod ċar u ma titħassarx;

3.2.

Bl-eċċezzjoni tal-fanali li jkollhom sorsi tad-dawl li ma jistgħux jinbidlu, juru marka li tista’ tinqara b’mod ċar u li ma titħassarx, li tindika:

(a)

Il-kategorija jew il-kategoriji ta’ sors(i) tad-dawl preskritta(i); u/jew

(b)

Il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl;

3.3.

Jipprovdu spazju xieraq għall-marka ta’ approvazzjoni u għas-simboli addizzjonali preskritti fil-paragrafu 4.3 hawn taħt; dan l-ispazju għandu jidher fuq id-disinji msemmija fil-paragrafu 2.2.1 hawn fuq;

3.4.

Fil-każ ta’ fanali b’tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl u/jew b’sorsi tad-dawl li ma jistgħux jinbidlu u/jew modulu(i) tas-sors tad-dawl, juru l-marka tal-vultaġġ nominali jew il-medda ta’ vultaġġ u potenza massima nominali.

3.5.

Fil-każ tal-fanali li jkollhom modulu(i) tas-sors tad-dawl, il-modulu(i) tas-sors ta’ dawl għandu jkollhom:

3.5.1.

L-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; dawn il-marki jridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux;

3.5.2.

Il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu; dawn il-marki jridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux. Dan il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni għandu jinkludi fil-bidu l-ittri “MD” għal “MODULU” segwiti mill-marka tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.3.1.1 hawn taħt u, f’każ li jintużaw diversi moduli ta’ sors ta’ dawl mhux identiċi, segwiti minn simboli jew sinjali addizzjonali; dan il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni għandu jidher fid-disinji msemmija fil-paragrafu 2.2.1 hawn fuq.

Il-marka tal-approvazzjoni ma għandhiex għalfejn tkun l-istess bħal dik ta’ fuq il-fanal li fih il-modulu qiegħed jintuża, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu tal-istess applikant;

3.5.3.

Il-marki tal-vultaġġ nominali u l-potenza nominali.

3.6.

Il-fanali li jaħdmu b’vultaġġi li mhumiex il-vultaġġi kklassifikati nominali ta’ 6 V, 12 V jew 24 V rispettivament, bl-applikazzjoni ta’ tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl li ma jkunx parti mill-fanal, għandhom juru wkoll marka li tindika l-vultaġġ ikklassifikat nominali sekondarju tad-disinn.

3.7.

It-tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl li jkun parti mill-fanal iżda ma jkunx inkluż fil-qafas tal-fanal, għandu juri l-isem tal-manifattur u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk iż-żewġ kampjuni ta’ tip ta’ fanal għall-kantunieri jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni.

4.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanal għall-kantunieri kopert minn dan ir-Regolament. L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa definittivament ta’ tip ta’ fanal għall-kantunieri skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

4.3.

Kull fanal għall-kantunieri li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollu fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 3.3. hawn fuq, minbarra l-marka u l-partikularitajiet preskritti hawn fuq fil-paragrafi 3.1, 3.2 u 3.3 jew 3.4 rispettivament:

4.3.1.

Marka internazzjonali tal-approvazzjoni li tikkonsisti minn:

4.3.1.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2); u

4.3.1.2.

Numru tal-approvazzjoni;

4.3.2.

Simbolu addizzjonali li jikkonsisti fl-ittra ”K” kif muri fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

4.3.3.

L-ewwel żewġ ċifri (fil-preżent 01) tan-numru tal-approvazzjoni li jindikaw l-aktar serje riċenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament jistgħu jitqiegħdu fil-viċinanzi tal-ittra addizzjonali “K”.

4.4.

Meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess immuntar ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, l-approvazzjoni tingħata biss jekk kull fanal jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew ta’ xi Regolament ieħor. Il-fanali li ma jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawk ir-Regolamenti ma għandhomx ikunu parti minn dan l-immuntar ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament.

4.4.1.

Meta fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, tista’ tiġi applikata approvazzjoni internazzjonali waħda, li tikkonsisti f’ċirku bl-ittra “E” fin-nofs tiegħu u n-numru distintiv tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni, numru tal-approvazzjoni u, fejn neċessarju, il-vleġġa meħtieġa. Din il-marka tal-approvazzjoni tista’ titpoġġa fi kwalunkwe post fuq il-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament sakemm;

4.4.1.1.

Tkun għadha tidher anki wara l-installazzjoni tagħhom;

4.4.1.2.

L-ebda komponent li jittrasmetti d-dawl tal-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament ma jista’ jitneħħa mingħajr ma titneħħa simultanjament il-marka tal-approvazzjoni.

4.4.2.

Is-simbolu ta’ identifikazzjoni għal kull fanal xieraq għal kull Regolament li taħtu tkun ingħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje korrispondenti ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi l-aktar riċenti għar-Regolament meta tinħareġ l-approvazzjoni, għandhom jiġu mmarkati:

4.4.2.1.

Jew fuq il-wiċċ proprju li jitfa’ d-dawl;

4.4.2.2

Jew fi grupp, b’tali mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar (ara tliet eżempji possibbli fl-Anness 2).

4.4.3.

Id-daqs tal-komponenti ta’ sinjal wieħed ma għandux ikun iżgħar mid-daqs minimu għall-iżgħar sinjal wieħed meħtieġ għall-iżgħar waħda mill-marki individwali minn Regolament li taħtu ngħatat l-approvazzjoni.

4.4.4.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax talloka l-istess numru lil tipi differenti ta’ fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament li jkunu koperti minn dan ir-Regolament.

4.5.

Il-marka u s-simbolu msemmija fil-paragrafi 4.3.1 u 4.3.2 iridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux anki meta l-fanal għall-kantunieri jkun imwaħħal fuq il-vettura.

4.6.

L-Anness 2 jagħti eżempji ta’ marki tal-approvazzjoni għal fanal wieħed (il-Figura 1) u għal fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament (il-Figura 2) bis-simboli addizzjonali kollha msemmija hawn fuq, li fihom l-ittra “K” tindika fanal għall-kantunieri.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. Tista’ titqiegħed fuq parti ta’ ġewwa jew ta’ barra (trasparenti jew le) tal-apparat li ma tistax tiġi separata mill-parti trasparenti tal-apparat li jitfa’ d-dawl. Fi kwalunkwe każ il-marka għandha tkun viżibbli meta l-apparat jitwaħħal fil-vettura jew meta tinfetaħ xi parti li tiċċaqlaq bħall-għatu tal-bonit jew tal-bagoll jew bieba.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.

Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi hawn taħt.

5.2.

Il-fanali għall-kantunieri għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li meta jintużaw b’mod normali, minkejja l-vibrazzjoni li mbagħad jistgħu jkunu soġġetti għaliha, dawn ikomplu jiffunzjonaw b’mod sodisfaċenti u jżommu l-karatteristiċi preskritti minn dan ir-Regolament.

5.3

Fil-każ ta’ moduli tas-sors tad-dawl, għandu jiġi vverifikat li:

5.3.1.

Id-disinn tal-modulu(i) tas-sors ta’ dawl għandu jkun tali:

(a)

Li kull modulu tas-sors ta’ dawl jista’ jitwaħħal biss fil-pożizzjoni maħsuba u korretta u jista’ jitneħħa biss bl-użu ta’ għodda/għodod;

(b)

Jekk ikun hemm aktar minn modulu tas-sors ta’ dawl wieħed użat fil-qafas għall-apparat, l-apparati tas-sors ta’ dawl li jkollhom karatteristiċi differenti ma jistgħux jinbidlu fl-istess qafas tal-fanal.

5.3.2.

Il-modulu(i) tas-sors ta’ dawl għandhom ikunu b’mod li ma jistgħux jiġu mittiefsa.

5.3.3.

Modulu ta’ sors ta’ dawl għandu jkun iddisinjat b’tali mod li irrispettivament mill-użu tal-għodda /għodod, ma għandux jiġi skambjat mekkanikament mal-ebda sors sostitwibbli tad-dawl li jkun approvat.

5.4.

Fil-każ tas-sorsi tad-dawl tal-filament mhux sostitwibbli:

5.4.1.

Kwalunkwe kategorija jew kategoriji ta’ sors(i) tad-dawl approvata/approvati skont ir-Regolament Nru 37 u/jew ir-Regolament Nru 128 jistgħu jintużaw, sakemm ma ssir l-ebda restrizzjoni fuq l-użu fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip jew ir-Regolament Nru 128 u s-serje ta' emendi tiegħu li jkunu fis-seħħ meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

5.4.2.

Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li s-sors ta’ dawl ma jista’ jitwaħħal fl-ebda pożizzjoni ħlief f’dik it-tajba.

5.4.3.

Il-ħolder tas-sors ta’ dawl għandu jikkonforma mal-karatteristiċi mogħtija fil-Pubblikazzjoni tal-IEC 60061. Tapplika l-iskeda tad-dejta rilevanti għall-kategorija ta’ sors ta’ dawl użat.

6.   INTENSITÀ TAD-DAWL MITFUGĦ

6.1.

L-intensità tad-dawl mitfugħ minn kull wieħed miż-żewġ kampjuni ma għandhiex tkun anqas mill-intensità minima u mhux aktar mill-intensità massima speċifikata fil-paragrafi 6.2. u 6.3. L-intensità għandha titkejjel b’rabta mal-assi ta’ referenza fid-direzzjonijiet murija hawn taħt (espressi fi gradi tal-angolu mal-assi ta’ referenza). Il-punti tat-testijiet huma mogħtija għal fanal immuntat fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura, id-desinjazzjonijiet L isiru desinjazzjonijiet R għal fanal immuntat fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura.

6.2.

Għall-apparat tan-naħa tax-xellug, l-intensità minima tad-dawl fil-punti ta’ kejl speċifikati għandha tkun kif ġej:

(1)

2.5D – 30L: 240 cd

(2)

2.5D – 45L: 400 cd

(3)

2.5D – 60L: 240 cd

L-istess valuri japplikaw simetrikament għal apparat tan-naħa tal-lemin. (Murija fl-Anness 3)

6.3.

L-intensità tad-dawl mitfugħ fid-direzzjonijiet kollha ma għandhiex teċċedi:

(a)

300 cd ’il fuq mill-1.0U, Linja L u R;

(b)

600 cd bejn il-pjan orizzjontali u l-1.0U, Linja L u R; u

(c)

14 000 cd taħt il-0.57 D, Linja L u R.

6.4.

Fil-każ ta’ fanal wieħed li għandu aktar minn sors wieħed ta’ dawl, il-fanal għandu jikkonforma mal-intensità minima meħtieġa meta xi sors wieħed tad-dawl ikollu l-ħsara u meta s-sorsi kolla tad-dawl jinxtegħlu, l-intensitajiet massimi ma għandhomx jinqabżu.

7.   PROĊEDURA TAT-TEST

7.1.

Fil-każ ta’ fanal b’sors ta’ dawl li jista’ jinbidel, meta ma jiġix fornut permezz ta’ tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl b’sors ta’ dawl standard b’kulur jew mingħajr kulur tal-kategorija preskritta għall-apparat, ipprovdut bil-vultaġġ:

(a)

Fil-każ ta’ fanal bil-filament, dak neċessarju biex jiġi prodott fluss tad-dawl ta’ referenza meħtieġ għal dik il-kategorija ta’ fanal bil-filament,

(b)

Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl tal-LED ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, il-valuri ta’ fluss luminuż prodotti għandhom ikunu kkoreġuti. Il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż oġġettiv u l-valur medju tal-fluss luminuż li jinsab fil-vultaġġ applikat.

7.2.

Kull kejl fuq fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (fanal bil-filament u oħrajn), għandu jsir b’6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament, meta ma jkunx fornut b’tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl.

7.3.

Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl li jkun parti mill-fanal (3), applikat fit-terminali ta’ dħul tat-tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl, vultaġġ ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament.

7.4.

Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl li ma jkunx parti mill-fanal, il-vultaġġ iddikjarat mill-manifattur għandu jiġi applikat fit-terminali tad-dħul tal-fanal. Il-laboratorju tat-testijiet għandu jirrikjedi mill-applikant it-tagħmir ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl meħtieġ biex jiġu pprovduti s-sors ta’ dawl u l-funzjonijiet applikabbli.

Il-vultaġġ li jrid jiġi applikat lill-fanal għandu jiġi nnotat fil-formola ta’ komunikazzjoni fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

7.5.

Għal kull fanal għajr dawk mgħammra b’fanali bil-filament, l-intensitajiet tad-dawl, imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ tħaddim tista’ tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara 30 minuta ta’ tħaddim billi jiġi applikat ma’ kull punt tat-test il-proporzjon ta’ intensitajiet luminużi mkejla b’vultaġġ għoli (HV) wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim.

8.   KULUR TAD-DAWL MITFUGĦ

Il-kulur tad-dawl mitfugħ fil-kamp tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl iddefinita fil-paragrafu 2 tal-Anness 3, għandu jkun ta’ lewn abjad. Għall-ittestjar ara l-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn dan il-kamp, ma għandha tidher ebda varjazzjoni mmarkata ta’ kulur.

9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

9.1.

Il-fanali approvati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b’mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6 u 8 hawn fuq.

9.2.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament.

9.3.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament, għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur.

9.4.

L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

10.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip ta’ fanal għall-kantunieri skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti msemmija qabel jew jekk il-fanal għall-kantunieri li jkollu l-marka msemmija fil-paragrafi 4.3.1 u 4.3.2 ma jikkonformax mat-tip approvat.

10.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

11.   PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTIVAMENT

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ fanal għall-kantunieri approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tas-sena 1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

12.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew irtirar tal-approvazzjoni, jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.

13.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

13.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 f’dan ir-Regolament l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

13.2.

Minn 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk il-fanal għall-kantunieri jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

13.3.

Approvazzjonijiet eżistenti għal fanali għall-kantunieri li diġà ngħataw skont dan ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għandhom jibqgħu validi għal żmien indefinit.

13.4

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet lill-approvazzjonijiet skont is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

(1)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2.

(2)  In-numri ta’ distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 qegħdin jerġgħu jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument /TRANS/WP.29/78/Rev.2/Emenda 1.

(3)  Għall-fini ta’ dan ir-Regolament “li jkun parti mill-fanal” tfisser li jkun fiżikament inkluż fil-qafas tal-fanal jew li jkun estern, separat jew le, mill-qafas tal-fanal iżda pprovdut mill-manifattur tal-fanal bħala parti mis-sistema tal-fanal.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

EŻEMPJI TA’ ARRANĠAMENTI TA’ MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Figura 1

Il-Marki għal fanali waħdanin

Mudell A

Image 3

L-apparat bil-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq huwa fanal għall-kantunieri li ġie approvat fil-Ġappun (E43) skont ir-Regolament Nru 119 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 221. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 119 kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali għandhom jitqiegħdu viċin iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-ittra “E”, jew lejn ix-xellug jew lejn il-lemin ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni u n-numru tas-serje ta’ produzzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra “E” u jħarsu lejn l-istess direzzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numru tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra.

Figura 2

Immarkar issimplifikat għal fanali Raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament

(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-istrument li jagħmel is-sinjali bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka tal-approvazzjoni.)

Mudell B

Image 4

Mudell C

Image 5

Mudell D

Image 6

Nota: It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli B, C u D jirrappreżentaw tliet varjabbli possibbli għall-marka ta’ xi apparat ta’ dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess immuntar ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Din il-marka ta’ approvazzjoni turi li l-apparat kien approvat fil-Ġappun (E 43) skont in-numru ta’ approvazzjoni 3333 u tinkorpora:

 

Fanal tal-indikatur tad-direzzjoni tal-kategorija 1 approvat skont is-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 6;

 

Fanal li jinsab fuq in-naħa ta’ quddiem approvata f’konformità mas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 7;

 

Fanal għall-kantunieri approvat f’konformità mas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 119.

Figura 3

Moduli ta’ sors ta’ dawl

Image 7

Il-modulu ta’sors ta’ dawl bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni li jidher hawn fuq ġie approvat flimkien ma’ fanal approvat fl-Italja (E3) taħt in-numru ta’ approvazzjoni 17325.


ANNESS 3

KEJL FOTOMETRIKU

1.   METODI TA’ KEJL

1.1

Meta jsir il-kejl fotometriku, għandhom jiġu evitati riflessi iżolati permezz ta’ kopertura xierqa.

1.2

F’każ li r-riżultati tal-kejl jiġu kkontestati, il-kejl għandu jsir b’tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

1.2.1.

Id-distanza tal-kejl għandha tkun tali li tkun tapplika l-liġi tal-invers tal-kwadru tad-distanza;

1.2.2.

it-tagħmir tal-kejl għandu jkun tali li l-angolu li jiġi quddiem ir-riċevitur miċ-ċentru ta’ referenza tad-dawl ikun bejn 10′ u 1°;

1.2.3.

Il-ħtieġa ta’ intensità għal direzzjoni partikolari ta’ osservazzjoni għandha tiġi ssodisfata jekk l-intensità meħtieġa tinkiseb f’direzzjoni li tiddevja b’mhux aktar minn kwart ta’ grad mid-direzzjoni tal-osservazzjoni.

2.   PUNTI TA’ KEJL ESPRESSI FI GRADI TAL-ANGOLU MAL-ASSI TA’ REFERENZA

Figura 1

Image 8

Image 9

=

Intensitajiet minimi f’cd

Fanal tan-naħa tax-xellug (l-angolu L għandu jiġi sostitwit għall-angolu R għall-fanal tan-naħa tal-lemin)

2.1.   Kamp ta’ viżibbiltà ġeometrika

Figura 1

Image 10

Figura 2

Image 11

2.1.1.

Id-direzzjonijiet H = 0° u V = 0° jikkorrispondu għall-assi ta’ referenza. Fuq il-vettura dawn huma orizzontali, paralleli mal-wiċċ loġitudinali medjan tal-vettura u orjentati fid-direzzjoni meħtieġa ta’ viżibbiltà. Dawn jgħaddu miċ-ċentru ta’ referenza. Il-valuri murija fit-tabella jagħtu, għad-diversi direzzjonijiet tal-kejl, l-intensitajiet minimi mogħtija f’cd.

3.   KEJL FOTOMETRIKU TA’ FANALI MGĦAMMRA B’DIVERSI SORSI TA’ DAWL

Il-prestazzjoni fotometrika għandha tiġi kkontrollata:

3.1.

Għal sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (fanal bil-filament u oħrajn):

Bis-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont il-paragrafu 7.1.1 ta’ dan ir-Regolament.

3.2.

Għal sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu:

Meta mgħammra b’sorsi ta’ dawl ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, il-valuri ta’ intensità luminuża prodotti għandhom ikunu kkoreġuti. Għall-fanali bil-filament, il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż ta’ referenza u l-valur medju tal-fluss luminuż li jinsab fil-vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V).

Għas-sorsi ta’ dawl tal-LED, il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż oġġettiv u l-valur medju tal-fluss luminuż li jinsab fil-vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V).

Il-flussi luminużi attwali ta’ kull sors ta’ dawl użat ma għandhomx jiddevjaw aktar minn ±5 fil-mija mill-valur medju. Inkella u f’każ ta’ fanali bil-filament biss, fanal bil-filament standard jista’ jintuża minflok, f’kull waħda mill-pożizzjonijiet, operata fil-fluss ta’ referenza tiegħu, il-kejl individwali f’kull pożizzjoni jkun miżjud flimkien.

3.3.

Għal kwalunkwe fanal għall-kantunieri minbarra dawk armati b’fanal/i bil-filament, l-intensitajiet luminużi, imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ tħaddim tista’ tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara 30 minuta ta’ tħaddim billi jiġi applikat ma’ kull punt tat-test, il-proporzjon ta’ intensitajiet luminużi mkejla f’45° L 2,5° D wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim għal fanal tan-naħa tax-xellug (l-angolu L għandu jiġi sostitwit għall-angolu R għal fanal tan-naħa tal-lemin).


ANNESS 4

IL-KULUR TAD-DAWL ABJAD

(Il-koordinati tal-kromatiċità)

1.

Għall-verifika tal-karatteristiċi kolorimetriċi, għandu jintuża sors ta’ dawl b’temperatura tal-kulur ta’ 2 856 K, li jikkorrispondi għall-mezz tal-illuminazzjoni A tal-kummissjoni internazzjonali (CIE). Għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (fanal bil-filament u oħrajn), jew sorsi tad-dawl (li jistgħu jinbidlu jew li ma jistgħux jinbidlu) imħaddma flimkien ma’ tagħmir elettroniku tal-kontroll ta’ sors ta’ dawl, il-karatteristiċi kolorimetriċi għandhom jiġu vverifikati mas-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont il-paragrafu 7, ta’ dan ir-Regolament.

2.

Is-sors ta’ dawl li jista’ jinbidel għandu jkun soġġett għall-intensità, li tipproduċi l-istess kulur bħall-illuminant A tas-CIE.

ANNESS 5

IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TA’ KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   ĠENERALI

1.1.

Mill-aspetti mekkaniċi u ġeometriċi, ir-rekwiżiti għall-konformità jitqiesu ssodisfati jekk il-varjanti ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura koperti fir-rekwiziti ta’ dan ir-Regolament.

1.2.

Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità ta’ fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta jiġu ttestjati l-prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kwalunkwe fanal magħżul b’mod każwali u mgħammar b’sors ta’ dawl standard, jew meta l-fanali jkunu mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (fanali bil-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir b' 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, rispettivament:

1.2.1.

L-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod sfavorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

1.2.2.

Jekk, fil-każ ta’ fanal mgħammar b’sors ta’ dawl li jista’ jinbidel u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-fanali għandhom jiġu ripetuti billi jintuża sors ta’ dawl standard ieħor.

1.3.

Ikun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità meta l-fanal ikun mgħammar b’sors ta’ dawl standard, jew għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jinbidlux (fanali bil-filament jew oħrajn), meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu vverifikati mas-sors ta’ dawl li jinsab fil-fanal.

2.   REKWIŻITI MINIMI GĦAL VERIFIKAZZJONI TA’ KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

Għal kull tip ta’ fanal, id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq tal-anqas it-testijiet li ġejjin, f’intervalli xierqa. Dawn it-testijiet għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Jekk jittieħdu kampjuni u jirriżulta li skont it-tip ta’ test li jkun sarilhom ma jikkonformawx, iridu jerġgħu jittieħdu kampjuni oħrajn u jerġgħu jiġu sottomessi għat-testijiet. Il-manifattur irid jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni kkonċernata.

2.1.   In-natura tat-testijiet

It-testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u kolorimetriċi.

2.2.   Metodi użati fit-testijiet

2.2.1.

It-testijiet ġeneralment isiru skont il-metodi stipulati f’dan ir-Regolament.

2.2.2.

Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-awtorità kompetenti li hija responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli biex jipprova li l-metodi applikati huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.2.3.

L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ il-kalibrazzjoni regolari tal-apparat użat fit-testijiet u l-qbil tiegħu mal-kejl li jsir minn awtorità kompetenti.

2.2.4.

F’kull każ il-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ verifika amministrattivi u t-teħid ta’ kampjuni.

2.3.   Kif jittieħdu l-kampjuni

Il-kampjuni tal-fanali għandhom jingħażlu każwalment mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi jfisser sett ta’ fanali tal-istess tip, iddefiniti skont il-metodi ta’ produzzjoni tal-manifattur.

Il-valutazzjoni ġeneralment għandha tkopri produzzjoni ta’ serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista’ jgħaqqad flimkien rekords dwar l-istess tip minn bosta fabbriki, sakemm dawn joperaw bl-istess sistema ta’ kwalità u l-istess ġestjoni tal-kwalità.

2.4.   Karatteristiċi fotometriċi mkejla u rreġistrati

Il-fanal fil-kampjun għandu jitkejjel b’mod fotometriku għall-valuri minimi fil-punti elenkati fl-Anness 4 u l-koordinati ta’ kromatiċità meħtieġa.

2.5.   Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà

Il-manifattur huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test u sabiex jiddefinixxi, bi qbil mal-awtorità kompetenti, kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà tal-prodotti tiegħu sabiex jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 9.1 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 6 (l-ewwel teħid tal-kampjuni) tkun ta’ 0,95.


ANNESS 6

REKWIŻITI MINIMI GĦAL TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.   ĠENERALI

1.1.

Mill-aspetti mekkaniċi u ġeometriċi, ir-rekwiżiti għall-konformità jitqiesu ssodisfati skont il-kundizzjonijiet, fejn jeżistu, ta’ dan ir-Regolament, jekk il-varjanti ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura.

1.2.

Fir-rigward tal-prestazzjoni fotometrika, il-konformità ta’ fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta tiġi ttestjata l-prestazzjoni fotometrika ta’ kwalunkwe fanal magħżul b’mod każwali u mgħammar b’sors ta’ dawl standard, jew meta l-fanali jkunu mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (fanali bil-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir fuq 6.75 V, 13.5 V jew 28.0 V, rispettivament:

1.2.1.

L-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod sfavorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

1.2.2.

Jekk, fil-każ ta’ fanal mgħammar b’sors ta’ dawl li jista’ jinbidel u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-fanali għandhom jiġu ripetuti billi jintuża sors ta’ dawl standard ieħor.

1.2.3.

Ma jitqisux fanali b’difetti li jidhru.

1.3.

Ikun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità meta l-fanal ikun mgħammar b’sors ta’ dawl standard, jew għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jinbidlux (fanali bil-filament jew oħrajn), meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu vverifikati mas-sors ta’ dawl li jinsab fil-fanal.

2.   L-EWWEL TEĦID TA’ KAMPJUNI

Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni erba’ fanali jingħażlu każwalment. L-ewwel kampjun ta’ tnejn minnhom ikun immarkat A, it-tieni jkun immarkat B.

2.1.   Il-konformità ma tkunx ikkontestata.

2.1.1.   Skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjoni tal-valuri mkejla tal-fanali fid-direzzjonijiet mhux favorevoli tkun:

2.1.1.1.   Kampjun A

A1:

Fanal wieħed

0 fil-mija

Fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

A2:

Iż-żewġ fanali aktar minn

0 fil-mija

Iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

Mur għal kampjun B

2.1.1.2.   Kampjun B

Bl:

Iż-żewġ fanali

0 fil-mija

2.1.2.   Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjun A jiġu ssodisfati.

2.2.   Il-konformità tkun ikkontestata

2.2.1.   Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b’mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

2.2.1.1.   Kampjun A

A3:

Fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

Fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

Iżda mhux aktar minn

30 fil-mija

2.2.1.2.   Kampjun B

B2:

Fil-każ ta’ A2

Fanal wieħed aktar minn

0 fil-mija

Iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

Fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

B3:

Fil-każ ta’ A2

Fanal wieħed

0 fil-mija

Fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

Iżda mhux aktar minn

30 fil-mija

2.2.2.   Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A mhumiex issodisfati.

2.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 10 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

2.3.1.   Kampjun A

A4:

Fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

Fanal wieħed mhux aktar minn

30 fil-mija

A5:

Iż-żewġ fanali aktar minn

20 fil-mija

2.3.2.   Kampjun B

B4:

Fil-każ ta’ A2

Fanal wieħed aktar minn

0 fil-mija

Iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

Fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

B5:

Fil-każ ta’ A2

Iż-żewġ fanali aktar minn

20 fil-mija

B6:

Fil-każ ta’ A2

Fanal wieħed

0 fil-mija

Fanal wieħed mhux aktar minn

30 fil-mija

2.3.3.   Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjuni A u B mhumiex issodisfati.

3.   TEĦID RIPETUT TA’ KAMPJUNI

Fil-każ ta’ A3, B2, B3 huwa meħtieġ teħid ripetut ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ fanali u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ fanali, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament fi żmien xahrejn wara n-notifika.

3.1.   Il-konformità ma tkunx ikkontestata.

3.1.1.   Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

3.1.1.1.   Kampjun C

C1:

Fanal wieħed

0 fil-mija

Fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

C2:

Iż-żewġ fanali aktar minn

0 fil-mija

Iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

Mur għal kampjun D

3.1.1.2.   Kampjun D

D1:

Fil-każ ta’ C2

Iż-żewġ fanali

0 fil-mija

3.1.2.   Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C jiġu ssodisfati.

3.2.   Il-konformità tkun ikkontestata

3.2.1.   Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b’mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

3.2.1.1.   Kampjun D

D2:

Fil-każ ta’ C2

Fanal wieħed aktar minn

0 fil-mija

Iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

Fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

3.2.1.2.   Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C ma jkunux issodisfati.

3.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 10 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

3.3.1.   Kampjun C

C3:

Fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

Fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

C4:

Iż-żewġ fanali aktar minn

20 fil-mija

3.3.2.   Kampjun D

D3:

Fil-każ ta’ C2

Fanal wieħed 0 jew aktar minn

0 fil-mija

Fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

3.3.3.   Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni C u D ma jkunux issodisfati.

Figura 1

Image 12

2 apparati

L-ewwel teћid ta' kampjuni

4 apparati magћżula b'mod każwali maqsumin f'kampjuni A&B

2 apparati

A

B

A1

0

≤ 20

TMIEM

A2

> 0

≤ 20

> 0

≤ 20

mur gћall-kampjun B

TMIEM

0

0

B1

A3

≤ 20

> 20

≤ 30

Allinjament

Il-manifattur jiġi ordnat jagћmel il-prodotti konformi mar-rekwiżiti

> 0

≤ 20

≤ 20

B2

0

> 20

≤ 30

B3

Riżultati possibbli mill-kampjun A

2 apparati

Repeated Sampling

4 apparati magћżula b'mod każwali maqsumin f'kampjuni C&D

2 apparati

C

D

Riżultati possibbli mill-kampjun B

Riżultati possibbli mill-kampjun D

C1

0

≤ 20

TMIEM

C2

> 0

≤ 20

> 0

≤ 20

mur gћall-kampjun D

Riżultati possibbli mill-kampjun C

TMIEM

0

0

D1

mur gћall-allinjament

≤ 20

> 0

≤ 20

D2

C3

≤ 20

> 20

≥ 0

> 20

D3

C4

> 20

> 20

Approvazzjoni rtirata

> 0

≤ 20

> 20

B4

A4

≤ 20

> 30

> 20

> 20

B5

A5

> 20

> 20

0

> 30

B6

X

Devjazzjoni massima [perċentwali] fid-direzzjoni mhux favorevoli fir-rigward tal-valuri limiti