29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/94


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-26 ta’ Ġunju 2013

li taħtar Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja

(2013/338/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sinjuri Uno LÕHMUS u Jean-Jacques KASEL, b'effett mis-6 ta' Ottubru 2013, għandhom jinħatru żewġ Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sinjuri Uno LÕHMUS u Jean-Jacques KASEL, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2015.

(2)

Is-Sinjura Küllike JÜRIMÄE u s-Sur François BILTGEN ġew proposti bħala kandidati għall-postijiet li tbattlu.

(3)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sinjura Küllike JÜRIMÄE u tas-Sur François BILTGEN għall-qadi tal-funzjonijiet ta' Mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għandhom jinħatru Mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-6 ta' Ottubru 2013 sas-6 ta' Ottubru 2015:

Is-Sinjura Küllike JÜRIMÄE

Is-Sur François BILTGEN

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.

Il-President

R. MONTGOMERY