11.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 325/89


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

(2007/811/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,

Billi:

Skond l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u b’konsegwenza tar-riżenja tas-Sur Romain SCHINTGEN, għandu jiġi maħtur imħallef għall-perijodu li fadal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sas-6 ta’ Ottubru 2009,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Jean-Jacques KASEL huwa b’dan maħtur imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mid-data tal-ġurament tiegħu sas-6 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta' Diċembru 2007.

Il-President

A. MENDONÇA E MOURA