9.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

413


Corrigendum għar-Regolament Nru 124 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Proviżjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tar-roti għall-karozzi tal-passiġġieri u t-trejlers tagħhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 375 tas-27 ta’ Diċembru 2006 )

Regolament Nru 124 għandu jaqra hekk:

Regolament Nru 124 tal-Kummissjoni Ekonomika Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tar-roti għall-karozzi tal-passiġġieri u t-trejlers tagħhom

1.   FIRXA

Dan ir-Regolament ikopri r-roti l-ġodda ta’ rimpjazzament iddisinjati għal vetturi fil-kategoriji M1, M1, G, O1 u O2  (1).

Ma japplikax għat-tagħmir tar-roti oriġinali jew għar-roti ta’ rimpjazzament magħmula mill-fabbrikant tal-vettura kif imfissra f'paragrafi 2.3 u 2.4.1. Ma japplikax għar-“Roti speċjali”, kif imfissra f'paragrafu 2.5., li għandhom jibqgħu soġġetti għal approvazzjoni nazzjonali.

Dan ir-Regolament ikopri l-ħtiġijiet dwar il-manifattura u t-twaħħil tar-roti.

2.   TIFSIRIET

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

“Rota” tfisser parti li ddur li ġġorr il-piż li tinsab bejn it-tajer u l-fus. Normalment tkun magħmula minn żewġ partijiet ewlenin:

(a)

ir-rim;

(b)

id-diska tar-rota.

Ir-rim u d-diska tar-rota jistgħu jkun integrati, imwaħħla għal dejjem, jew jinqalgħu.

2.1.1.   “Id-diska tar-rota” tfisser taħlita permanenti tar-rim u tad-diska tar-rota.

2.1.2.   “Rota li jkollha r-rim jinqala” tfisser rota li tkun magħmula b'tali mod li r-rim li jinqala' jitwaħħal sew mad-diska tar-rota.

2.1.3.   “Rim” tfisser dik il-parti tar-rota li fuqha jeħel u jkun miżmum it-tajer.

2.1.4.   “Diska tar-rota” tfisser dik il-parti tar-rota li hija l-parti li sserraħ li tinsab bejn il- fus u r-rim.

“It-tip ta’ rota” tfisser rota li ma tvarjax f’dawn il-karatteristiċi essenzjali li ġejjin:

2.2.1.   il-fabbrikant tar-rota;

2.2.2.   l-isem li jingħata lir-rota jew lid-daqs tar-rim (skond ISO 3911:1998);

2.2.3.   materjal tat-tiswir;

2.2.4.   toqob li magħhom teħel ir-rota;

2.2.5.   kemm jifilħu l-aktar;

2.2.6.   kemm hu rakkomandat li jintefħu l-aktar;

2.2.7.   metodu ta’ produzzjoni (iwweldjati, ifforġati, fonduti, …).

2.3.   “roti-OE” tfisser roti li huma awtorizzati li jkunu mwaħħla, mal-mudell tal-vettura, mill-fabbrikant tal-vettura waqt il-produzzjoni tal-vettura.

“Roti ta’ rimpjazzament” tfisser roti li huma maħsuba biex jieħdu post ir-roti OE kemm iddum taħdem il-vettura. Ir-roti ta’ rimpjazzament jistgħu jaqgħu f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

2.4.1.   “Roti ta’ rimpjazzjament nagħmula mill-fabbrikant tal-vettura” huma roti li l-fornitur tagħhom huwa l-fabbrikant tal-vettura;

2.4.2.   “Roti ta’ rimpjazzament identiċi” huma roti li jkunu iffabbrikati billi jintuża' l-istess tagħmir u materjal tal-fabbrikazzjoni bħal dak użat għar-roti ta’ rimpjazzament li jkun fornihom il-fabbrikant tal-vettura. Huma jvarjaw biss minn dawk tal-fabbrikant tal-vettura għax ma jkollhomx il-marka tar-reġistrazzjoni tal-fabbrikant u n-numru tal-part;

2.4.3.   “Roti li huma repliki tar-roti ta’ rimpjazzament” huma roti li jixbhu lil dawk magħmula mill-fabbrikant tal-vettura iżda magħmula minn fabbrikant li mhuwiex fornitur tar-rota speċifikata tal-fabbrikant tal-vettura. Fejn jidħol id-disinn (kurvi bażiċi, dimensjonijiet, daħliet, tip ta’ materjal u kwalità u affarijiet oħra) u kemm iservu huma jaqblu għal kollox mar-roti ta’ rimpjazzament tal-fabbrikant tal-vettura;

2.4.4.   “Mudell tal-part tar-roti ta’ rimpjazzament” huma r-roti magħmula minn fabbrikant li mhuwiex fornitur tar-rota speċifikata tal-fabbrikant tal-vettura. Fejn jidħol id-disinn, id-daħliet, l-isem mogħti lir-rim biex titwaħħal ir-rota PCD u d-dijametru ta’ l-ispigot li jrid jitwaħħal, iridu jaqblu ma’ dawk ta’ rota-OE, iżda l-kurva tar-rota, il-materjal u affarijiet oħra, jistgħu jkunu differenti;

2.5.   “Roti speċjali” tfisser roti li mhumiex roti-OE u li ma jaqblux mal-kriterji tar-roti deskritti f’paragrafu 2.4. (per eżempju roti li għandhom rim bi ħxuna jew dijametru differenti).

2.6.   “Daħla” tfisser id-distanza minn fejn jeħel il-wiċċ tad-diska sal-linja tan-nofs tar-rim (li tista’ tkun pożittiva, kif tidher f’Figura 1 hawn taħt, żero, jew negattiva).

2.7.   “Ir-rejdjus dinamiku” tfisser ir-rejdjus dinamiku mgħobbi mfisser bħala ċ-ċirkonferenza teoretika tad-dawrien diviża b'2Πta' l-akbar tajer li jrid jintuża' fuq ir-rota kif speċifikat mill-fabbrikant tar-rota.

2.8.   “Standards Internazzjonali dwar it-Tajer u r-Rim” tfisser dokumenti li jikkonċernaw l-istandardizzazzjoni tar-roti maħruġa minn dawn l-Organizzazzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-Istandardizzazzjoni (ISO) (2);

(b)

L-Organizzazzjoni Ewropea dwar it-Tajer u r-Rim Tekniku (ETRTO) (3); “Manwal dwar l-Istandards”;

(ċ)

L-Organizzazzjoni Ewropea dwar it-Tajer u r-Rim Tekniku (ETRTO) (3): “Informazzjoni dwar id-Disinn ta’ l-Inġinerija — data li m’għadhiex tintuża’”;

(d)

L-Assoċjazzjoni Ink. tat-Tajer u r-Rim (TRA) (4): “Il-Ktieb tas-Sena”;

(e)

L-Assoċjazzjoni Ġappuniża tal-Fabbrikanti tat-Tajers tal-Karozzi (JATMA) (5): “Ktieb tas-Sena”;

(f)

L-Assoċjazzjoni Awstraljana tat-Tajers u r-Rim (TRAA) (6): “Manwal Standard”;

(g)

L-Associação Latino Americana de Pneus e Aros (ALAPA) (7): “Manual de Normal Technicas”;

(h)

L-Organizzazzjoni Skandinava tat-Tajers u r-Rim (STRO) (8): “Ktieb dwar id-Data”.

Figura 1

Image

2.9.   “Qasma teknika” hija separazzjoni fil-materjal li testendi għal aktar minn 1mm li ssir waqt test dinamiku (difetti ikkawżati mill-proċess ta' produzzjoni m'għandhomx jitqiesu).

2.10.   “Il-Calliper tar-rota” huwa forma ta’ profil li jdur, iffurmat mill-kurva interna tar-rota (ara Anness 10, figura 1).

2.11.   “L-isem tad-daqs mogħti lit-tajer” tfisser isem li juri l-wisa’ tas-sezzjoni nominali, l-aspett tal-proporzjon nominali u n-numru konvenzjali li jindika d-dijametru nominali tar-rim (dawn it-termini huma mfissra f’aktar dettal f’Regolament Nru. 30).

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL- APPROVAZZJONI

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ rota għandha ssir mill-fabbrikant, jew mir-rappreżentant tiegħu rikonoxxut sew uffiċjalment, u għandu jkollha magħha:

3.1.1.   It-tpinġijiet, fi tliet kopji, dettaljati biżżejjed biex ikun jista’ jiġi identifikat it-tip. Għandhom jindikaw ukoll il-pożizzjoni maħsuba għall-marka ta’ l-approvazzjoni u għall-immarkar fuq ir-rota;

Deskrizzjoni teknika li tinkludi ta’ l-anqas il-karatteristiċi li ġejjin:

3.1.2.1.   Il-kategorija tar-roti ta’ rimpjazzament — ara paragrafi 2.4.2., 2.4.3. u 2.4.4.;

3.1.2.2.   l-isem li jingħata lill-kurva tar-rim — id-daħla fir-rota — id-dettalji fuq x'jeħel mar-rota;

3.1.2.3.   saħħa li ddawwar biex tissikka l-iskorfini u l-boltijiet;

3.1.2.4.   metodu iffissat biex ikun ibbilanċjat il-piż;

3.1.2.5.   aċċessorji meħtieġa (i.e. komponenti oħra li jridu jitwaħħlu);

3.1.2.6.   referenza dwar l-Istandard Internazzjonali;

3.1.2.7.   tajjeb għat-twaħħil fuq tajers mingħajr tubu;

3.1.2.8.   tipi addattati ta’ valvijiet;

3.1.2.9.   kemm jifilħu l-aktar;

3.1.2.10.   kemm hu rakkomandat li jintefħu l-aktar;

3.1.2.11.   dettalji tal-materjal inkluż il-kompożizzjoni kemikali (ara Anness 4).

3.1.2.12.   l-ismijiet mogħtija lid-daqs tat-tajers speċifikati għat-tagħmir oriġinali mill-fabbrikant tal-vettura.

3.1.3.   Id-dokumentazzjoni skond paragrafu 1. ta’ anness 10 ta’ dan ir-Regolament:

karatteristiċi tal-vettura (Anness 10, paragrafu 1.2.);

karatteristiċi oħra (Anness 10, paragrafu 1.3.);

dettalji dwar struzzjonijiet ta’ twaħħil (Anness 10, paragrafu 1.4.);

u

ħtiġijiet oħra (Anness 10, paragrafu 2.);

3.1.4.   Kampjuni tar-roti li jirrappreżentaw it-tip ta’ rota meħtieġa biex isiru t-testijiet fil-laboratorju jew rapporti ta’ testijiet maħruġa mill-Awtorità li Tapprova t-Tip.

3.2.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ rota identika, l-awtorità li tapprova t-tip għandha tkun sodisfatta li li r-rota ta’ l-applikant hija fil-fatt “rota ta’ rimpjazzament identika” kif imfissra f'paragrafu 2.4.2.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk ir-rota li tqiegħdet għall-approvazzjoni skond paragrafu 3. hawn fuq tissodisfa l-ħtiġijiet, għandha tingħata approvazzjoni għal din it-tip ta’ rota.

4.2.   Għandu jingħata numru ta’ approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri (bħalissa 00 għar-regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi inkorporati fl-aktar emendi maġġuri tekniċi riċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti f’Kuntratt tista’ ma tagħtix l-istess numru lil tip ieħor ta’ rota.

4.3.   Avviż dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ rota taħt dan ir-regolament għandu jkun mgħarraf lill-partijiet fil-Ftehim ta' l-1958 li japplikaw dan ir-regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li taqbel mal-mudell f'anness 1 għal dan ir-Regolament.

Kull rota li tikkonforma mat-tip approvat taħt dan ir-regolament għandu jkollha, flimkien mal-marki preskritti f’paragrafu 5., marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tkun tinqara sew u li ma titħassarx magħmula minn:

4.4.1.   circle surrounding the letter E followed by the distinguishing number of the country which has granted approval (see Annex 2).ċirku madwar l-ittra E flimkien man-numru distintiv tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni (ara Anness 2) (9).

4.4.2.   In-numru ta’ dan ir-Regolament, flimkien ma’ l-ittra R, sink u n-numru ta' l-approvazzjoni skond paragrafu 4.2.

4.5.   Il-marka ta’ l-approvazzjoni għandha tkun permanenti, viżibbli u tinqara sew, meta t-tajer ikun imwaħħal fuq ir-rota.

4.6.   Anness 2 għal dan ir-regolament jagħti eżempju ta’ l-arranġament tal-marka ta’ l-approvazzjoni.

4.7.   Il-faċilitajiet tal-fabbrikant tar-rota jistgħu jintużaw għall-finijiet tat- testijiet dejjem jekk l-Awtorità li Approvat t-Tip jew ir-rappreżentant maħtur ikun jara t-testijiet isiru.

5.   SINJALI FUQ IR-ROTI

Ir-rota għandha tkun immarkata permanentement u b’mod li tinqara kif ġej, f’pożizzjoni magħżula mill-fabbrikant, iżda li tkun tidher meta t-tajer jitwaħħal fuq ir-rota:

5.1.1.   l-isem tal-fabbrikant jew il-marka tar-reġistrazzjoni;

l-isem mogħti lir-rota jew lill-kurva tar-rim;

5.1.2.1.   Għandha tkun imfissra skond il-preskrizzjoni ta’ Standard wieħed Internazzjonali dwar it-Tajer u r-Rim u tinkludi ta’ l-anqas:

l-isem mogħti lid-daqs tar-rim inkluż:

l-isem mogħti lill-kurva tar-rim, dijametru nominali tar-rim,

is-simbolu “x” jekk ir-rim hu biċċa waħda,

is-simbolu “–” jekk ir-rim hu magħmul minn ħafna biċċiet

l-ittra “A” jekk il-well hu mqiegħed assimitrikament (żejjed),

l-ittra “S” jekk il-well hu mqiegħed assimitrikament (żejjed).

5.1.3.   id-daħla tar-rota;

5.1.4.   id-data tal-fabbrikazzjoni (ta’ l-anqas ix-xahar u s-sena);

5.1.5.   in-numru tal-part tar-rota/rim.

5.2.   Anness 3 għal dan ir-regolament jagħti eżempju ta’ l-arranġament tas-sinjali fuq ir-rota.

6.   ĦTIĠIJIET ĠENERALI

6.1.   Il-kurva tar-rim għandha taqbel ma’ l-Istandard Internazzjonali speċifikat mill-fabbrikant tar-rota.

Il-kurva tar-rim għandha tiżgura li t-tajers u l-valvijiet jitwaħħlu sew.

6.2.1.   Dawk ir-roti magħmula biex jintużaw fuq tajers mingħajr tubu għandhom jiżguraw li jżommu l-arja.

6.3.   Il-materjal użat fit-tiswir tar-rota għandu jkun analizzat skond Anness 4.

6.4.   Fil-każ ta’ rota ta’ rimpjazzament identika kif imfissra f'paragrafu 2.4.2., m’għandux ikun hemm xi ħtieġa għal test fiżiku kif imsemmi f’paragrafu 6.5. jew iċċekkjar tat-twaħħil fuq il-vettura kif imsemmi f’paragrafu 2. ta’ Anness 10 ta’ dan ir-Regolament.

Ir-replika tar-roti ta’ rimpjazzament u l-mudell tal-part tar-roti ta’ rimpjazzament għandhom jissodisfaw dawn it-testijiet li ġejjin:

6.5.1.   Roti ta’ l-azzar

6.5.1.1.   Roti bid-diska

(a)

test dwar kemm iduru fil-ksur kif imsemmi f’Anness 6;

(b)

test dwar it-tidwir kif imsemmi f’Anness 7.

6.5.2.   Roti ta’ l-aluminju tal-metall

6.5.2.1.   Roti biċċa waħda

(a)

Test dwar is-sadid kif imsemmi f’Anness 5, Jekk il-proċess waqt il-produzzjoni huwa dejjem l-istess, għandu jsir test wieħed biss rappreżentattiv.

(b)

Test dwar kemm iduru fil-liwjiet kif imsemmi f’Anness 6;

(ċ)

Test dwar it-tidwir kif imsemmi f’Anness 7.

(d)

Test dwar l-impatt kif imsemmi f’Anness 8.

6.5.2.2.   Roti li jistgħu jinqalgħu r-rimmijiet tagħhom

(a)

Test dwar is-sadid kif imsemmi f’Anness 5;

(b)

Test dwar kemm iduru fil-liwjiet kif imsemmi f’Anness 6;

(ċ)

Test dwar it-tidwir kif imsemmi f’Anness 7;

(d)

Test dwar l-impatt kif imsemmi f’Anness 8;

(e)

Test dwar kemm iduru b’saħħithom b’mod alternat kif imsemmi f’Anness 9.

6.5.3.   Roti tal-manjiżum tal-metall

6.5.3.1.   Roti biċċa waħda

(a)

Test dwar is-sadid kif imsemmi f’Anness 5;

(b)

Test dwar kemm iduru fil-liwjiet kif imsemmi f’Anness 6;

(ċ)

Test dwar it-tidwir kif imsemmi f’Anness 7;

(d)

Test dwar l-impatt kif imsemmi f’Anness 8.

6.5.3.2.   Roti li jistgħu jinqalgħu r-rimmijiet tagħhom

(a)

Test dwar is-sadid kif imsemmi f’Anness 5;

(b)

Test dwar kemm iduru fil-liwjiet kif imsemmi f’Anness 6;

(ċ)

Test dwar it-tidwir kif imsemmi f’Anness 7;

(d)

Test dwar l-impatt kif imsemmi f’Anness 8;

(e)

Test dwar kemm iduru b’saħħithom b’mod alternat kif imsemmi f’Anness 9.

6.6.   Meta fabbrikant tar-roti jitfa’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ sensiela ta’ roti, mhux meħtieġ li jsiru t-testijiet kollha fuq kull tip ta’ rota f’dik is-sensiela. L-għażla ta’ l-agħar każ tista’ ssir fid-diskrezjoni ta’ l-Awtorità li tapprova t-tip jew is-Servizz Tekniku maħtur (ara Anness 6 paragrafu 4. ta’ dan ir-Regolament).

Il-mudell tal-part tar-roti ta’ rimpjazzament għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet li ġejjin biex jiggarantixxu li jeħlu sew fuq il-vettura:

6.7.1.   Id-dijametru nominali tar-rim, il-wisa’ nominali tar-rim u d-daħla nominali tar-roti approvati-ECE għandhom ikunu l-istess bħal dawk tar-roti ta’ rimpjazzament tal-fabbrikant.

6.7.2.   Ir-roti għandhom ikunu addattati għall-ismijiet mogħtija lid-daqs tat-tajer speċifikat fil-bidu mill-fabbrikant tal-vettura għal mudell partikulari konċernat.

6.7.3.   L-ispezzjonijiet u d-dokumentazzjoni relevanti għal dak li jrid jitwaħħal fuq ir-rota/vettura huma deskritti f’Anness 10.

7.   MODIFIKAZZJONIJIET U ESTENSJONI TA' L-APPROVAZZJONI GĦAR-ROTI

Kull bidla li ssir lit-tip ta' rota għandha tkun mgħarrfa lill-awtorità li tapprova li tat l-approvazzjoni tat-tip. L-awtorità li approvat tista’ mbagħad:

7.1.1.   jew tqis li t-tibdiliet li saru x’aktarx ma jkollhomx effetti negattivi kbar u li xorta waħda t-tip ta’ rota għadha tissodisfa l-ħtiġijiet;

7.1.2.   jew tirrikjedi li jsir test ieħor.

7.2.   Sew jekk tkun ikkonfermata jew miċħuda l-approvazzjoni, billi tispeċifika t-tibdiliet, din għandha tkun mgħarrfa permezz tal-proċedura speċifikata f'paragrafu 4.3. hawn fuq lill-partijiet fil-ftehim li japplikaw dan ir-regolament.

7.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal dik l-estensjoni.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.   Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha taqbel ma’ dawk stipulati fil-Ftehim — E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2, Appendiċi 2.

8.2.   L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ meta jidhrilha tivverifika l-metodi ta' kontroll dwar il-konformità applikati f'kull faċilità ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

9.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija fil-każ ta’ tip ta’ rota skond dan ir-regolament tista’ tiġi irtirata jekk il-ħtiġijiet imsemmija hawn fuq ma jintlaħqux jew jekk ir-rota li jkollha marka ta' approvazzjoni ma taqbilx mat-tip approvat.

9.2.   Jekk Parti f’Kuntratt mal-Ftehim li tapplika dan ir-regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hi għandha mall-ewwel tgħarraf lill-Partijiet l-oħra f’Kuntratt li japplikaw dan ir-regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li taqbel mal-mudell f’Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

10.   IL-PRODUZZJONI MWAQQFA FIĊ-ĊERT

Meta tirċievi l-komunikazzjoni relevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf lill-partijiet l-oħra li japplikaw dan ir-regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li taqbel mal-mudell f’Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI HUMA RESPONSABBLI BIEX JAGĦMLU T-TESTIJIET TA’ L-APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet f’Kuntratt ma’ dan il-Ftehim li japplikaw ir-regolament għandhom jgħarrfu lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti bl-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi li huma responsabbli biex jagħmlu t-testijiet ta’ l-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw jew jestendu jew jiċħdu jew jirtiraw l-approvazzjoni, jew il-produzzjoni titwaqqaf fiċ-ċert li tkun maħruġa f’pajjiżi oħra.

ANNESS 1

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENT TAL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI

Image

Ir-rota li jkun fiha l-marka t’hawn fuq hija rota li ġiet approvata fl-Italja (E3) taħt in-numru ta’ l-approvazzjoni 001148.

L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ l-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond il-ħtiġijiet ta’ Regolament Nru. XY fil-forma oriġinali tiegħu.

L-immarkar tal-marka ta’ l-approvazzjoni, in-numru tar-Regolament u n-numru ta’ l-approvazzjoni jistgħu jkunu mbiegħda minn xulxin iżda fis-sekwenza kif suppost.

ANNESS 3

ARRANĠAMENT TAL-MARKI FUQ IR-ROTI

Eżempju tal-marki li għandhom jidhru fuq rota li tikkonforma ma’ dan ir-Regolament:

ABĊDE

Formula

J × 14 FH

36

01 99

ab123

Dan l-eżempju ta’ immarkar ifisser li rota:

kienet fabbrikata minn ABĊDE

għandha isem tal-kurva tar-rim (5 Formula J)

hi magħmula f’biċċa waħda (x)

għandha kodiċi nominali tad-dijametru tar-rim (14)

għandha l-well imqiegħed b’mod mhux simmetriku (l-ebda marka)

għandha konfigurazzjoni tal-ħotba ċatta ta’ fejn jinsab it-tarf ta’ ġewwa tat-tajer fejn jaqbad mar-rim tar-rota fuq naħa waħda biss (FH) — immarkar jekk iridu

għandha daħla tar-rota ta’ 36 mm

fabbrikata f’Jannar 1999 (0199)

in-numru tal-part tal-fabbrikant (ab123)

L-isem mogħti lir-rim għandu jinkludi fl-ordni segwenti l-isem mogħti lill-kurva tar-rim, it-tiswir, il-kodiċi nominali tad-dijametru tar-rim, fejn jinsab il-well u l-konfigurazzjoni tat-tarf ta' ġewwa tat-tajer fejn jaqbad mar-rim, kif jidher fl-eżempju 5 Formula J x 14 FH Wieħed jista’ wkoll jaqleb l-ordni għall-ewwel tliet elementi kif jidher fl-eżempju 14 x 5 Formula J FH.

L-immarkar tad-daħla tar-rota, id-data tal-produzzjoni u l-isem tal-fabbrikant jistgħu jkunu ftit imbiegħda mill-isem mogħti lir-rim.

ANNESS 4

TEST TAL-MATERJAL

L-analiżi li ġejja dwar il-produzzjoni u l-komponenti tal-metall għandha ssir u jsir rapport dwarha:

Materjal

Testijiet

Metall ta’ l-aluminju

a, ċ, e

Metall tal-manjiżu

a, ċ, e

Azzar

a, b, d

(a)

Analiżi kimika tal-materjal mhux maħdum.

(b)

Spezzjoni tal-karatteristiċi mekkaniċi li ġejjin (R p0,2, R m, and A) relevanti għall-materjal:

persentaġġ ta’ kemm iġġebbed wara li nqasam (A): Kemm iġġebbed għal kollox mit-tul tal-kejl wara li nqasam (Lu — Lo), imfisser bħala persentaġġ tat-tul oriġinali (Lo).

Fejn

it-tul oriġinali tal-kejl (Lo )

:

Tul tal-kejl qabel ma ġiet eżerċitata saħħa fuqu.

it-tul finali tal-kejl (Lu )

:

Tul tal-kejl wara li nkisret il-biċċa tat-test.

prova tas-saħħa, estensjoni mhux proporzjonali (R p): L-istress li fih estensjoni mhux proporzjonali hija daqs il-persentaġġ speċifikat tat-tul tal-kejl ta’ l-estensometru (L e) Is-simbolu użat għandu warajh numru li jindika l-persentaġġ preskritt tat-tul tal-kejl ta’ l-estensometru, per eżempju: Rp0,2

saħħa miġbuda (R m): L-istress li jikkorrispondi għall-forza massima (F m)

(c)

Spezzjoni tal-karatteristiċi mekkaniċi (R p0,2, R m, and A) tal-biċċiet tat-testijiet meħuda minn fejn jeħel il-hub u minn fejn hemm il-bidla mid-diska għar-rim jew fejn ifalli jekk hemm

(d)

Analiżi tad-difetti tal-produzzjoni u l-komponenti tal-metall u ta' l-istruttura tal-materjal mhux maħdum

(e)

Analiżi tad-difetti tal-produzzjoni u tal-komponenti tal-metall u ta’ l-istruttura tal-biċċiet tat-testijiet meħuda minn fejn jeħel il-hub u minn fejn hemm il-bidla mid-diska għar-rim jew fejn ifalli jekk hemm.

ANNESS 5

TEST GĦAS-SADID

Agħmel test bl-isprej tal-melħ skond ISO 9227 għal 384 siegħa.

1.1.   Preparazzjoni tal-kampjun

Kampjun ta’ wiċċ trattat, meħud mill-produzzjoni, għandhom jagħmlulu l-ħsara billi jigirfu fih min-naħa għall-oħra u jitfgħulu l-ġebel (ISO 565) daqs li kieku huma sitwazzjonijiet ta’ ħsara li jiġru meta l-vettura tkun qed tintuża’ normalment (il-ħsara għandha ssir fejn hemm il-flange tar-rim u ġor-rota).

1.2.   Żvilupp tat-test

Il-kampjun li għandu l-wiċċ trattat għandu jgħaddi minn test ta’ l-isprej bil-melħ, li fih il-kampjun u l-komponenti li normalment jiġi f’kuntatt magħhom jitqiegħdu f’pożizzjoni wieqfa fl-apparat tat-test ta’ l-isprej bil-melħ. Ir-rota tiġi mdawra 90° kull 48 siegħa.

1.3.   Evalwazzjoni

Miżuri individwali li jistgħu jaffettwaw is-sadid għandhom jiġu evalwati (għata, crews, żingu jew elementi metalliċi tossiċi, għata li hu miksi bil-metall, eċċ.)

Id-dokumentazzjoni tat-test għandu jkun fiha ritratti li juru l-punti prinċipali fejn ħareġ is-sadid li nħaslu b’mod mekkaniku sabiex juru d-difetti fil-materjal.

M’għandux ikun hemm xi ħafna sadid wara test li jdum 192 siegħa. Wara 384 siegħa l-funzjonalità tar-rota, il-komponenti li jitwaħħlu fuqu u l-parti ta’ ġewwa tat-tajer fejn jeħel mar-rim m’għandhomx ikunu affettwati ħażin bis-sadid. Dan għandu jkun ikkonfermat permezz ta’ test dwar it-tidwir fil-liwjiet kif imsemmi f’Anness 6 jew test tat-tidwir kif imsemmi f’Anness 7, jiddependi fejn hemm is-sadid.

ANNESS 6

TEST DWAR IT-TIDWIR FIL-LIWJIET

1.   DESKRIZZJONI TAT-TEST

Waqt it-test tat-tidwir fil-liwjiet, il-forzi laterali li qed jaħdmu fuq ir-rota waqt is-sewqan madwar kisra huma simulati. Erba’ kampjuni tar-roti għandhom jiġu ttestjati, tnejn f’50 % u tnejn f’75 % tal-forza massima tal-ġenb. Ir-rim tar-rota hu mwaħħal sod mal-bank tat-test, u forza tal-ksur Mbhi applikata fuq fejn jeħel il-hub (jiġifieri minn fejn tgħaddi l-arm li tgħabbi mal-flange li għandu l-istess dijametru taċ-ċirku bħall-vettura li għaliha hi maħsuba r-rota). Roti tal-metall ħafif huma mwaħħla bil-flange intern tar-rim permezz ta’ żewġ flanges nofs ċirku.

Jekk jintużaw xi mekkaniżmi oħra li jwaħħlu, jeħtieġ ikun pruvat li huma ekwivalenti.

Il-viti jew l-iskorfini li jwaħħlu huma ssikkati mal-forza li ddawwar imsemmija mill-fabbrikant tal-vettura u jerġgħu jiġu ssikkati wara madwar 10 000 dawra.

2.   FORMULA BIEX TKUN IKKALKULATA L-FORZA TAL-KSUR

Il-karozzi u l-vetturi li jgħaddu mill-imħarbat: MbmaX = S × FV (μ × rdyn + d)

Mbmax

=

forza massima ta’ referenza tal-ksur [Nm]

FV

=

kemm tiflaħ l-aktar ir-rota [N]

rdyn

=

rejdjus dinamiku ta’ l-akbar tajer irrakkomandat għar-rota [m]

d

=

daħla [m]

μ

=

koeffiċjent ta’ frizzjoni

S

=

fattur tas-sigurtà

3.   It-test isir b’żewġ persentaġġi ta’ valuri (50 fil-mija u 75 fil-mija) tas-saħħa massima u skond l-istandards li ġejjin

Koeffiċjent ta’ frizzjoni

0,9

Fattur tas-sigurtà

2,0

Dawriet nominali kull minuta

In-numru ta' dawriet kull minuta jista’ jkun il-massimu possibbli iżda barra l-frekwenza tat-test tar-reżonanza tar-rig.


 

Aluminju/Manjeżju

Azzar

Kategorija tal-vettura

M1 u M1G

O1 u O2

M1 u M1G

O1 u O2

Dawriet minimi b’75 fil-mija Mbmax

2,0 · 105

0,66 · 105

6,0 · 104

2,0 · 104

Dawriet minimi b’persentaġġ ta’ 50 Mbmax

1,8 · 106

0,69 · 106

6,0 · 105

2,3 · 105

Limiti aċċettati

Ċaqliq tax-xaft tnaqqas 10 fil-mija aktar miċ-ċaqliq imkejjel qisu wara 10 000 dawra.

Qsim tekniku mhux aċċettat.

Telf aċċettat tas-saħħa tat-tidwir fil-bidu fuq l-iskorfini u l-boltijiet li jwaħħlu r-rota (10)

Massimu 30 fil-mija

4.   SKEDA TAT-TEST GħAS-SENSIELA TA' TIPI TA' ROTI

Roti ta’ l-istess tip (paragrafu 2.2.) iżda li għandhom valuri differenti tad-daħliet jistgħu jinġemgħu billi jintuża’ l-ogħla valur tas-saħħa tat-test tal-ksur skond l-iskeda tat-test li ġejja. Verżjonijiet tar-rota li għandhom toqba tan-nofs akbar għandhom ikunu inklużi fit-test. F’każ ta’ falliment għandhom ikunu ittestjati aktar kampjuni.

Testijiet meħtieġa:

Numru ta’ roti li jridu jkunu ittestjati

Test tat-tidwir fil-liwjiet

 

Test qasir

Test twil

PCD Minimu

PCD Massimu

jekk hemm PCD wieħed

1

1

2

1

1

2

Varjazzjonijiet fid-daħliet sa 2 mm

Minn 2 mm sa 5 mm

> 5 mm

1

1

1

Testijiet li jridu jsiru jekk il-piż massimu li jistgħu jifilħu r-roti jiżdied sussegwentement.

Jekk ir-riżultat tal-forza tat-test tal-ksur jiżdied sa massimu ta’ 10 fil-mija.

1

1

Test qasir

=

test tat-tidwir tal-ksur b’75 fil-mija ta’ l Mbmax

(ikkalkulat għall-aktar piż fuq ir-rota)

Test twil

=

test tat-tidwir tal-liwjiet b’50 fil-mija ta’ Mbmax

Jekk il-forza tat-test tiżdied b’aktar minn 10 fil-mija, meta mqabbla ma’ l-ewwel approvazzjoni, il-programm kollu għandu jkun repetut.

Image

ANNESS 7

TEST TAT-TIDWIR

1.   DESKRIZZJONI TAT-TEST

Fit-test tat-tidwir l-istress fuq ir-rota meta wieħed ikun qed isuq dritt ‘l quddiem hu simulat billi tiġi ttestjata rota qed iddur kontra drum li għandu dijametru minimu ta’ barra ta’ 1,7 m, fil-każ tat-test tat-tidwir estern, jew dijametru minimu intern daqs ir-redjus dinamiku tat-tajer diviż b’0,4 fil-każ ta' test tat-tidwir intern. Żewġ roti għandhom ikunu ittestjati.

2.   FORMULA BIEX IKUN IKKALKULAT IT-TEST TAT-TAGĦBIJA

It-tipi kollha ta’ vetturi

FP = S × FV

FP

=

testjar tat-tagħbija [N]

FV

=

kemm l-aktar li tiflaħ tagħbija fuqha r-rota [N]

S

=

fattur tas-sigurtà

3.   PROĊEDURI U ĦTIĠIJIET TAT-TESTIJIET

It-Testijiet isiru skond l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

 

M1 u M1G

O1 u O2

Direzzjoni tat-tidwir

Dritta

Fattur tas-sigurtà — S

2,5

2,25 (11)

2,0

Tajers

Meħuda mis-(serje) normali tal-produzzjoni u, jekk hu possibbli, tal-wisa’ tas-sezzjoni massima nominali rakkomandata għar-rota

Veloċità ta’ l-ittestjar f’km/h

Il-massimu li jiflaħ it-tajer skond l-indiċi tal-veloċità, normalment 60-100 km/siegħa

Distanza ekwivalenti tat-tidwir

2 000  km

1 000  km (11)

2 000  km

1 000  km (11)

Kemm ikun minfuħ it-tajer meta jibda t-test (la ċċekkjat jew lanqas ikkontrollat waqt it-test)

Użu normali:

pressjoni tat-test tat-tidwir

Sa

160 kPa

280 kPa

Aktar minn

160 kPa

min. 400 kPa

Limiti fuq kemm jiġu aċċettati

Xquq tekniċi u/jew toħroġ l-arja ma jiġux aċċettati.

Telf aċċettat tas-saħħa tat-tidwir fil-bidu fuq l-iskorfini u l-boltijiet li jwaħħlu r-rota (12)

≤ 30 fil-mija

Image

ANNESS 8

TEST TA’ L-IMPATT

1.   DESKRIZZJONI TAT-TEST

Is-saħħa tar-rota fejn jidħlu l-ksur fit-trufijiet u postijiet oħra kritiċi meta r-rota taħbat ma’ xi ħaġa għandha tkun iċċekkjata. Sabiex ikun magħruf jekk huma jifilħux biżżejjed għall-ixquq jeħtieġ li jsir test ta’ l-impatt kif imsemmi f’Anness 8 — Appendiċi 1.

2.   FORMULA BIEX IKUN IKKALKULAT IT-TEST TAT-TAGĦBIJA

D

=

0,6 × FV / g + 180 [kg]

D

=

valur tal-piż li jaqa’ [kg]

FV

=

kemm tiflaħ l-aktar tagħbija r-rota [N]

g

=

l-aċċelerazzjoni minħabba l-gravità 9,81 m/s2

3.   PROĊEDURI U ĦTIĠIJIET TAT-TEST

 

M1 u M1G

Proċedura u ħtiġijiet

Kif imsemmi f’Anness 8 — Appendiċi 1

Kemm hu minfuħ it-tajer

Kemm għandu jintefaħ it-tajer kif rakkomandat mill-fabbrikant tat-tajer ibbażat fuq l-indiċi tat-tagħbija u l-veloċità massima tal-vettura, imma mill-inqas 200 kPa.

Tajers

Tajers meħuda minn (serje) ta’ produzzjoni normali bl-inqas wisa’ nominali tas-sezzjoni u ċ-ċirkonferenza minima tat-tidwir fis-sensiela ta’ tajers rakkomandati għar-rota partikulari.

Kriterji dwar x’għandu jiġi aċċettat

It-test għandu jitqies li hu sodisfaċenti jekk ma jidhrux xquq fil-wiċċ tar-rota u jekk it-tajer ma jinżilx fi żmien minuta minn meta jitlesta t-test. Jiġu aċċettati xquq u daħliet ikkawżati b’kuntatt dirett mal-piż li jserraħ fuqhom.

Fil-każ tar-roti li għandhom rimmijiet jinqalgħu jew komponenti oħra li jistgħu jiżżarmaw, jekk l-irbit invitat li hemm qrib l-ispoke jew it-toqob ta’ l-arja jfalli r-rota ma titqiesx li għaddiet mit-test.

Numru ta’ kampjuni li jridu jkunu ittestjati

Waħda għal kull pożizzjoni ta’ impatt.

Pożizzjonijiet ta’ impatt

Waħda fejn l-ispokes jaqbdu mar-rim u oħra bejn iż-żewġ spokes, qrib ħafna tat-toqba tal-valv.

Jekk hu possibbli, id-direzzjoni ta’ l-impatt m’għandhiex taħbat mal-linja radjali bejn it-toqba li twaħħal u ċ-ċentru tar-rota.

4.   SKEDA TAT-TESTIJIET GĦAS-SENSIELA TA' TIPI TA' ROTI

Testijiet meħtieġa:

Roti li jridu jiġu ttestjati

Test ta’ l-impatt

L-inqas PCD tat-toqbiet li jwaħħlu

L-akbar PCD tat-toqbiet li jwaħħlu

Waħda għal kull pożizzjoni ta’ impatt

Waħda għal kull pożizzjoni ta’ impatt

ANNESS 8

Appendiċi 1

VETTURI TAL-PASSIĠĠIERI — ROTI TAL-METALL ĦAFIF — TEST TA’ LIMPATT

1.   FIRXA

Dan l-anness jispeċifika l-proċedura dwar it-test tal-laboratorju biex tevalwa l-komponenti tal-ħbit ta’ l-impatt fil-kisra tal-fus (laterali) ta’ rota iffabbrikata għal kollox jew parzjalment minn metall ħafif. Hi maħsuba biex tintuża’ f’karozzi tal-passiġġieri, bil-għan li tkun eżaminata u/jew ikkontrollata l-kwalità tar-rota.

2.   APPARAT TAT-TEST

2.1.   Ir-roti l-ġodda, proċessati għal kollox, rappreżentattivi tar-roti maħsuba biex jintużaw f’karozzi tal-passiġġieri, mgħammra b’tajer.

2.2.   Magna li tittestja l-impatt tat-tagħbija b’ħabbata li taġixxi bi dritt li jkollha impatt tal-wiċċ ta’ mill-inqas 125 mm wiesgħa u ta’ l-inqas 375 mm twila u trufijiet ippuntati miksura b’redjus jew kantuniera dritta, skond Figura 1. Il-piż li jaqa’, D, fi ħdan tolleranza ta’ ± 2 fil-mija, imfissra f’kilogrammi, għandha tkun kif ġej:

D = 0,6 × FV / g + 180 [kg]

fejn FV/g huwa t-tagħbija massima statika fuq ir-rota, kif speċifikata mill-fabbrikant tar-rota u/jew tal-vettura, imfissra f’kilogrammi.

2.3.   Piż ta' 1 000 kg.

3.   VALUTAZZJONI

Tiżgura, permezz ta’ adapter tat-test tal-valutazzjoni, li l-piż ta’ 1 000 kg (paragrafu 2.3.) applikat dritt fuq iċ-ċentru tat-tagħmir tar-rota kif jidher f'figura 2 joħloq ksur la ġenba ta’ 7,5 mm ± 0,75 mm meta mkejjel fiċ-ċentru tax-xaft.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

4.1.   Poġġi r-rota li fuqha se jsir it-test (paragrafu 2.1.) u t-tajer fil-magna tat-test (paragrafu 2.2.) b'tali mod li t-tagħbija ta' l-impatt hi applikata fuq il-flange tar-rim tar-rota. Ir-rota għandha titwaħħal bil-fus tagħha f’angolu ta’ 13° ± 1° mal-linja dritta bl-ogħla punt fid-direzzjoni tal-ħabbata.

It-tajer imqiegħed fuq ir-rota li trid isirilha t-test għandu jkun tajer mingħajr tubu radial-ply bl-iżgħar wisa’ tas-sezzjoni nominali maħsub biex jintuża’ fuq dik ir-rota. Kemm irid ikun minfuħ it-tajer għandu jkun speċifikat mill-fabbrikant tal-vettura jew, jekk m’hemmx dik l-ispeċifikazzjoni, għandu jkun 200 kPa.

It-temperatura ta’ l-ambjent tat-test għandha tibqa’ fil-limitu ta’ bejn l-10 °C u t-30 °C waqt il-perjodu kollu tat-test.

4.2.   Irid ikun żgurat li r-rota hi mpoġġija fuq l-istruttura tal-hub bi twaħħil rappreżentattiv fid-daqs bħal dak li kieku jintuża’ fuq il-vettura. It-twaħħil għandu jkun issikkat bl-idejn ma’ valur jew permezz ta’ metodu kif rakkomandat mill-fabbrikant tal-vettura jew tar-rota.

Peress li l-għamla tal-partijiet tan-nofs tar-rota tista’ tvarja, irid isir test fuq numru ta’ postijiet fuq iċ-ċirkonferenza tar-rim tar-rota biex ikun żgurat li tkun assessjata jekk il-partijiet tan-nofs baqgħux sħaħ. Uża’ roti ġodda kull darba.

Fil-każ tat-test ta’ l-ispoke, dak l-ispoke irid jintgħażel fejn it-toqba tal-bolt hi l-eqreb.

4.3.   Irid ikun żgurat li l-ħabbata qiegħda fuq it-tajer, u tgħaddi minn fuq il-flange tar-rim b'25 mm ± 1 mm. Għolli l-ħabbata sa għoli ta’ 230 mm ± 2 mm ‘il fuq mill-ogħla parti tal-flange tar-rim u ħalliha taqa’.

5.   KRITERJA DWAR FALLIMENT

Ir-rota titqies li m’għaddietx mit-test jekk hemm xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

xaqq (xquq) li jidhru jinfdu sezzjoni tal-parti ċentrali ta’ l-istruttura tar-rota;

(b)

il-parti tan-nofs tinfired mir-rim;

(ċ)

it-tajer jinżel kollu f’1 min.

Ir-rota ma titqiesx li m'għaddietx mit-test minħabba li jkun sfurmata l-istruttura tar-rota jew minħabba xquq fis-sezzjoni tar-rim milquta mill-wiċċ tal-platt tal-ħabbata.

Nota: It-tajers u r-roti użati fit-testijiet m’għandhomx jintużaw wara fuq vettura.

Image Image Image

ANNESS 9

TEST DWAR SAĦĦA LI DDAWWAR LI TALTERNA

1.   DESKRIZZJONI TAT-TEST

F’test tas-saħħa li ddawwar li jalterna dik is-saħħa li ddawwar li taġixxi fuq ir-rota waqt l-ibbrejkjar u l-aċċelerazzjoni hi simulata. Il-kampjuni tar-roti għandhom ikunu ittestjati f’kull valur ta’ persentaġġ (50 fil-mija u 75 fil-mija) tas-saħħa li ddawwar massima ikkalkulata. Kull flange tar-rota huwa mwaħħal sod mal-mejda tat-test u magħfus permezz ta’ saħħa li ddawwar li talterna ta’ ± MT, mgħoddija mill-wiċċ imwaħħal jiġifieri permezz tad-diska tal-brejk jew permezz ta’ komponenti oħra.

2.   FORMULA BIEX TKUN IKKALKULATA S-SAĦĦA LI DDAWWAR WAQT IT-TEST

MT = S · FV · rdyn

Fejn:

MT

=

saħħa li ddawwar waqt it-test [Nm]

S

=

fattur tas-sigurtà

FV

=

kemm tiflaħ l-aktar tagħbija r-rota [N]

rdyn

=

rejdjus dinamiku [m]

It-testijiet isiru permezz tal-parametri li ġejjin:

Fattur tas-sigurtà S

1,0

Numru minimu ta’ dawriet b’± 90 fil-mija MT

2 · 105

Numru minimu ta’ dawriet b’± 45 fil-mija MT

2 · 106

Kriterja dwar aċċettazzjoni

Xquq tekniċi mhumiex aċċettati

Telf aċċettat tas-saħħa tat-tidwir fil-bidu fuq l-iskorfini u l-boltijiet li jwaħħlu r-rota (13)

30 fil-mija

ANNESS 10

SPEZZJONIJIET TAT-TAGĦMIR TAL-VETTURA U DOKUMENTAZZJONI

1.   APPLIKAZZJONI U INFORMAZZJONI DWAR IT-TWAĦĦIL

L-awtorità li tapprova t-tip għandha tingħata kopja ta’ l-informazzjoni li ġejja li għandha tingħata wkoll lill-konsumatur mar-rota.

1.1.   Karatteristiċi tar-rota:

Numru ta’ l-approvazzjoni ECE, tip ta’ rota u varjazzjoni, isem mogħti lir-rim internazzjonali (per eżempju, 15 H2 x 5 Formula J) u daħla.

1.2.   Karatteristiċi tal-vettura:

Il-fabbrikant tal-vettura, l-isem tal-mudell tal-vettura u d-deskrizzjoni, is-saħħa tal-vettura u s-sensiela VIN inkluż ta’ l-inqas WMI, VDS u l-ewwel numru ta’ VIS li jiddeskrivi l-mudell tas-sena (ara ISO 3779-1983).

1.3.   Karatteristiċi oħra: Xi ħtiġijiet partikulari, tagħmir speċjali u oħrajn li huma speċifikati meta wieħed juża’ r-roti ta’ rimpjazzament tal-fabbrikant jew ħtiġijiet speċifiċi għar-rota ECE approvata.

1.4.   Dettalji dwar kif għandhom jeħlu:

Rakkomandazzjonijiet u prekawzjonijiet ta’ sigurtà meta twaħħal ir-rota; Użu ta’ xi komponenti li jeħlu mar-rota oħra jew li jissostitwixxu, per eżempju, boltijiet itwal tar-rota jew skorfini mar-roti tal-metall;

Saħħa li ddawwar li tissikka r-rota; b’emfasi fuq l-importanza ta’ dan l-aspett u l-bżonn li jintuża’ jekk jista’ jkun spanner kalibrat li jdawwar; Struzzjoni dwar il-ħtieġa li terġa’ tissikka t-tagħmir tar-rota wara 50 km ta’ sewqan; Referenzi dwar l-użu u t-twaħħil tal-hubcaps, jekk hemm;

1.5.   Eżempju ta’ struttura possibbli tat-tabella dwar Applikazzjoni u Informazzjoni dwar it-twaħħil.

Karatteristiċi tar-rota (dawk l-oqsma obbligatorji huma miktuba skuri)

Numru ta’ l-approvazzjoni ECE

Tip tar-rota

Daqs

Daħla

Pcd

Toqob li jwaħħlu (14)

XY R-I 0001148

6014

6Jx14H2

38 mm

98 mm

4

Varjazzjoni tar-rota

Post fejn ikun ikkontrollat il-plagg

Marki fuq ir-rota

Marki fiċ-ċentru taċ-ċirku

Dijametru tat-toqba tan-nofs

tagħbija massima fuq ir-rota f’N

A

Iva

98-38

120-98

58,1 mm

5 500


Karatteristiċi tal-vetturi

Fabbrikanti tal-vettura

isem tal-mudell tal-vettura

tip ta’ vettura type

Saħħa f'kW

Identifikazzjoni (VIN)

FIAT

ALFA ROMEO 145/146

ALFA ROMEO 930

66-95

WMI

VDS

Sena (snin)

1C9

Y817H3

4


Karatteristiċi oħra

Ref. No.

Karatteristika

1/

Viti tondi li jissikkaw

2.   ĦTIĠIJIET OĦRA

2.1.   Spezzjoni tal-calliper tar-roti

Id-disinn tal-kurva interna tar-rota (calliper tar-rota ara Figura 1) għandha tħalli spazju biżżejjed għall-komponenti tal-brejk, tas-suspension u ta’ l-istering.

F’każ fejn il-calliper tar-rota qiegħed barra l-calliper tar-rota ta’ rimpjazzament tal-vettura tal-fabbrikant, l-ebda verifika m'hi meħtieġa.

F’każ fejn il-calliper qiegħed ġol-calliper tar-rota ta’ rimpjazzament tal-vettura tal-fabbrikant, għandha ssir spezzjoni li r-rota jkollha fejn iddur fejn jidħlu l-komponenti tal-brejk, is-suspension u l-istering u l-komponenti ġenerali ta’ taħt il-vettura, billi jitqies l-effett ta’ l-ibbilanċjar tal-piż fuq ir-roti.

Ġeneralment, għandhom jintlaħqu dawn il-kriterji li ġejjin:

l-inqas spazju għall-komponenti tal-brejk (l-agħar każ, per eżempju b’firrodu ġdid tal-brejkijiet): 3 mm (15),

l-inqas spazju għall-komponenti tas-suspension (per eżempju l-idejn ta’ fuq u ta’ taħt tas-suspension): 4 mm,

l-inqas spazju għall-komponenti ta’ l-istering (per eżempju l-fus tat-track u l-ġonot ta’ l-istering): 4 mm, u

l-inqas spazju bejn il-piżijiet li jibbilanċjaw u l-komponenti tal-vettura: 2 mm.

L-ispezzjoni tista’ ssir waqt li tkun wieqfa jew miexja. Jekk l-ispazji differenti fuq ir-rota ta’ rimpjazzament tal-vettura tal-fabbrikant huma inqas minn dawk mogħtija hawn fuq, imbagħad dawn jistgħu jiġu aċċettati.

2.2.   Spezzjoni tat-toqob ta’ l-arja

Rota approvata m’għandhiex tnaqqas l-effiċjenza tal-brejk meta mqabbla mar-rota ta’ rimpjazzament tal-fabbrikant. It-trasferiment tas-sħana mill-brejkijiet għal ġor-roti ta’ l-azzar hi meqjusa iżjed serja minn dik tar-roti ħfief tal-metall. F’każ fejn ir-rota ta’ rimpjazzament tal-vettura tal-fabbrikant hi maħsuba għal ċirkolazzjoni ta’ l-arja speċifika mill-brejk li tgħaddi mit-toqob ta’ l-arja (per eżempju b’effett “bħal tal-mitħna tar-riħ”) u fejn il-parti fejn hemm it-toqob ta' l-arja, f'mudell tal-part tar-rota ta’ rimpjazzament tal-fabbrikant, hija iżgħar minn dik korrispondenti tar-rota ta’ rimpjazzament tal-vettura tal-fabbrikant, għandu jsir test li jqabbel biex tkun evalwata l-effiċjenza tal-brejk.

It-test għandu jimxi mal-ħtiġijiet ta' Regolament Nru. 13, appendiċi 4, paragrafu 1.5. Tip I — Proċedura dwar it-test li jonqos. Il-kriterja hija t-temperatura tal-brejk. It-temperatura massima mkejla (diski, drum) billi tintuża’ r-rota ta’ rimpjazzament tal-vettura tal-fabbrikant m’għandhiex tinqabeż fil-każ tar-rota li trid tkun approvata.

Il-hubcaps kollha li jitwaħħlu normalment għandhom jitqiesu.

2.3.   Twaħħil tar-rota

Hu rakkomandat l-użu tal-komponenti li jwaħħlu tar-rota ta’ rimpjazzament tal-vettura tal-fabbrikant. Kull komponent speċjali tat-tagħmir tar-rota għandu jagħti lok għal twaħħil tal-mudell tal-part tar-rota ta’ rimpjazzament mingħajr ma jkun hemm bżonn xi bidliet oħra. In-numru bażiku tat-tagħmir tar-roti, per eżempju 4 toqob, 5 toqob u oħrajn, m’għandux jinbidel. It-tagħmir tar-roti m’għandux jostakola komponenti oħra, per eżempju, il-komponenti tal-brejk. Rigward il-boltijiet tar-roti, l-iskorfini u l-viti, it-tul tal-kamin għandu jkun l-istess bħal dak fir-rota u fit-tagħmir tar-rota ta’ rimpjazzament tal-vettura tal-fabbrikant. Kif jidhru l-boltijiet/l-iskorfini minn fuq għandu jkun jaqbel ma’ kif tidher it-toqba fejn jidħlu fir-rota approvata. Il-materjal użat għall-komponenti tat-tagħmir tar-rota għandu jkun ta’ l-inqas daqs il-komponenti tat-tagħmir tar-rota tal-vettura tal-fabbrikant.

F’każ fejn jiġu provduti l-aċċessorji tar-rota, għandu tkun provduta wkoll kull tip ta' għodda speċjali biex twaħħal u tħoll.

Fejn jiġu fornuti komponenti tat-tagħmir tar-rota differenti, huma għandhom ikunu mniżżla fl-informazzjoni meħtieġa f’paragrafu 1.2, u kull għodda speċjali meħtieġa biex twaħħal għandha tkun provduta.

2.4.   Projezzjonijiet esterni

Ir-rota approvata meta mwaħħla fuq il-vettura, flimkien ma’ xi aċċessorji meħtieġa tar-rota, m’għandhiex tkun ta’ periklu. Għandhom ikunu mħarsa l-ħtiġijiet ta’ Regolament ECE-R26.

2.5.   Mixxellanji

Ir-rapport tat-test għandu jkun fih id-dettalji u r-riżultati tat-testijiet li jsiru. Għandu jikkonferma li r-rota ttestjata laħqet il-ħtiġijiet.

Image

(1)  Kategoriji M u O kif imfissra f'Anness 7 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar it-Tiswir tal-Vetturi (R.E.3) (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2).

(2)  L-istandards tat-tajer jistgħu jinkisbu minn dawn l-indirizzi li ġejjin:

ISO, 1, rue de Varembé, Case postale 56, CH-1211 Genève 20 — L-Iżvizzera.

(3)  ETRTO, 32 Av. Brugmann — Bte 2, B-1060 Brussell, il-Belġju.

(4)  TRA, 175 Montrose West Avenue, Suite 150, Copley, Ohio, 44321 USA.

(5)  JATMA, NO.33 MORI BLDG. 8th Floor 3-8-21, Toranomon Minato-Ku, Tokjo 105-0001, il-Ġappun.

(6)  TRAA, Suite 1, Hawthorn House, 795 Glenferrie Road, Hawthorn, Victoria, 3122 l-Awstralja.

(7)  ALAPA, Avenida Paulista 244-12° Andar, CEP, 01310 Sao Paulo, SP il-Brażil.

(8)  STRO, Älggatan 48 A, Nb, S-216 15 Malmö, l-Iżvezja.

(9)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għal Jugożlavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għall-Islovenja, 27 għall-Islovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bożnija u l-Herżegovina, 32 għal-Latvija, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għal Azerbaijan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għal Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu rispettiv tagħhom ECE), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, u 51 għar-Repubblika tal-Korea. Subsequent numbers shall be assigned to other countries in the chronological order in which they ratify or accede to the Agreement Concerning the Adoption of Uniform Technical Prescriptions for Wheeled Vehicles, Equipment and Parts which can be Fitted and/or be Used on Wheeled Vehicles and the Conditions for Reciprocal Recognition of Approval Granted on the Basis of these Prescriptions, and the numbers thus assigned shall be communicated by the Secretary-General of the United Nations to the Contracting Parties to the Agreement. Numri sussegwenti għandhom jingħataw lill-pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jissieħbu fil-Ftehim Dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Parts li jistgħu Jitwaħħlu fuq u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet dwar l-Għarfien Reċiproku ta’ l-Approvazzjoni Mogħtija Abbażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri hekk mogħtija għandhom ikunu komunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet f’Kuntratt għall-Ftehim.

(10)  Iċċekkja t-telf fis-saħħa li tissikka tat-tagħmir tar-roti billi terġa' tissikka, mhux billi tkejjel is-saħħa ħalla tħoll it-tagħmir.

(11)  Għall-karozzi tal-passiġġieri diski tar-roti ta' l-azzar.

(12)  Iċċekkja t-telf fis-saħħa li tissikka tat-tagħmir tar-roti billi terġa' tissikka — mhux billi tkejjel is-saħħa ħalla tħoll it-tagħmir.

(13)  Iċċekkja t-telf fis-saħħa li tissikka tat-tagħmir tar-roti billi terġa' tissikka, mhux billi tkejjel is-saħħa ħalla tħoll it-tagħmir.

(14)  L-użu tal-profili tal-komponent tal-brejk tal-vettura tal-fabbrikant u l-calliper tar-rota hu rakkomandat. Iżda monitoraġġ waqt is-servizz hu meħtieġ minħabba xi bidla possibbli fil-parts tal-brejk u/jew tal-OE-calliper tar-rota waqt li tkun qed issir il-produzzjoni tal-vettura.

(15)  L-użu tal-profili tal-komponent tal-brejk tal-vettura tal-fabbrikant u l-calliper tar-rota hu rakkomandat. Iżda monitoraġġ waqt is-servizz hu meħtieġ minħabba xi bidla possibbli fil-parts tal-brejk u/jew tal-OE-calliper tar-rota waqt li tkun qed issir il-produzzjoni tal-vettura.