41995D0021



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0176 - 0179


Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

tal-20 ta' Diċembru 1995

dwar l-iskambju fil-pront bejn l-Istati ta' Schengen ta' l-informazzjoni ta' statistika u speċifika dwar il-possibiltà ta' problemi li jistgħu jinqalgħu fil-fruntieri esterni.

(SCH/Kumm-ex (95)21)

KUMITAT EŻEKUTTIV,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen,

Wara li kkunsidra l-Artikoli 7 u 131 tal-Konvenzjoni msemmija hawn fuq,

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

L-Istati ta' Schengen għandhom jiskambjaw mill-iktar fiss possibbli informazzjoni ta' statistika u speċifika li tista' tikxef problemi ta' ħidma ħażina possibbli fil-fruntieri esterni.

L-Istati ta' Schengen għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni speċifika li jista' jkollhom lill-President permezz tas-Segretariat Ġenerali.

Is-Sottogrupp dwar il-Fruntieri għandu jeżamina din l-informazzjoni f'kull laqgħa u jagħti soluzzjonijiet prattiċi.

Ostend, l-20 ta' Diċembru, 1995.

Il-President

J. Vande Lanotte

--------------------------------------------------

SCH/I-QUDDIEM (95)45 rev. 2 korr.

NOTA LILL-GRUPP ĊENTRALI

Wara l-mandat li ġie mogħti lill-Grupp Ċentrali mill-Kumitat Eżekuttiv fl-24 ta' Ottubru, 1995, is-Sottogrupp dwar il-Fruntieri ġie mitlub jistħarreġ dwar il-problemi li dehru fir-rigward tal-kontrolli fil-fruntieri esterni.

Għal dan il-għan, fl-implementazzjoni ta' l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta' Schengen u sabiex jingħata kontenut fattwali tad-disposizzjonijiet tal-punt 4.1 tal-Manwali Komuni, ġiet inventata għodda ta' statistika, ibbażata fuq ix-xogħol tas-CIREFI.

Kull Stat jieħu ħsieb li jibgħat lis-Segretarjat tas-Schengen, fi żmien 30 ġurnata minn meta nġabret, informazzjoni ta' statistika li tipprmetti għal monitoraġġ u tagħrif aħjar tal-fenomenu tal-migrazzjoni, fil-forma tat-tabelli hawn meħmuża.

Is-Segretarjat tas-Schengen għandu d-dmir li jibgħat din l-infomrazzjoni lill-Istati tas-Schengen imedjatament.

Is-Segretarjat tas-Schengen, bi ftehim mal-FMAD (uffiċjali ssekondati), għandu jiġbor l-informazzjoni. Il-FMAD jista' jagħmel f'isem il-President l-ewwel analażi tal-problemi li jistgħu jirriżultaw mill-eżami ta' din l-informazzjoni Kull Stat Membru għandu id-dritt li jagħmel l-mistoqsijiet li jaħseb li hemm bżonn li jiġu eżaminati.

Fl-istess żmien li jibagħtu l-informazzjoni ta' statistika kull Stat Membru għandu jikkomunika informazzjoni fuq diffikultajiet kurrenti fit-twettieq ta' kontrolli fuq il-fruntieri esterni; dik l-informazzjoni tista' wkoll tiġi analiżżata skond l-arrangamenti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu ta' qabel.

Għal dan il-għan l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati ta' Schengen, permezz tad-dipartimenti tagħhom risponsabbli għall-kontroll tal-frunieri esterni u permezz ta' uffiċjali tal-komunikazzjoni, sakemm il-ftehim bilaterali jħalli dawn l-uffiċjali ssekondati jagħmlu dan ix-xogħol, għandhom jiġbru l-informazzjoni kollha fuq il-problemi speċifiċi li jqumu fil-fruntieri esterni li jissuġġerixxu problemi ta' ħidma ħażina fil-livell ta' kontroll fil-fruntieri. L-Awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġbru u janalizzaw din l-informazzjoni u jinformaw lill-Presidenza permezz tas-Segretarjat.

Kull laqgħa tas-Sottogrupp dwar il-Fruntieri għandu jkollha punt fuq l-aġenda tagħha għall-osservazzjonijiet magħmula fuq dik l-istatistika u fuq dawn il-problemi.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------