8.7.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/26


KONVENZJONI

dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża għall-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA GĦAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

WARA LI KKUNSIDRAW li r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, ladarba saru Membri tal-Komunità, intrabtu li jaderixxu għall-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI:

Melchior WATHELET,

Deputat Prim Ministru, Ministru għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Ekonomiċi

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA:

Michael BENDIK,

Ministru għall-Ġustizzja

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA:

Wolfgang HEYDE,

Direttur Ministerjali fil-Ministeru Federali għall-Ġustizzja

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA:

Michalis PAPACONSTANTINOU,

Ministru għall-Ġustizzja

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA:

Tomás DE LA QUADRA-SALCEDO y Fernández DEL CASTILLO,

Ministru għall-Ġustizzja

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA:

Michel VAUZELLE,

Gwardjan tas-Siġilli, Ministru għall-Ġustizzja

IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA:

Pádraig FLYNN,

Ministru għall-Ġustizzja

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA:

Giovanni BATTISTINI,

Ambaxxatur f'Liżbona

L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU:

Charles ELSEN,

L-Ewwel Kunsillier tal-Gvern

IL- MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA:

E. M. H. HIRSCH BALLIN,

Ministru għall-Ġustizzja

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA:

Álvaro José BRILHANTE LABORINHO LÚCIO,

Ministru għall-Ġustizzja

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ:

John Mark TAYLOR,

Sotto-Segretarju Parlamentari ta' l-Istat għad-Dipartiment tal-Lord Kanċillier

FTIEHMU KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

Ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża b'dan jaderixxu għall-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980.

L-Artikolu 2

Il-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali hija b'dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 22(2), l-Artikolu 27 u t-tieni sentenza ta' l-Artikolu 30(3) għandhom jitħassru;

2.

dan li ġej għandu jissostitwixxi l-Artikolu 31(d):

“(d)

komunikazzjonijiet magħmula bis-saħħa ta' l-Artikoli 23, 24, 25, 26 u 30”

.

L-Artikolu 3

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu jibgħat kopja ċertifikata tal-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Irlandiża u Taljana lill-Gvernijiet tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża.

It-test tal-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali bil-lingwa Portugiża u Spanjola jinsab fl-Annessi I u II ta' din il-Konvenzjoni. It-testi mfassla bil-lingwa Portugiża u Spanjola għandhom ikunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi l-oħra tal-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali.

L-Artikolu 4

Din il-Konvenzjoni għandha tiġi ratifikata mill-Istati Firmatarji. L-istrumenti ta' ratifika għandhom jiġu depożitati mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 5

Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ, fir-relazzjonijiet bejn l-Istati li rratifikawha, fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika mir-Renju ta' Spanja jew ir-Repubblika Portugiża u minn Stat wieħed li rratifika l-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali.

Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ għal kull Stat Kontraenti li sussegwentement jirratifikaha fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu ta' l-istrument ta' ratifika tiegħu.

L-Artikolu 6

Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu jinnotifika lill-Istati firmatarji dwar:

(a)

id-depożitu ta' kull strument ta' ratifika

(b)

id-dati tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni għall-Istati Kontraenti.

L-Artikolu 7

Din il-Konvenzjoni, imfassla f'oriġinal uniku bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Irlandiża, Taljana, Portugiża u Spanjola, bit-testi kollha jkunu ugwalment awtentiċi, għandha tiġi depożitata fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Is-Segretarju Ġenerali għandu jibgħat kopja ċertifikata lill-Gvern ta' kull Stat Firmatarju.