15.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1768
tal-14 ta’ Lulju 2023
li jistabbilixxi regoli dettaljati għaċ-ċertifikazzjoni u d-dikjarazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-kostitwenti ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 47(1) u 62(13),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 jistabbilixxi rekwiżiti essenzjali komuni biex jiġi previst livell uniformi għoli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni u biex jiġi żgurat li l-integrità u l-prestazzjoni relatata mas-sikurezza tas-sistemi u tal-kostitwenti jkunu xierqa għall-iskop maħsub tagħhom. Jenħtieġ li l-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ATM/ANS) u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS tiżgura l-operazzjoni fl-assjem tagħha tan-network Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (EATMN). |
(2) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet dettaljati biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali; jenħtieġ li kull meta possibbli dawk l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati jibbażaw fuq standards tal-industrija rikonoxxuti mill-Organizzazzjonijiet ta’ Standardizzazzjoni (SDOs) li jirriflettu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-aħjar prattiki ta’ disinn. Jenħtieġ li d-disinn u l-produzzjoni tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS jitwettqu b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti għall-ħruġ taċ-ċertifikazzjoni u tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tad-disinn u f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati maħruġa mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”). |
(3) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti metodi differenti ta’ attestazzjoni għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’Anness ta’ dan ir-Regolament u speċifikazzjonijiet dettaljati tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS. Jenħtieġ li jintużaw metodi ta’ attestazzjoni aktar stretti fir-rigward tal-operat sikur tal-inġenji tal-ajru, u fir-rigward ta’ tagħmir li huwa kritiku f’termini tal-interoperabbiltà u s-sigurtà tal-EATMN. |
(4) |
Fi ħdan l-ATM/ANS, is-servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) huma l-aktar importanti fir-rigward tar-riskji għas-sikurezza relatati man-navigazzjoni tal-inġenji tal-ajru, partikolarment minħabba l-ħruġ ta’ struzzjonijiet biex jiġu żgurati s-separazzjoni tal-inġenji tal-ajru u l-evitar ta’ kolliżjonijiet. Il-fornituri tal-ATC għandhom l-aktar perspettiva kompluta rigward is-sikurezza tal-ispazju tal-ajru. Għalhekk, jenħtieġ li l-aktar tagħmir kritiku ta’ ATM/ANS, jiġifieri t-tagħmir li jappoġġa l-ATC, ikun soġġett għal metodi ta’ attestazzjoni aktar stretti, jiġifieri ċertifikazzjoni. |
(5) |
It-tagħmir tal-ATM/ANS li jappoġġa l-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art jagħti struzzjonijiet diretti lill-inġenji tal-ajru u jenħtieġ li jkun soġġett għal ċertifikazzjoni wkoll. |
(6) |
Is-servizzi ta’ Komunikazzjoni, Sorveljanza u Navigazzjoni jintużaw direttament mill-ATS biex tiġi żgurata n-navigazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru, iżda t-tliet servizzi msemmija ma għandhomx perspettiva kompluta tat-traffiku u ma għandhomx kontroll attiv fuq is-separazzjoni tal-inġenji tal-ajru. Konsegwentement, huma għandhom rwol inqas kritiku. Jenħtieġ li s-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li jappoġġawhom ikunu soġġetti għal metodu ta’ attestazzjoni inqas strinġenti, jiġifieri dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn. |
(7) |
Fl-aħħar nett, jenħtieġ li sistemi u tagħmir tal-ATM/ANS inqas kritiċi oħrajn li jappoġġaw servizzi meteoroloġiċi, servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika, servizzi ta’ ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u servizzi ta’ ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru jkunu soġġetti għall-metodu ta’ attestazzjoni l-inqas strinġenti, jiġifieri dikjarazzjoni ta’ konformità. |
(8) |
Huma possibbli kriterji addizzjonali biex tittieħed deċiżjoni dwar il-kritikalità tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS flimkien mal-kontroll maniġerjali fuq ir-riskji għas-sikurezza tas-servizzi u tal-funzjonijiet li huma jappoġġaw. |
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti tliet livelli differenti ta’ rekwiżiti u speċifikazzjonijiet dettaljati, jiġifieri: (i) ċertifikazzjoni mill-Aġenzija, l-aktar livell strinġenti; (ii) dikjarazzjoni minn organizzazzjoni approvata involuta fid-disinn jew il-produzzjoni ta’ tagħmir tal-ATM/ANS, il-livell medju; u (iii) dikjarazzjoni ta’ konformità mill-fornitur tal-ATM/ANS li jintegra t-tagħmir tal-ATM/ANS fis-sistema funzjonali tiegħu, kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 (2), jew, fuq talba tal-fornitur tal-ATM/ANS, minn organizzazzjoni approvata involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS. |
(10) |
F’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA) ġiet fdata bil-ġestjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS), inkluż l-esplojtazzjoni ta’ EGNOS li jkopri, fost azzjonijiet oħrajn, l-appoġġ għall-isforzi ta’ ċertifikazzjoni u standardizzazzjoni. |
(11) |
Skont ir-Regolament (UE) 2021/696, kemm l-EUSPA kif ukoll l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) huma responsabbli mid-disinn tas-sistema EGNOS u t-tagħmir tagħha. Jenħtieġ li l-Aġenzija tissorvelja d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-EGNOS f’konformità mal-arranġamenti speċifiċi li għandhom jiġu konklużi mal-EUSPA. Dawk l-arranġamenti għandhom jindirizzaw aspetti tekniċi, amministrattivi u finanzjarji bħal rekwiżit li tiġi kkonsultata l-EUSPA fir-rigward tal-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet dettaljati; is-sorveljanza mill-EASA tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tad-disinn tas-sistema EGNOS; u l-iskambju tad-data bejn iż-żewġ aġenziji dwar il-konformità rilevanti tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPS) tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO). Dawk l-arranġamenti għandhom jiżguraw livell ta’ sikurezza u interoperabbiltà ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
(12) |
F’ċerti territorji remoti, barra mir-reġjun Ewropew (EUR) tal-ICAO kif definit fil-European (EUR) Air Navigation Plan Volume I (Doc 7754) tal-ICAO, b’volum baxx ta’ traffiku, u fejn dak l-ispazju tal-ajru jikkonfina biss ma’ spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ fornituri tal-ATM/ANS ta’ pajjiż terz, l-applikazzjoni tal-metodi ta’ attestazzjoni ta’ ċertifikazzjoni u dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS tista’ tkun ta’ sfida jew saħansitra mhux fattibbli, minħabba l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ sikurezza u interoperabbiltà tagħhom. F’tali każijiet, għal tagħmir tal-ATM/ANS li jintuża minn fornituri tal-ATM/ANS f’żoni remoti barra mir-reġjun EUR tal-ICAO, jitqies xieraq li jiġu pprovduti derogi mir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni jew dikjarazzjoni applikabbli għal tali tagħmir tal-ATM/ANS. Minflok, sabiex jipprevedi forniment sikur u interoperabbli tal-ATM/ANS, il-fornitur tal-ATM/ANS f’dak ir-reġjun jeħtieġ li jiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli jiġu ssodisfati billi joħroġ dikjarazzjoni ta’ konformità. |
(13) |
Huwa meħtieġ li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-qafas regolatorju l-ġdid stabbilit minn dan ir-Regolament u li jiġi żgurat li jinżamm livell għoli u uniformi ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi pprovdut biżżejjed żmien sabiex l-industrija tad-disinn u tal-manifattura tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS u l-Aġenzija u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw għal dan il-qafas il-ġdid. Huwa xieraq li t-tagħmir tal-ATM/ANS li jkun qed jiġi operat u li jkun ġie attestat taħt il-qafas preċedenti jitqies daqslikieku kien inħareġ b’ċertifikati jew dikjarazzjonijiet maħruġa taħt il-qafas il-ġdid matul perjodu ta’ tranżizzjoni, sakemm l-Aġenzija ma tiddikjarax li tali tagħmir ma jiżgurax il-livell ta’ sikurezza u interoperabbiltà meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139. |
(14) |
Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, fir-rigward ta’ kwalunkwe sistema tal-ATM/ANS u kostitwent tal-ATM/ANS ġodda, dikjarazzjoni ta’ konformità, maħruġa mill-fornitur tal-ATM/ANS li jintegraha fis-sistema funzjonali tiegħu, jew, fuq talba, mill-organizzazzjoni tad-disinn u tal-produzzjoni li tiddisinjaha u timmanifatturaha, jenħtieġ li tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-ATM/ANS imsemmi definit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373. |
(15) |
Wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun unikament responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u biex tirċievi dikjarazzjonijiet dwar ċertu tagħmir tal-ATM/ANS; għalhekk jixraq li l-Aġenzija tevalwa l-informazzjoni dwar il-konformità sottomessa lill-awtoritajiet nazzjonali skont il-qafas preċedenti, qabel ma dan it-tagħmir tal-ATM/ANS isir il-kompetenza tal-Aġenzija. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-Aġenzija. Wara l-evalwazzjoni mill-Aġenzija, jenħtieġ li t-tagħmir tal-ATM/ANS jitqies li jkunu nħarġulu ċertifikat jew dikjarazzjoni ta’ konformità. L-evalwazzjoni jeħtieġ li ssir pubblika b’deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 01/2023, maħruġa mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni għaċ-ċertifikazzjoni u d-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar:
(a) |
l-identifikazzjoni ta’ sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS li huma soġġetti għal ċertifikazzjoni, dikjarazzjoni, jew dikjarazzjoni ta’ konformità; |
(b) |
il-ħruġ ta’ ċertifikati għas-sistemi tal-ATM/ANS u għall-kostitwenti tal-ATM/ANS; |
(c) |
il-ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet tal-konformità tad-disinn tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS minn organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS u li ġew approvati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1769 (4) biex ikollhom il-privileġġi li joħorġu tali dikjarazzjonijiet ta’ konformità; |
(d) |
il-ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet ta’ konformità tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti tal-ATM/ANS mill-fornituri tal-ATM/ANS iċċertifikati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 jew minn organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni tagħhom approvati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769; |
(e) |
il-ħruġ ta’ direttivi dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS mill-Aġenzija. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“tagħmir tal-ATM/ANS” tfisser kostitwenti tal-ATM/ANS kif definiti mill-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) 2018/1139 u sistemi tal-ATM/ANS kif definiti mill-Artikolu 3(7) ta’ dak ir-Regolament, minbarra kostitwenti fl-ajru li huma soġġetti għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (5); |
(2) |
“direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS” tfisser dokument maħruġ mill-Aġenzija li jordna l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-fornituri tal-ATM/ANS fuq tagħmir tal-ATM/ANS biex jindirizzaw kundizzjoni insikura u/jew insigura li tkun ġiet identifikata u jirrestawraw il-prestazzjoni u l-interoperabbiltà ta’ dak it-tagħmir tal-ATM/ANS meta l-evidenza turi li s-sikurezza, is-sigurtà, il-prestazzjoni jew l-interoperabbiltà ta’ dak it-tagħmir partikolari jistgħu inkella jiġu kompromessi; |
(3) |
“network Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru” (EATMN) tfisser il-ġbir ta’ sistemi, elenkati fil-punt 3.1 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139, li jippermettu li jiġu pprovduti servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fl-Unjoni, inklużi l-interfaċċi fil-konfini ma’ pajjiżi terzi; |
(4) |
“sistema funzjonali” tfisser taħlita ta’ proċeduri, riżorsi umani u tagħmir, inklużi hardware u software, organizzati sabiex iwettqu funzjoni fil-kuntest tal-ATM/ANS u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ATM. |
Artikolu 3
Awtorità kompetenti
1. L-Aġenzija għandha tkun l-awtorità kompetenti responsabbli biex toħroġ ċertifikati għat-tagħmir tal-ATM/ANS f’konformità mal-Artikolu 4, biex taċċetta dikjarazzjonijiet ta’ konformità tad-disinn ta’ tagħmir tal-ATM/ANS maħruġa f’konformità mal-Artikolu 5, u għas-sorveljanza taċ-ċertifikat u tad-dikjarazzjonijiet. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.
2. L-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza tad-dikjarazzjoni ta’ konformità maħruġa minn fornitur tal-ATM/ANS f’konformità mal-Artikolu 6 għandha tkun l-istess awtorità kompetenti bħall-awtorità responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta’ dak il-fornitur tal-ATM/ANS.
Artikolu 4
Ċertifikazzjoni ta’ tagħmir tal-ATM/ANS
1. It-tagħmir tal-ATM/ANS li ġej għandu jinħariġlu ċertifikat kif stabbilit fl-Anness II:
(a) |
tagħmir li jappoġġa l-komunikazzjonijiet bejn il-bdot u l-kontrollur; |
(b) |
tagħmir li jappoġġa s-servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) meta jippermetti s-separazzjoni tal-inġenji tal-ajru jew il-prevenzjoni ta’ kolliżjonijiet. |
2. Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinħareġ mill-Aġenzija.
3. Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinħareġ għal durata mhux limitata. Dan għandu jibqa’ validu indefinittivament, ħlief meta:
(a) |
id-detentur taċ-ċertifikat ma jibqax konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; jew |
(b) |
fir-rigward tat-tagħmir tal-ATM/ANS, ma jkun hemm l-ebda approvazzjoni tal-organizzazzjoni valida maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769; jew |
(c) |
it-tagħmir tal-ATM/ANS ma jibqax konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.025 tal-Anness II; jew |
(d) |
iċ-ċertifikat ikun ġie ċedut mid-detentur tiegħu jew revokat mill-Aġenzija. |
Maċ-ċediment jew mar-revoka taċ-ċertifikat, jekk ikun maħruġ f’format stampat, dan għandu jiġi rritornat lill-Aġenzija mingħajr dewmien.
4. B’deroga mill-paragrafu 1, it-tagħmir tal-ATM/ANS li qed jintuża unikament f’parti limitata ta’ spazju tal-ajru barra mir-reġjun EUR tal-ICAO b’volum baxx ta’ traffiku, u fejn dik il-parti tal-ispazju tal-ajru tikkonfina biss ma’ spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ pajjiż terz, ma għandux ikun meħtieġ li jinħariġlu ċertifikat. F’tali każ, it-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tinħariġlu dikjarazzjoni ta’ konformità skont l-Artikolu 6.
Artikolu 5
Dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS
1. It-tagħmir tal-ATM/ANS li ġej, meta jiġġenera, jirċievi, u jittrażmetti d-data u/jew is-sinjali fl-ispazju bl-iskop li tiġi żgurata navigazzjoni tal-ajru sikura u interoperabbli, għandha tinħariġlu dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn kif stabbilita fl-Anness III:
(a) |
tagħmir li jappoġġa l-komunikazzjonijiet mill-art għall-art; |
(b) |
tagħmir li jappoġġa n-navigazzjoni jew is-sorveljanza. |
2. Id-dikjarazzjonijiet ta’ konformità tad-disinn għandhom jinħarġu minn organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ tagħmir tal-ATM/ANS u li huma approvati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769.
3. Id-dikjarazzjonijiet ta’ konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandhom jinħarġu għal durata mhux limitata. Id-dikjarazzjonijiet għandhom jibqgħu validi sakemm ma jkunux tneħħew mir-reġistrazzjoni f’konformità mal-punt DPO.AR.C.015(g)(6) tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769 bħala riżultat ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
it-tagħmir tal-ATM/ANS ma jibqax konformi mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati li ppermettew li tinħareġ id-dikjarazzjoni; |
(b) |
l-emittent tad-dikjarazzjoni ma jibqax konformi mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769 jew l-approvazzjoni tiegħu tkun ġiet ċeduta, sospiża jew revokata; |
(c) |
it-tagħmir tal-ATM/ANS ikun wera li jagħti lok għal riskju inaċċettabbli jew prestazzjoni inaċċettabbli fis-servizz; |
(d) |
l-organizzazzjoni tkun irtirat id-dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn. |
4. B’deroga mill-paragrafu 1, it-tagħmir tal-ATM/ANS li qed jintuża unikament f’parti limitata ta’ spazju tal-ajru barra mir-reġjun EUR tal-ICAO b’volum baxx ta’ traffiku, u fejn dik il-parti tal-ispazju tal-ajru tikkonfina biss ma’ spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ pajjiż terz, ma għandux ikun meħtieġ li tinħariġlu dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn. F’tali każ, it-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tinħariġlu dikjarazzjoni ta’ konformità skont l-Artikolu 6.
5. Fir-rigward tat-tagħmir tal-ATM/ANS tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS), id-dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn kif stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandha tinħareġ mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA) stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/696, li għandha titqies bħala organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ tagħmir tal-EGNOS.
6. Il-punti ATM/ANS.EQMT.DEC.005 u ATM/ANS.EQMT.DEC.045 tal-Anness III ma għandhomx ikunu applikabbli għall-EUSPA. L-EUSPA għandha tiżgura li l-Aġenzija tingħata aċċess għal evidenza mill-entitajiet differenti involuti fid-disinn u fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS tas-sistema EGNOS, sabiex tiġi ddeterminata l-konformità kontinwa mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli li magħhom tkun saret id-dikjarazzjoni dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS f’konformità mal-Anness III.
Artikolu 6
Dikjarazzjoni ta’ konformità
1. It-tagħmir tal-ATM/ANS li ġej għandha tinħariġlu dikjarazzjoni ta’ konformità:
(a) |
tagħmir li la huwa soġġett għal ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 u lanqas għal dikjarazzjoni ta’ konformità skont l-Artikolu 5; u |
(b) |
tagħmir li jappoġġa s-servizzi tat-traffiku tal-ajru, is-servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza, il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru, il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, is-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika jew is-servizzi meteoroloġiċi. |
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tikkonferma li t-tagħmir tal-ATM/ANS huwa konformi mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139.
2. Dikjarazzjoni ta’ konformità għat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tinħareġ mill-fornitur tal-ATM/ANS li jintegra tali tagħmir tal-ATM/ANS fis-sistema funzjonali tiegħu jew, fuq talba tal-fornitur tal-ATM/ANS, minn organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ tali tagħmir tal-ATM/ANS approvat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769.
3. Għandha tinħareġ dikjarazzjoni ta’ konformità għat-tagħmir tal-ATM/ANS għal durata mhux limitata. Din għandha tibqa’ valida sakemm ma tapplikax xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
it-tagħmir tal-ATM/ANS ma jibqax konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness VIII u, jekk applikabbli, fl-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/1139; |
(b) |
il-fornitur tal-ATM/ANS ma jibqax konformi mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 jew ikun ċeda ċ-ċertifikat maħruġ f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373, jew iċ-ċertifikat ikun ġie sospiż jew revokat; |
(c) |
il-fornitur tal-ATM/ANS ikun irtira d-dikjarazzjoni ta’ konformità jew il-miżuri ta’ infurzar ikunu ttieħdu f’konformità mal-punt ATM/ANS.AR.C.050(e) tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373. |
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għat-tagħmir tal-ATM/ANS li jkollu dikjarazzjonijiet tal-KE maħruġa f’konformità mal-Artikoli 5 jew 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u li jkun beda jopera qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
It-tagħmir tal-ATM/ANS li jaqa’ fil-kategorija ta’ tagħmir tal-ATM/ANS li jirrikjedi ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 għandu jitqies li jkun inħariġlu ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 4, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax, wara l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, li tali tagħmir tal-ATM/ANS ma jiżgurax livell ta’ sikurezza, sigurtà, prestazzjoni u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament; |
(b) |
it-tagħmir tal-ATM/ANS li jaqa’ fil-kategorija ta’ tagħmir tal-ATM/ANS li jeħtieġ li jiġi ddikjarat f’konformità mal-Artikolu 5 għandu jitqies li tkun inħarġitlu dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn skont l-Artikolu 5, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax, wara l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, li tali tagħmir tal-ATM/ANS ma jiżgurax livell ta’ sikurezza, sigurtà, prestazzjoni u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament; |
(c) |
fir-rigward tat-tagħmir tal-ATM/ANS li huwa soġġett għal dikjarazzjoni ta’ konformità skont l-Artikolu 6, id-dikjarazzjonijiet KE ta’ verifika tas-sistemi li jkunu nħarġu jew ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 għandhom jibqgħu validi għal durata mhux limitata u għandhom jitqiesu li għandhom dikjarazzjoni ta’ konformità skont l-Artikolu 6. |
2. L-Aġenzija għandha tevalwa t-tagħmir tal-ATM/ANS imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 fi żmien 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandha tippubblika r-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni. Għal dak l-iskop, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u għas-sorveljanza tal-fornituri tal-ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni rilevanti biex jiffaċilitaw din l-evalwazzjoni. L-objettiv ta’ dik l-evalwazzjoni għandu jkun li jiġi ddeterminat jekk it-tagħmir tal-ATM/ANS rilevanti jiżgurax livell ta’ sikurezza, sigurtà, prestazzjoni u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament. Ir-riżultat tal-evalwazzjoni għandu jiġi ppubblikat u kwalunkwe miżura biex jinbidel it-tagħmir tal-ATM/ANS identifikata mill-evalwazzjoni għandha tiġi applikata wara 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, irrispettivament mid-data fattwali meta sseħħ l-evalwazzjoni, sakemm l-evalwazzjoni ma tiżvelax xi defiċenza li jista’ jkollha effett detrimentali fuq is-sikurezza. F’każ li tinstab xi defiċenza li jista’ jkollha effett detrimentali, kwalunkwe miżura biex jinbidel it-tagħmir tal-ATM/ANS żvelata mill-evalwazzjoni għandha tiġi applikata minnufih. Wara 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, it-tagħmir tal-ATM/ANS imsemmi fil-punti (a) sa (b) tal-paragrafu 1 għandu jitqies li huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
3. It-tagħmir tal-ATM/ANS li huwa soġġett għal ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 jew għal dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5 jista’ jibda jopera mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sat-12 ta’ Settembru 2028 abbażi ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità magħmula skont l-Artikolu 6. Mit-13 ta’ Settembru 2028, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin għal tali tagħmir tal-ATM/ANS:
(a) |
It-tagħmir tal-ATM/ANS li jaqa’ fil-kategorija ta’ tagħmir tal-ATM/ANS li jeħtieġ ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 u li għalih tkun inħarġet dikjarazzjoni ta’ konformità mill-fornitur tal-ATM/ANS għandu jitqies li jkun inħariġlu ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 4, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax, wara l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, li tali tagħmir tal-ATM/ANS ma jiżgurax livell ta’ sikurezza, sigurtà, prestazzjoni u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament; |
(b) |
it-tagħmir tal-ATM/ANS li jaqa’ fil-kategorija ta’ tagħmir tal-ATM/ANS li jeħtieġ dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn skont l-Artikolu 5 u li għalih tkun inħarġet dikjarazzjoni ta’ konformità mill-fornitur tal-ATM/ANS għandu jitqies li tkun inħarġitlu dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn skont l-Artikolu 5, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax, wara l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, li tali tagħmir tal-ATM/ANS ma jiżgurax livell ta’ sikurezza, sigurtà, prestazzjoni u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament. |
4. L-Aġenzija għandha tevalwa t-tagħmir tal-ATM/ANS imsemmi fil-paragrafu 3 sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2030. Għal dak l-iskop, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u għas-sorveljanza tal-fornituri tal-ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni rilevanti biex jiffaċilitaw din l-evalwazzjoni. L-objettiv ta’ dik l-evalwazzjoni għandu jkun li jiġi ddeterminat jekk it-tagħmir tal-ATM/ANS partikolari jissodisfax livell ta’ sikurezza, sigurtà, prestazzjoni u interoperabbiltà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1139 u minn dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1..
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1769 ta’ 12 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ sistemi u kostitwenti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/203 (Ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26).
ANNESS I
REKWIŻITI GĦALL-AĠENZIJA
(Parti-ATM/ANS.EQMT.AR)
SUBPARTI A
REKWIŻITI ĠENERALI (ATM/ANS.EQMT.AR.A)
ATM/ANS.EQMT.AR.A.001 Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-Aġenzija dwar il-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ ċertifikazzjoni u attivitajiet oħrajn meħtieġa biex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tat-tagħmir tal-ATM/ANS u tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-akkreditazzjoni ta’ entitajiet kwalifikati mill-Aġenzija.
ATM/ANS.EQMT.AR.A.020 Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet kwalifikati
(a) |
Meta l-Aġenzija tiddeċiedi li talloka kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni ta’ tagħmir tal-ATM/ANS soġġett għal dan ir-Regolament, l-approvazzjoni jew is-sorveljanza kontinwa ta’ organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769 lil entitajiet kwalifikati, hija għandha tiżgura li tkun stabbiliet u ddokumentat ftehim mal-entità/ajiet kwalifikata/i, approvat miż-żewġ partijiet għal dak il-ftehim fil-livell maniġerjali xieraq, li jiddefinixxi b’mod ċar:
|
(b) |
L-Aġenzija għandha tiżgura li l-proċess tal-awditjar intern u l-proċess tal-ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza meħtieġa mill-punt DPO.AR.B.001 (a)(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769 ikopru l-kompiti kollha mwettqa f’isimha mill-entità/entitajiet kwalifikata/i. |
(c) |
Fir-rigward tal-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-konformità tal-organizzazzjoni mal-punt DPO.OR.B.001 (d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769, l-Aġenzija tista’ talloka kompiti lil entitajiet kwalifikati f’konformità mal-punt (a), jew lil kwalunkwe awtorità rilevanti responsabbli għas-sigurtà tal-informazzjoni jew għaċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. Meta talloka l-kompiti, l-Aġenzija għandha tiżgura li:
|
ATM/ANS.EQMT.AR.A.030 Direttivi tat-tagħmir tal-ATM/ANS
(a) |
L-Aġenzija għandha toħroġ direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS meta:
|
(b) |
Direttiva dwar tagħmir tal-ATM/ANS għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
ATM/ANS.EQMT.AR.A.035 Speċifikazzjonijiet dettaljati għall-konformità tad-disinn tat-tagħmir
(a) |
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tagħmel disponibbli speċifikazzjonijiet dettaljati li l-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw biex juru l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness VIII u, jekk applikabbli, fl-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/1139 meta:
|
(b) |
L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati msemmija fil-punt (a) għandhom jindikaw l-istandards tad-disinn li jirriflettu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-aħjar prattiki ta’ disinn, u li jibnu fuq l-esperjenza siewja miksuba u l-progress tekniku u xjentifiku, u fuq l-aħjar evidenza u analiżi disponibbli fir-rigward tat-tagħmir tal-ATM/ANS. |
SUBPARTI B – ĊERTIFIKAZZJONI, SORVELJANZA U INFURZAR
(ATM/ANS.EQMT.AR.B)
ATM/ANS.EQMT.AR.B.001 Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS
(a) |
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS u tinnotifikaha lill-applikant għal ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS. Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni għandha tikkonsisti minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
L-inklużjoni possibbli ta’ elementi, karatteristiċi jew funzjonijiet addizzjonali mhux inizjalment inklużi fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni, għandu jġibu l-qbil tal-Aġenzija. |
ATM/ANS.EQMT.AR.B.005 Kundizzjonijiet speċjali
(a) |
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali, imsejħa “kundizzjonijiet speċjali”, għat-tagħmir tal-ATM/ANS jekk l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli relatati ma jitqisux adegwati minħabba waħda minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
Il-kundizzjonijiet speċjali ikun fihom standards ta’ sikurezza, prestazzjoni, sigurtà u intereoperabbiltà li l-Aġenzija tqis li huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-livell xieraq ta’ prestazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS ikun ekwivalenti għal dak meħtieġ mill-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli. |
ATM/ANS.EQMT.AR.B.010 Livell ta’ involviment
(a) |
L-Aġenzija għandha tiddetermina l-livell ta’ involviment tagħha fil-verifika tal-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni tal-konformità u tad-data relatata ma’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat jew għal bidliet fih. Hija għandha tiddetermina dan abbażi tal-valutazzjoni ta’ gruppi suġġettivi ta’ attivitajiet ta’ dimostrazzjoni tal-konformità u data mill-programm taċ-ċertifikazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tindirizza dawn kollha li ġejjin:
Hija għandha tikkunsidra mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(b) |
L-Aġenzija għandha tinnotifika l-livell ta’ involviment tagħha lill-applikant u għandha taġġorna l-livell ta’ involviment tagħha meta dan ikun iġġustifikat minn informazzjoni li jkollha impatt notevoli fuq ir-riskju vvalutat qabel f’konformità mal-punt (a). L-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikant dwar kwalunkwe bidla fil-livell ta’ involviment. |
ATM/ANS.EQMT.AR.B.015 Ħruġ ta’ ċertifikat għat-tagħmir tal-ATM/ANS
(a) |
L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat għat-tagħmir tal-ATM/ANS, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
Iċ-ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jinkludi l-limitazzjonijiet operatorji, l-iskeda tad-data għall-idoneità kontinwa, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS applikabbli li magħha l-Aġenzija tirreġistra l-konformità, u kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni oħra preskritta fl-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli u fil-kundizzjonijiet speċjali. |
ATM/ANS.EQMT.AR.B.015 Investigazzjoni inizjali ta’ sorveljanza tad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS
(a) |
Malli tirċievi dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS minn organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni ta’ tagħmir tal-ATM/ANS u approvata mill-Aġenzija f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769, l-Aġenzija għandha tivverifika li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
Id-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tinkludi l-limitazzjonijiet operatorji, l-iskeda tad-data għall-idoneità kontinwa, l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli li magħhom l-organizzazzjoni tkun uriet konformità, u kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni oħra stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli u fil-kundizzjonijiet speċjali. |
(c) |
Jekk id-dikjarazzjoni ma tkunx konsistenti mal-privileġġi tal-organizzazzjoni jew ikun fiha informazzjoni li tindika nonkonformità mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli u mal-kundizzjonijiet speċjali, l-Aġenzija għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni kkonċernata dwar in-nonkonformità u titlob aktar informazzjoni, azzjonijiet korrettivi u evidenza ta’ dan. |
(d) |
Jekk ir-rekwiżiti fil-punti (a) u (b) jiġu ssodisfati, l-Aġenzija għandha tirrikonoxxi li tkun irċeviet id-dikjarazzjoni. |
ATM/ANS.EQMT.AR.B.025 Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS
L-Aġenzija għandha tirreġistra dikjarazzjoni ta’ konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS f’databażi idonea, diment li:
(a) |
id-dikjarant ikun iddikjara l-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.DEC.010; |
(b) |
id-dikjarant ikun impenja ruħu li jwettaq l-obbligi stipulati fl-Anness III; |
(c) |
ma jkun hemm l-ebda kwistjoni mhux riżolta f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.020. |
ATM/ANS.EQMT.AR.B.030 Bidliet fid-dikjarazzjonijiet
(a) |
Malli tirċievi notifika tal-bidliet f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.DEC.020, l-Aġenzija għandha tivverifika l-kompletezza tan-notifika f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.020. |
(b) |
Meta l-bidla/bidliet taffettwa/jaffettwaw xi aspett tad-dikjarazzjoni li tkun irreġistrata f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.025, l-Aġenzija għandha taġġorna r-reġistru. |
(c) |
Mat-tlestija tal-attivitajiet meħtieġa mill-punti (a) u (b), l-Aġenzija għandha tirrikonoxxi li tkun irċeviet in-notifika lill-organizzazzjoni involuta fid-disinn jew fil-produzzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS. |
ANNESS II
ĊERTIFIKATI TAT-TAGĦMIR TAL-ATM/ANS
(Parti-ATM/ANS.EQMT.CERT)
ATM/ANS.EQMT.CERT.001 Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikati għat-tagħmir tal-ATM/ANS f’konformità mal-Artikolu 4, u d-drittijiet u l-obbligi tal-applikant għal dawk iċ-ċertifikati u tad-detentur tagħhom.
ATM/ANS.EQMT.CERT.005 Eliġibbiltà
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew li tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tad-disinn tagħha f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.010, tista’ tapplika għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
ATM/ANS.EQMT.CERT.010 Dimostrazzjoni tal-kapaċità
Applikant għal ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769, li tkopri t-tagħmir tal-ATM/ANS rispettiv.
ATM/ANS.EQMT.CERT.015 Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS
(a) |
Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS, jew għal bidliet fih, għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija. |
(b) |
Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tinkludi, bħala minimu:
|
(c) |
Wara s-sottomissjoni inizjali tal-applikazzjoni lill-Aġenzija, l-applikant għandu jaġġorna l-programm ta’ ċertifikazzjoni meta jkun hemm bidliet fil-proġett taċ-ċertifikazzjoni li jaffetwaw xi wieħed mill-punti (b)(2)(i) sa (vii). |
(d) |
Applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tkun valida għal 5 snin, sakemm l-applikant ma jurix fil-mument tal-applikazzjoni li jkun jeħtieġ perjodu ta’ żmien itwal biex juri l-konformità u sakemm l-Aġenzija ma taqbilx li testendi dak il-perjodu ta’ żmien. |
(e) |
Fil-każ fejn ma jkunx inħareġ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS, jew jekk ikun evidenti li mhux se jinħareġ, fil-limitu ta’ żmien previst fil-punt (d), l-applikant jista’:
|
ATM/ANS.EQMT.CERT.020 Bidliet li jeħtieġu l-ħruġ ta’ ċertifikat ġdid tat-tagħmir tal-ATM/ANS
Organizzazzjoni tad-disinn approvata li tipproponi bidliet fit-tagħmir tal-ATM/ANS għandha tapplika għall-ħruġ ta’ ċertifikat ġdid fejn il-bidliet fid-disinn jew fil-funzjonalità ta’ dak it-tagħmir tal-ATM/ANS ikunu tant estensivi li tkun meħtieġa investigazzjoni sħiħa tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli.
ATM/ANS.EQMT.CERT.025 Dimostrazzjoni tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS
(a) |
Applikant għandu, wara l-aċċettazzjoni tal-programm taċ-ċertifikazzjoni mill-Aġenzija, juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS kif stabbilit u nnotifikat lill-applikant mill-Aġenzija f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.001, u għandu jipprovdi lill-Aġenzija bil-mezzi li bihom tkun intweriet tali konformità. |
(b) |
Applikant għal ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jaġġorna l-programm taċ-ċertifikazzjoni bil-bażi taċ-ċertifikazzjoni aġġornata f’każ li l-Aġenzija tidentifika l-ħtieġa li l-applikant jagħmel dan wara s-sottomissjoni inizjali stabbilita f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.015. |
(c) |
Applikant għandu jirrapporta lill-Aġenzija kwalunkwe diffikultà jew event li jkun iffaċċja matul il-proċess ta’ dimostrazzjoni tal-konformità li jista’ jkollhom effett sinifikanti fuq il-valutazzjoni skont il-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.015(b)(2)(vi) jew fuq il-programm ta’ ċertifikazzjoni, jew li b’xi mod ieħor jistgħu jkunu jeħtieġu bidla fil-livell ta’ involviment tal-Aġenzija nnotifikata qabel lill-applikant f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.010(b). |
(d) |
Applikant għandu jirreġistra d-dimostrazzjoni tal-konformità fid-dokumenti ta’ konformità kif imsemmi fil-programm taċ-ċertifikazzjoni. |
(e) |
Mat-tlestija tal-attivitajiet kollha ta’ dimostrazzjoni tal-konformità skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni, inklużi kwalunkwe spezzjoni u test imwettqa f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.040, applikant għandu jiddikjara u jissottometti f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija li:
|
(f) |
L-applikant għandu juri li l-elementi, il-karatteristiċi jew il-funzjonijiet li ma jifformawx parti mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni ma għandhom l-ebda interferenza jew effett detrimentali fuq l-idoneità tat-tagħmir tal-ATM/ANS għall-użu maħsub tiegħu. |
ATM/ANS.EQMT.CERT.030 Mezzi ta’ konformità
(a) |
L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi ta’ konformità aċċettabbli (“AMC”, acceptable means of compliance) li jistgħu jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. |
(b) |
Jistgħu jintużaw mezzi ta’ konformità alternattivi sabiex tiġi stabbilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament. |
ATM/ANS.EQMT.CERT.035 Disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS
(a) |
Id-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jikkonsisti minn dan li ġej:
|
(b) |
Kull disinn għandu jiġi identifikat adegwatament. |
ATM/ANS.EQMT.CERT.040 Spezzjoni u ttestjar
(a) |
Qabel ma jsir kull test waqt id-dimostrazzjoni tal-konformità kif meħtieġ mill-punt ATM/ANS.EQMT.CERT.025, l-applikant għandu jkun ivverifika:
|
(b) |
Abbażi tal-verifiki mwettqa f’konformità mal-punt (a), l-applikant għandu joħroġ dikjarazzjoni ta’ verifika li telenka kwalunkwe nonkonformità potenzjali, flimkien ma’ ġustifikazzjoni li dan ma jaffettwax ir-riżultati tat-test u għandu jippermetti lill-Aġenzija twettaq kwalunkwe spezzjoni li tqis li tkun meħtieġa biex tivverifika l-validità ta’ dik id-dikjarazzjoni. |
(c) |
L-applikant għandu jippermetti lill-Aġenzija:
|
(d) |
Għat-testijiet u l-ispezzjonijiet kollha li tagħhom tkun xhud l-Aġenzija:
|
ATM/ANS.EQMT.CERT.045 Żamma ta’ rekords
Minbarra r-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords xierqa għas-sistema ta’ ġestjoni jew assoċjati magħha, id-detentur taċ-ċertifikat għandu jagħmel disponibbli għall-Aġenzija, l-informazzjoni rilevanti kollha tad-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-testijiet, inklużi r-rekords ta’ spezzjoni u t-testijiet irreġistrati, u dawn għandhom jinżammu sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità kontinwa.
ATM/ANS.EQMT.CERT.050 Manwali
Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jipproduċi, iżomm u jaġġorna kopji oriġinali tal-manwali kollha meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, u jipprovdi kopji, fuq talba, lill-Aġenzija.
ATM/ANS.EQMT.CERT.055 Struzzjonijiet ta’ manutenzjoni
(a) |
Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jipprovdi mill-inqas sett wieħed ta’ struzzjonijiet ta’ manutenzjoni kompluti, li jinkludu data deskrittiva u struzzjonijiet għall-eżekuzzjoni mħejjija f’konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, lill-utenti magħrufa kollha u għandu jagħmilhom disponibbli, fuq talba, għal kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawn l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni. |
(b) |
Il-bidliet fl-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni għandhom isiru disponibbli għall-utenti magħrufa kollha u għandhom ikunu disponibbli fuq talba għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawn l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni. Għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija programm li juri kif il-bidliet fl-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni jsiru disponibbli għall-utenti magħrufa kollha. |
ATM/ANS.EQMT.CERT.060 Bidliet fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir tal-ATM/ANS
(a) |
Il-bidliet kollha għandhom jiġu approvati mill-Aġenzija ladarba d-detentur taċ-ċertifikat juri li l-bidliet, u l-oqsma affettwati mill-bidliet, jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni kif stabbilita mill-Aġenzija f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.001. |
(b) |
B’deroga mill-punt (a), il-bidliet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-privileġġi tal-organizzazzjoni wara proċedura approvata ta’ ġestjoni tal-bidliet għandhom jiġu ġestiti mill-organizzazzjoni tad-disinn approvata u għandhom ikunu limitati għal konfigurazzjoni(jiet) speċifika/ċi tat-tagħmir tal-ATM/ANS li magħhom ikunu relatati l-bidliet. |
(c) |
Għal dak l-iskop, id-detentur ta’ ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu jkollu sistema fis-seħħ biex jidentifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-bidliet fit-tagħmir tal-ATM/ANS bħala “minuri” u “maġġuri”. |
(d) |
Il-bidliet għandha tinħarġilhom dikjarazzjoni f’konformità mal-punt (b)(2) tal-punt DPO.OR.C.001 tal-Anness II (Parti-DPO.OR) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769. |
ATM/ANS.EQMT.CERT.065 Direttivi tat-tagħmir tal-ATM/ANS
Meta tinħareġ direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS sabiex tiġi kkoreġuta l-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ ATM/ANS.EQMT.AR.A.030, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu, sakemm ma jkunx iddeterminat mod ieħor mill-Aġenzija f’każ li tkun meħtieġa azzjoni urġenti:
(a) |
jipproponi azzjoni korrettiva xierqa u jissottometti d-dettalji ta’ dik il-proposta lill-Aġenzija għall-approvazzjoni; |
(b) |
wara l-approvazzjoni mill-Aġenzija, jagħmel disponibbli għall-utenti magħrufa kollha tat-tagħmir tal-ATM/ANS u għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u, jekk applikabbli u fuq talba, għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma mad-direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS, id-data deskrittiva xierqa u l-istruzzjonijiet għall-eżekuzzjoni. |
ATM/ANS.EQMT.CERT.070 Spezzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija
Fuq talba tal-Aġenzija, kull organizzazzjoni li jkollha ċertifikat maħruġ mill-Aġenzija skont dan l-Anness għandha:
(a) |
tagħti lill-Aġenzija aċċess għal kwalunkwe faċilità, tagħmir, dokument, rekord, data, proċess, proċedura jew kwalunkwe materjal ieħor, u tippermetti lill-Aġenzija tirreżamina kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni u twettaq jew tkun xhud ta’ kwalunkwe test li jkun meħtieġ biex tiġi vverifikata l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness; |
(b) |
jekk il-persuna fiżika jew ġuridika timpjega sħab, fornituri jew sottokuntratturi, tagħmel arranġamenti magħhom biex tiżgura li l-Aġenzija jkollha aċċess għalihom u tkun tista’ tinvestiga kif deskritt fil-punt (a). |
ANNESS III
DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAD-DISINN TAT-TAGĦMIR TAL-ATM/ANS
(Parti-ATM/ANS.EQMT.DEC)
ATM/ANS.EQMT.DEC.001 Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri għad-dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS, u jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS li huma awtorizzati joħorġu dikjarazzjonijet.
ATM/ANS.EQMT.DEC.005 Eliġibbiltà u dimostrazzjoni tal-konformità
Organizzazzjoni involuta fid-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandha turi l-kapaċità tagħha li tiddikjara l-konformità tad-disinn ta’ ċertu tagħmir tal-ATM/ANS billi jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1769, kif speċifikat fit-termini tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni.
ATM/ANS.EQMT.DEC.010 Dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS
Organizzazzjoni approvata għandha tissottometti lill-Aġenzija dikjarazzjoni datata u ffirmata ta’ konformità tad-disinn ta’ ċertu tagħmir tal-ATM/ANS. Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
deskrizzjoni tad-disinn, inklużi l-konfigurazzjonijiet kollha; |
(b) |
il-prestazzjoni ggradata tat-tagħmir, fejn xieraq, jew direttament jew inkella b’referenza għal dokumenti supplementari oħrajn; |
(c) |
dikjarazzjoni ta’ konformità li tiċċertifika li t-tagħmir jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli, u lista tal-ispeċifikazzjonijiet tad-dikjarazzjoni u l-kundizzjonijiet speċjali, kif applikabbli; |
(d) |
referenza għall-evidenza ta’ sostenn rilevanti, inklużi r-rapporti tat-testijiet; |
(e) |
referenza għall-manwali xierqa tal-operat, setup u manutenzjoni; |
(f) |
il-livelli ta’ konformità, fejn ikunu permessi diversi livelli ta’ konformità mill-ispeċifikazzjonijiet tad-dikjarazzjoni; |
(g) |
lista ta’ devjazzjonijiet, kif applikabbli. |
ATM/ANS.EQMT.DEC.015 Mezzi ta’ konformità
(a) |
L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi ta’ konformità aċċettabbli (“AMC”, acceptable means of compliance) li jistgħu jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. |
(b) |
Jistgħu jintużaw mezzi ta’ konformità alternattivi sabiex tiġi stabbilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament. |
ATM/ANS.EQMT.DEC.020 Bidliet fid-dikjarazzjoni tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS
(a) |
Organizzazzjoni approvata involuta fid-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS tista’ tagħmel bidliet fid-disinn li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-privileġġi tal-organizzazzjoni approvata. F’dan il-każ, it-tagħmir mibdul għandu jżomm in-numru tal-parti oriġinali tiegħu. |
(b) |
Kwalunkwe bidla fid-disinn li tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-privileġġi tal-organizzazzjoni approvata u li tkun estensiva biżżejjed biex tkun meħtieġa investigazzjoni sħiħa f’konformità mal-punt ATM/ANS.EQMT.AR.B.020 biex tiġi ddeterminata l-konformità tagħha għandha tirrikjedi l-assenjazzjoni ta’ isem ġdid ta’ mudell għat-tagħmir. |
ATM/ANS.EQMT.DEC.025 Żamma ta’ rekords
Minbarra r-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords xierqa għas-sistema ta’ ġestjoni jew assoċjati magħha, l-informazzjoni rilevanti kollha tad-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inklużi r-rekords ta’ spezzjoni għat-tagħmir ittestjat, għandhom ikunu disponibbli għall-Aġenzija u għandhom jinżammu sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-idoneità kontinwa tat-tagħmir tal-ATM/ANS.
ATM/ANS.EQMT.DEC.030 Manwali
L-organizzazzjoni involuta fid-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS, li tkun għamlet id-dikjarazzjoni, għandha tipproduċi, iżżomm u taġġorna kopji oriġinali tal-manwali kollha identifikati fid-dikjarazzjoni, u tipprovdi kopji, fuq talba, lill-Aġenzija.
ATM/ANS.EQMT.DEC.035 Struzzjonijiet ta’ manutenzjoni
(a) |
L-organizzazzjoni tad-disinn li tkun għamlet id-dikjarazzjoni għandha tipprovdi mill-inqas sett wieħed ta’ struzzjonijiet ta’ manutenzjoni kompluti, li jinkludu data deskrittiva u struzzjonijiet għall-eżekuzzjoni mħejjija f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għat-tagħmir tal-ATM/ANS kopert mid-dikjarazzjoni, lill-utenti magħrufa kollha u għandha tagħmilhom disponibbli, fuq talba, għal kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawn l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni. |
(b) |
Il-bidliet fl-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni għandhom isiru disponibbli għall-utenti magħrufa kollha u għandhom ikunu disponibbli fuq talba għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawn l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni. Għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija, fuq talba, programm li juri kif il-bidliet fl-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni jsiru disponibbli għall-utenti magħrufa kollha. |
ATM/ANS.EQMT.DEC.040 Direttivi tat-tagħmir tal-ATM/ANS
Meta tinħareġ direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS sabiex tiġi kkoreġuta l-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ ATM/ANS.EQMT.AR.A.030, id-dikjarant tal-konformità tad-disinn tat-tagħmir tal-ATM/ANS għandu, sakemm ma jkunx iddeterminat mod ieħor mill-Aġenzija f’każ li tkun meħtieġa azzjoni urġenti:
(a) |
jipproponi azzjoni korrettiva xierqa u jissottometti d-dettalji ta’ dik il-proposta lill-Aġenzija għall-approvazzjoni; |
(b) |
wara l-approvazzjoni mill-Aġenzija, jagħmel disponibbli għall-utenti magħrufa kollha tat-tagħmir u għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, jekk applikabbli u fuq talba, għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma mad-direttiva dwar it-tagħmir tal-ATM/ANS, id-data deskrittiva xierqa u l-istruzzjonijiet għall-eżekuzzjoni. |
ATM/ANS.EQMT.DEC.045 Spezzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija
Fuq talba tal-Aġenzija, kull organizzazzjoni li tkun awtorizzata toħroġ dikjarazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha:
(a) |
tagħti lill-Aġenzija aċċess għal kwalunkwe faċilità, tagħmir, dokument, rekord, data, proċess, proċedura jew kwalunkwe materjal ieħor, u tippermetti lill-Aġenzija tirreżamina kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni u twettaq jew tkun xhud ta’ kwalunkwe test li jkun meħtieġ biex jiġu vverifikati l-konformità u l-konformità kontinwa tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness; |
(b) |
jekk il-persuna fiżika jew ġuridika tuża sħab, fornituri jew sottokuntratturi, tagħmel arranġamenti magħhom sabiex tiżgura li l-Aġenzija jkollha aċċess għalihom u tkun tista’ tinvestiga kif previst fil-punt (a). |