|
26.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/...
tat-22 ta’ Ġunju 2023
li jemenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għaċ-Ċilì u għar-Renju Unit fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom għad-dħul fl-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(4) |
B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, tal-konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Iċ-Ċilì nnotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fir-reġjun ta’ Metropolitana , li ġiet ikkonfermata fl-4 ta’ Ġunju 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Wara din it-tifqigħa riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji taċ-Ċilì stabbilew żona ristretta ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbiliment affettwat u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(7) |
Iċ-Ċilì ssottometta informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u l-miżuri li ħa biex jipprevjeni t-tixrid ulterjuri tal-HPAI. |
|
(8) |
Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żona taħt restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji taċ-Ċilì, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, kif ukoll tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dik iż-żona jenħtieġ li jiġi sospiż, sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. |
|
(9) |
Il-Kanada u r-Renju Unit ipprovdew informazzjoni aġġornata b’rabta ma’ sitwazzjonijiet li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul ta’ xi prodotti fl-Unjoni. |
|
(10) |
B’mod partikolari, il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ żewġ tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fil-provinċji ta’ Ontario u Quebec, li ġew ikkonfermati bejn il-5 ta’ April 2023 u t-18 ta’ April 2023. |
|
(11) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu fir-rigward ta’ erba’ tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fil-kontej ta’ Powys f’Wales (3) u ta’ South Yorkshire fl-Ingilterra (1), ir-Renju Unit, li ġew ikkonfermati bejn it-13 ta’ April 2023 u d-29 ta’ April 2023. |
|
(12) |
Il-Kanada u r-Renju Unit issottomettew ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat ta’ dik il-marda, il-Kanada u r-Renju Unit implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħhom. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada u mir-Renju Unit. Il-Kummissjoni tqis li l-Kanada u r-Renju Unit ipprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjonijiet, ma għadhiex tirrappreżenta theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni, u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni tal-prodotti tal-pollam miż-żoni ta’ dawk il-pajjiżi li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fiċ-Ċilì u fir-Renju Unit. |
|
(15) |
Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/215 (4) emenda l-Anness V u l-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 billi żied iż-żona CA-2.1 fl-entrati għall-Kanada fl-Anness V u fl-Anness XIV. Peress li nstab żball wieħed, ir-ringiela għaż-żona CA-2 fil-Parti 2 tal-Anness V jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. |
|
(16) |
Barra minn hekk, l-entrati fil-Parti 1, it-Taqsima A tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 ġew emendati ta’ spiss. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, din it-taqsima fl-Anness XV jenħtieġ li tiġi sostitwita kollha kemm hi. |
|
(17) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fiċ-Ċilì u fir-Renju Unit fir-rigward tal-HPAI u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru b’dan ir-Regolament, fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
|
(18) |
Il-korrezzjoni għall-entrata għall-Kanada fir-ringiela għaż-żona CA-2 fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tapplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/215. |
|
(19) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
Fl-Anness V, il-Parti 2 fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għad-deskrizzjoni taż-żona CA-2 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Il-Kanada |
CA-2 |
It-territorju tal-Kanada li jikkorrispondi għal:”; |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mid-19 ta’ Frar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/215 tas-17 ta’ Frar 2022 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada u l-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L 37, 18.2.2022, p. 28)
ANNESS
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
fil-Parti 1 tal-Anness XV, it-Taqsima A hija sostitwita b’dan li ġej: “ Taqsima A: Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam ipproċessat li għaddew mit-trattament mhux speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju A ((*)) jew mit-trattamenti B, C jew D għall-prodotti tal-laħam (f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692) meħtieġa għal kull speċi ta’ oriġini tal-laħam
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
((*)) ‘A’ tfisser li l-ebda wieħed mit-trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju B, C jew D (f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692) ma huwa meħtieġ.
((**)) Biss għal dawk il-komoditajiet bi trattament ‘A’ assenjat.”