|
21.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/65 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1195
tal-20 ta’ Ġunju 2023
li jistabbilixxi r-regoli għad-dettalji u l-format tal-informazzjoni li għandha ssir disponibbli mill-Istati Membri dwar ir-riżultati ta’ investigazzjonijiet uffiċjali li jikkonċernaw każijiet ta’ kontaminazzjoni bi prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(8), il-punt (b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/848 jipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jridu jiddokumentaw ir-riżultati tal-investigazzjonijiet u l-miżuri li jkunu ħadu fil-każ tal-preżenza ta’ prodotti u sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 29(6) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-Istati Membri għandhom jaqsmu l-informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni dwar kull miżura li jkunu ħadu għall-fini tal-formulazzjoni tal-aħjar prattiki u dwar kull miżura oħra biex tiġi evitata l-preżenza ta’ prodotti u sustanzi mhux awtorizzati għall-użu fi produzzjoni organika. |
|
(2) |
L-Artikolu 29(9) tar-Regolament (UE) 2018/848 jirrikjedi li l-Istati Membri jittrażmettu b’mod elettroniku, permezz tas-sistema kompjuterizzata li poġġiet il-Kummissjoni għad-disponibbiltà tagħhom, l-informazzjoni rilevanti dwar każijiet li jinvolvu l-kontaminazzjoni bi prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati. |
|
(3) |
Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-mezzi li bihom l-Istati Membri jittrażmettu l-informazzjoni kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) 2018/848 lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, id-dettalji u l-format li bih għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(6) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi trażmessa l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(9) ta’ dak ir-Regolament. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Biedja Organika (OFIS) għal dak il-għan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dettalji u format tal-informazzjoni dwar investigazzjonijiet uffiċjali, l-aħjar prattiki u miżuri ulterjuri relatati mal-kontaminazzjoni minn prodotti u sustanzi mhux awtorizzati
L-Istati Membri għandhom jużaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Biedja Organika (OFIS) u l-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni r-riżultati dokumentati ta’ investigazzjonijiet uffiċjali li twettqu f’konformità mal-Artikolu 29(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2018/848 u kull miżura li ħadu l-awtoritajiet kompetenti għall-fini tal-formulazzjoni tal-aħjar prattiki, u miżuri ulterjuri biex tiġi evitata l-preżenza ta’ prodotti u sustanzi mhux awtorizzati, skont l-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament għall-użu fil-produzzjoni organika.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
Mudelli tal-OFIS imsemmija fl-Artikolu 1
PARTI I
Informazzjoni dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet uffiċjali msemmija fl-Artikolu 29(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2018/848 u dwar il-miżuri li twettqu biex tiġi evitata l-preżenza ta’ prodotti u sustanzi mhux awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
PARTI II
L-aħjar prattiki
Jekk jogħġbok ipprovdi ħarsa ġenerali annwali tal-aħjar prattiki dokumentati fl-Istat Membru tiegħek matul is-sena preċedenti skont l-Artikolu 29(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 biex tiġi evitata l-preżenza ta’ prodotti u sustanzi mhux awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika.
|
|
|
Nota: |
informazzjoni dwar każijiet li jinvolvu l-kontaminazzjoni bi prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 għall-użu fil-produzzjoni organika fl-Istat Membru rilevanti |
L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mudell fil-Parti I biex jibagħtu lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-każijiet ta’ kontaminazzjoni identifikati mill-awtorità kompetenti matul is-sena ta’ qabel, jew, fejn xieraq, mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll, meta jkunu qed iwettqu l-kontrolli uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2018/848 jew investigazzjonijiet uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dak ir-Regolament.
Il-każijiet ta’ kontaminazzjoni li ma tkunx ingħalqet l-investigazzjoni uffiċjali dwarhom sal-31 ta’ Diċembru għandhom jiddaħħlu fit-trażmissjoni għas-sena ta’ wara.
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali, u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1). Japplika biss għall-ikel u l-għalf.