9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/62


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1134

tat-8 ta’ Ġunju 2023

dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ Spodoptera frugiperda (Smith), li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), il-punti (a), (b), (d), (e), (f), (h) u (i), u l-Artikolu 41(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Spodoptera frugiperda (Smith) (“il-pest speċifikat”) huwa elenkat fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) bħala pest mhux magħruf li jseħħ fit-territorju tal-Unjoni. Huwa elenkat ukoll bħala pest ta’ prijorità fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 (3).

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/638 (4) tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ dak il-pest.

(3)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638, il-pest speċifikat kompla jinfirex malajr madwar id-dinja u lejn it-territorju tal-Unjoni. F’Jannar 2023, il-preżenza tiegħu ġiet ikkonfermata uffiċjalment f’Ċipru.

(4)

Barra minn hekk, l-għadd ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-preżenza tal-pest speċifikat fuq il-komoditajiet importati baqa’ għoli, u l-għadd ta’ speċijiet ta’ pjanti li fuqhom qiegħed jiġi interċettat il-pest speċifikat, qed jiżdied.

(5)

Minħabba t-tixrid kontinwu tal-pest speċifikat, is-sejba reċenti tiegħu fit-territorju tal-Unjoni u l-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-kummerċ ta’ ċerti pjanti, huma meħtieġa miżuri biex l-Unjoni tiġi protetta minn dak il-pest.

(6)

Għalhekk, ċerti pjanti (“pjanti speċifikati”) jenħtieġ li jiġu elenkati f’dan ir-Regolament u jkunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi. Il-lista ta’ pjanti speċifikati jenħtieġ li tinkludi speċijiet ta’ pjanti li l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni kienet relatata man-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-preżenza tal-pest speċifikat.

(7)

L-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu stħarriġ annwali għall-preżenza tal-pest speċifikat, bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju f’konformità mal-aħħar informazzjoni xjentifika u teknika u abbażi tal-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti dwar Spodoptera frugiperda (5) ppubblikata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). Sabiex tiġi żgurata ħarsa ġenerali aħjar lejn il-preżenza tal-pest speċifikat, l-Anness I ta’ dan ir-Regolament jelenka l-pjanti ospitanti tal-pest speċifikat, li jenħtieġ li jiġu mistħarrġa.

(8)

L-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu u jżommu aġġornat pjan ta’ kontinġenza għall-pest speċifikat f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031. Sabiex jinkiseb approċċ armonizzat fost l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli speċifiċi li jimplimentaw l-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tal-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-pest speċifikat li jiżguraw li l-pjan ikun fih l-elementi kollha meħtieġa f’każ ta’ sejbiet ġodda tal-pest speċifikat.

(9)

Sabiex jinqered il-pest speċifikat u biex jiġi pprevenut it-tixrid tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu żoni demarkati li jikkonsistu minn żona infestata u minn żona ta’ lqugħ, u għandhom japplikaw miżuri ta’ eradikazzjoni. Iż-żona ta’ lqugħ jenħtieġ li tkun wiesa’ mill-inqas 5 km u mhux aktar minn 100 km, peress li firxa kbira bħal din hija xierqa meta jitqiesu l-kapaċità migratorja tal-pest speċifikat, il-preżenza tal-pjanti ospitanti u l-karatteristiċi ġeografiċi taż-żona.

(10)

Madankollu, f’każijiet ta’ sejbiet iżolati tal-pest speċifikat, jenħtieġ li l-istabbiliment ta’ żona demarkata ma jkunx meħtieġ jekk il-pest speċifikat ikun jista’ jiġi eliminat minn dawk il-pjanti u jekk ikun hemm evidenza li dawk il-pjanti kienu infestati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona jew li din tkun sejba iżolata li ma hijiex mistennija twassal għall-istabbiliment tal-pest speċifikat jew sejba f’sit tal-produzzjoni b’iżolament fiżiku kontra l-pest speċifikat jew f’serra f’żoni fejn il-pest ma jistax jiġi stabbilit fuq barra. Dan huwa l-aktar approċċ proporzjonat, jekk l-istħarriġ imwettaq fiż-żona kkonċernata jikkonferma n-nuqqas tal-pest speċifikat.

(11)

Sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-pest speċifikat lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li l-istħarriġ taż-żoni ta’ lqugħ jitwettqu kull sena fl-aktar żmien xieraq tas-sena u b’intensità suffiċjenti. It-tneħħija tad-demarkazzjoni jenħtieġ li sseħħ wara stħarriġ għal żmien suffiċjenti biex jiġi kkonfermat in-nuqqas tal-pest speċifikat.

(12)

Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċifiċi ta’ eradikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fiż-żoni infestati għall-eradikazzjoni tal-pest speċifikat. Dawk il-miżuri jinkludu l-miżuri ta’ kontroll biex jiġi eradikat il-pest speċifikat u l-moviment tal-ħamrija miż-żona infettata.

(13)

Peress li l-pest speċifikat instab fit-territorju tal-Unjoni, huwa ġġustifikat li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċjali għall-moviment tal-pjanti speċifikati ’l barra miż-żoni demarkati.

(14)

Ir-rekwiżiti speċjali għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ frott ta’ Capsicum L., Momordica L., Solanum aethiopicum L., Solanum macrocarpon L. u Solanum melongena L. u pjanti ta’ Zea mays L., u d-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta’ stħarriġ tal-Istati Membri stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638, jenħtieġ li jiġu inklużi f’dan ir-Regolament. Dan huwa meħtieġ biex jittejbu ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti temporali kollha fir-rigward tal-pest speċifikat. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni titħassar u tiġi sostitwita b’dan ir-Regolament.

(15)

Ir-riskju fitosanitarju tal-pest speċifikat għadu ma ġiex ivvalutat bis-sħiħ, minħabba li l-firxa tal-pjanti speċifikati tiegħu għadha inċerta. Din jeħtieġ li titlesta wara s-sejba kurrenti fit-territorju tal-Unjoni u t-tixrid u l-istabbiliment tiegħu f’pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika sal-31 ta’ Diċembru 2025 biex jippermetti evalwazzjoni u rieżami ulterjuri tal-firxa tal-pjanti speċifikati, il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-pest speċifikat u l-effettività tal-miżuri meħuda fit-territorju tal-Unjoni.

(16)

Il-pjanti ta’ Asparagus officinalis L., minbarra z-zkuk mgħottija matul il-ħajja kollha tagħhom mill-ħamrija, it-trab tad-dakra ħaj, il-kulturi tat-tessuti tal-pjanti u ż-żrieragħ, jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti A tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Dan huwa meħtieġ sabiex ikun hemm konformità mal-punti (c) u (e) tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jistabbilixxi l-elenkar rispettiv tal-pjanti soġġetti għad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dawk il-punti.

(17)

Sabiex ir-riskju tal-pest speċifikat jiġi indirizzat malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-dispożizzjoni dwar il-pjanijiet ta’ kontinġenza jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Awwissu 2023.

(18)

Ir-rekwiżiti dwar l-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni u l-moviment tagħhom barra miż-żoni demarkati lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2023, sabiex l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tan-negozju u l-pajjiżi terzi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dawk id-dispożizzjonijiet.

(19)

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti ta’ Asparagus officinalis L., minbarra z-zkuk mgħottija matul il-ħajja kollha tagħhom mill-ħamrija, it-trab tad-dakra ħaj, il-kulturi tat-tessuti tal-pjanti u ż-żrieragħ, jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2023. Dan huwa meħtieġ sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi jingħataw biżżejjed żmien biex iwettqu l-istħarriġ rispettiv għall-preżenza tal-pest speċifikat fuq dawk il-pjanti.

(20)

Konsegwentement, jenħtieġ li l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638 dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati jkomplu japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2023, sabiex tiġi evitata kwalunkwe lakuna legali u jiġi żgurat li l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-pjanti rispettivi tibqa’ soġġetta għal rekwiżiti xierqa kontra l-preżenza tal-pest speċifikat.

(21)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ Spodoptera frugiperda (Smith).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“pest speċifikat” tfisser Spodoptera frugiperda (Smith);

(2)

“pjanti speċifikati” tfisser:

(a)

frott ta’ Capsicum L., Momordica L., Solanum aethiopicum L., Solanum macrocarpon L. u Solanum melongena L.;

(b)

pjanti ta’ Asparagus officinalis L., minbarra z-zkuk mgħottija matul il-ħajja kollha tagħhom mill-ħamrija, it-trab tad-dakra ħaj, il-kulturi tat-tessuti tal-pjanti u ż-żrieragħ;

(c)

pjanti ta’ Zea mays L., minbarra t-trab tad-dakra ħaj, il-kulturi tat-tessuti tal-pjanti, iż-żrieragħ u l-ħbub;

(d)

pjanti ta’ Chrysanthemum L., Dianthus L. u Pelargonium l’Hérit. ex Ait., minbarra ż-żrieragħ;

(3)

“pjanti ospitanti” tfisser pjanti elenkati fl-Anness I.

Artikolu 3

Stħarriġ tat-territorju tal-Unjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr preġudizzju għall-obbligi previsti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2016/2031, iwettqu stħarriġ annwali bbażat fuq ir-riskju għall-preżenza tal-pest speċifikat fuq il-pjanti ospitanti, fi żminijiet xierqa tas-sena, abbażi tal-informazzjoni xjentifika u teknika msemmija fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità dwar Spodoptera frugiperda.

2.   Dan l-istħarriġ għandu jitwettaq b’mod partikolari:

(a)

abbażi tal-livell tar-riskju fitosanitarju korrispondenti;

(b)

f’żoni qrib ir-reġjuni fejn il-pest huwa magħruf li jkun preżenti;

(c)

f’żoni fejn il-pjanti ospitanti jidħlu fit-territorju tal-Unjoni, fejn jiġu ttrattati u ppakkjati mill-ġdid, u fejn jintrema l-iskart tagħhom;

(d)

f’ajruporti u f’portijiet;

(e)

f’mixtliet, fi stabbilimenti tal-ġardinaġġ u fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut, kif xieraq;

(f)

f’siti ta’ produzzjoni b’iżolament fiżiku kontra l-pest speċifikat u fis-serer, abbażi ta’ spezzjonijiet viżwali.

3.   L-istħarriġ għandu jikkonsisti b’mod partikolari minn:

(a)

l-użu ta’ nases, bħal nases bil-feromoni jew nases bid-dawl, u fil-każ ta’ kwalunkwe suspett ta’ infestazzjoni mill-pest speċifikat, il-ġbir ta’ kampjuni u l-identifikazzjoni;

(b)

eżami viżwali, fejn xieraq.

Artikolu 4

Pjanijiet ta’ kontinġenza

1.   Kull Stat Membru għandu, minbarra l-obbligi previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/2031, jinkludi fil-pjan ta’ kontinġenza tiegħu l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-territorju tiegħu dwar:

(a)

il-proċeduri għall-identifikazzjoni tas-sidien tal-pjanti li għandhom jinqerdu, għall-aċċess għal proprjetajiet privati u għan-notifika tal-ordni ta’ qerda;

(b)

il-proċeduri biex jiġi mobilizzat l-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex jiġi eradikat il-pest speċifikat;

(c)

fejn xieraq, l-informazzjoni dwar ix-xejriet tar-riħ fit-territorju tal-Istati Membri li jiffaċilitaw il-migrazzjoni tal-pest speċifikat;

(d)

il-lista ta’ metodi ta’ kontroll xierqa għall-pest, li għandha tinżamm aġġornata abbażi tal-aħħar informazzjoni xjentifika u teknika.

2.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom, kif xieraq, sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

Artikolu 5

Stabbiliment ta’ żoni demarkati

1.   Fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jistabbilixxi żona demarkata li tikkonsisti minn:

(a)

żona infestata, inkluż il-post fejn jinsabu l-pjanti infestati u l-pjanti kollha li jistgħu jiġu infestati f’raġġ ta’ 100 m madwar is-sejba tal-pest speċifikat; u

(b)

żona ta’ lqugħ b’wisa’ ta’ mill-inqas 5 km u ta’ mhux aktar minn 100 km, lil hinn mill-konfini ta’ dik taż-żona infestata.

Iż-żona ta’ lqugħ tista’ tiġi estiża għal aktar minn 100 km jekk l-Istat Membru jqis li dan ikun meħtieġ għall-protezzjoni tat-territorju tiegħu mill-pest speċifikat.

2.   Id-delimitazzjoni taż-żona demarkata għandha tqis il-prinċipji xjentifiċi, il-bijoloġija tal-pest speċifikat, inkluża d-data dwar il-kapaċità tal-migrazzjoni, il-livell ta’ infestazzjoni, il-karatteristiċi ġeografiċi taż-żona, id-distribuzzjoni partikolari tal-pjanti ospitanti fiż-żona kkonċernata, u l-evidenza dwar l-istabbiliment tal-pest speċifikat.

3.   Fiż-żoni demarkati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqajmu kuxjenza pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat u dwar il-miżuri adottati għall-prevenzjoni tat-tixrid ulterjuri tiegħu barra minn dawk iż-żoni. Huma għandhom jiżguraw li l-pubbliku ġenerali u l-operaturi professjonali jkunu konxji mid-delimitazzjoni taż-żoni demarkati.

Artikolu 6

Derogi mill-istabbiliment ta’ żoni demarkati

1.   B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu li ma jistabbilixxux żona demarkata, jekk tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun hemm evidenza li l-pest speċifikat ikun ġie introdott fiż-żona mal-pjanti li jkun instab fuqhom, u li dawk il-pjanti kienu ġew infestati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata u li ma tkunx seħħet multiplikazzjoni tal-pest speċifikat;

(b)

ikun hemm evidenza li hija sejba iżolata li ma hijiex mistennija li twassal għall-istabbiliment tal-pest speċifikat;

(c)

il-pest speċifikat jiġi kkonfermat uffiċjalment f’sit tal-produzzjoni b’iżolament fiżiku kontrih;

(d)

il-pest speċifikat jiġi kkonfermat uffiċjalment f’serra, u jkun hemm evidenza li l-pest speċifikat ma jkunx kapaċi jgħix fil-kundizzjonijiet tax-xitwa barra minn dik is-serra.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tuża d-deroga prevista fil-paragrafu 1, hija għandha:

(a)

tieħu miżuri biex tiżgura l-eradikazzjoni minnufih tal-pest speċifikat u teskludi l-possibilità tat-tixrid tiegħu;

(b)

iżżid minnufih l-għadd ta’ nases u l-frekwenza li biha n-nases jiġu kkontrollati f’dik iż-żona;

(c)

tintensifika l-eżamijiet viżwali, inkluża l-esplorazzjoni fis-siti tal-produzzjoni;

(d)

twettaq stħarriġ permezz ta’ nases f’żona ta’ wisa’ ta’ mill-inqas 5 km madwar il-pjanti infestati, jew is-sit tal-produzzjoni fejn instab il-pest speċifikat, b’mod regolari u intensiv għal mill-inqas sentejn. F’żoni fejn il-pest speċifikat ma jkunx kapaċi jgħix fil-kundizzjonijiet tax-xitwa, il-perjodu ta’ stħarriġ jista’ jkun limitat għall-perjodu qabel il-bidu tal-kundizzjonijiet tax-xitwa;

(e)

tqajjem kuxjenza pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat; u

(f)

tieħu kwalunkwe miżura xierqa oħra biex teradika l-pest speċifikat.

Artikolu 7

Stħarriġ f’żoni demarkati

L-istħarriġ imwettaq fiż-żoni demarkati għandu, minbarra r-rekwiżiti speċifikati għall-istħarriġ fl-Artikolu 3, jinkludi l-miżuri li ġejjin:

(a)

żieda fl-għadd ta’ nases u frekwenza ogħla li biha n-nases jiġu kkontrollati;

(b)

l-esplorazzjoni f’siti tal-produzzjoni fejn jitkabbru l-pjanti ospitanti; u

(c)

t-tfassil tal-istħarriġ u l-iskema tal-kampjunar użata għall-istħarriġ ta’ detezzjoni, li tista’ tidentifika b’mill-inqas 95 % ta’ kunfidenza, livell ta’ preżenza tal-pest speċifikat ta’ 1 %.

Artikolu 8

Tneħħija tad-demarkazzjoni

Id-demarkazzjoni tista’ titneħħa meta, abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 7, il-pest speċifikat ma jinstabx fiż-żona demarkata għal mill-inqas sentejn konsekuttivi.

F’żoni fejn il-pest speċifikat ma jkunx kapaċi jgħix fil-kundizzjonijiet tax-xitwa, dak il-perjodu ta’ stħarriġ jista’ jkun limitat għall-perjodu qabel il-bidu tal-kundizzjonijiet tax-xitwa.

Artikolu 9

Miżuri ta’ eradikazzjoni

Fiż-żoni infestati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha li ġejjin biex jeradikaw il-pest speċifikat:

(a)

trattamenti xierqa kontra l-pest speċifikat, fl-istadji kollha tal-iżvilupp tiegħu, fejn għandhom jitqiesu n-natura migratorja tal-pesti adulti, id-distribuzzjoni tal-pjanti ospitanti u d-drawwiet alimentari tal-larva tiegħu;

(b)

il-projbizzjoni tal-moviment barra miż-żona infestata tas-saff ta’ fuq tal-ħamrija u tal-materjal għat-tkabbir użat, sakemm ma tkunx ġiet issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin mill-operaturi professjonali kkonċernati, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti:

(i)

il-ħamrija jew il-materjal għat-tkabbir kienu soġġetti għal miżuri xierqa biex il-pest speċifikat jiġi eliminat u ttrasportati f’vetturi magħluqa li jiżguraw li l-pest ma jkunx jista’ jinxtered;

(ii)

il-ħamrija jew il-materjal għat-tkabbir jiġu ttrasportati f’vetturi magħluqa li jiżguraw li l-pest speċifikat ma jkunx jista’ jinxtered u jiġu midfuna fil-fond f’landfill.

Artikolu 10

Introduzzjoni fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati

1.   Il-pjanti speċifikati, minbarra l-pjanti ta’ Chrysanthemum L., Dianthus L. u Pelargonium l’Hérit. ex Ait., jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

joriġinaw minn pajjiż fejn il-pest ma jkunx magħruf li jseħħ;

(b)

joriġinaw minn żona ħielsa mill-pest speċifikat, kif stabbilit mill-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (NPPO) ikkonċernata, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 4; l-isem ta’ dik iż-żona għandu jkun iddikjarat fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt l-intestatura “post tal-oriġini”;

(c)

qabel l-esportazzjoni kienu soġġetti għal spezzjoni uffiċjali u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat, u joriġinaw minn sit tal-produzzjoni li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikun irreġistrat u ssorveljat mill-NPPO fil-pajjiż tal-oriġini;

(ii)

ikunu saru spezzjonijiet uffiċjali matul l-aħħar 3 xhur qabel l-esportazzjoni, u ma tkun instabet l-ebda preżenza tal-pest speċifikat fuq il-pjanti speċifikati;

(iii)

ikollu iżolament fiżiku kontra l-introduzzjoni tal-pest speċifikat;

(iv)

tkun ingħatat informazzjoni li tiżgura t-traċċabbiltà tal-pjanti speċifikati lejn dak is-sit tal-produzzjoni matul il-moviment tagħhom qabel l-esportazzjoni;

(d)

qabel l-esportazzjoni tagħhom kienu soġġetti għal spezzjoni uffiċjali u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat, u joriġinaw minn sit tal-produzzjoni li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikun irreġistrat u ssorveljat mill-NPPO fil-pajjiż tal-oriġini;

(ii)

ikunu saru spezzjonijiet uffiċjali matul l-aħħar 3 xhur qabel l-esportazzjoni, u ma tkun instabet l-ebda preżenza tal-pest speċifikat fuq il-pjanti speċifikati;

(iii)

il-pjanti speċifikati jkunu ġew soġġetti għal trattament effettiv biex jiġi żgurat il-ħelsien mill-pest speċifikat;

(iv)

tkun ingħatat informazzjoni li tiżgura t-traċċabbiltà tal-pjanti speċifikati lejn dak is-sit tal-produzzjoni matul il-moviment tagħhom qabel l-esportazzjoni;

(e)

ikunu ġew soġġetti għal trattament effettiv ta’ wara l-ħsad biex jiġi żgurat il-ħelsien mill-pest speċifikat, u dak it-trattament jiġi indikat fuq iċ-ċertifikat fitosanitarju.

2.   Il-pjanti speċifikati għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jindika, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, referenza għal dan ir-Regolament, referenza għall-punt rispettiv tal-paragrafu 1 li jikkonforma miegħu, u l-formulazzjoni sħiħa tal-opzjoni rispettiva msemmija f’dak il-paragrafu.

Artikolu 11

Moviment fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti speċifikati

1.   Il-pjanti speċifikati, minbarra l-pjanti ta’ Chrysanthemum L., Dianthus L. u Pelargonium l’Hérit. ex Ait., li jkunu qattgħu parti minn ħajjithom f’żoni demarkati stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5, jistgħu jinħarġu biss miż-żoni demarkati jekk jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin u jkunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti maħruġ wara li jiġi attestat li wieħed minn dawk ir-rekwiżiti jkun ġie ssodisfat:

(a)

qabel il-moviment tagħhom, kienu soġġetti għal spezzjoni uffiċjali u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat, u joriġinaw minn sit tal-produzzjoni li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikun irreġistrat għall-fini tal-kontroll tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

ikunu saru spezzjonijiet uffiċjali matul l-aħħar 3 xhur qabel il-moviment, u ma tkun instabet l-ebda preżenza tal-pest speċifikat fuq il-pjanti speċifikati;

(iii)

ikollu iżolament fiżiku kontra l-introduzzjoni tal-pest speċifikat;

(iv)

tkun ingħatat informazzjoni li tiżgura t-traċċabbiltà tal-pjanti speċifikati lejn dak is-sit tal-produzzjoni qabel il-moviment tagħhom barra miż-żoni demarkati;

(b)

qabel il-moviment tagħhom, kienu soġġetti għal spezzjoni uffiċjali u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat, u joriġinaw minn sit tal-produzzjoni li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikun irreġistrat għall-fini tal-kontroll tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

ikunu saru spezzjonijiet uffiċjali matul l-aħħar 3 xhur qabel il-moviment, u ma tkun instabet l-ebda preżenza tal-pest speċifikat fuq il-pjanti speċifikati;

(iii)

il-pjanti speċifikati jkunu ġew soġġetti għal trattament effettiv biex jiġi żgurat il-ħelsien mill-pest speċifikat;

(iv)

tkun ingħatat informazzjoni li tiżgura t-traċċabbiltà tal-pjanti speċifikati lejn dak is-sit tal-produzzjoni qabel il-moviment tagħhom barra miż-żoni demarkati;

(c)

ikunu ġew soġġetti għal trattament effettiv wara l-ħsad biex jiġi żgurat il-ħelsien mill-pest speċifikat.

2.   Pjanti ta’ Chrysanthemum L., Dianthus L. u Pelargonium l’Hérit. ex Ait., minbarra żrieragħ, li joriġinaw f’żoni demarkati stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5, jistgħu jinħarġu biss miż-żoni demarkati, jekk jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin u jkunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti maħruġ wara li jiġi attestat li wieħed minn dawk ir-rekwiżiti jkun ġie ssodisfat:

(a)

ma jkun ġie osservat l-ebda sinjal tal-pest speċifikat fil-post tal-produzzjoni mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ tal-veġetazzjoni;

(b)

il-pjanti jkun sarilhom trattament xieraq sabiex jiġu mħarsa mill-pest speċifikat.

Artikolu 12

Rapportar

Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bi:

(a)

ir-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 3(1), barra miż-żoni demarkati, matul is-sena kalendarja preċedenti, bl-użu tal-mudelli msemmija fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 (6);

(b)

rapport dwar il-miżuri meħuda matul is-sena kalendarja preċedenti skont dan ir-Regolament, u dwar ir-riżultati tal-miżuri previsti fl-Artikoli 5 sa 9;

(c)

ir-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa, skont l-Artikolu 7, fiż-żoni demarkati, matul is-sena kalendarja preċedenti, bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli msemmija fl-Anness II.

Artikolu 13

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072

Il-punt 13 li ġej żdied fil-Parti A tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072:

“13.

Pjanti ta’ Asparagus officinalis L., minbarra z-zkuk mgħottija matul il-ħajja kollha tagħhom bil-ħamrija, trab tad-dakra ħaj, kulturi tat-tessuti tal-pjanti u żrieragħ

Ħxejjex oħrajn, friski jew imkessħin:

Asparagus

ex 0709 20 00

Pajjiżi terzi, minbarra l-Iżvizzera”

Artikolu 14

Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/638 hija mħassra.

L-Artikoli 3 u 4 ta’ dik id-Deċiżjoni għandhom japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2023.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 4 għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2023.

L-Artikoli 10 u 11 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2023.

Madankollu, l-Artikolu 10 għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2023 fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti ta’ Asparagus officinalis L., minbarra z-zkuk mgħottija matul il-ħajja kollha tagħhom bil-ħamrija, trab tad-dakra ħaj, kulturi tat-tessuti tal-pjanti u żrieragħ.

Dan ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità (ĠU L 260, 11.10.2019, p. 8).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/638 tat-23 ta’ April 2018 li tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni tal-organiżmu ta’ ħsara Spodoptera frugiperda (Smith) (ĠU L 105, 25.4.2018, p. 31).

(5)  Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti dwar Spodoptera frugiperda. Pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2020:EN-1895. 29 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1895.

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 tas-27 ta’ Awwissu 2020 dwar il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ u dwar il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi, previsti rispettivament fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 28.8.2020, p. 1).


ANNESS I

Lista tal-pjanti ospitanti

Abelmoschus esculentus (L.) Moench

Acalypha L.

Agrostis gigantea Roth

Agrostis stolonifera L.

Alcea rosea L.

Allium cepa L.

Allium sativum L.

Amaranthus quitensis Kunth

Amaranthus spinosus L.

Andropogon virginicus L.

Arachis hypogaea L.

Asclepias L.

Asparagus officinalis L.

Asplenium nidus L.

Atropa belladonna L.

Avena sativa L.

Avena strigosa Schreb.

Beta vulgaris L.

Brassica napus L.

Brassica oleracea L.

Brassica rapa L.

Cajanus cajan (L.) Huth

Capsicum L.

Carduus L.

Carex L.

Carica papaya L.

Carya illinoinensis (Wangenh.) K.Koch

Cenchrus incertus M.A.Curtis

Chenopodium album L.

Chenopodium quinoa Willd.

Chloris gayana Kunth

Chrysanthemum L.

Cicer arietinum L.

Cichorium intybus L.

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. & Nakai

Citrus aurantium L.

Citrus limon (L.) Osbeck

Citrus reticulata Blanco

Citrus sinensis (L.) Osbeck

Codiaeum variegatum (L.) A.Juss.

Coffea arabica L.

Convolvulus arvensis L.

Cucumis melo L.

Cucumis sativus L.

Cucurbita argyrosperma K.Koch

Cucurbita maxima Lam.

Cydonia oblonga Mill.

Cynara cardunculus L.

Cynodon dactylon (L.) Pers.

Cyperus rotundus L.

Dactyloctenium aegyptium (L.) Willd.

Dahlia pinnata Cav.

Dendranthema grandiflorum (Ramat.) Kitam.

Dianthus L.

Digitaria Haller

Digitaria sanguinalis (L.) Scop.

Echinochloa colona (L.) Link

Echinochloa crus-galli (L.) P.Beauv.

Eleusine indica (L.) Gaertn.

Elymus repens (L.) Gould

Eremochloa ophiuroides Hack.

Eriochloa punctata (L.) Ham.

Eryngium foetidum L.

Eucalyptus camaldulensis Dehnh.

Eucalyptus urophylla S.T.Blake

Fagopyrum esculentum Moench

Festuca arundinacea Schreb.

Ficus L.

Fragaria ananassa (Duchesne ex Weston) Duchesne ex Rosier

Fragaria chiloensis (L.) Mill.

Fragaria vesca L.

Gladiolus L. and Gladiolus L. hybrids

Glycine max (L.) Merr.

Gossypium herbaceum L.

Gossypium hirsutum L.

Helianthus annuus L.

Hevea brasiliensis (Willd. ex Juss.) Müll.Arg.

Hibiscus cannabinus L.

Hordeum vulgare L.

Ipomoea batatas (L.) Lam.

Ipomoea purpurea (L.) Roth

Lactuca sativa L.

Lespedeza bicolor Turcz.

Linum usitatissimum L.

Lolium multiflorum Lam.

Malpighia glabra L.

Malus domestica (Suckow) Borkh.

Mangifera indica L.

Maranta L.

Medicago sativa L.

Megathyrsus maximus (Jacq.) B.K.Simon & S.W.L.Jacobs

Melilotus albus Medik.

Miscanthus giganteus J.M.Greef & Deuter ex Hodk. & Renvoize

Momordica L.

Mucuna pruriens (L.) DC

Musa paradisiaca L.

Nicotiana tabacum L.

Oryza sativa L.

Panicum miliaceum L.

Panicum virgatum L.

Paspalum dilatatum Poir.

Paspalum distichum L.

Paspalum fimbriatum Kunth

Paspalum notatum Flüggé

Paspalum urvillei Steud.

Passiflora laurifolia L.

Pelargonium l’Hérit. ex Ait.

Pennisetum clandestinum Hochst. ex Chiov.

Pennisetum glaucum (L.) R.Br.

Phalaris canariensis L.

Phaseolus lunatus L.

Phaseolus vulgaris L.

Phleum pratense L.

Pinus caribaea Morelet

Piper L.

Pisum sativum L.

Platanus occidentalis L.

Plumeria Tourn. ex L.

Plumeria rubra L.

Poa annua L.

Poa pratensis L.

Portulaca oleracea L.

Prunus persica (L.) Batsch

Psidium guajava L.

Pueraria montana (Lour.) Merr.

Pyrus communis L.

Raphanus sativus L.

Ricinus communis L.

Rosa L.

Saccharum officinarum L.

Schlumbergera truncata (Haw.) Moran

Secale cereale L.

Sesamum indicum L.

Setaria italica (L.) P.Beauv.

Setaria parviflora (Poir.) Kerguélen

Setaria viridis (L.) P.Beauv.

Solanum aethiopicum L.

Solanum lycopersicum L.

Solanum macrocarpon L.

Solanum melongena L.

Solanum tuberosum L.

Sorghum bicolor (L.) Moench

Sorghum caffrorum (Retz.) P.Beauv.

Sorghum halepense (L.) Pers.

Sorghum sudanense (Piper) Stapf

Spinacia oleracea L.

Tanacetum cinerariifolium (Trevis.) Sch.Bip.

Taraxacum officinale F.H.Wigg.

Terminalia catappa L.

Trifolium Tourn. ex L.

Trifolium incarnatum L.

Trifolium pratense L.

Trifolium repens L.

Triticum aestivum L.

Urochloa decumbens (Stapf) R.D.Webster

Urochloa mutica (Forssk.) T.Q.Nguyen

Urochloa ramosa (L.) T.Q.Nguyen

Urochloa texana (Buchl.) R.D.Webster

Vaccinium corymbosum L.

Vicia faba L.

Vigna unguiculata (L.) Walp.

Viola L.

Vitis vinifera L.

Wisteria sinensis (Sims) DC.

Xanthium strumarium L.

Zea mays L.

Zingiber officinale Roscoe

Zoysia Willd.


ANNESS II

Mudelli għar-rappurtar tar-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 7

PARTI A

1.   Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali

1.

Deskrizzjoni taż-Żona Demarkata (ŻD)

2.

Daqs inizjali taż-ŻD (ha)

3.

Daqs aġġornat taż-ŻD (ha)

4.

Approċċ (eradikazzjoni)

5.

Żona

6.

Siti ta’ stħarriġ

7.

Żoni ta’ riskju identifikati

8.

Żoni ta’ riskju spezzjonati

9.

Materjal tal-pjanti/Komodità

10.

Lista ta’ speċijiet tal-pjanti ospitanti

11.

Skeda

12.

Dettalji tal-istħarriġ

13.

Numru ta’ kampjuni sintomatiċi analizzati:

i:

Total

ii:

Pożittivi

iii:

Negattivi

iv:

Mhux determinati

14.

Numru ta’ kampjuni asintomatiċi analizzati:

i:

Total

ii:

Pożittivi

iii:

Negattivi

iv:

Mhux determinati

15.

Numru tan-notifika tat-tifqigħat innotifikati, kif applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715

16.

Kummenti

A)

Numru ta’ eżamijiet viżwali

B)

Numru totali ta’ kampjuni meħuda

C)

Tip ta’ nases (jew metodu alternattiv ieħor (eż. sweep nets))

D)

Numru ta’ nases (jew metodu ta’ qbid ieħor)

E)

Numru ta’ siti ta’ qbid, meta jkun differenti mid-data rrapportata f’(D)

F)

Tip ta’ testijiet (eż. identifikazzjoni mikroskopika, PCR, ELISA, eċċ.)

G)

Numru totali ta’ testijiet

H)

Miżuri oħra (eż. klieb tat-tfittxija, droni, ħelikopters, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni eċċ.)

Isem

Data tal-istabbiliment

Deskrizzjoni

Numru

I)

Numru ta’ miżuri oħra

Numru

Data

A

B

C

D

E

F

G

H

I

i

ii

iii

iv

i

ii

iii

iv

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.   Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell

Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness.

Għall-kolonna 1:

Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.

Għall-kolonna 2:

Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Għall-kolonna 3:

Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Għall-kolonna 4:

Indika l-approċċ: Eradikazzjoni. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.

Għall-kolonna 5:

Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn il-ŻL, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti.

Għall-kolonna 6:

Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni):

1.1.

għalqa (ikkultivata, bur);

1.2.

ġnien bis-siġar tal-frott/vinja;

1.3.

mixtla;

1.4.

foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn):

2.1.

ġnien privat;

2.2.

siti pubbliċi;

2.3.

żona ta’ konservazzjoni;

2.4.

pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni;

2.5.

oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament:

3.1.

serra;

3.2.

sit privat, għajr serra;

3.3.

sit pubbliku, għajr serra;

3.4.

oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Għall-kolonna 7:

Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikati abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kundizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.

Għall-kolonna 8:

Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7.

Għall-kolonna 9:

Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-ippakkjar, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku.

Għall-kolonna 10:

Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti mistħarrġa bl-użu ta’ ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru ta’ pjanta.

Għall-kolonna 11:

Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.

Għall-kolonna 12:

Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli.

Fil-kolonni 13 u 14:

Indika r-riżultati, jekk applikabbli, billi tipprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).

Għall-kolonna 15:

Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-ŻL. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 16 (“Kummenti”).

PARTI B

1.   Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali bbażati fuq l-istatistika.

1.

Deskrizzjoni taż-Żona Demarkata (ŻD)

2.

Daqs inizjali taż-ŻD (ha)

3.

Daqs aġġornat taż-ŻD (ha)

4.

Approċċ

5.

Żona

6.

Siti ta’ stħarriġ

7.

Skeda

A.

Definizzjoni tal-istħarriġ (parametri ta’ input għal RiBESS+)

B.

Sforz tal-kampjunar

C.

Riżultati tal-istħarriġ

25.

Kummenti

8.

Popolazzjoni fil-mira

9.

Unitajiet epidemjoloġiċi

10.

Metodi tad-detezzjoni

11.

Effettività tal-kampjunar

12.

Sensittività tal-metodu

13.

Fatturi ta’ riskju (attivitajiet, postijiet u żoni)

14.

Numru ta’ unitajiet epidemjoloġiċi spezzjonati

15.

Numru ta’ eżamijiet viżwali

16.

Numru ta’ kampjuni

17.

Numru ta’ nases

18.

Numru ta’ siti tal-qbid

19.

Numru ta’ testijiet

20.

Numru ta’ miżuri oħra

21.

Riżultati

22.

Numru tan-notifika tat-tifqigħat innotifikati, kif applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715

23

Livell ta’ fiduċja miksub

24.

Prevalenza prevista

Isem

Data tal-istabbiliment

Deskrizzjoni

Numru

Speċijiet ospitanti

Żona (ha jew unità oħra aktar rilevanti)

Unitajiet ta’ spezzjoni

Deskrizzjoni

Unitajiet

Eżamijiet viżwali

Qbid

Ittestjar

Metodi oħra

Fattur ta’ riskju

Livelli ta’ riskju

Numru ta’ postijiet

Riskji relattivi

Proporzjon tal-popolazzjoni ospitanti

Pożittivi

Negattivi

Mhux determinati

Numru

Data

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.   Struzzjonijiet dwar kif timtela l-formola

Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:

il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet ta’ spezzjoni,

il-metodu tad-detezzjoni u s-sensittività tal-metodu;

il-fattur(i) tar-riskju, u indika l-livelli tar-riskju u r-riskji relattivi korrispondenti u l-proporzjonijiet tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Għall-kolonna 1:

Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.

Għall-kolonna 2:

Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Għall-kolonna 3:

Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Għall-kolonna 4:

Indika l-approċċ: Eradikazzjoni. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.

Għall-kolonna 5:

Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn il-ŻL, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti.

Għall-kolonna 6:

Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni):

1.1.

għalqa (ikkultivata, bur);

1.2.

ġnien bis-siġar tal-frott/vinja;

1.3.

mixtla;

1.4.

foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn):

2.1.

ġonna privati;

2.2.

siti pubbliċi;

2.3.

żona ta’ konservazzjoni;

2.4.

pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni;

2.5.

oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament:

3.1.

serra;

3.2.

sit privat, għajr serra;

3.3.

sit pubbliku, għajr serra;

3.4.

oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Għall-kolonna 7:

Indika x-xhur tas-sena meta twettqu l-istħarriġiet.

Għall-kolonna 8:

Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet/ġeneri ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa ddefinit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla li saret fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għad-detezzjoni tal-pesti.

Għall-kolonna 9:

Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi mistħarrġa, filwaqt li tindika d-deskrizzjoni u l-unità ta’ kejl tagħha. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward jew irziezet, jew ettari. L-għażla tal-unitajiet epidemjoloġiċi għandha tiġi ġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti.

Għall-kolonna 10:

Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż l-għadd ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx disponibbli.

Għall-kolonna 11:

Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ.

Għall-kolonna 12:

“Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jagħmel detezzjoni korretta tal-preżenza tal-pest. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jittestja pożittiv. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanta minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-ispezzjonijiet viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni).

Għall-kolonna 13:

Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, u uża kemm hemm bżonn ringieli. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Għall-kolonna B:

Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi għal kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 “Metodi ta’ detezzjoni”.

Għall-kolonna 18:

Indika l-għadd ta’ siti tal-qbid f’każ li dan in-numru jkun differenti mill-għadd ta’ nases (il-kolonna 17) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti).

Għall-kolonna 21:

Indika n-numru ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).

Għall-kolonna 22:

Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 25 (“Kummenti”).

Għall-kolonna 23:

Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM) 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew tal-kampjuni) imwettqa fid-dawl tas-sensittività tal-metodu u tal-prevalenza tad-disinn.

Għall-kolonna 24:

Indika l-prevalenza tad-disinn ibbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza attwali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza tad-disinn hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ detezzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %.