|
19.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 17/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/126
tal-21 ta’ Ottubru 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titolu tal-varjabbli għad-dominju tal-konsum
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex jiġu koperti l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti, il-Kummissjoni trid tispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-konsum (l-Istħarriġ dwar il-Baġit tal-Unitajiet Domestiċi, HBS). |
|
(2) |
L-HBS hu strument ewlieni biex jiġu kkompilati l-ponderazzjonijiet għal indikaturi makroekonomiċi importanti, bħall-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur bħala miżuri tal-inflazzjoni, kif ukoll għall-fini tal-kontijiet nazzjonali. Barra minn hekk, l-HBS jipprovdi deskrizzjonijiet dettaljati tan-nefqa totali tal-konsum tal-unitajiet domestiċi privati skont il-karatteristiċi tal-unitajiet domestiċi bħall-introjtu, l-akkomodazzjoni u ħafna karatteristiċi demografiċi u soċjoekonomiċi, u b’hekk jipprovdi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-għajxien tal-unitajiet domestiċi u tal-individwi fl-Istati Membri. |
|
(3) |
Għad-dominju tal-konsum, l-għadd ta’ varjabbli li jridu jinġabru jenħtieġ li ma jaqbiżx, b’aktar minn 5 %, l-għadd ta’ varjabbli stabbilit fl-ewwel att delegat adottat għal dak id-dominju. Dan hu l-ewwel att delegat adottat għad-dominju tal-konsum, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għadd u t-titoli tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-konsum huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
Għadd u titolu tal-varjabbli għad-dominju tal-konsum
|
Suġġett |
Suġġett dettaljat |
Identifikatur tal-varjabbli |
Isem il-varjabbli |
|
Elementi tekniċi |
Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data 5 varjabbli tekniċi |
HA02 |
Sena/snin tal-istħarriġ |
|
HC04C |
Data tal-ewwel intervista tal-unità domestika |
||
|
MB03C |
Data tal-ewwel intervista tal-membru tal-unità domestika |
||
|
HA06 |
Strat |
||
|
HA07 |
Unità primarja tal-kampjunar |
||
|
Identifikazzjoni 4 varjabbli tekniċi |
HA04 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-unità domestika (fajl HH) |
|
|
MA04 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-unità domestika (fajl tal-membru HH) |
||
|
MA05 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-membru tal-unità domestika (fajl tal-membru HH) |
||
|
HA13 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-membru tal-unità domestika li qed iwieġeb il-kwestjonarju tal-unità domestika |
||
|
Ponderazzjonijiet Varjabbli tekniku wieħed (1) |
HA10 |
Ponderazzjoni finali |
|
|
Karatteristiċi tal-intervista 3 varjabbli tekniċi |
HA11 |
Modalità tal-intervistar użata (intervista fl-unità domestika) |
|
|
MA11 |
Modalità tal-intervistar użata (intervista individwali) |
||
|
HA12 |
Modalità tal-intervistar użata (djarju) |
||
|
Lokalizzazzjoni 3 varjabbli tekniċi |
MB012 |
Pajjiż ta’ residenza |
|
|
HA08 |
Reġjun ta’ residenza |
||
|
HA09 |
Grad ta’ urbanizzazzjoni |
||
|
Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika |
Demografija 4 varjabbli miġbura Varjabbli derivat wieħed (1) |
MB02 |
Ġeneru tal-membru tal-unità domestika |
|
MB03 |
Età (fi snin magħluqa) tal-membru tal-unità domestika |
||
|
MB03 A |
Sena tat-twelid |
||
|
MB03B |
Għeluq is-snin fid-data tal-ewwel intervista |
||
|
MB04 |
Stat ċivili tal-membru tal-unità domestika |
||
|
Ċittadinanza u sfond migratorju 4 varjabbli miġbura |
MB01 |
Pajjiż tat-twelid |
|
|
MB011 |
Pajjiż taċ-ċittadinanza ewlenija |
||
|
MB01F |
Pajjiż tat-twelid tal-missier |
||
|
MB01M |
Pajjiż tat-twelid tal-omm |
||
|
Kompożizzjoni tal-unità domestika Varjabbli miġbur wieħed (1) Varjabbli derivat wieħed (1) |
MBGRIDXX |
Network tal-unitajiet domestiċi |
|
|
MB042 |
Partners li jgħixu fl-istess unità domestika |
||
|
Saħħa: status u diżabbiltà, aċċess għall-kura tas-saħħa, disponibbiltà u użu tal-kura tas-saħħa u determinanti tas-saħħa |
Diżabbiltà u elementi oħra tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa 3 varjabbli miġbura |
MH01 |
Awtoperċezzjoni dwar is-saħħa ġenerali |
|
MH02 |
Problema tas-saħħa dejjiema |
||
|
MH03 |
Limitazzjoni fl-attivitajiet minħabba problemi tas-saħħa |
||
|
Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol |
Status tal-attività ewlenija (awtodefinit) Varjabbli miġbur wieħed (1) |
ME01 A |
Status tal-attività ewlenija (awtodefinit) |
|
Karatteristiċi elementari tal-impjieg 5 varjabbli miġbura |
ME0908 |
Okkupazzjoni fl-impjieg ewlieni |
|
|
ME04 |
Attività ekonomika tal-unità lokali (impjieg ewlieni) |
||
|
ME02 |
Impjieg ewlieni: full-time jew part-time (awtodefinit) |
||
|
ME12 |
Status tal-impjieg fil-każ tal-impjieg ewlieni |
||
|
ME13 |
Settur ta’ okkupazzjoni tal-membru tal-unità domestika |
||
|
Livell edukattiv miħuq u sfond edukattiv |
Livell edukattiv milħuq Varjabbli miġbur wieħed (1) |
MC01 |
L-ogħla livell edukattiv milħuq |
|
Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika |
Kompożizzjoni tal-unitajiet domestiċi – dettalji speċifiċi addizzjonali 2 varjabbli derivati |
HB05 |
Daqs tal-unità domestika |
|
HB075 |
Tip ta’ unità domestika |
||
|
Kundizzjonijiet tal-għajxien, inkluż privazzjoni materjali, abitazzjoni, ambjent tal-għajxien, aċċess għas-servizzi |
Karatteristiċi ewlenin tal-abitazzjoni 3 varjabbli miġbura |
HD01 |
Status ta’ pussess tal-unità domestika |
|
HD03 |
Tip ta’ abitazzjoni |
||
|
HD06 |
Għadd ta’ kmamar disponibbli fl-unità domestika |
||
|
Parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ |
Parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-edukazzjoni formali (attwali) 2 varjabbli miġbura |
MC02 A |
Parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ formali |
|
MC02B |
Livell tal-attività tal-aktar edukazzjoni jew taħriġ formali riċenti jew attwali |
||
|
Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol |
Tul tal-kuntratt Varjabbli miġbur wieħed (1) |
ME03 A |
Permanenza tal-impjieg ewlieni |
|
Introjtu, konsum u elementi tal-ġid, inkluż djun |
Introjtu annwali totali fil-livell tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi Varjabbli miġbur wieħed (1) Varjabbli derivat wieħed (1) |
MF099 |
Introjtu nett annwali totali mis-sorsi kollha, inkluż komponenti mhux monetarji, tal-membru tal-unità domestika |
|
HH099 |
Introjtu nett annwali totali mis-sorsi kollha, inkluż komponenti mhux monetarji |
||
|
Komponenti ewlenin tal-introjtu 3 varjabbli miġbura |
HH011 |
Introjtu attwali nett fix-xahar tal-unità domestika |
|
|
HH095 |
Introjtu nett annwali monetarju mis-sorsi kollha |
||
|
HH012 |
Introjtu in natura minn impjieg |
||
|
Introjtu in natura minn attivitajiet bla salarju Varjabbli miġbur wieħed (1) |
HH023 |
Introjtu in natura minn attivitajiet bla salarju |
|
|
Kera imputata Varjabbli miġbur wieħed (1) |
HH032 |
Kera imputata |
|
|
Sors ewlieni tal-introjtu Varjabbli miġbur wieħed (1) |
HI11 |
Sors ewlieni tal-introjtu |
|
|
Elementi tal-ġid, inkluż sjieda tal-abitazzjoni 2 varjabbli miġbura |
HW10 |
Valur tar-residenza ewlenija |
|
|
HW20 |
Iffrankar (f’xahar tipiku) |
||
|
Taxxi u kontribuzzjonijiet Varjabbli miġbur wieħed (1) |
HW30 |
Taxxa fuq l-introjtu u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali |
|
|
Dejn 2 varjabbli miġbura |
HW40 |
Total li fadal biex jitħallas mis-self ipotekarju fuq ir-residenza ewlenija |
|
|
HW50 |
Ħlas lura ta’ kapital u imgħax ta’ kull xahar għall-ipoteka |
||
|
Arretrati Varjabbli miġbur wieħed (1) |
HW60 |
Arretrati |
|
|
|
Konsum skont il-klassifikazzjoni tal-konsum individwali skont l-iskop (COICOP) (1) 507 varjabbli miġbura |
HE01 A |
Ikel u xorb mhux alkoħoliku |
|
HE02 A |
Xorb alkoħoliku, tabakk u narkotiċi |
||
|
HE03 A |
Ħwejjeġ u lbies tas-saqajn |
||
|
HE04 A |
Akkomodazzjoni, ilma, elettriku, gass u fjuwils oħra |
||
|
HE05 A |
Arredamenti, tagħmir tad-dar u manutenzjoni regolari tal-unità domestika |
||
|
HE06 A |
Saħħa |
||
|
HE07 A |
Trasport |
||
|
HE08 A |
Informazzjoni u komunikazzjoni |
||
|
HE09 A |
Rikreazzjoni, sport u kultura |
||
|
HE10 A |
Servizzi edukattivi |
||
|
HE11 A |
Servizzi ta’ ristoranti u ta’ akkomodazzjoni |
||
|
HE12 A |
Servizzi tal-assigurazzjoni u finanzjarji |
||
|
HE13 A |
Oġġetti u servizzi tal-kura personali, tal-protezzjoni soċjali u mixxellanji |
||
|
Konsum proprju 13-il varjabbli miġbur |
HE01B |
Ikel u xorb mhux alkoħoliku |
|
|
HE02B |
Xorb alkoħoliku, tabakk u narkotiċi |
||
|
HE03B |
Ħwejjeġ u lbies tas-saqajn |
||
|
HE04B |
Akkomodazzjoni, ilma, elettriku, gass u fjuwils oħra |
||
|
HE05B |
Arredamenti, tagħmir tad-dar u manutenzjoni regolari tal-unità domestika |
||
|
HE06B |
Saħħa |
||
|
HE07B |
Trasport |
||
|
HE08B |
Informazzjoni u komunikazzjoni |
||
|
HE09B |
Rikreazzjoni, sport u kultura |
||
|
HE10B |
Servizzi edukattivi |
||
|
HE11B |
Servizzi ta’ ristoranti u ta’ akkomodazzjoni |
||
|
HE12B |
Servizzi tal-assigurazzjoni u finanzjarji |
||
|
HE13B |
Oġġetti u servizzi tal-kura personali, tal-protezzjoni soċjali u mixxellanji |
||
|
Nefqa tal-konsum transfruntier skont COICOP 13-il varjabbli miġbur |
HJ01 |
Ikel u xorb mhux alkoħoliku |
|
|
HJ02 |
Xorb alkoħoliku, tabakk u narkotiċi |
||
|
HJ03 |
Ħwejjeġ u lbies tas-saqajn |
||
|
HJ04 |
Akkomodazzjoni, ilma, elettriku, gass u fjuwils oħra |
||
|
HJ05 |
Arredamenti, tagħmir tad-dar u manutenzjoni regolari tal-unità domestika |
||
|
HJ06 |
Saħħa |
||
|
HJ07 |
Trasport |
||
|
HJ08 |
Informazzjoni u komunikazzjoni |
||
|
HJ09 |
Rikreazzjoni, sport u kultura |
||
|
HJ10 |
Servizzi edukattivi |
||
|
HJ11 |
Servizzi ta’ ristoranti u ta’ akkomodazzjoni |
||
|
HJ12 |
Servizzi tal-assigurazzjoni u finanzjarji |
||
|
HJ13 |
Oġġetti u servizzi tal-kura personali, tal-protezzjoni soċjali u mixxellanji |
||
|
Kwantitajiet (2) (fakultattiv) 82 varjabbli miġbura |
HQ01 |
Ikel u xorb mhux alkoħoliku |
|
|
HQ02 |
Xorb alkoħoliku, tabakk u narkotiċi |
(1) Il-konsum monetarju skont il-klassifikazzjoni tal-konsum individwali skont l-iskop għandu jiġi trażmess fil-livell ta’ COICOP b’5 ċifri.
(2) Il-kwantitajiet għandhom jiġu trażmessi għall-gruppi “Ikel u xorb mhux alkoħoliku” u “Xorb alkoħoliku, tabakk u narkotiċi” fil-livell ta’ COICOP b’5 ċifri.