20.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 183/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1500

tal-20 ta’ Lulju 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta' Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.

(2)

Fit-8 ta' Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'isem l-Unjoni Ewropea, dwar ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta' ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Il-kisba tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u għad-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni u tal-politika estera u ta' sigurtà komuni tagħha.

(3)

L-Unjoni hija mħassba dwar id-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja. Il-gwerra ta' aggressjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna żiedet ir-repressjoni interna fir-Russja, billi llimitat drastikament il-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni kif ukoll il-libertà tal-media, u introduċiet iċ-ċensura tal-gwerra.

(4)

L-Unjoni tkompli tikkundanna bil-qawwa l-espansjoni severa tal-leġiżlazzjoni restrittiva u r-repressjoni sistematika kontra s-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll ir-repressjoni bla rażan tal-media indipendenti, ġurnalisti individwali, membri tal-oppożizzjoni politika u ilħna kritiċi oħra.

(5)

L-Unjoni tikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni motivata politikament minn qorti ta' Moska li tikkundanna lill-politiku tal-oppożizzjoni, attivist tad-demokrazija u kritiku fil-beraħ tal-Kremlin Alexei Navalny għal sentejn u nofs ħabs u l-estensjoni ta' dik is-sentenza b'disa' snin oħra.

(6)

L-Unjoni tikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni motivata politikament minn qorti ta' Moska li tikkundanna lill-politiku tal-oppożizzjoni, attivist tad-demokrazija u kritiku fil-beraħ tal-Kremlin Vladimir Kara-Murza għal 25 sena ħabs .

(7)

L-Unjoni tappella lir-Russja biex teħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil dawk kollha miżmuma l-ħabs għal akkużi motivati politikament.

(8)

F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tnax-il persuna u ħames entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.

(9)

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-lista ta' persuni fiżiċi li tinsab fit-taqsima A ("Persuni fiżiċi"), l-entrati li ġejjin jiżdiedu -:

 

Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“45.

Oleg Anatolyevich BARANOV

Олег Анатольевич БАРАНОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska; Logutenent Ġenerali tal-Pulizija

Data tat-twelid: 16.3.1969

Post tat-twelid: Potsdam, Germany

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati:

Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska

Center for Combating Extremism (Ċentru għall-Ġlieda kontra l-Estremiżmu);

Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska;

NTechLab;

Tevian

Oleg Baranov huwa l-Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska. F'dan ir-rwol, huwa jissorvelja l-forzi tal-pulizija, l-investigaturi kriminali, il-faċilitajiet ta' detenzjoni, iċ-Ċentru għall-Ġlieda kontra l-Estremiżmu u unitajiet oħra tal-infurzar tal-liġi f'Moska.

Id-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska taħt il-kmand tiegħu wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Fittex u żamm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevitaw il-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għal dawn il-finijiet, uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni.

Għalhekk, Oleg Baranov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

46.

Eduard Anatolyevich LYSENKO

Эдуард Анатольевич ЛЫСЕНКО

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Ministru tal-Gvern ta' Moska; Kap tad-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska

Data tat-twelid: 22.1.1975

Post tat-twelid: Yaroslavl, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Individwi assoċjati:

Natalia Sergunina

Entitajiet assoċjati:

Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska;

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska

Eduard Lysenko huwa Ministru fil-Gvern ta' Moska u l-Kap tad-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska.

Id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska jiżviluppa u juża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Jibgħat data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni, partikolarment għall-monitoraġġ u d-detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevitaw il-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, Eduard Lysenko huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

47.

Natalia Alekseevna SERGUNINA

Наталья Алексеевна СЕРГУНИНА

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi Sindku fil-Gvern ta' Moska; Kap tal-Apparat tas-Sindku u l-Gvern ta' Moska

Data tat-twelid: 22.8.1978

Post tat-twelid: Moscow, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Indirizz: (Uffiċċju) Voznesensky pereulok, 22, 125009 Moscow, Russian Federation

Individwi assoċjati:

Eduard Lysenko

Entitajiet assoċjati:

Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska;

Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska;

Informazzjoni oħra ta' identifikazzjoni: Tel.: +74956298447 (uffiċċju)

Natalia Sergunina hija Viċi Sindku ta' Moska. Id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska, li jaqa' fil-kompetenza tagħha, jiżviluppa u juża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Jibgħat data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni, partikolarment għall-monitoraġġ u d-detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, Natalia Sergunina hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

48.

Dmitry Yurievich NOZHKIN

Дмитрий Юрьевич НОЖКИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir

Data tat-twelid: 3.7.1981

Indirizz: Suzdalskay St., 118, Vladimir, Vladimir region, Russia, 600009

Numru tal-Kontribwent Individwali: 583520944622

Dmitry Nozhkin huwa l-kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Dmitry Nozhkin għandu responsabbiltà immedjata bħala kap tal-faċilità.

Għaldaqstant, Dmitry Nozhkin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.

20.7.2023

49.

Yuri Alexandrovich FOMIN

Юрий Александрович

ФОМИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir

Data tat-twelid: 28.08.1986

Indirizz: Komsomolskaya St., 95/2, 13, Kovrov, Vladimir region, Russia, 601914

Yuri Fomin huwa viċi kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Yuri Fomin għandu responsabbiltà immedjata bħala viċi kap tal-faċilità.

Għaldaqstant, Yuri Fomin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.

20.7.2023

50.

Danila Andreevich SINYUKHIN

Данила Андреевич СИНЮХИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir

Data tat-twelid: 8.8.1990

Indirizz: Narodnaya St., 8, 91, Vladimir, Vladimir region, Russia, 600026

Danila Sinyukhin huwa viċi kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Danila Sinyukhin għandu responsabbiltà immedjata bħala viċi kap tal-faċilità.

Għaldaqstant, Danila Sinyukhin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.

20.7.2023

51.

Anatoly Alekseevich GORSHKOV

Анатолий Алексеевич ГОРШКОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir

Data tat-twelid: 6.5.1984

Indirizz: Sergey Lazo St., 4/1, 75, Kovrov, Vladimir region, Russia, 601911

Anatoly Gorshkov huwa viċi kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Anatoly Gorshkov għandu responsabbiltà immedjata bħala viċi kap tal-faċilità.

Għaldaqstant, Anatoly Gorshkov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.

20.7.2023

52.

Dmitry Ivanovich MAKORIN

Дмитрий Иванович

МАКОРИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir

Data tat-twelid: 23.6.1984

Indirizz: Dachny proezd, 3, apt. 3, Melehovo, Vladimir region, Russia

Dmitry Makorin huwa viċi kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin).

Għaldaqstant, Dmitry Makorin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.

20.7.2023

53.

Mikhail Alekseevich NEIMOVICH

Михаил Алексеевич НEИМОВИЧ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Logutenent fil-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir

Data tat-twelid: 25.11.1997

Indirizz: Muromskaya St., 9, 22, Kovrov, Vladimir region, Russia, 601909

Mikhail Neimovich huwa logutenent tas-Servizz Penitenzjarju Federali fil-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Mikhail Neimovich għandu responsabbiltà immedjata.

Għaldaqstant, Mikhail Neimovich huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.

20.7.2023

54.

Alexey Ivanovich GIRICHEV

Алексей Иванович ГИРИЧЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): (Eks) Kap Reġjonali tal-FSIN fir-reġjun ta' Vladimir (Servizz Penitenzjarju Federali) sa Marzu 2023;

viċi kap attwali tal-FSIN

Data tat-twelid: 3.8.1975

Post tat-twelid: Kalach, Kalacheyevsky District, Voronezh Oblast, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Indirizz: (preċedentement) Zoe Kosmodemyanskaya St., 5 Corps 1, 95, Kovrov, Vladimir Region, Russia, 601911

Numru tal-Kontribwent Individwali: 382101379684

Aleksey Girichev huwa l-viċi Kap tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN), li ilu jżomm lill-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny priġunier sa minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Alexsey Girichev għandu responsabbiltà diretta bħala viċi kap tal-FSIN.

Għaldaqstant, Alexsey Girichev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b'mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

20.7.2023

55.

Arkady Alexandrovich GOSTEV

Аркадий Александрович

ГОСТЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Direttur tal-FSIN (eks Viċi Ministru għall-Intern, sal-2021)

Data tat-twelid: 11.2.1961

Post tat-twelid: Shatsky District, Ryazan Region, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Indirizz: lobachevskogo, 92-12, Moscow, 117453

Numru tal-Passaport: 620120675

Arkady Gostev huwa d-Direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN), li ilu jżomm lill-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny priġunier sa minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwixxa biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Arkady Gostev għandu responsabbiltà diretta bħala l-viċi kap tal-FSIN.

Għaldaqstant, Arkady Gostev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

20.7.2023

56.

Alexander Alexandrovitch

SAMOFAL

Александр Александрович

САМОФАЛ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Aġent tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa

Data tat-twelid: 23.8.1981

Post tat-twelid: Moscow, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Indirizz: (preċedentement) Military Unit 2568, FSB Border Service Academy, Golitsyno, Russian Federation

Alexander Samofal huwa uffiċjal tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). F’dik il-kapaċità, huwa kien personalment involut f’operazzjoni tal-FSB biex jiġi assassinat Wladimir Kara-Murza, figura ewlenija tal-oppożizzjoni Russa, bl-użu ta’ newrotossina. L-avvelenament kważi fatali għamel ħsara serja lis-saħħa ta’ Kara-Murza, u ħalla impatt negattiv fuq il-kundizzjoni fiżika fit-tul tiegħu.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 infetħu proċedimenti tal-qorti motivati politikament kontrih imsejsa fuq allegazzjonijiet foloz wara li akkuża lill-Kremlin bit-twettiq ta' delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u wara li kkundanna l-aggressjoni Russa pubblikament. F'April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f'ħabs/kamp tax-xogħol b'sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta' proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, Alexander Samofal huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

20.7.2023”

2.

fil-lista ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fit-taqsima B ("Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi"), l-entrati li ġejjin għandhom jiżdiedu:

 

Ismijiet

(Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“16.

Main Directorate of Internal Affairs of the City of Moscow (Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska)

Главное Управление Внутренних дел по городу Москве

(ortografija Russa)

Indirizz: 127994, Moscow, 38 Petrovka St., Russia

Telefon: +8 (495) 694-92-29

Sit web: https://77.xn--b1aew.xn--p1ai/

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska huwa magħmul minn forzi tal-pulizija, investigaturi kriminali, faċilitajiet ta' detenzjoni, iċ-Ċentru għall-Ġlieda kontra l-Estremiżmu u unitajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi f'Moska. Huwa mmexxi minn Oleg Baranov.

Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Fittex u żamm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevitaw il-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għal dawn il-finijiet, uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

17.

Department of Information Technologies of the City of Moscow (Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska)

Департамент Информационных Технологий города Москвы

(ortografija Russa)

Indirizz: (Legali) Russia, 123100 Moscow, 1-Y Krasnogvardeyskiy Proyezd, 21, bld 1; (Attwali) Russia, 105064 Moscow Yakovoapostol'skiy Pereulok, 12с1

Telefon: :+7 (495) 957-01-31

Fax: :+7 (495) 957-75-42

Indirizz elettroniku: dit@mos.ru

Sit web: https://www.mos.ru/dit/

Id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska jiżviluppa u juża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Jibgħat data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

18.

Ntechlab

Нтехлаб

(ortografija Russa)

Indirizz: 127055, Russia, Moscow, Novolesnaya St., 2, prem. 1/3 (BC "Brigantina Hall")

Telefon: +7 (499) 110-22-54

Indirizz elettroniku: info@ntechlab.ru

Sit web: https://ntechlab.ru/

NtechLab hija kumpanija Russa tat-teknoloġija tar-rikonoxximent tal-wiċċ. Ikkooperat mad-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska għall-iżvilupp tas-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Id-data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ tintbagħat lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, NtechLab hija responsabbli għall-għoti ta' appoġġ tekniku jew materjali għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

19.

Tevian

magħrufa wkoll bħala Tekhnologii Videoanaliza LLC

ООО Технологии видеоанализа

(ortografija Russa)

Indirizz: (legali) 119634 Moscow, Skulptora Mukhina St. 7, 1st floor, II, room 2B, Russia; (uffiċċju) 119048, Moscow, Efremova St., 10, building 2, Office 11, Russia

Telefon: +7 (917) 531-86-41

Sit web: https://tevian.ai

Indirizz elettroniku: info@tevian.ru;

support@tevian.ai

Tevian hija kumpanija tat-teknoloġija tar-rikonoxximent tal-wiċċ. Ikkooperat mad-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska għall-iżvilupp tas-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Id-data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ tintbagħat lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, Tevian hija responsabbli għall-għoti ta' appoġġ tekniku jew materjali għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

20.

JSC Elektronnaya Moskva

AO "Электронная Москва"

(ortografija Russa)

Indirizz:

(Attwali) 105064, Moscow, Nizhny Susalny pereulok, building 5, building 19, floor a1, room X, room 1

(Legali) 105064, Moscow, Nizhny Susalny lane, 5, building 19, floor a1, room X, room 1

(Postali) 107078, Moscow, PO Box 185

Telefon: +7 (495) 988-2270

Indirizz elettroniku: e-moskva@e-moskva.ru

Sit web: https://www.e-moskva.ru/

Nru INN 7707314029

Elektronnaya Moskva hija kumpanija tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni stabbilita mill-Gvern ta' Moska. Hija organizzat sejħiet għall-offerti għall-provvista ta' software għar-rikonoxximent tal-wiċċ, li aktar tard intuża fl-implimentazzjoni tas-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska.

Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska ġiet żviluppata u użata mid-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska. Id-data mis-sistema intbagħtet lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, Elektronnaya Moskva hija responsabbli għall-għoti ta' appoġġ tekniku jew materjali għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023”.