|
16.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/964
tal-15 ta’ Mejju 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 tapplika sat-18 ta’ Mejju 2025. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-validità tal-miżuri restrittivi stipulati fiha jiġu estiżi sat-18 ta’ Mejju 2024. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-18 ta’ Mejju 2025 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw fir-rigward tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness sat-18 ta’ Mejju 2024.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. FORSSMED
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (ĠU L 129I, 17.5.2019, p. 13).