|
19.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 17/90 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/133
tas-17 ta’ Jannar 2023
li taħtar il-membri tal-bord tal-għażla previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Kap Prosekutur Ewropew jinħatar mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill minn fost il-kandidati magħżula mill-bord tal-għażla previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (“il-bord tal-għażla”). Il-Prosekuturi Ewropej jinħatru mill-Kunsill minn fost tliet kandidati kwalifikati nnominati minn kull Stat Membru wara li l-Kunsill ikun irċieva opinjoni motivata mill-bord tal-għażla. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/598 (2), il-mandat tal-Prosekuturi Ewropej minn tmien Stati Membri, iddeterminat bit-tlugħ tal-poloz, għandu jkun ta’ tliet snin u ma għandux jiġġedded. Il-mandat ta’ dawk il-Prosekuturi Ewropej ser jiskadi f’Lulju 2023. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1275 (3), il-mandat tal-membri attwali tal-bord tal-għażla skada fid-9 ta’ Ottubru 2022. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru membri ġodda. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-bord tal-għażla għandu jinkludi 12-il persuna magħżula minn fost eks membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Awdituri, eks membri nazzjonali tal-Eurojust, membri tal-qrati supremi nazzjonali, prosekuturi ta’ livell għoli u avukati ta’ kompetenza rikonoxxuta. |
|
(5) |
Wieħed mill-membri tal-bord tal-għażla għandu jkun propost mill-Parlament Ewropew. Fis-7 ta’ Ġunju 2022, il-Parlament Ewropew innomina lis-Sa Margreet FRÖBERG bħala membru tal-bord tal-għażla li għandu jiġi propost minnu. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni qieset il-ħtieġa għal bilanċ ġeografiku, bilanċ bejn is-sessi u r-rappreżentanza dovuta tal-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri parteċipanti fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE għas-sħubija fil-bord tal-għażla. |
|
(7) |
Fost il-11-il persuna proposti mill-Kummissjoni, hemm eks membru tal-Qorti tal-Ġustizzja, eks membru tal-Qorti tal-Awdituri, eks membru nazzjonali tal-Eurojust, sitt prosekuturi ta’ livell għoli u żewġ membri ta’ qrati supremi nazzjonali, li minnhom sitta huma rġiel u ħamsa huma nisa. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li l-membri tal-bord tal-għażla jinħatru, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għal perjodu ta’ erba’ snin mill-20 ta’ Jannar 2023, il-persuni li ġejjin huma maħturin bħala membri tal-bord tal-għażla previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939:
|
|
Is-Sur Jean-François BOHNERT |
|
|
Is-Sur Vítor Manuel DA SILVA CALDEIRA |
|
|
Is-Sur Peter FRANK |
|
|
Is-Sa Margreet FRÖBERG |
|
|
Is-Sa Ulrike HABERL-SCHWARZ |
|
|
Is-Sa María Ángeles GARRIDO LORENZO |
|
|
Is-Sa Saale LAOS |
|
|
Is-Sur Ján MAZÁK |
|
|
Is-Sur Marin MRČELA |
|
|
Is-Sur Lorenzo SALAZAR |
|
|
Is-Sa Martine SOLOVIEFF |
|
|
Is-Sa Tuire TAMMINIEMI. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SVANTESSON
(1) ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/598 tad-9 ta’ April 2019 dwar ir-regoli tranżizzjonali għall-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej għall-ewwel perjodu ta’ mandat u matulu, previsti fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (ĠU L 103, 12.4.2019, p. 29).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1275 tat-18 ta’ Settembru 2018 li taħtar il-membri tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 (ĠU L 238, 21.9.2018, p. 92).