2.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1451
tal-1 ta’ Settembru 2022
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra mill-Cinnamomum camphora (L) J. Presl. u tat-tintura tal-kannella mill-Cinnamomum verum J. Presl. bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Iż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra u t-tintura tal-kannella kienu ġew awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dawk l-addittivi wara ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid taż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra mill-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl., u tat-tintura tal-kannella miksuba mill-Cinnamomum verum J. Presl bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, f’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu. |
(4) |
L-applikant talab li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
L-applikant talab li l-addittivi jiġu awtorizzati wkoll biex jintużaw fl-ilma tax-xorb. Iżda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ komposti aromatizzanti għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li ma jkunx permess l-użu taż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra u tat-tintura tal-kannella fl-ilma tax-xorb. |
(6) |
Fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Novembru 2021 (3) (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, iż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra mill-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl. u t-tintura tal-kannella mill-Cinnamomum verum J. Presl. ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li jenħtieġ li ż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra mill-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl. u t-tintura tal-kannella mill-Cinnamomum verum J. Presl. jitqiesu bħala irritanti tal-għajnejn u tal-ġilda, u bħala sensitizzaturi respiratorji u tal-ġilda. Għalhekk il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll, li huwa magħruf li ż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra, mill-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl. u t-tintura tal-kannella mill-Cinnamomum verum J. Presl. jagħtu t-togħma lill-ikel, u li l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, u għalhekk ma hemmx bżonn li jkun hemm aktar provi tal-effikaċja tagħhom. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(8) |
Il-valutazzjoni taż-żejt essenzjali abjad tal-gamfra mill-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl. u t-tintura tal-kannella mill-Cinnamomum verum J. Presl. turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk jenħtieġ li l-użu ta’ dawk l-addittivi jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
Jenħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet biex isir kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittivi. Meta dan il-kontenut jinqabeż, jenħtieġ li tiġi indikata ċerta informazzjoni fuq it-tikketta tal-premixxeli. |
(10) |
Il-fatt li ż-żejt essenzjali abjad mill-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl. u t-tintura tal-kannella mill-Cinnamomum verum J. Presl. mhumiex awtorizzati biex jintużaw fl-ilma bħala kompost aromatizzanti ma jipprekludix li jintużaw f’għalf kompost li jingħata permezz tal-ilma. |
(11) |
Peress li ma hemmx raġunijiet ta’ sikurezza li jirrikjedu l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li huma tal-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u tal-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fl-għalf tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u l-premixxeli li jkun fihom dawn is-sustanzi, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Marzu 2023, f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Settembru 2023, f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-22 ta’ Settembru 2024, f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-22 ta’ Settembru 2022, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2022;20(1):6985.
(4) EFSA Journal 2021;19(12):6986.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2b130-eo |
Żejt essenzjali abjad tal-gamfra |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali abjad tal-gamfra miksub min kull parti tal-pjanta tal-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl. Gamfra ≤ 0,1 % Safrol ≤ 0,0002 % Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali abjad tal-gamfra miksub permezz tad-distillazzjoni bil-fwar minn kull parti tal-pjanta tal-Cinnamomum camphora (L.) J. Presl kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (1). 1,8-Sinjol: 27 – 43 % d-Limonen (18–27 %) 1-Isopropil-4-Metilbenzen (p-sajmin): 6 – 15 % α-Pinen (pin-2(3)-en): 4 – 10 % Numru CAS: 8008-51-3 Numru EINECS: 294-760-2 Numru FEMA: 2231 Numru CoE: 130 Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni ta’ 1,8-Sinjol (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra l-qtates |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||||||||||||||||
Qtates |
- |
- |
22 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||
2b2289-t |
Tintura tal-kannella |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tintura tal-kannella miksuba mill-qoxra tas-siġra Cinnamomum verum J. Presl. Metilewġenol ≤ 0,00001 % Safrol ≤ 0,00002 % Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Tintura tal-kannella miksuba permezz ta’ estrazzjoni estiża b’taħlita ta’ ilma u etanol (3:1, v/v) mill-qoxra tas-siġra Cinnamomum verum J. Presl. kif iddefinita mill-Kunsill tal-Ewropa (3). Sinnamaldeid: ≤ 0,0012 % Numru FEMA tal-kannella: 2289 Metodu analitiku (4) Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf (tintura tal-kannella):
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
It-22 ta’ Settembru 2032 |
(1) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(3) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en