5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1356

tal-4 ta’ Awwissu 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li l-entrata għal persuna waħda u l-informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża tagħha u d-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva jitħassru.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima A (“Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2”), titħassar l-entrata għall-persuna li ġejja:

“45.

Montassar Ben Habib Ben Bouali LTAIEF”;

(2)

fit-Taqsima B (“Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina:”), titħassar l-entrata li ġejja:

“45.

Montassar Ben Habib Ben Bouali LTAIEF

L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li fl-2011 u fl-2013 is-Sur Montassar Ben Habib Ben Bouali LTAIEF instema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukati tiegħu.”.