26.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1300

tal-24 ta’ Marzu 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1093 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format ta’ rapporti ta’ pożizzjoni minn ditti tal-investiment u operaturi tas-suq

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(5), it-tielet subparagrafu, tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2021/338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi emendi għall-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tar-rappurtar tal-pożizzjoni.

(2)

Skont dawk l-emendi għall-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/65/UE, ir-rapportar tal-pożizzjoni ma għandux jibqa’ japplika għat-titoli msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt 44, il-punt (c), ta’ dik id-Direttiva, li huma relatati ma’ komodità jew sottostanti kif imsemmi fit-Taqsima C.10 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, ir-referenzi għal dawk il-kategoriji ta’ derivattivi fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1093 (3) jenħtieġ li jitħassru.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1093 jiġi emendat skont dan.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(5)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi implimentattivi li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1093 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2021/338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2021 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni, governanza tal-prodotti u limiti ta’ pożizzjoni, u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/878 fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom għad-ditti tal-investiment, għas-sostenn tal-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 14).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1093 tal-20 ta’ Ġunju 2017 li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format ta’ rapporti ta’ pożizzjoni minn ditti tal-investiment u operaturi tas-suq (ĠU L 158, 21.6.2017, p. 16).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

It-Tabella 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1093 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Tabella 2

Tabelli ta’ oqsma li għandhom jiġu rrappurtati għall-pożizzjonijiet kollha bil-maturitajiet kollha tal-kuntratti kollha għall-finijiet tal-Artikolu 2

KAXXA

DETTALJI LI GĦANDHOM JIĠU RRAPPURTATI

FORMAT TAR-RAPPURTAR

Id-data u l-ħin tal-preżentazzjoni tar-rapport

Kaxxa li trid timtela bid-data u l-ħin tal-preżentazzjoni tar-rapport.

{DATA_ĦIN_FORMAT}

Numru ta’ referenza tar-rapport

Kaxxa li trid timtela bl-identifikatur uniku mogħti minn min jippreżenta r-rapport u li jidentifika r-rapport mingħajr ambigwità kemm lil min jippreżenta kif ukoll lill-awtorità kompetenti riċeventi.

{ALPHANUM-52}

Id-data tal-jum tan-negozjar tal-pożizzjoni rrapportata

Kaxxa li trid timtela bid-data tal-konferma tal-pożizzjoni rrapportata fl-għeluq tal-jum ta’ negozjar fiċ-ċentru tan-negozjar rilevanti.

{DATEFORMAT}

Status tar-rapport

Indikazzjoni dwar jekk ir-rapport huwiex ġdid jew jekk rapport li ġie ppreżentat qabel ġiex imħassar jew emendat.

Fejn rapport sottomess li jkun ġie ppreżentat qabel ikun tħassar jew ġie emendat, rapport li jkun fih id-dettalji kollha tar-rapport oriġinali u li jkollu n-Numru ta’ Referenza tar-Rapport oriġinali jenħtieġ li jintbagħat u l-“istatus tar-rapport” jenħtieġ li jiġi mmarkat bħala “CANC”.

Fir-rigward ta’ emendi, rapport ġdid li jinkludi d-dettalji kollha tar-rapport oriġinali u li jkollu n-Numru ta’ Referenza tar-Rapport oriġinali bl-emendar tad-dettalji kollha meħtieġa jenħtieġ li jintbagħat u l-“istatus tar-Rapport” jenħtieġ li jiġi mmarkati bħala “AMND”.

“NEWT” — Ġdid

“CANC” — Tħassar

“AMND” — Emenda

Identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta

L-identifikatur tad-ditta tal-investiment li qed tirrapporta. Kaxxa li trid timtela bil-kodiċi tal-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI, Legal Entity Identifier) għal entitajiet ġuridiċi jew {ID_NAZZJONALI} għal persuni fiżiċi li ma jkollhomx LEI.

{LEI}

jew

{ID_NAZZJONALI} — Persuni fiżiċi

Identifikazzjoni tad-detentur tal-pożizzjoni

Kaxxa li trid timtela bil-kodiċi tal-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI, Legal Entity Identifier) għal entitajiet ġuridiċi jew {ID_NAZZJONALI} għal persuni fiżiċi li ma jkollhomx LEI. (Nota: jekk il-pożizzjoni tinżamm bħal pożizzjoni proprjetarja tad-ditta ta’ rapportar, din il-kaxxa għandha tkun identika għall-kaxxa “Identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta”).

{LEI}

jew

{ID_NAZZJONALI} — Persuni fiżiċi

Indirizz tal-posta elettronika tad-detentur tal-pożizzjoni

Indirizz tal-posta elettronika għan-notifiki ta’ kwistjonijiet relatati mal-pożizzjonijiet.

{ALPHANUM-256}

Identifikazzjoni tal-Entità omm apikali

Kaxxa li trid timtela bil-kodiċi tal-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI, Legal Entity Identifier) għal entitajiet ġuridiċi jew {ID_NAZZJONALI} għal persuni fiżiċi li ma jkollhomx LEI. Nota: din il-kaxxa tista’ tkun identika għall-kaxxa “Identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta” jew “Identifikazzjoni tad-detentur tal-pożizzjoni” jekk l-entità omm apikali jkollha l-pożizzjonijiet tagħha, jew tagħmel ir-rapporti tagħha.

{LEI}

jew

{ID_NAZZJONALI} — Persuni fiżiċi

Indirizz tal-posta elettronika tal-entità omm apikali

Indirizz tal-posta elettronika għall-korrispondenza fir-rigward tal-pożizzjonijiet aggregati.

{ALPHANUM-256}

Omm tal-istatus tal-iskema ta’ investiment kollettiv

Kaxxa li fiha jsir rapport dwar jekk id-detentur tal-pożizzjoni huwiex impriża ta’ investiment kollettiv li tieħu deċiżjonijiet ta’ investiment indipendentement mill-impriża omm tagħha kif stipulat mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1301 (*1).

“TRUE” — id-detentur tal-pożizzjoni huwa impriża ta’ investiment kollettiv li tieħu deċiżjonijiet ta’ investiment indipendenti

“FALSE” — id-detentur tal-pożizzjoni mhuwiex impriża ta’ investiment kollettiv li tieħu deċiżjonijiet ta’ investiment indipendenti

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ kuntratt innegozjat f’ċentri ta’ negozjar

Identifikatur tad-derivattiv ta’ komodità, kwota tal-emissjonijiet jew derivattiv tagħhom. Ara t-taqsima “Identifikatur taċ-Ċentru tan-Negozjar” għat-trattament ta’ kuntratti OTC li huma ekonomikament ekwivalenti għal kuntratti li huma nnegozjati fiċ-ċentri ta’ negozjar.

{ISIN}

Kodiċi tal-prodott taċ-ċentru

Kaxxa biex timtela b’identifikatur alfanumeriku uniku u mhux ambigwu użata miċ-ċentru tan-negozjar li jiġbor flimkien kuntratti b’maturitajiet differenti u bi prezzijiet tal-eżerċitar fl-istess prodott.

{ALPHANUM-12}

Identifikatur taċ-ċentru tan-negozjar

Kaxxa biex timtela bis-segment MIC tal-ISO 10383 għal pożizzjonijiet irrappurtati fir-rigward ta’ kuntratti li jsiru fiċ-ċentru tan-negozjar. Meta s-segment MIC ma jkunx jeżisti, uża l-MIC li jkun qed jopera.

{MIC}

Uża l-kodiċi MIC “XXXX” għal pożizzjonijiet li mhumiex f’ċentru tan-negozjar f’kuntratti OTC ekonomikament ekwivalenti.

Uża l-kodiċi MIC “XOFF” għal derivattivi jew kwoti tal-emissjonijiet elenkati nnegozjati barra l-borża.

 

Tip ta’ pożizzjoni

Kaxxa li fiha jsir rapport dwar jekk il-pożizzjoni hijiex jew f’futuri, opzjonijiet, kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom jew kwalunkwe tip ta’ kuntratt ieħor.

“OPTN” — Opzjonijiet, inklużi opzjonijiet negozjabbli separatament fuq tipi FUTR jew OTHR, esklużi prodotti fejn l-opzjonalità huwa biss element integrat

“FUTR” — Futuri

“EMIS” — Kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi tagħhom

“OTHR” — Kull tip ieħor ta’ kuntratt

Maturità tal-pożizzjoni

Indikazzjoni ta’ jekk il-maturità tal-kuntratt li jinkludi l-pożizzjoni rrappurtata jirrelatax max-xahar spot jew max-xhur l-oħra kollha. Nota: rapporti separati huma meħtieġa għal xhur spot u għax-xhur l-oħra kollha.

“SPOT” — xahar spot, inklużi l-pożizzjonijiet kollha fit-tipi ta’ pożizzjonijiet EMIS

“OTHR” — ix-xhur l-oħra kollha

Kwantità ta’ pożizzjonijiet

Kaxxa li trid timtela bil-kwantità netta ta’ pożizzjonijiet miżmuma fid-derivattiv ta’ komodità, kwoti ta’ emissjonijiet jew derivattivi tagħhom espressi jew f’lottijiet, meta l-limiti tal-pożizzjonijiet huma espressi f’lottijiet, jew inkella f’unitajiet tas-sottostanti.

Din il-kaxxa jenħtieġ li timtela b’numru pożittiv għal pożizzjonijiet twal u numru negattiv għal pożizzjonijiet qosra.

{DECIMAL-15/2}

Notazzjoni tal-kwantità ta’ pożizzjonijiet

Din il-kaxxa għandha timtela bl-unitajiet użati biex tiġi rrappurtata l-kwantità ta’ pożizzjonijiet.

“LOTS” — jekk il-kwantità tal-pożizzjonijiet hija espressa f’lottijiet

{ALPHANUM-25} — deskrizzjoni tal-unitajiet użati jekk il-kwantità ta’ pożizzjonijiet hija espressa f’unitajiet tas-sottostanti

“UNIT” — jekk il-kwantità tal-pożizzjonijiet hija espressa f’unitajiet

Kwantità ta’ pożizzjonijiet ekwivalenti għad-delta

Jekk it-Tip tal-Pożizzjoni hija “OPTN” jew opzjoni fuq “EMIS”, din il-kaxxa għandha tinkludi l-kwantità ekwivalenti għad-delta tal-pożizzjoni rrappurtata fil-qasam “Kwantità ta’ Pożizzjonijiet”.

Din il-kaxxa għandha timtela b’numru pożittiv għal sejħiet twal u bejgħ fil-qosor u numru negattiv għal bejgħ fit-tul u sejħiet qosra.

{DECIMAL-15/2}

Indikatur ta’ jekk il-pożizzjoni tnaqqasx ir-riskju fir-rigward ta’ attività kummerċjali

Kaxxa li fiha jsir rapport dwar jekk il-pożizzjoni tnaqqasx ir-riskju skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2022/1301.

“TRUE” — il-pożizzjoni tnaqqas ir-riskju

“FALSE” — il-pożizzjoni ma tnaqqasx ir-riskju


(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1301 tal-31 ta’ Marzu 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/1226 fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tingħata skont ir-rekwiżiti ta’ notifika STS għal titolizzazzjonijiet sintetiċi fil-karta tal-bilanċ (ĠU L 197, xx.xx.2022, p. 10)”.