14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/18 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1208
tat-12 ta’ Lulju 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-konverżjoni għall-euro għall-Kroazja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 140(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 (2) jiddetermina r-rati tal-konverżjoni bejn l-euro u l-muniti tal-Istati Membri li jadottaw l-euro mill-1 ta’ Jannar 1999. |
(2) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2012, il-Kroazja hija Stat Membru b’deroga fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(3) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 (3) dwar l-adozzjoni fl-1 ta’ Jannar 2023 tal-euro mill-Kroazja, il-Kroazja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga tal-Kroazja titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
(4) |
L-introduzzjoni tal-euro fil-Kroazja teħtieġ l-adozzjoni tar-rata tal-konverżjoni bejn l-euro u l-kuna Kroata. Jenħtieġ li din ir-rata tal-konverżjoni tiġi ffissata għal 7,53450 kuni għal kull euro, li jikkorrispondi għar-rata ċentrali kurrenti tal-kuna fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II). |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2866/98 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2866/98, jiddaħħal dan li ġej bejn ir-rati tal-konverżjoni applikabbli għall-frank Franċiż u l-lira Irlandiża:
“= 7,53450 kuni Kroati”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. STANJURA
(1) L-Opinjoni tal-4 ta’ Lulju 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rati tal-konverżjoni bejn l-euro u l-muniti tal-Istati Membri li jadottaw l-euro (ĠU L 359, 31.12.1998, p. 1)
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 tat-12 ta’ Lulju 2022 dwar l-adozzjoni mill-Kroazja tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2023 (ara paġna 31 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).