13.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1203
tat-12 ta’ Lulju 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 biex jaġġorna l-lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) u (2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 (2) jistabbilixxi lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni (“il-lista tal-Unjoni”), li għandha tiġi aġġornata kif xieraq, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. |
(2) |
Abbażi tal-evidenza disponibbli u tal-valutazzjonijiet tar-riskju li twettqu f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati għall-ispeċijiet aljeni invażivi li ġejjin: Ameiurus melas (Rafinesque, 1820), Axis axis (Erxleben, 1777), Callosciurus finlaysonii (Horsfield, 1823), Celastrus orbiculatus Thunb., Channa argus (Cantor, 1842), Faxonius rusticus (Girard, 1852), Fundulus heteroclitus (Linnaeus, 1766), Gambusia affinis (Baird & Girard, 1853), Gambusia holbrooki Girard, 1859, Hakea sericea Schrad. & J.C.Wendl., Koenigia polystachya (Wall. ex Meisn.) T.M.Schust. & Reveal, Lampropeltis getula (Linnaeus, 1766), Limnoperna fortunei (Dunker, 1857), Morone americana (Gmelin, 1789), Pistia stratiotes L., Pycnonotus cafer (Linnaeus, 1766), Rugulopteryx okamurae (E.Y.Dawson) I.K.Hwang, W.J.Lee & H.S.Kim, 2009, Solenopsis geminata (Fabricius, 1804), Solenopsis invicta Buren, 1972, Solenopsis richteri Forel, 1909, Wasmannia auropunctata (Roger, 1863) u Xenopus laevis (Daudin, 1802). |
(3) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li għal dawk l-ispeċijiet invażivi kollha, tqiesu b’mod xieraq l-elementi kollha stipulati fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. |
(4) |
L-ispeċijiet Xenopus laevis (Daudin, 1802) u Fundulus heteroclitus (Linnaeus, 1766) jintużaw għar-riċerka xjentifika li jenħtieġ li ma tiġix imfixkla. Jenħtieġ li l-inklużjoni ta’ dawk l-ispeċijiet fil-lista tal-Unjoni tiġi differita biex jingħata żmien lill-Istati Membri jippreparaw biex joħorġu l-permessi msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 qabel ma jseħħ l-elenkar ta’ dawn l-ispeċijiet. |
(5) |
Minħabba l-investimenti fit-tul li għamlu dawk li jkabbru l-Pistia stratiotes L. u l-Celastrus orbiculatus Thunb. f’xi Stati Membri, l-inklużjoni ta’ dawn l-ispeċijiet fil-lista tal-Unjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal perjodu ta’ tranżizzjoni. |
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (2) tal-Anness għandu jibda japplika mit-2 ta’ Awwissu 2024.
Il-punt (3) tal-Anness għandu jibda japplika mit-2 ta’ Awwissu 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 tat-13 ta’ Lulju 2016 li jadotta lista ta’ speċijiet aljeni invażivi ta’ tħassib għall-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 189, 14.7.2016, p. 4).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 huwa emendat kif ġej:
(1) |
jiddaħħlu l-ispeċijiet li ġejjin f’ordni alfabetika fit-tabella:
|
(2) |
jiddaħħlu l-ispeċijiet li ġejjin f’ordni alfabetika fit-tabella:
|
(3) |
tiddaħħal l-ispeċi li ġejja fit-tabella:
|
(4) |
Fin-noti tat-tabella għall-kolonna (iv), jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|