6.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/11


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1159

tal-11 ta’ Marzu 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni pubblika tal-politika tal-investiment mid-ditti tal-investiment

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi li d-ditti tal-investiment għajr ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi jiddivulgaw pubblikament informazzjoni dwar il-politika ta’ investiment tagħhom, sabiex jipprovdu trasparenza lill-investituri tagħhom u lill-parteċipanti usa’ fis-suq dwar l-influwenza tagħhom fuq il-kumpaniji li fihom ikollhom direttament jew indirettament ishma li magħhom huma marbuta d-drittijiet tal-vot u dwar kif jivvutaw. Id-divulgazzjoni meħtieġa tinkludi informazzjoni dwar il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma direttament jew indirettament mid-ditti tal-investiment, informazzjoni dwar l-imġiba tal-vot tagħhom, spjegazzjoni tal-voti u l-proporzjon tal-proposti mressqa u approvati, informazzjoni dwar l-użu ta’ ditti konsulenti bi prokura u informazzjoni dwar il-linji gwida tal-votazzjoni tagħhom.

(2)

Dan ir-Regolament, kif stipulat fl-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033, għandu l-għan li jispeċifika mudelli għad-divulgazzjoni meħtieġa, bi tweġiba għall-ħtieġa ta’ informazzjoni pubblika konsistenti u komparabbli dwar il-politika pubblika tad-ditti tal-investiment.

(3)

Filwaqt li huma proporzjonati, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom l-għan li jiżguraw li l-mudelli u t-tabelli użati mid-ditti tal-investiment għad-divulgazzjonijiet tal-politika tal-investiment iwasslu informazzjoni komprensiva u komparabbli biżżejjed dwar l-imġiba tal-vot tagħhom u dwar kif din tinfluwenza d-destinatarji ta’ investiment tagħhom.

(4)

B’mod aktar speċifiku, dan ir-Regolament jintroduċi mudell ta’ divulgazzjoni kwantitattiva dwar il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mid-ditti tal-investiment direttament, u indirettament mis-sussidjarji tagħhom, jew kumpaniji assoċjati f’konformità mal-Artikolu 2, (13) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew kull impriża oħra li magħha d-ditta tal-investiment hija marbuta f’konformità mal-Artikolu 3(1)(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), inklużi ishma taħt il-ġestjoni tad-ditti tal-investiment f’isem il-klijenti, sakemm id-drittijiet tal-vot ma jinżammux mill-azzjonisti permezz ta’ arranġament kuntrattwali li jipprojbixxi lid-ditta tal-investiment milli tivvota f’isimhom. Dan ir-Regolament jiddefinixxi wkoll tabelli u mudelli għad-deskrizzjoni tal-imġiba tal-votazzjoni tad-ditta tal-investiment, u tal-proporzjon tar-riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali li d-ditta tkun approvat jew opponiet, skont is-suġġett, u tinkludi informazzjoni dwar id-dipartimenti jew ir-rwoli involuti fid-deċiżjoni tal-pożizzjoni tal-votazzjoni, il-proċess ta’ validazzjoni u l-bidliet materjali fir-rata tar-riżoluzzjonijiet approvati. Barra minn hekk, dan jinkludi tabelli kwalitattivi għad-deskrizzjoni tal-użu ta’ ditti konsulenti bi prokura u r-rabtiet ma’ dawk id-ditti. Fl-aħħar nett, dan jinkludi struzzjonijiet dwar l-informazzjoni li d-ditti tal-investiment iridu jiddivulgaw rigward il-linji gwida tal-votazzjoni tagħhom.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) lill-Kummissjoni.

(6)

L-EBA wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqha huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Prinċipji tad-divulgazzjoni

L-informazzjoni li għandha tiġi divulgata f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-prinċipji li ġejjin:

(a)

id-divulgazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-istess livell ta’ verifika interna bħal dak applikabbli għar-rapport maniġerjali inkluż fir-rapport finanzjarju tad-ditta tal-investiment.

(b)

Id-divulgazzjonijiet għandhom ikunu ċari. Dawn għandhom jiġu ppreżentati f’forma li tinftiehem mill-utenti tal-informazzjoni u kkomunikati permezz ta’ mezz aċċessibbli. Messaġġi importanti għandhom jiġu enfasizzati u jkunu faċli biex jinstabu. Kwistjonijiet kumplessi għandhom jiġu spjegati f’lingwaġġ sempliċi. L-informazzjoni relatata għandha tiġi ppreżentata flimkien.

(c)

Id-divulgazzjonijiet għandhom ikunu sinifikanti u konsistenti matul iż-żmien biex l-utenti tal-informazzjoni jkunu jistgħu jqabblu l-informazzjoni minn perjodu ta’ divulgazzjoni għal ieħor.

(d)

Id-divulgazzjonijiet kwantitattivi għandhom ikunu akkumpanjati minn spjegazzjonijiet kwalitattivi u kull informazzjoni supplimentari oħra li tista’ tkun meħtieġa sabiex l-utenti ta’ dik l-informazzjoni jifhmuhom, filwaqt li tittieħed nota b’mod partikolari ta’ kull bidla sinifikanti f’kull divulgazzjoni partikolari meta mqabbla mal-informazzjoni li tinsab fid-divulgazzjonijiet preċedenti.

Artikolu 2

Speċifikazzjonijiet ġenerali

1.   Meta jiddivulgaw l-informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-valuri numeriċi jiġu ppreżentati bħala fatti. Id-data kwantitattiva divulgata bħala perċentwal għandha tiġi espressa għal kull unità bi preċiżjoni minima ekwivalenti għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.

2.   Meta jiddivulgaw informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li d-data tkun assoċjata mal-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni u l-perjodu ta’ referenza;

(b)

l-isem u l-identifikatur tad-ditta tal-investiment li tiddivulga (Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (Legal Entity Identifier, LEI) fejn disponibbli);

(c)

fejn rilevanti, l-istandard tal-kontabilità; kif ukoll

(d)

fejn rilevanti, l-ambitu tal-konsolidazzjoni.

Artikolu 3

Divulgazzjoni tal-proporzjon tad-drittijiet tal-vot

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 billi jużaw il-mudell IF IP1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Divulgazzjoni tal-imġiba tal-votazzjoni

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 kif ġej:

(a)

l-informazzjoni dwar l-imġiba tal-votazzjoni bl-użu tat-tabella IF IP2.01 u l-mudell IF IP2.02 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-informazzjoni dwar l-ispjegazzjoni tal-voti bl-użu tat-tabella IF IP2.03 u l-mudell IF IP2.04 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(c)

l-informazzjoni dwar il-proporzjon tal-proposti li d-ditta tal-investiment tkun approvat bl-użu tal-formola IF IP2.05 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi ssegwi l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Divulgazzjoni tal-ispjegazzjoni tal-użu ta’ ditti konsulenti bi prokura

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 kif ġej:

(a)

l-informazzjoni dwar il-lista ta’ ditti konsulenti bi prokura użata mid-ditta tal-investiment bl-użu tat-tabella IF IP3.01 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-informazzjoni dwar ir-rabtiet mad-ditti konsulenti bi prokura bl-użu tat-tabella IF IP3.02 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Divulgazzjoni ta’ linji gwida tal-votazzjoni

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 billi jużaw il-mudell IF IP4 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

DIVULGAZZJONI TAL-POLITIKA TA’ INVESTIMENT MID-DITTI TAL-INVESTIMENT

DIVULGAZZJONI MID-DITTI TAL-INVESTIMENT

Numru tal-mudell

Kodiċi tal-mudell

Isem tal-mudell

Referenza leġiżlattiva

 

 

POLITIKA TA’ INVESTIMENT

 

1

IF IP1

PROPORZJON TA’ DRITTIJIET TAL-VOT

Ir-Regolament (UE) 2019/2033 art 52(1), punt (a)

2

IF IP2

IMĠIBA TA’ VOTAZZJONI

Ir-Regolament (UE) 2019/2033 art 52(1), punt (b)

3

IF IP3

DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA

Ir-Regolament (UE) 2019/2033 art 52(1), punt (c)

4

IF IP4

LINJI GWIDA TAL-VOTAZZJONI

Ir-Regolament (UE) 2019/2033 art 52(1), punt (d)


IF IP1 — MUDELL DWAR IL-PROPORZJON TAD-DRITTIJIET TAL-VOT


Pajjiż

Settur ekonomiku

Isem tal-kumpanija

Identifikatur tal-kumpanija

Proporzjon ta’ drittijiet tal-vot marbuta ma’ ishma miżmuma direttament jew indirettament kif stabbilit fl-Artikolu 52(2)

a

b

c

d

e

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Jekk jogħġbok daħħal ringieli addizzjonali kif meħtieġ.

IF IP2.03 - TABELLA DWAR L-ISPJEGAZZJONI TAL-VOTI


Ringiela

Entrata

Valur

1

Dipartimenti jew rwoli fid-ditta tal-investiment li jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjoni ta’ pożizzjoni ta’ votazzjoni

 

2

Deskrizzjoni tal-proċess ta’ validazzjoni għal voti negattivi

 

3

Għadd ta’ ekwivalenti full-time użati biex jiġu analizzati r-riżoluzzjonijiet u jiġu eżaminati r-rekords tal-votazzjoni, esklużi r-riżorsi esterni bħal ditti konsultattivi bi prokura

 

4

Spjegazzjoni ta’ kull bidla materjali fir-rata tal-approvazzjoni

 

5

Lista ta’ dokumenti ta’ politika ta’ investiment disponibbli pubblikament li jiddeskrivu l-objettivi tad-ditta tal-investiment

 

6

Jekk rilevanti, iċ-ċertifikazzjoni tal-politika ta’ investiment tad-ditta

 


IF IP2.04 - MUDELL DWAR L-IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI FIR-RIŻOLUZZJONIJIET SKONT IS-SUĠĠETT


Ringiela

Entrata

Voti favur

Voti kontra

Astensjonijiet

Total

1

Riżoluzzjonijiet ivvutati skont is-suġġett matul is-sena li għaddiet:

 

 

 

 

2

Struttura tal-bord

 

 

 

 

3

Remunerazzjoni eżekuttiva

 

 

 

 

4

Awdituri

 

 

 

 

5

Kwistjonijiet ambjentali, soċjali, etiċi

 

 

 

 

6

Tranżazzjonijiet kapitali

 

 

 

 

7

Riżoluzzjonijiet esterni

 

 

 

 

8

Oħrajn

 

 

 

 


IF IP2.05 - MUDELL DWAR IL-PROPORZJON TAL-PROPOSTI APPROVATI


Ringiela

Entrata

Valur

1

Perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet imressqa mill-korp amministrattiv jew maniġerjali li huma approvati mid-ditta

 

2

Perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet imressqa mill-azzjonisti li huma approvati mid-ditta

 


IF IP3 - DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA


IF IP3.01 — TABELLA FUQ IL-LISTA TA’ DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA


Isem id-ditta konsultattiva bi prokura

Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura

Tip ta’ kuntratt

Investimenti assoċjati mad-ditta konsultattiva bi prokura

Suġġetti ta’ riżoluzzjonijiet li fihom id-ditta bi prokura tat rakkomandazzjonijiet għall-votazzjoni fis-sena li għaddiet

a

b

c

d

e

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Jekk jogħġbok daħħal ringieli addizzjonali kif meħtieġ.

IF IP3.02 — TABELLA FUQ IR-RABTIET MA’ DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA


Isem id-ditta konsultattiva bi prokura

Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura

Impriżi rilevanti li magħhom id-ditta konsultattiva bi prokura għandha xi rabtiet

Tip ta’ rabta

Jekk rilevanti, il-politika dwar il-kunflitti ta’ interess mad-ditta konsultattiva bi prokura

a

b

c

d

e

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


IF IP4 - TABELLA DWAR IL-LINJI GWIDA TAL-VOTAZZJONI


Il-linji gwida tal-votazzjoni fir-rigward tal-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f’konformità mal-Art. 52(2): sommarju ġenerali qasir u, jekk meħtieġ, links għal dokumenti mhux kunfidenzjali

a

 


ANNESS II

STRUZZJONIJIET DWAR ID-DIVULGAZZJONI TAL-POLITIKA TA’ INVESTIMENT MID-DITTI TAL-INVESTIMENT

1.1.   PARTI I: ISTRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.1   Struttura

Dan l-anness jipprovdi struzzjonijiet għall-formoli ta’ divulgazzjoni u t-tabelli inklużi fl-Anness I fir-rigward ta’:

proporzjon ta’ drittijiet tal-vot;

imġiba tal-votazzjoni;

ditti konsultattivi bi prokura;

linji gwida dwar il-votazzjoni.

1.2   Konsolidazzjoni Prudenzjali

L-ambitu tal-konsolidazzjoni ta’ grupp ta’ ditti tal-investiment huwa deskritt f’aktar dettall fl-abbozz tal-RTS dwar il-konsolidazzjoni prudenzjali skont l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 (1). Il-gruppi ta’ ditti tal-investiment għandhom jużaw dan l-ambitu prudenzjali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, u mhux l-ambitu tal-konsolidazzjoni kontabilistika.

1.2.   PARTI II: STRUZZJONIJIET RELATATI MA’ MUDELLI U TABELLI

Ir-rekwiżit tad-divulgazzjoni tal-politika ta’ investiment għandu jiġi ssodisfat bl-użu kemm tal-mudelli kif ukoll tat-tabelli. Il-mudelli fihom informazzjoni kwantitattiva filwaqt li t-tabelli fihom informazzjoni kwalitattiva.

1.   IF IP1 – PROPORZJON TA’ DRITTIJIET TAL-VOT

1.1.   Rimarki ġenerali

Il-punt (a) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi divulgazzjoni tal-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma direttament jew indirettament, imqassma skont l-Istat Membru u s-settur, filwaqt li jitqiesu biss il-kumpaniji rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 52(2). Fil-mudell relatat, kull kumpanija hija marbuta ma’ pajjiż u settur ekonomiku rilevanti skont il-lista li tinżel ipprovduta fil-mudell, fejn il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot li d-ditta tal-investiment ikollha direttament jew indirettament jaqbeż il-limitu ta’ 5 % tad-drittijiet tal-vot kollha marbuta mal-ishma maħruġa mill-kumpanija.

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma indirettament mis-sussidjarji tagħhom jew impriżi oħra, meta d-ditti tal-investiment jeżerċitaw influwenza jew kontroll sinifikanti fuq is-sussidjarji jew impriżi oħra, jew fejn jeżistu rabtiet mill-qrib.

1.2.   Istruzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonna

Referenzi legali u struzzjonijiet

a

Pajjiż

Artikolu 52(1), punt (a), Regolament (UE) 2019/2033.

Il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot għandu jinqasam skont l-Istat Membru, abbażi tar-residenza tal-kumpanija li fiha jsir investiment.

b

Settur ekonomiku

Artikolu 52(1), punt (a), Regolament (UE) 2019/2033.

Il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot għandu jinqasam skont is-settur. Għandha tintuża l-lista ta’ setturi ekonomiċi pprovduta fil-Klassifikazzjoni Ewropea ta’ Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (European Skills, Competences, Qualifications and Occupations framework, ESCO), li tikkonsisti f’27 settur. Dawn is-setturi huma mmappjati fil-kodiċijiet NACE, kif ippreżentati fit-tabella (2) fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

c

Isem tal-kumpanija

Isem tal-kumpanija li fiha jinżammu l-ishma.

d

Identifikatur tal-kumpanija

Identifikatur tal-kumpanija li fiha jinżammu l-ishma, Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (Legal Entity Identifier, LEI). Id-ditti tal-investiment għandhom jirrapportaw f’dan il-qasam il-kodiċi LEI fil-każijiet kollha fejn dan ikun disponibbli.

e

Proporzjon ta’ drittijiet tal-vot marbuta ma’ ishma miżmuma direttament jew indirettament kif stabbilit fl-Artikolu 52(2)

L-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

Perċentwal ta’ bejn 5 % (eskluż) u 100 %.

Il-kumpaniji rilevanti għall-fini ta’ dan il-mudell għandhom ikunu dawk li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat. Għandhom jiġu kkunsidrati biss l-ishma li magħhom huma marbuta d-drittijiet tal-vot. Id-divulgazzjoni hija meħtieġa meta l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot li d-ditta tal-investiment ikollha direttament jew indirettament jaqbeż il-limitu ta’ 5 % tad-drittijiet tal-vot kollha marbuta mal-ishma maħruġa mill-kumpanija. Id-drittijiet tal-vot għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-ishma kollha li magħhom ikunu marbuta d-drittijiet tal-vot, anke jekk ikun sospiż l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet tal-vot. L-ishma fl-ambitu ta’ din id-divulgazzjoni jistgħu jinżammu direttament jew indirettament. L-“ishma miżmuma direttament” huma ishma miżmuma f’isem id-ditta tal-investiment stess li huma parti mill-fondi tagħha stess. L-“ishma miżmuma indirettament” huma ishma miżmuma minn sussidjarja tad-ditta tal-investiment, jew minn kull impriża oħra li fuqha d-ditta tal-investiment teżerċita influwenza sinifikanti jew permezz ta’ ftehim formali jew permezz ta’ kull relazzjoni kummerċjali oħra. Dawn jinkludu wkoll ishma taħt il-ġestjoni tad-ditta tal-investiment f’isem il-klijenti, sakemm id-drittijiet tal-vot ma jinżammux mill-azzjonisti permezz ta’ arranġament kuntrattwali li jipprojbixxi lid-ditta tal-investiment milli tivvota f’isimhom.

2.   IF IP2 — IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI

2.1.   Rimarki ġenerali

Il-punt (b) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi divulgazzjoni ta’ tliet elementi:

(a)

deskrizzjoni sħiħa tal-imġiba tal-votazzjoni fil-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji li l-ishma tagħhom jinżammu f’konformità mal-Artikolu 52(2);

(b)

spjegazzjoni tal-voti;

(c)

il-proporzjon ta’ proposti li d-ditta tal-investiment tkun approvat.

2.2.   Istruzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi

IF IP2.01 – TABELLA DWAR ID-DESKRIZZJONI TAL-IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI

Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

1

Numru ta’ kumpaniji rilevanti fl-ambitu tad-divulgazzjoni

L-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

Numru sħiħ pożittiv.

Għadd ta’ kumpaniji rilevanti li fihom jinżammu l-ishma (ara l-kolonna d fl-IF IP1).

2

Għadd ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni matul is-sena li għaddiet

L-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

Numru sħiħ pożittiv.

Għadd ta’ laqgħat ġenerali li saru matul is-sena li għaddiet għall-kumpaniji fl-ambitu tad-divulgazzjoni.

3

Numru ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li fihom id-ditta vvotat matul is-sena li għaddiet

L-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

Numru sħiħ pożittiv, inqas minn jew daqs ir-ringiela 2.

Għadd ta’ laqgħat ġenerali li saru matul is-sena li għaddiet għall-kumpaniji fl-ambitu tad-divulgazzjoni, li fihom ivvotat id-ditta tal-investiment. Dan jinkludi laqgħat fejn id-ditta esprimiet biss voti ta’ astensjoni u laqgħat li fihom id-ditta vvotat bi prokura.

4

Id-ditta tal-investiment tinforma lill-kumpanija dwar il-voti negattivi qabel il-laqgħa ġenerali?

Mistoqsija ta’ iva jew le.

It-tweġiba hija iva jekk id-ditta tal-investiment ikollha politika li tinforma lil kumpanija dwar il-voti negattivi qabel il-laqgħat ġenerali, jew jekk id-ditta tkun għamlet dan fil-maġġoranza tal-każijiet matul l-aħħar sena.

5

Proporzjon ta’ voti fiżiċi użati mid-ditta

Perċentwali.

Ma għandux jinkludu voti bi prokura.

6

Proporzjon ta’ voti permezz tal-posta jew b’mod elettroniku użat mid-ditta

Perċentwali.

Jinkludi voti bi prokura.

7

Fuq bażi konsolidata, il-grupp ta’ ditti tal-investiment għandu politika rigward il-kunflitti ta’ interess bejn l-entitajiet rilevanti tal-grupp?

Mistoqsija ta’ iva jew le.

Il-gruppi ta’ ditti tal-investiment għandhom jimlew din ir-ringiela, id-ditti tal-investiment individwali ma għandhomx.

L-entitajiet rilevanti tal-grupp għandhom ikunu dawk inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali skont ir-Regolament (UE) 2019/2033.

8

Jekk iva, sommarju ta’ din il-politika

Test liberu.

Jekk it-tweġiba fir-ringiela 7 hija iva, id-ditta għandha tinkludi sommarju qasir tal-politika dwar il-kunflitti ta’ interess bejn l-entitajiet rilevanti tal-grupp.

IF IP2.02 – MUDELL DWAR IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI

Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

1

Riżoluzzjonijiet tal-laqgħa ġenerali:

Ringiela tat-titolu.

2

id-ditta approvat

Għadd u perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li d-ditta tal-investiment tkun approvat matul is-sena li għaddiet.

3

il-kumpanija opponiet

Għadd u perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li d-ditta tal-investiment tkun opponiet matul is-sena li għaddiet.

4

fejn id-ditta astjeniet

Għadd u perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li fihom id-ditta tal-investiment tkun astjeniet matul is-sena li għaddiet.

5

Laqgħat ġenerali li fihom id-ditta opponiet mill-inqas riżoluzzjoni waħda

Għadd u perċentwal ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li fihom id-ditta tal-investiment opponiet mill-inqas riżoluzzjoni waħda matul l-aħħar sena.

IF IP2.03 – TABELLA DWAR L-ISPJEGAZZJONI TAL-VOTI

Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

1

Dipartimenti jew rwoli fid-ditta tal-investiment li jieħdu sehem fid-deċiżjoni ta’ pożizzjoni ta’ votazzjoni

Test liberu.

Lista tad-dipartimenti jew tar-rwoli li jieħdu sehem fid-deċiżjoni ta’ pożizzjoni ta’ votazzjoni.

2

Deskrizzjoni tal-proċess ta’ validazzjoni għal voti negattivi

Test liberu.

Jekk applikabbli, deskrizzjoni tal-proċess ta’ validazzjoni għal voti negattivi fil-laqgħat ġenerali rilevanti.

3

Għadd ta’ ekwivalenti full-time użati biex jiġu analizzati r-riżoluzzjonijiet u jiġu eżaminati r-rekords tal-votazzjoni, esklużi r-riżorsi esterni bħal ditti konsultattivi bi prokura

Ammont pożittiv.

Ammont ta’ ekwivalenti full-time fid-dipartimenti jew fir-rwoli użati biex jiġu analizzati r-riżoluzzjonijiet u jiġu eżaminati r-rekords tal-votazzjoni. Dan għandu jinkludi biss riżorsi interni fid-ditta tal-investiment.

4

Spjegazzjoni ta’ kull bidla materjali fir-rata tal-approvazzjoni

Test liberu.

Għandha tingħata spjegazzjoni qasira jekk ir-rata ta’ approvazzjoni tkun żdiedet jew naqset materjalment meta mqabbla mal-aħħar divulgazzjoni, pereżempju wara bidla fil-politika, fl-istrateġija jew fil-prospettiva tad-ditta tal-investiment bħala azzjonista.

5

Lista ta’ dokumenti ta’ politika ta’ investiment disponibbli pubblikament li jiddeskrivu l-objettivi tad-ditta tal-investiment

Test liberu.

Lista ta’ dokumenti, preferibbilment bħala hypertext links, li jiddeskrivu l-objettivi tad-ditta tal-investiment li taġixxi bħala azzjonista.

6

Jekk rilevanti, iċ-ċertifikazzjoni tal-politika ta’ investiment tad-ditta

Test liberu.

Jekk id-ditta tal-investiment tkun kisbet ċertifikazzjoni għall-politika tal-investiment tagħha, l-isem u d-data tal-għoti ta’ din iċ-ċertifikazzjoni. Jista’ jkun hemm diversi ċertifikazzjonijiet bħal dawn.

IF IP2.04 – MUDELL DWAR IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI F’RIŻOLUZZJONIJIET SKONT IS-SUĠĠETT

Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

1

Riżoluzzjonijiet ivvutati skont is-suġġett matul is-sena li għaddiet:

Numri sħaħ pożittivi.

Għadd ta’ riżoluzzjonijiet ivvutati mid-ditta jew mill-prokuri tagħha matul is-sena li għaddiet fil-laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni. L-ammont totali huwa maqsum skont l-istatus tal-approvazzjoni: approvat, oġġezzjonat, astjenut.

2

Struttura tal-bord

Numri sħaħ pożittivi.

Għadd ta’ riżoluzzjonijiet dwar l-istruttura tal-bord, imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni.

3

Rimunerazzjoni eżekuttiva

Numri sħaħ pożittivi.

Numru ta’ riżoluzzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni eżekuttiva, imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni.

4

Awdituri

Numri sħaħ pożittivi.

Għadd ta’ riżoluzzjonijiet dwar l-awdituri (pereż. ħatra, remunerazzjoni), imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni.

5

Kwistjonijiet ambjenti, soċjali u etiċi

Numri sħaħ pożittivi.

Numru ta’ riżoluzzjonijiet dwar kwistjonijiet ambjenti, soċjali u etiċi imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni.

6

Tranżazzjonijiet kapitali

Numri sħaħ pożittivi.

Għadd ta’ riżoluzzjonijiet dwar tranżazzjonijiet kapitali (pereż. fużjonijiet, akkwiżizzjonijiet) imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni.

7

Riżoluzzjonijiet esterni

Numri sħaħ pożittivi.

Numru ta’ riżoluzzjonijiet dwar il-proposti ta’ riżoluzzjonijiet esterni mqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni. Dawn ir-riżoluzzjonijiet esterni huma proposti minn azzjonist lill-oħrajn, b’mod ġenerali sabiex jikkonvinċuhom jivvutaw kontra proposta tal-bord.

8

Oħrajn

Numri sħaħ pożittivi.

Għadd ta’ riżoluzzjonijiet dwar suġġetti oħra minbarra dawk ta’ hawn fuq, imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni.

IF IP2.05 – MUDELL DWAR IL-PROPORZJON TA’ PROPOSTI APPROVATI

Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

1

Perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet imressqa mill-korp amministrattiv jew maniġerjali li huma approvati mid-ditta

Artikolu 52(1), punt (b), Regolament (UE) 2019/2033.

Perċentwali.

2

Perċentwali ta’ riżoluzzjonijiet imressqa mill-azzjonisti li huma approvati mid-ditta

Artikolu 52(1), punt (b), Regolament (UE) 2019/2033.

Perċentwali.

3.   IF IP3 — DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA

3.1.   Rimarki ġenerali

Il-punt (c) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi divulgazzjoni ta’ spjegazzjoni tal-użu ta’ ditti konsultattivi bi prokura. Dan il-mudell jinkludi informazzjoni dwar id-ditti konsultattivi bi prokura kif definiti fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati. (3). Dawn id-ditti konsultattivi bi prokura jistgħu jipprovdu rakkomandazzjonijiet ta’ riċerka, pariri jew votazzjoni, jew jeżegwixxu biss struzzjonijiet dwar il-votazzjoni.

3.2.   Istruzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi

IF IP3.01 – TABELLA DWAR IL-LISTA TA’ DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA

Kolonna

Referenzi legali u struzzjonijiet

a

Isem id-ditta konsultattiva bi prokura

Ditti konsultattivi bi prokura kif definiti fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati.

Test liberu.

b

Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura

Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura, LEI fejn applikabbli.

c

Tip ta’ kuntratt

Dan il-qasam huwa limitat għal żewġ għażliet, bejn ditti konsultattivi bi prokura li jagħtu rakkomandazzjonijiet ta’ votazzjoni u ditti li ma jagħmlux dan. Fil-każ tal-aħħar, id-ditti konsultattivi bi prokura jeżegwixxu biss voti f’isem ditta tal-investiment.

d

Investimenti assoċjati mad-ditta konsultattiva bi prokura

Test liberu.

Lista ta’ impriżi/investimenti li huma relatati mas-servizzi ta’ kull ditta konsultattiva bi prokura.

e

Suġġetti ta’ riżoluzzjonijiet li fihom id-ditta konsultattiva bi prokura tat rakkomandazzjonijiet ta’ votazzjoni fis-sena li għaddiet

Test liberu, preferibbilment bl-użu tal-kategoriji mogħtija fl-IF IP2.04: struttura tal-bord, remunerazzjoni eżekuttiva, awdituri, kwistjonijiet ambjenti/soċjali/etiċi, tranżazzjonijiet kapitali, riżoluzzjonijiet esterni, jew suġġetti oħra li għandhom jiġu speċifikati.

IF IP3.02 – TABELLA DWAR IR-RABTIET MA’ DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA

Kolonna

Referenzi legali u struzzjonijiet

a

Isem id-ditta konsultattiva bi prokura

Test liberu.

b

Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura

Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura, preferibbilment LEI.

c

Impriżi rilevanti li magħhom id-ditta konsultattiva bi prokura għandha xi rabtiet

Impriżi rilevanti li magħhom ditti konsultattivi bi prokura għandhom xi rabtiet, b’deskrizzjoni ta’ dawn ir-rabtiet. L-impriżi rilevanti għandhom ikunu kumpaniji nnegozjati pubblikament, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu.

d

Tip ta’ rabtiet

Rabtiet possibbli kif stipulat fl-IAS 24.9. Jekk japplikaw diversi, l-aktar sinifikanti għandhom jintgħażlu u jiġu speċifikati fin-narrattiva li jakkumpanjawhom:

l-istess grupp;

kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tal-entità l-oħra;

kumpanija assoċjata jew impriża konġunta ta’ entità terza;

persuna relatata għandha kontroll jew kontroll konġunt;

persuna relatata għandha influwenza sinifikanti;

membru kruċjali tal-maniġment.

e

Jekk rilevanti, il-politika dwar il-kunflitti ta’ interess mad-ditta konsultattiva bi prokura

Test liberu.

Jekk applikabbli, deskrizzjoni qasira tal-politika segwita mid-ditta tal-investiment sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn rabtiet bejn ditti bi prokura u impriżi jew gruppi li fihom id-ditti tal-investiment ikollhom ishma.

4.   IF IP4 – LINJI GWIDA TAL-VOTAZZJONI

4.1.   Rimarki ġenerali

Il-punt (d) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi divulgazzjoni tal-linji gwida tal-votazzjoni rigward il-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f’konformità mal-paragrafu 2 tal-istess artikolu. It-tabella relatata tintuża biex jiġu żvelati l-linji gwida kollha tal-votazzjoni fl-ambitu rilevanti, mhux biss il-linji gwida tal-votazzjoni bi prokura. Il-linji gwida tal-votazzjoni jistgħu jkunu estensivi u jistgħu jiġu deċiżi fuq bażi ta’ każ b’każ għal ċerti punti f’aġenda ta’ laqgħa ġenerali. Dawn il-linji gwida jistgħu jvarjaw skont iż-żona ġeografika, is-settur ekonomiku jew is-suġġett tar-riżoluzzjonijiet.

4.2.   Istruzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonna

Referenzi legali u struzzjonijiet

a

Il-linji gwida tal-votazzjoni fir-rigward tal-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f’konformità mal-Artikolu 52(2)

Punt (d) tal-Artikolu 52(1) u Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

Test liberu.

Sommarju ġenerali qasir u, jekk disponibbli, links għal dokumenti mhux kunfidenzjali, preferibbilment fil-forma ta’ hypertext links.


(1)  https://www.eba.europa.eu/sites/default/documents/files/document_library/Publications/Draft%20Technical%20Standards/2020/RTS/961461/Final%20draft%20RTS%20on%20prudential%20requirements%20for%20Investment%20Firms%20%28EBA-RTS-2020-11%29.pdf

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).