21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/953

tat-22 ta’ Frar 2022

li japprova emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Επανομή” (Epanomi) (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ tal-Greċja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Επανομή” (Epanomi), f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-approvazzjoni tal-emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata f’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Επανομή” (Epanomi)” (DOP), hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 393, 29.9.2021, p. 34.