3.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/45 |
REGOLAMENT (UE) 2022/869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Mejju 2022
dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 172 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (“il-Patt Ekoloġiku Ewropew”), stabbiliet strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u għanja, b’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, fejn l-objettiv ta’ newtralità klimatika jintlaħaq sa mhux aktar tard mill-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Fil-komunikazzjoni tagħha tas-17 ta’ Settembru 2020 intitolata “It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 – Ninvestu f’futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna”, il-Kummissjoni pproponiet li l-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiżdied għal mill-inqas 55 % sal-2030. Dik l-ambizzjoni ġiet approvata mill-Kunsill Ewropew fil-11 ta’ Diċembru 2020 u l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja dik il-komunikazzjoni tikkonferma li t-taħlita tal-enerġija tal-futur se tkun differenti ħafna minn dik tal-lum u ssostni l-ħtieġa li tiġi rieżaminata u, jekk ikun meħtieġ, li tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni dwar l-enerġija. Jidher ċar li l-investimenti kurrenti fl-infrastruttura tal-enerġija mhumiex biżżejjed sabiex jittrasformaw u jibnu l-infrastruttura tal-enerġija tal-futur. Dak ifisser ukoll li l-infrastruttura jeħtieġ li tkun fis-seħħ sabiex tappoġġa t-tranżizzjoni enerġetika Ewropea, inklużi l-elettrifikazzjoni rapida, l-espansjoni fil-ġenerazzjoni ta’ elettriku rinnovabbli u ħieles mill-fjuwils fossili, l-użu akbar ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u użu akbar ta’ soluzzjonijiet innovattivi. |
(2) |
Il-mira vinkolanti attwali fil-livell tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 ta’ mill-inqas 32 % tal-konsum finali tal-enerġija u mira ewlenija fil-livell tal-Unjoni għall-effiċjenza fl-enerġija ta’ mill-inqas 32,5 % se tiġi riveduta bħala parti mill-ambizzjoni miżjuda tal-Unjoni minquxa fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. |
(3) |
Il-Ftehim ta’ Pariġi adottat fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (5) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”) jistabbilixxi mira fit-tul li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm ferm anqas minn 2 °C ogħla mil-livelli preindustrijali u li jiġu segwiti l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C ogħla mil-livelli preindustrijali, u jenfasizza l-importanza tal-adattament għall-impatti avversi tat-tibdil fil-klima u li l-flussi finanzjarji jsiru konsistenti ma’ perkors lejn żvilupp b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Fit-12 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill tal-Ewropa approva l-objettiv li tintlaħaq Unjoni Ewropea newtrali għall-klima sal-2050, b’mod konformi mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistabbilixxi linji gwida għall-iżvilupp f’waqtu u għall-interoperabbiltà tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-enerġija tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jiġu żgurati l-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija, is-sigurtà tal-provvista u s-swieq kompetittivi tal-enerġija fl-Unjoni, li jiġu promossi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ forom ġodda u rinnovabbli ta’ enerġija, u li tiġi promossa l-interkonnessjoni tan-networks tal-enerġija. Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jistabbilixxi qafas għall-Istati Membri u għall-partijiet konċernati rilevanti sabiex jaħdmu flimkien f’ambjent reġjonali biex jiżviluppaw networks tal-enerġija konnessi aħjar bil-għan li jgħaqqdu reġjuni li bħalissa huma iżolati mis-swieq tal-enerġija Ewropej, isaħħu l-interkonnessjonijiet transfruntiera eżistenti u jippromwovu oħrajn ġodda, u jgħinu fl-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Billi jsegwi dawk l-objettivi, ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u jġib benefiċċji għall-Unjoni kollha f’termini ta’ kompetittività u ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. |
(5) |
L-evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 uriet b’mod ċar li l-qafas tejjeb b’mod effettiv l-integrazzjoni tan-networks tal-Istati Membri, stimula l-kummerċ tal-enerġija u, b’hekk, ikkontribwixxa għall-kompetittività tal-Unjoni. Il-proġetti ta’ interess komuni fl-elettriku u fil-gass ikkontribwew ħafna għas-sigurtà tal-provvista. Għall-gass, l-infrastruttura issa hija konnessa aħjar u r-reżiljenza tal-provvista tjiebet sostanzjalment mill-2013. Il-kooperazzjoni reġjonali fil-gruppi reġjonali u permezz tal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet hija faċilitatur importanti għall-implimentazzjoni tal-proġetti. Madankollu, f’ħafna każijiet l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet ma rriżultatx fi tnaqqis tad-diskrepanza fil-finanzjament ta’ proġetti, kif kien maħsub. Filwaqt li l-maġġoranza tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi tqassar, f’xi każijiet il-proċess għadu twil. L-assistenza finanzjarja mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),kienet fattur importanti peress li l-għotjiet għall-istudji għenu lill-proġetti sabiex jitnaqqsu r-riskji fl-istadji bikrija tal-iżvilupp filwaqt li l-għotjiet għax-xogħlijiet appoġġaw proġetti li jindirizzaw il-konġestjonijiet ewlenin li l-finanzjament tas-suq ma setax jindirizza b’mod suffiċjenti. |
(6) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (8), il-Parlament Ewropew appella għal reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, b’kont meħud, b’mod partikolari, tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha ta’ newtralità klimatika sal-2050, u tal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”. |
(7) |
Il-politika tan-networks trans-Ewropej tal-enerġija hija strument ċentrali fl-iżvilupp ta’ suq intern tal-enerġija u meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Sabiex jinkisbu livelli ogħla ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 u n-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, l-Ewropa teħtieġ sistema tal-enerġija aktar integrata, li tiddependi fuq livelli ogħla ta’ elettrifikazzjoni bbażata fuq sorsi rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju addizzjonali u d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-gass. Il-politika tan-networks trans-Ewropej tal-enerġija tista’ tiżgura li l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni jappoġġa t-tranżizzjoni enerġetika meħtieġa għan-newtralità klimatika f’konformità mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u n-newtralità teknoloġika filwaqt li tikkunsidra l-potenzjal ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fl-użu aħħari. Tista’ tiżgura wkoll interkonnessjonijiet, sigurtà tal-enerġija, integrazzjoni tas-suq u tas-sistema, u kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha, kif ukoll enerġija bi prezz affordabbli għall-unitajiet domestiċi u l-impriżi. |
(8) |
Filwaqt li l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 għadhom fil-biċċa l-kbira validi, il-qafas kurrenti tan-networks trans-Ewropej tal-enerġija għadu ma jirriflettix bis-sħiħ it-tibdiliet mistennija fis-sistema tal-enerġija li se jirriżultaw mill-kuntest politiku l-ġdid u b’mod partikolari mill-miri tal-enerġija u tal-klima aġġornati tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Għalhekk, fost aspetti oħrajn, kemm l-objettivi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima kif ukoll ta’ adattament għall-klima jeħtieġ li jiġu riflessi b’mod adegwat fil-qafas rivedut tan-networks trans-Ewropej tal-enerġija. Minbarra l-kuntest politiku ġdid u l-objettivi ġodda, l-iżvilupp teknoloġiku kien rapidu f’dawn l-aħħar għaxar snin. Dak l-iżvilupp jenħtieġ li jiġi kkunsidrat fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija koperti minn dan ir-Regolament, fil-kriterji tal-għażla għall-proġetti ta’ interess komuni kif ukoll fil-kurituri u l-oqsma prijoritarji. Fl-istess ħin, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jaffettwawx id-dritt ta’ Stat Membru li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi tal-enerġija tiegħu, l-għażla tiegħu bejn sorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 194 tat-TFUE. |
(9) |
Id-Direttivi 2009/73/KE (9) u (UE) 2019/944 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprevedu suq intern tal-enerġija. Filwaqt li sar progress sinifikanti ħafna fl-ikkompletar ta’ dak is-suq, għad hemm lok għal titjib permezz tal-użu aħjar tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti, l-integrazzjoni tal-ammonti dejjem akbar ta’ enerġija rinnovabbli u l-integrazzjoni tas-sistema. |
(10) |
Jenħtieġ li l-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni tiġi aġġornata sabiex tiġi evitata ħsara teknika u tiżdied ir-reżiljenza tagħha kontra tali ħsara, diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u theddid għas-sigurtà tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-infrastrutturi kritiċi Ewropej skont id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (11). |
(11) |
Jenħtieġ li l-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni tkun reżiljenti għall-impatti inevitabbli li t-tibdil fil-klima mistenni joħloq fl-Ewropa minkejja l-isforzi ta’ mitigazzjoni. Għalhekk, it-tisħiħ tal-isforzi dwar l-adattament u l-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima, il-bini tar-reżiljenza, u l-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom huwa kruċjali. |
(12) |
L-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea jenħtieġ li jqis, fejn ikun teknikament possibbli u l-aktar effiċjenti, il-possibbiltà tal-adattament għal skop ġdid tal-infrastruttura u t-tagħmir eżistenti. |
(13) |
Is-sigurtà tal-provvista, bħala mutur ewlieni wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, tjiebet b’mod sinifikanti permezz ta’ proġetti ta’ interess komuni. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2020 intitolata “It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 – Ninvestu f’futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna” tistenna li l-konsum tal-gass naturali jonqos b’mod sinifikanti minħabba li l-użu mhux imrażżan tiegħu mhuwiex kompatibbli man-newtralità karbonika. Min-naħa l-oħra, il-konsum tal-bijogass, tal-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u tal-fjuwils gassużi sintetiċi mistenni jiżdied b’mod sinifikanti lejn l-2050. Għall-gass, l-infrastruttura issa hija konnessa aħjar u r-reżiljenza tal-provvista tjiebet sostanzjalment mill-2013. Jenħtieġ li l-ippjanar tal-infrastruttura tal-enerġija jirrifletti dan ix-xenarju tal-gass li qed jinbidel. Madankollu, mhux l-Istati Membri kollha huma konnessi biżżejjed man-network tal-gass Ewropew u b’mod partikolari l-Istati Membri gżejjer għadhom jiffaċċjaw sfidi sinifikanti f’termini ta’ sigurtà tal-provvista u iżolament fil-qasam tal-enerġija. Minkejja li 78 % tal-proġetti tal-gass li huma proġetti ta’ interess komuni mistennija jiġu kkummissjonati sal-aħħar tal-2025, għadd minnhom qed jesperjenzaw dewmien sinifikanti, inkluż minħabba problemi ta’ permessi. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax b’mod negattiv il-proġetti ta’ interess komuni li jkunu għadhom ma tlestewx fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Għalhekk, il-proġetti ta’ interess komuni inklużi fil-ħames lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013, li għalihom ikun ġie aċċettat fajl ta’ applikazzjoni biex jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti, jenħtieġ li jkunu jistgħu jżommu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-permessi għal perjodu ta’ erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(14) |
L-importanza tal-grilji intelliġenti tal-elettriku, li mhux dejjem jinkludu l-qsim ta’ fruntiera fiżika, fil-kisba tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima ġiet rikonoxxuta fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2020 intitolata “Nixprunaw Ekonomija Newtrali għall-Klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija” (“l-Istrateġija tal-UE għall-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija”). Il-kriterji għal dik il-kategorija jenħtieġ li jiġu ssimplifikati, jenħtieġ li jinkludu l-iżviluppi teknoloġiċi fir-rigward tal-innovazzjoni u l-aspetti diġitali u jenħtieġ li jippermettu l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi ċċarat ir-rwol tal-promoturi tal-proġetti. Minħabba ż-żieda sinifikanti mistennija fid-domanda għall-enerġija mis-settur tat-trasport, b’mod partikolari għall-vetturi elettriċi fit-toroq pubbliċi u fiż-żoni urbani, jenħtieġ li t-teknoloġiji tal-grilji intelliġenti jgħinu wkoll sabiex itejbu l-appoġġ relatat man-network tal-enerġija għall-iċċarġjar transfruntier b’kapaċità għolja sabiex tiġi appoġġata d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. |
(15) |
L-Istrateġija tal-UE għall-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija ssottolinjat ukoll il-ħtieġa ta’ ppjanar integrat tal-infrastruttura tal-enerġija fis-setturi kollha relatati mal-vetturi, l-infrastrutturi u l-konsum fil-qasam tal-enerġija. Din l-integrazzjoni tas-sistema tibda mill-punt tat-tluq tal-applikazzjoni tal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u tat-teħid ta’ approċċ olistiku f’termini ta’ politika u lil hinn mis-setturi individwali. Tindirizza wkoll il-ħtiġijiet ta’ dekarbonizzazzjoni tas-setturi diffiċli sabiex jitrażżnu, bħal partijiet tal-industrija jew ċerti modi tat-trasport, fejn, bħalissa, l-elettrifikazzjoni diretta hija teknikament jew ekonomikament diffiċli. Investimenti bħal dawn jinkludu l-idroġenu u l-elettrolizzaturi, li qed jagħmlu progress lejn varar kummerċjali fuq skala kbira. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2020 intitolata “Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima” (“l-Istrateġija għall-Idroġenu”) tagħti prijorità lill-produzzjoni tal-idroġenu mill-elettriku rinnovabbli, li hija l-aktar soluzzjoni nadifa u li hija l-aktar kompatibbli mal-objettiv ta’ newtralità klimatika tal-Unjoni. Madankollu, f’fażi tranżitorja, hemm bżonn ta’ forom oħra ta’ idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għad-dekarbonizzazzjoni b’mod aktar rapidu tal-produzzjoni tal-idroġenu eżistenti, filwaqt li ssir enfasi fuq firxa varjata ta’ teknoloġiji nodfa, u biex tingħata spinta lill-ekonomija ta’ skala. |
(16) |
Barra minn hekk, fl-Istrateġija għall-Idroġenu tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li, għall-varar meħtieġ tal-idroġenu, network tal-infrastruttura fuq skala kbira huwa element importanti li l-Unjoni u s-suq intern biss jistgħu joffru. Bħalissa hemm infrastruttura ddedikata limitata ħafna għat-trasport u għall-kummerċ tal-idroġenu bejn il-fruntieri jew għall-ħolqien ta’ widien tal-idroġenu. Jenħtieġ li tali infrastruttura tkun tikkonsisti f’ammont sinifikanti ta’ assi konvertiti minn assi ddedikati għall-gass naturali, ikkomplementati minn assi ġodda ddedikati għall-idroġenu. Barra minn hekk, l-Istrateġija għall-Idroġenu tistabbilixxi għan strateġiku li sal-2030 il-kapaċità installata tal-elettrolizzaturi tiżdied għal 40 Gigawatts (GW) sabiex tiżdied il-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli u tiġi ffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni tas-setturi dipendenti fuq il-fjuwils fossili, bħall-industrija jew it-trasport. Għalhekk, jenħtieġ li l-politika tan-Networks Trans-Ewropej tal-Enerġija tinkludi infrastrutturi ġodda u adattati għal skop ġdid għat-trażmissjoni u għall-ħżin tal-idroġenu kif ukoll faċilitajiet tal-elettrolizzaturi. Jenħtieġ li l-infrastruttura għat-trażmissjoni u għall-ħżin tal-idroġenu tiġi inkluża wkoll fil-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni komprensiva u konsistenti tal-kostijiet u tal-benefiċċji tagħha għas-sistema tal-enerġija, inkluż il-kontribut tagħha għall-integrazzjoni u għad-dekarbonizzazzjoni tas-setturi, bil-għan li jinħoloq sinsla tal-idroġenu għall-Unjoni. |
(17) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li tinħoloq kategorija ġdida ta’ infrastruttura għall-grilji intelliġenti tal-gass biex issostni l-investimenti li jintegraw pluralità ta’ gassijiet partikolarment rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju bħall-bijogass, il-bijometan u l-idroġenu, fin-network tal-gass u tgħin fil-ġestjoni ta’ sistema aktar kumplessa li tirriżulta, filwaqt li tibni fuq teknoloġiji diġitali innovattivi. |
(18) |
Il-kisba tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 tassumi li xorta se jkun hemm proċessi industrijali li jemettu d-diossidu tal-karbonju. Tali diossidu tal-karbonju huwa kkunsidrat bħala inevitabbli, meta l-produzzjoni tiegħu ma tistax tiġi evitata minkejja l-ottimizzazzjoni, pereżempju permezz ta’ effiċjenza fl-enerġija jew elettrifikazzjoni li tintegra sorsi rinnovabbli. L-iżvilupp tal-infrastruttura ddedikata għad-diossidu tal-karbonju jenħtieġ li jwassal għal tnaqqis nett sinifikanti ta’ emissjonijiet inevitabbli fin-nuqqas ta’ alternattivi raġonevoli. Il-qbid tad-diossidu tal-karbonju huwa kopert mid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) għall-fini tal-flussi tad-diossidu tal-karbonju li joriġinaw mill-installazzjonijiet koperti minn dik id-Direttiva, u għall-fini tal-ħżin ġeoloġiku skont id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
(19) |
Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 kien jirrikjedi li proġett kandidat ta’ interess komuni jagħti prova ta’ kontribut sinifikanti għal tal-anqas kriterju wieħed minn sett ta’ kriterji fil-proċess għall-elaborazzjoni tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni, li seta’ jinkludi, iżda mhux bilfors, is-sostenibbiltà. F’konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi tas-suq intern tal-enerġija ta’ dak iż-żmien, dak ir-rekwiżit ippermetta l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni li indirizzaw biss ir-riskji għas-sigurtà tal-provvista anke jekk ma wrewx benefiċċji f’termini ta’ sostenibbiltà. Madankollu, minħabba l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet infrastrutturali tal-Unjoni, l-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni u il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew adottati fil-21 ta’ Lulju 2020, li skonthom l-infiq tal-Unjoni jenħtieġ li jkun konsistenti mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u mal-prinċipju ta’ ‘la tagħmilx ħsara‘ tal-Ftehim Ekoloġiku Ewropew, is-sostenibbiltà f’termini tal-integrazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, kif rilevanti, jenħtieġ li jiġu vvalutati sabiex jiġi żgurat li l-politika tan-networks trans-Ewropej tal-enerġija tkun koerenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u l-objettiv ta’ newtralità klimatika sal-2050, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull Stat Membru fil-kisba tal-objettiv ta’ newtralità klimatika. Is-sostenibbiltà tan-networks tat-trasport tad-diossidu tal-karbonju hija indirizzata bit-tnaqqis totali mistenni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett u n-nuqqas ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi alternattivi biex jinkiseb l-istess livell ta’ tnaqqis ta’ diossidu tal-karbonju. |
(20) |
Jenħtieġ li l-Unjoni tiffaċilita l-proġetti infrastrutturali li jgħaqqdu n-networks tal-Unjoni ma’ networks ta’ pajjiżi terzi li jkunu ta’ benefiċċju reċiproku u meħtieġa għat-tranżizzjoni enerġetika u għall-kisba tal-miri klimatiċi, u li jissodisfaw ukoll il-kriterji speċifiċi tal-kategoriji ta’ infrastruttura rilevanti skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari mal-pajjiżi ġirien u ma’ pajjiżi li magħhom l-Unjoni tkun stabbiliet kooperazzjoni speċifika dwar l-enerġija. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu proġetti ta’ interess reċiproku meta jkunu sostenibbli u kapaċi juru benefiċċji soċjoekonomiċi netti sinifikanti fil-livell tal-Unjoni u tal-anqas pajjiż terz wieħed. Tali proġetti jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku (“il-lista tal-Unjoni”) dment li l-qafas ta’ politika jkollu livell għoli ta’ konverġenza u jkun appoġġat b’mekkaniżmi ta’ infurzar u jenħtieġ li juru kontribut għall-objettivi tal-politika ġenerali tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi f’termini ta’ sigurtà tal-provvista u dekarbonizzazzjoni. Livell għoli ta’ konverġenza tal-qafas tal-politika jenħtieġ li jiġi preżunt għall-Partijiet Kontraenti taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Komunità tal-Enerġija jew ikun jista’ jintwera fil-każ ta’ pajjiżi terzi oħra permezz ta’ ftehimiet bilaterali li jinkludu dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-objettivi tal-politika dwar il-klima u l-enerġija fejn tidħol id-dekarbonizzazzjoni u jiġi vvalutat aktar minn grupp reġjonali xieraq bl-appoġġ tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-pajjiż terz li miegħu l-Unjoni tikkoopera fl-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess reċiproku jiffaċilita skeda ta’ żmien simili għall-implimentazzjoni aċċellerata u għal miżuri oħra ta’ appoġġ għall-politika, kif previst f’dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess reċiproku jiġu trattati bl-istess mod bħall-proġetti ta’ interess komuni bid-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-proġetti ta’ interess komuni japplikaw ukoll għall-proġetti ta’ interess reċiproku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Benefiċċji soċjoekonomiċi netti sinifikanti fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tinftiehem bħala titjib tal-interoperabbiltà u l-funzjonament tas-suq intern, li jmur lil hinn minn Stat Membru wieħed. Fir-rigward ta’ proġetti għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju, jenħtieġ li jkunu eliġibbli biss il-proġetti meħtieġa biex jingħata lok għall-ħżin u t-trasport transfruntier tad-diossidu tal-karbonju, dment li l-istandards u s-salvagwardji li jipprevjenu kwalunkwe tnixxija u li jikkonċernaw il-klima, is-saħħa tal-bniedem u l-ekosistemi fir-rigward tas-sikurezza u l-effettività tal-ħżin permanenti tad-diossidu tal-karbonju jkunu mill-inqas fl-istess livell bħal fl-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi preżunt li ż-Żona Ekonomika Ewropea tissodisfa dawk l-istandards u s-salvagwardji. |
(21) |
Il-proġetti ta’ interess reċiproku jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala għodda addizzjonali biex il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi estiż għal pajjiżi terzi lil hinn minn dawk il-proġetti ta’ interess komuni li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ kuritur jew qasam prijoritarju tal-infrastruttura tal-enerġija kif stabbilit fl-Anness I. Għalhekk, meta proġett ma’ pajjiż terz jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ kuritur jew qasam prijoritarju tal-infrastruttura tal-enerġija, dan jenħtieġ li jkun eliġibbli biex japplika għall-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni skont dan ir-Regolament. Bl-istess prinċipju, il-proġetti ta’ interkonnessjoni tal-elettriku ma’ pajjiżi terzi li jkunu kisbu l-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jistgħu jintagħżlu bħala proġetti ta’ interess komuni, dment li jsirilhom il-proċess tal-għażla u li jissodisfaw il-kriterji għall-proġetti ta’ interess komuni. |
(22) |
Barra minn hekk, sabiex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha ta’ newtralità klimatika sal-2050, hemm bżonn li l-Ewropa żżid b’mod sinifikanti l-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli. Il-kategoriji eżistenti tal-infrastruttura tal-enerġija għat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku huma kruċjali għall-integrazzjoni taż-żieda sinifikanti fil-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli fil-grilja enerġetika. Barra minn hekk, dan jirrikjedi żieda fl-investiment fl-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta bil-għan li tintlaħaq mill-inqas 300 GW ta’ ġenerazzjoni mir-riħ lil hinn mill-kosta installata f’konformità mal-istrateġija għall-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta tal-Kummissjoni stabbilita fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2020 intitolata “Strateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima”. Dik l-istrateġija tinkludi rabtiet radjali li jgħaqqdu l-kapaċitajiet eoliċi ġodda lil hinn mill-kosta, kif ukoll proġetti integrati ibridi. Jenħtieġ li tiġi indirizzata wkoll il-koordinazzjoni tal-ippjanar u l-iżvilupp fit-tul tal-grilji tal-elettriku lil hinn mill-kosta u fuq l-art. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-ippjanar tal-infrastruttura lil hinn mill-kosta jitbiegħed mill-approċċ ta’ proġett bi proġett u jqarreb lejn approċċ komprensiv ikkoordinat li jiżgura l-iżvilupp sostenibbli ta’ grilji lil hinn mill kosta integrati f’konformità mal-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta ta’ kull baċir tal-baħar, mal-ħarsien tal-ambjent u ma’ użi oħra tal-baħar. Jenħtieġ li jkun hemm approċċ ibbażat fuq il-kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-approvazzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni li jkunu relatati mat-territorju tagħhom u l-kostijiet relatati. |
(23) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri rilevanti jkunu jistgħu jivvalutaw il-benefiċċji u l-kostijiet tal-kurituri prijoritarji tal-grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli u jwettqu analiżi preliminari tal-kondiviżjoni tal-kostijiet fil-livell tal-kurituri prijoritarji tal-grilji lil hinn mill-kosta biex isostnu l-impenji politiċi konġunti għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni (TSOs) u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, jenħtieġ li tiżviluppa gwida għall-kostijiet-benefiċċji u l-kondiviżjoni tal-kostijiet speċifiċi għall-varar tal-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network integrat lil hinn mill-kosta li jenħtieġ li tippermetti lill-Istati Membri jagħmlu valutazzjoni adegwata. |
(24) |
Il-proċess tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha bħala bażi għall-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni fil-kategoriji tal-elettriku u tal-gass wera li kien effettiv. Iżda, filwaqt li n-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (“l-ENTSO tal-Elettriku”) u n-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass (“l-ENTSO tal-Gass”) u t-TSOs għandhom rwol importanti x’jaqdu fil-proċess, hemm bżonn ta’ aktar skrutinju, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni tax-xenarji għall-futur, l-identifikazzjoni tal-lakuni u tal-konġestjonijiet infrastrutturali fit-tul u l-valutazzjoni tal-proġetti individwali, bil-għan li tissaħħaħ il-fiduċja fil-proċess. Għalhekk, minħabba l-ħtieġa ta’ validazzjoni indipendenti, jenħtieġ li l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) u l-Kummissjoni jkollhom rwol akbar fil-proċess, inkluż fil-proċess għat-tfassil tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha skont ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2009 (14) u (UE) 2019/943 (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-proċess tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha jenħtieġ li jibbenefika mill-input oġġettiv u bbażat fuq ix-xjenza minn korp xjentifiku indipendenti bħall-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima u jenħtieġ li jiġi organizzat bl-aktar mod effettiv. |
(25) |
Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom qabel l-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass jenħtieġ li jwettqu proċess ta’ konsultazzjoni estensiv li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. Il-konsultazzjoni jenħtieġ li tkun miftuħa u trasparenti u jenħtieġ li tiġi organizzata b’tempestività biex jingħata lok għall-feedback tal-partijiet ikkonċernati fit-tħejjija tal-fażijiet ewlenin tal-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha, bħall-iżvilupp tax-xenarju, l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastruttura u l-metodoloġija tal-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji għall-valutazzjoni tal-proġetti. L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass jenħtieġ li jagħtu l-kunsiderazzjoni dovuta lill-input mill-partijiet ikkonċernati matul il-konsultazzjonijiet u jenħtieġ li jispjegaw kif qiesu dak l-input. |
(26) |
F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Forum għall-Infrastrutturi tal-Enerġija tal-2020, hemm bżonn li jiġi żgurat li s-setturi rilevanti kollha, bħall-gass, l-elettriku u t-trasport, jiġu kkunsidrati f’perspettiva integrata fil-proċessi tal-ippjanar tal-infrastruttura kollha għat-trażmissjoni u għad-distribuzzjoni, fuq l-art u lil hinn mill-kosta. Sabiex ikun hemm konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni tal-2030 u l-objettivi tal-iżvilupp tal-enerġija lil hinn mill-kosta tal-2040, u bi qbil mal-objettiv tal-Unjoni li tinkiseb newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, jenħtieġ li l-qafas tan-networks trans-Ewropej tal-enerġija jiddependi fuq viżjoni ta’ “sistema ta’ enerġija waħda” aktar intelliġenti, aktar integrata, fit-tul u ottimizzata permezz tal-implimentazzjoni ta’ qafas li jippermetti koordinazzjoni akbar tal-ippjanar tal-infrastruttura f’diversi setturi u joħloq opportunità biex jiġu integrati bl-aħjar mod diversi soluzzjonijiet ta’ akkoppjament li jinvolvu diversi elementi tan-network bejn diversi infrastrutturi. Dan jenħtieġ li jiġi żgurat billi jiġi żviluppat mudell integrat progressivament li jagħti lok għall-konsistenza bejn il-metodoloġiji tas-settur uniku bbażati fuq suppożizzjonijiet komuni u jirrifletti l-interdipendenzi. |
(27) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li dawk il-proġetti infrastrutturali li għalihom ma teżisti l-ebda soluzzjoni alternattiva raġonevoli biss ikunu jistgħu jirċievu l-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni. Għal dak il-għan, il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” jenħtieġ li jitqies fir-rapport dwar l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastruttura żviluppat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-ħidma tal-gruppi reġjonali fl-istabbiliment tal-listi reġjonali ta’ proġetti proposti fil-lista tal-Unjoni. F’konformità mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-alternattivi rilevanti kollha għall-infrastruttura l-ġdida biex jiġu żgurati l-ħtiġijiet futuri tal-infrastruttura, li jistgħu jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastruttura. Il-gruppi reġjonali, assistiti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jenħtieġ li jikkunsidraw is-suppożizzjonijiet u l-eżiti tal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastruttura żviluppati f’konformità ma’ dan ir-Regolament u jiżguraw li l-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” ikun rifless bis-sħiħ fil-proċess tal-għażla tal-proġetti ta’ interess komuni. Barra minn hekk, matul l-implimentazzjoni tal-proġetti, jenħtieġ li l-promoturi tal-proġetti jirrapportaw dwar il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali u juru li l-proġetti ma jagħmlux ħsara sinifikanti lill-ambjent fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Għal proġetti eżistenti ta’ interess komuni li jkunu laħqu maturità suffiċjenti, dan se jitqies matul l-għażla tal-proġetti għal-lista sussegwenti tal-Unjoni mill-gruppi reġjonali. |
(28) |
Sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-vultaġġ u tal-frekwenza, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-istabbiltà tan-network Ewropew tal-elettriku taħt kundizzjonijiet li qed jinbidlu, speċjalment fid-dawl tas-sehem dejjem akbar tal-għażliet ta’ flessibbiltà, bħall-ħżin tal-enerġija sostenibbli, u tal-elettriku rinnovabbli. Jenħtieġ li tingħata prijorità partikolari lill-isforzi biex jinżamm u jiġi żgurat livell sodisfaċenti ta’ produzzjoni ppjanata ta’ enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista għaċ-ċittadini u n-negozji. |
(29) |
Wara konsultazzjonijiet mill-qrib mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati kollha, il-Kummissjoni identifikat 14-il prijorità strateġika tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li l-implimentazzjoni tagħhom hija essenzjali biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha ta’ newtralità klimatika sal-2050. Dawk il-prijoritajiet ikopru diversi reġjuni ġeografiċi jew oqsma tematiċi fil-qasam tat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku, il-grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli, it-trażmissjoni u l-ħżin tal-idroġenu, l-elettrolizzaturi, il-grilji intelliġenti tal-gass, il-grilji intelliġenti tal-elettriku, u t-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju. |
(30) |
Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni jikkonformaw ma’ kriterji komuni, trasparenti u oġġettivi fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-objettivi tal-politika dwar l-enerġija. Sabiex ikunu eliġibbli għall-inklużjoni fil-listi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-proġetti tal-elettriku u tal-idroġenu jkunu parti mill-aħħar pjan disponibbli ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha. Peress li l-infrastruttura tal-idroġenu bħalissa mhijiex inkluża fil-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha, jenħtieġ li dak ir-rekwiżit għall-proġetti tal-idroġenu japplika biss mill-1 ta’ Jannar 2024 għall-finijiet tat-tieni lista tal-Unjoni li se tiġi stabbilita skont dan ir-Regolament. |
(31) |
Jenħtieġ li jitwaqqfu gruppi reġjonali bil-għan li jipproponu u jirrieżaminaw proġetti ta’ interess komuni, li jwasslu għall-istabbiliment ta’ listi reġjonali ta’ proġetti ta’ interess komuni. Sabiex jiġi żgurat kunsens mifrux, jenħtieġ li dawk il-gruppi reġjonali jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-promoturi tal-proġetti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti. Fil-kuntest ta’ dik il-kooperazzjoni, jenħtieġ li, meta jkun meħtieġ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jagħtu pariri lill-gruppi reġjonali, fost l-oħrajn dwar il-fattibbiltà tal-aspetti regolatorji tal-proġetti proposti u dwar il-fattibbiltà tal-iskeda ta’ żmien proposta għall-approvazzjoni regolatorja. |
(32) |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċess, jenħtieġ li l-kooperazzjoni bejn il-gruppi reġjonali tissaħħaħ u tiġi mħeġġa aktar. Hemm bżonn li l-Kummissjoni jkollha rwol importanti fil-faċilitazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni bil-għan li jiġu indirizzati l-impatti possibbli tal-proġetti fuq gruppi reġjonali oħra. |
(33) |
Jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ġdida tal-Unjoni kull sentejn. Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni li jkunu ġew ikkompletati jew li ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji u r-rekwiżiti rilevanti kif stabbiliti f’dan ir-Regolament, ma jidhrux fil-lista tal-Unjoni sussegwenti. Għal dik ir-raġuni, il-proġetti eżistenti ta’ interess komuni li għandhom jiġu inklużi fil-lista sussegwenti tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess proċess tal-għażla għall-istabbiliment tal-listi reġjonali u għall-istabbiliment tal-lista tal-Unjoni applikat għall-proġetti proposti. Madankollu, jenħtieġ li l-piż amministrattiv jitnaqqas sa fejn ikun possibbli, pereżempju billi tintuża l-informazzjoni sottomessa qabel, u billi jitqiesu r-rapporti annwali tal-promoturi tal-proġetti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-proġetti eżistenti ta’ interess komuni li għamlu progress sinifikanti jibbenefikaw minn proċess ta’ inklużjoni simplifikat fil-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha. |
(34) |
Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni jiġu implimentati malajr kemm jista’ jkun u jenħtieġ li dawn jiġu evalwati u mmonitorjati mill-qrib, filwaqt li jiġu rrispettati debitament ir-rekwiżiti għall-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati u l-leġiżlazzjoni ambjentali u filwaqt li l-piż amministrattiv għall-promoturi tal-proġetti jinżamm għall-minimu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinnomina l-koordinaturi Ewropej għal proġetti li jkunu qed jiffaċċjaw diffikultajiet jew dewmien partikolari. Il-progress fl-implimentazzjoni tal-proġetti speċifiċi kif ukoll it-twettiq tal-obbligi li jappartjenu għal dan ir-Regolament jenħtieġ li jitqiesu fil-proċess tal-għażla għal listi sussegwenti tal-Unjoni għal dawk il-proġetti. |
(35) |
Jenħtieġ li l-proċess għall-għoti ta’ permessi la jwassal għal piżijiet amministrattivi li jkunu sproporzjonati għad-daqs jew għall-kumplessità ta’ proġett, u lanqas ma joħloq ostakli għall-iżvilupp tan-networks trans-Ewropej u għall-aċċess għas-suq. |
(36) |
L-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-Unjoni ta’ interess komuni fl-oqsma tal-infrastruttura tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni jenħtieġ li jiġu kkoordinati sabiex jiġu ġġenerati s-sinerġiji meta dan ikun fattibbli minn perspettiva ta’ ppjanar ekonomiku, tekniku, ambjentali, klimatiku jew spazjali ġenerali, u b’kunsiderazzjoni xierqa tal-aspetti rilevanti tas-sikurezza. Għalhekk, matul l-ippjanar tad-diversi networks Ewropej, jenħtieġ li jkun possibbli li tingħata preferenza lill-integrazzjoni tan-networks tat-trasport, tal-komunikazzjoni u tal-enerġija sabiex jiġi żgurat li jintuża l-anqas ammont possibbli ta’ art. Hemm bżonn ta’ viżjoni komuni tan-networks għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija fis-setturi diversi, filwaqt li jiġi żgurat, fejn ikun possibbli, li jintużaw mill-ġdid ir-rotot eżistenti jew li ma għadhomx jintużaw, bil-għan li jitnaqqas għall-minimu kwalunkwe impatt soċjali, ekonomiku, ambjentali, klimatiku u finanzjarju negattiv. |
(37) |
Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni jingħataw “status ta’ prijorità” fil-livell nazzjonali biex jiġu żgurati trattament amministrattiv rapidu u trattament urġenti fil-proċeduri ġudizzjarji u ta’ soluzzjoni tat-tilwim kollha li jkunu relatati magħhom. Jenħtieġ li dawn jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma fl-interess pubbliku. Għal raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti, jenħtieġ li l-proġetti li jkollhom impatt negattiv fuq l-ambjent jiġu awtorizzati meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (18). |
(38) |
Huwa essenzjali li l-partijiet ikkonċernati, inkluża s-soċjetà ċivili, jingħataw informazzjoni u jiġu kkonsultati, sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-proġetti u biex jiġu limitati l-oġġezzjonijiet kontrihom. |
(39) |
Sabiex titnaqqas il-kumplessità, jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza u tingħata għajnuna sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, jenħtieġ li jkun hemm awtorità jew awtoritajiet kompetenti li jintegraw jew jikkoordinaw il-proċessi kollha għall-għoti ta’ permessi. |
(40) |
Sabiex jiġi ssimplifikat u jitħaffef il-proċess għall-għoti ta’ permessi għall-grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli, jenħtieġ li jiġu deżinjati punti uniċi ta’ kuntatt għal proġetti transfruntiera fuq il-lista tal-Unjoni u lil hinn mill-kosta li jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-iżviluppaturi tal-proġetti. Jenħtieġ li l-punti uniċi ta’ kuntatt inaqqsu l-kumplessità, iżidu l-effiċjenza u jħaffu l-proċess għall-għoti ta’ permessi għall-assi ta’ trażmissjoni lil hinn mill-kosta li spiss ikunu jaqsmu ħafna ġurisdizzjonijiet. |
(41) |
Minkejja l-eżistenza ta’ standards stabbiliti li jiżguraw il-parteċipazzjoni pubblika fi proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali, li japplikaw bis-sħiħ għal proġetti ta’ interess komuni, għadhom meħtieġa miżuri addizzjonali skont dan ir-Regolament sabiex jiġu żgurati l-ogħla standards possibbli ta’ trasparenza u ta’ parteċipazzjoni pubblika fil-kwistjonijiet rilevanti kollha fil-proċess għall-għoti ta’ permessi għal proġetti ta’ interess komuni. Meta dawn diġà jkunu koperti min regoli nazzjonali skont l-istess standards jew standards ogħla bħal f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-prekonsultazzjoni qabel il-proċedura għall-għoti ta’ permessi ma tibqax obbligatorja u tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti legali. |
(42) |
Jenħtieġ li l-implimentazzjoni korretta u kkoordinata tad-Direttivi 2001/42/KE (19) u 2011/92/UE (20) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, fejn applikabbli, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (21), iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 (“il-Konvenzjoni ta’ Aarhus”), u tal-Konvenzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’kuntest transkonfinali (22), iffirmata f’Espoo fil-25 ta’ Frar 1991 (“il-Konvenzjoni ta’ Espoo”) tiżgura l-armonizzazzjoni tal-prinċipji ewlenin għall-valutazzjoni tal-effetti ambjentali u klimatiċi, inkluż f’kuntest transfruntier. Il-Kummissjoni ħarġet gwida aġġornata sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fid-definizzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi adegwati bil-għan li jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta’ valutazzjoni ambjentali għall-infrastruttura tal-enerġija u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tal-proċeduri ta’ valutazzjoni ambjentali meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni għal proġetti ta’ interess komuni. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkoordinaw il-valutazzjonijiet tagħhom tal-proġetti ta’ interess komuni, u jipprovdu għal valutazzjonijiet konġunti, fejn possibbli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħeġġu jiskambjaw l-aħjar prattiki u l-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi fil-proċessi għall-għoti ta’ permessi. |
(43) |
Huwa importanti li jiġi ssimplifikat u li jittejjeb il-proċess għall-għoti ta’ permessi, filwaqt li jiġu rrispettati sa fejn ikun possibbli u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-kompetenzi u l-proċeduri nazzjonali għall-kostruzzjoni ta’ infrastruttura tal-enerġija ġdida. Minħabba l-ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati l-infrastrutturi tal-enerġija, jenħtieġ li s-simplifikazzjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi tistabbilixxi limitu taż-żmien ċar għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet rilevanti fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-proġett. Jenħtieġ li dak il-limitu taż-żmien jistimula definizzjoni u trattament aktar effiċjenti tal-proċeduri, u jenħtieġ li taħt l-ebda ċirkostanza ma jikkomprometti l-istandards għoljin għall-ħarsien tal-ambjent f’konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali u l-parteċipazzjoni pubblika. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi il-limiti taż-żmien massimi. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistinkaw biex jiksbu limiti taż-żmien iqsar meta dan ikun fattibbli u, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ proġetti bħall-grilji intelliġenti, li jistgħu ma jeħtiġux proċess tant kumpless għall-għoti ta’ permessi bħal dawk għall-infrastruttura ta’ trażmissjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu responsabbli sabiex jiżguraw il-konformità mal-limiti taż-żmien. |
(44) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jinkludu, f’deċiżjonijiet komprensivi, u fejn xieraq, deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest ta’ negozjati ma’ sidien individwali tal-art sabiex jagħtu aċċess għal proprjetà, sjieda jew dritt ta’ okkupazzjoni ta’ proprjetà fil-kuntest ta’ ppjanar tal-ispazju, li tiddetermina l-użu ġenerali tal-art ta’ reġjun definit, inklużi żviluppi oħra bħal toroq pubbliċi, ferroviji, binjiet u żoni għall-ħarsien tan-natura, li ma jitwettqux għall-iskop speċifiku tal-proġett ippjanat u l-għoti ta’ permessi operazzjonali. Fil-kuntest tal-proċess għall-għoti ta’ permessi, jenħtieġ li proġett ta’ interess komuni jkun jista’ jinkludi infrastruttura relatata sal-punt li din tkun essenzjali għall-kostruzzjoni jew il-funzjonament tal-proġett. Dan ir-Regolament, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ permessi, il-parteċipazzjoni pubblika u l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni, jenħtieġ li japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, inklużi dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, u dispożizzjonijiet adottati fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-Politika Marittima Integrata, b’mod partikolari d-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). |
(45) |
Jenħtieġ li, b’mod ġenerali, il-kostijiet tal-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-operat u l-manutenzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jinġarru bis-sħiħ minn dawk li jużaw l-infrastruttura. L-allokazzjoni tal-kostijiet jenħtieġ li tiżgura li l-utenti aħħarin ma jitgħabbewx b’mod sproporzjonat, speċjalment jekk dan jista’ jwassal għall-faqar enerġetiku. Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni jkunu eliġibbli għall-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet meta valutazzjoni tad-domanda tas-suq jew tal-effetti mistennija fuq it-tariffi, tindika li l-kostijiet ma jistgħux ikunu mistennija li jiġu rkuprati mit-tariffi mħallsa mill-utenti tal-infrastruttura. |
(46) |
Id-diskussjoni dwar l-allokazzjoni xierqa tal-kostijiet jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji ta’ proġett infrastrutturali mwettqa fuq il-bażi ta’ metodoloġija armonizzata għal analiżi tas-sistema tal-enerġija kollha kemm hi, bl-użu tax-xenarji rilevanti kollha stabbiliti fil-qafas tal-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha mħejjija skont ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2009 u (UE) 2019/943, u rieżaminata mill-Aġenzija u xenarji addizzjonali għall-ippjanar tal-iżvilupp tan-network, biex jingħata lok għal analiżi robusta tal-kontribut tal-proġett ta’ interess komuni għall-politika dwar l-enerġija tal-Unjoni ta’ dekarbonizzazzjoni, ta’ integrazzjoni tas-suq, ta’ kompetizzjoni, ta’ sostenibbiltà u ta’ sigurtà tal-provvista. Dik l-analiżi tista’ tqis l-indikaturi u l-valuri ta’ referenza korrispondenti għat-tqabbil tal-kostijiet ta’ unità tal-investiment. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawk jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha ta’ newtralità klimatika sal-2050 u jenħtieġ li jkunu soġġetti għal proċess komprensiv ta’ konsultazzjoni u skrutinju. |
(47) |
F’suq intern tal-enerġija dejjem aktar integrat, hemm bżonn ta’ regoli ċari u trasparenti għall-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet sabiex jitħaffef l-investiment fl-infrastruttura transfruntiera u fil-proġetti b’impatt transfruntiera. Huwa essenzjali li jiġi żgurat qafas ta’ finanzjament stabbli għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni filwaqt li tiġi mminimizzata l-ħtieġa ta’ appoġġ finanzjarju, filwaqt li fl-istess ħin jiġu mħeġġa l-investituri interessati, b’inċentivi xierqa u mekkaniżmi finanzjarji. Meta jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jallokaw il-kostijiet imġarrba b’mod effiċjenti, skont ir-rilevanza fid-dawl tal-approċċi u l-metodoloġiji nazzjonali għal infrastruttura simili, b’mod transfruntier fit-totalità tagħhom u jinkluduhom fit-tariffi nazzjonali, u, wara dan, jekk ikun rilevanti, jiddeterminaw jekk l-impatt tagħhom fuq it-tariffi nazzjonali jistax jirrappreżenta piż sproporzjonat għall-konsumaturi fl-Istati Membri rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jevitaw ir-riskji ta’ appoġġ doppju għall-proġetti billi jqisu l-imposti jew id-dħul attwali jew stmati. Jenħtieġ li dawk l-imposti u d-dħul jitqiesu biss sa fejn ikunu relatati mal-proġetti u sa fejn ikunu mfassla biex ikopru l-kostijiet ikkonċernati. |
(48) |
Hemm bżonn ta’ proġetti transfruntiera li jkollhom effett pożittiv fuq il-grilja enerġetika tal-Unjoni, bħalma huma l-grilji intelliġenti tal-elettriku jew l-elettrolizzaturi, li ma jimplikawx fruntiera komuni fiżika. |
(49) |
Il-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija teħtieġ li t-tariffi għall-aċċess għan-networks jipprovdu inċentivi xierqa għall-investiment. Madankollu, bosta tipi ta’ proġetti ta’ interess komuni x’aktarx li jkollhom esternalitajiet li jafu ma jkunux jistgħu jiġu koperti kompletament fis-sistema tariffarja regolari u rkuprati permezz tagħha. Meta japplikaw il-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiżguraw qafas regolatorju u finanzjarju stabbli u prevedibbli b’inċentivi għall-proġetti ta’ interess komuni, inklużi inċentivi fit-tul, li jkunu proporzjonati mal-livell ta’ riskju speċifiku tal-proġett. Jenħtieġ li dak il-qafas japplika b’mod partikolari għal proġetti transfruntiera, għal teknoloġiji innovattivi ta’ trażmissjoni tal-elettriku li jippermettu l-integrazzjoni fuq skala kbira tal-enerġija rinnovabbli, ta’ riżorsi tal-enerġija distribwiti jew ta’ rispons għad-domanda f’networks interkonnessi, u għal proġetti tat-teknoloġija tal-enerġija u ta’ diġitalizzazzjoni, li jew x’aktarx iġarrbu riskji ogħla minn proġetti simili li jitwettqu fi ħdan Stat Membru wieħed jew li jwiegħdu benefiċċji akbar għall-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-proġetti b’nefqa operazzjonali għolja jkollhom ukoll aċċess għal inċentivi xierqa għall-investiment. B’mod partikolari, il-grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli, li jaqdu l-funzjonalità doppja ta’ interkonnetturi tal-elettriku u jikkollegaw proġetti ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli lil hinn mill-kosta, x’aktarx li jġarrbu riskji ogħla minn proġetti infrastrutturali fuq l-art komparabbli, minħabba l-konnessjoni intrinsika tagħhom mal-assi ta’ ġenerazzjoni li tinvolvi riskji regolatorji, riskji ta’ finanzjament, bħall-ħtieġa għal investimenti antiċipatorji, riskji tas-suq u riskji marbuta mal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi ġodda. |
(50) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għall-għoti ta’ permessi għal proġetti ta’ interess komuni, għall-parteċipazzjoni pubblika fihom u għat-trattament regolatorju tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri xorta waħda jkunu kapaċi jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali biex japplikaw l-istess regoli jew regoli simili għal proġetti oħra li ma jkollhomx l-istatus ta’ proġetti ta’ interess komuni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-inċentivi regolatorji, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali biex japplikaw l-istess regoli jew regoli simili għal proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ ħżin tal-elettriku. |
(51) |
L-Istati Membri li bħalissa ma jattribwixxux l-ogħla sinifikat nazzjonali possibbli għal proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija fir-rigward tal-proċess għall-għoti ta’ permessi, jenħtieġ li jitħeġġu jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ tali sinifikat nazzjonali għoli, b’mod partikolari billi jevalwaw jekk dan iwassalx għal proċess aktar mgħaġġel għall-għoti ta’ permessi. |
(52) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri li bħalissa ma għandhomx fis-seħħ proċeduri ġudizzjarji aċċellerati jew urġenti applikabbli għal proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija jitħeġġu jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ tali proċeduri, b’mod partikolari billi jevalwaw jekk dik tkunx twassal għall-implimentazzjoni aktar mgħaġġla ta’ tali proġetti. |
(53) |
Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 wera l-valur miżjud tal-ingranaġġ tal-finanzjament privat permezz ta’ assistenza finanzjarja sinifikanti tal-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati proġetti ta’ sinifikat Ewropew. Fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja, u tar-restrizzjonijiet baġitarji, jenħtieġ li l-appoġġ immirat, permezz ta’ għotjiet u permezz ta’ strumenti finanzjarji, ikompli taħt il-qafas finanzjarju pluriennali, sabiex jimmassimizza l-benefiċċji għaċ-ċittadini tal-Unjoni u biex jattira investituri ġodda lejn il-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija, filwaqt li jżomm il-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni għal livell minimu. |
(54) |
Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni jkunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni għal studji u, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal xogħlijiet skont ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) fil-forma ta’ għotjiet jew fil-forma ta’ strumenti finanzjarji innovattivi sabiex jiġi żgurat li jkun jista’ jingħata appoġġ imfassal apposta għal dawk il-proġetti ta’ interess komuni li ma jkunux vijabbli fl-ambitu tal-qafas regolatorju u l-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti. Huwa importanti li tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari bejn proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-istess kuritur prijoritarju tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali assistenza finanzjarja tiżgura s-sinerġiji meħtieġa mal-Fondi Strutturali, sabiex jiġu ffinanzjati networks intelliġenti ta’ distribuzzjoni tal-enerġija u mal-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 (25), skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26). Għal investimenti fi proġetti ta’ interess komuni, jenħtieġ li tapplika loġika maqsuma fi tliet stadji. L-ewwel nett, jenħtieġ li s-suq ikollu l-prijorità li jinvesti. It-tieni, jekk l-investimenti ma jsirux mis-suq, jenħtieġ li jiġu esplorati soluzzjonijiet regolatorji, jenħtieġ li jiġi aġġustat il-qafas regolatorju rilevanti jekk ikun meħtieġ, u jenħtieġ li tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-qafas regolatorju rilevanti. It-tielet, meta l-ewwel żewġ stadji ma jkunux biżżejjed sabiex jinkisbu l-investimenti meħtieġa fi proġetti ta’ interess komuni, jenħtieġ li jkun possibbli li tingħata assistenza finanzjarja mill-Unjoni meta l-proġett ta’ interess komuni jkun jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà applikabbli. Il-proġetti ta’ interess komuni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll fl-ambitu tal-programm InvestEU, li huwa komplementari għall-finanzjament bl-għotjiet. |
(55) |
Jenħtieġ li l-Unjoni tiffaċilita proġetti tal-enerġija f’reġjuni żvantaġġati, inqas konnessi, periferiċi, ultraperiferiċi jew iżolati sabiex tippermetti l-aċċess għan-networks trans-Ewropej tal-enerġija sabiex tħaffef il-proċess ta’ dekarbonizzazzjoni u tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili. |
(56) |
Meta ma jkun hemm l-ebda TSO fi Stat Membru, ir-referenzi għat-TSOs f’dan ir-regolament jenħtieġ li japplikaw mutatis mutandis għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni (DSO). |
(57) |
Jenħtieġ li l-għotjiet għal xogħlijiet relatati ma’ proġetti ta’ interess reċiproku jkunu disponibbli bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk għal kategoriji oħra meta jikkontribwixxu għall-miri klimatikċi u enerġetiċi ġenerali tal-Unjoni u meta l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-pajjiż terz ikunu konsistenti mal-Ftehim ta’ Pariġi. |
(58) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 (27), u (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944 jiġu emendati skont dan. |
(59) |
Filwaqt li l-adattament għal skop ġdid tal-infrastruttura tal-gass naturali għandu l-għan li jiddekarbonizza n-networks tal-gass, filwaqt li jippermetti l-użu ddedikat tal-idroġenu pur, perjodu tranżitorju jista’ jippermetti t-trasport jew il-ħżin ta’ taħlita predefinita ta’ idroġenu mal-gass naturali jew mal-bijometan. It-taħlit tal-idroġenu mal-gass naturali jew mal-bijometan jista’ jintuża biex tiżdied il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-idroġenu u jiġi ffaċilitat it-trasport tal-idroġenu. Biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni għall-idroġenu, il-promotur tal-proġett jenħtieġ li juri, inkluż permezz ta’ kuntratti kummerċjali, kif, sa tmiem il-perjodu tranżitorju, l-assi ddedikati għall-gass naturali se jsiru assi ddedikati għall-idroġenu u kif l-użu tal-idroġenu se jiżdied matul il-perjodu tranżitorju. Fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ, jenħtieġ li l-Aġenzija tivverifika t-tranżizzjoni tempestiva tal-proġett lejn assi ddedikat għall-idroġenu. Kwalunkwe finanzjament ta’ dawk il-proġetti skont ir-Regolament (UE) 2021/1153 matul il-perjodu tranżitorju jenħtieġ li jkun soġġett għal kundizzjoni fil-ftehim ta’ għotja li l-finanzjament jitħallas lura f’każ ta’ dewmien fit-tranżizzjoni tempestiva tal-proġett lejn assi ddedikat għall-idroġenu, u għal dispożizzjonijiet adegwati li jippermettu l-infurzar ta’ dik il-kundizzjoni. |
(60) |
F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 li l-ebda Stat Membru ma għandu jibqa’ iżolat min-networks Ewropej tal-gass u tal-elettriku wara l-2015 jew jara s-sigurtà tal-enerġija tiegħu tiġi pperikolata minħabba n-nuqqas ta’ konnessjonijiet xierqa, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura aċċess għan-networks trans-Ewropej tal-enerġija billi jtemm l-iżolament fil-qasam tal-enerġija ta’ Ċipru u Malta, li għadhom mhumiex interkonnessi man-network trans-Ewropew tal-gass. Dak l-objettiv jenħtieġ li jintlaħaq billi l-proġetti fil-fażi ta’ żvilupp jew ippjanar li jkunu ngħataw l-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jitħallew iżommu l-istatus tagħhom sakemm Ċipru u Malta jkunu interkonnessi man-network trans-Ewropew tal-gass. Minbarra li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq tal-enerġija rinnovabbli, il-flessibbiltà u r-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija, u s-sigurtà tal-provvista, dawk il-proġetti se jiżguraw aċċess għas-swieq futuri tal-enerġija, inkluż l-idroġenu, u se jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri klimatiċi u enerġentiċi ġenerali tal-Unjoni. |
(61) |
Jenħtieġ li l-proġetti ta’ interess komuni ma jkunux eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni meta l-investituri, l-operaturi jew il-promoturi tal-proġett ikunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), bħal f’każijiet ta’ kundanna minħabba frodi, korruzzjoni jew imġiba relatata ma’ organizzazzjoni kriminali. Jenħtieġ li jkun possibbli li proġett ta’ interess komuni jitneħħa mil-lista tal-Unjoni jekk l-inklużjoni tiegħu f’dik il-lista kienet ibbażata fuq informazzjoni mhux korretta li kienet fattur determinanti għal dik l-inklużjoni, jew jekk il-proġett ma jkunx jikkonforma mad-dritt tal-Unjoni. Għal proġett ta’ interess komuni li jinsab fl-Istati Membri li jibbenefikaw minn deroga skont dan ir-Regolament, dawk l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw, meta jappoġġaw kwalunkwe applikazzjoni għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2021/1153 għal tali proġetti, li l-proġetti ma jibbenefikawx direttament jew indirettament lil persuni jew entitajiet li jkunu jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni kif imsemmi fl-Artikolu 136 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. |
(62) |
Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp tempestiv ta’ proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija essenzjali għall-Unjoni, il-ħames lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jenħtieġ li tibqa’ fis-seħħ sakemm tidħol fis-seħħ l-ewwel lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku stabbilita skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex jingħata lok għall-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-finanzjament tal-proġetti ta’ interess komuni fil-ħames lista tal-Unjoni, jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 ukoll jibqgħu fis-seħħ u jipproduċu effetti sad-dħul fis-seħħ tal-ewwel lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku stabbilita skont dan ir-Regolament. |
(63) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jenħtieġ li jitħassar. |
(64) |
Sabiex jiġi żgurat li l-lista tal-Unjoni tkun limitata għal proġetti li jikkontribwixxu l-aktar għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji strateġiċi tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti f’anness ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li, f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li temenda l-annessi ta’ dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi u tirrieżamina l-lista tal-Unjoni, filwaqt li tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li japprovaw proġetti fil-lista tal-Unjoni relatati mat-territorji tagħhom. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (29). Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u t-tfassil tal-atti delegati, jenħtieġ li tiżgura trażmissjoni simultanja, tempestiva u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta jqisu li dan ikun meħtieġ, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jibagħtu esperti għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati li għalihom ikunu mistiedna l-esperti tal-Istati Membri. Id-diskussjonijiet fil-gruppi reġjonali huma strumentali biex il-Kummissjoni tadotta l-atti delegati li jistabbilixxu l-listi tal-Unjoni. Għalhekk, huwa xieraq li, sa fejn ikun possibbli u kompatibbli mal-qafas ta’ dan ir-Regolament, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmati dwar il-laqgħat tal-gruppi reġjonali u jkunu jistgħu jibagħtu esperti għal dawn il-laqgħat, f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tan-numru ta’ proġetti fil-listi tal-Unjoni s’issa, jenħtieġ li n-numru totali ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni jibqa’ maniġġabbli, u, għalhekk, jenħtieġ li ma jaqbiżx b’mod sinifikanti l-220. |
(65) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp u l-interoperabbiltà tan-networks trans-Ewropej tal-enerġija u l-konnessjoni mat-tali networks li jikkontribwixxu għall-iżgurar tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari l-kisba tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha ta’ newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, u l-iżgurar tal-interkonnessjonijiet, is-sigurtà tal-enerġija, l-integrazzjoni tas-suq u tas-sistema, il-kompetizzjoni li minnha jibbenefikaw l-Istati Membri kollha u prezzijiet affordabbli tal-enerġija u għall-kisba tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha ta’ newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 1
Suġġett, objettivi u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi linji gwida għall-iżvilupp f’waqtu u għall-interoperabbiltà tal-kurituri u tal-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (kurituri u oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija) stabbiliti fl-Anness I li jikkontribwixxu għall-iżgurar tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari l-ilħiq tal-miri tal-enerġija u tal-klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sa mhux aktar tard mill-2050, u għall-iżgurar tal-interkonnessjonijiet, is-sigurtà tal-enerġija, l-integrazzjoni tas-suq u tas-sistema u l-kompetizzjoni li minnha jibbenefikaw l-Istati Membri kollha, kif ukoll l-affordabilità tal-prezzijiet tal-enerġija.
2. B’mod partikolari, dan ir-Regolament:
(a) |
jipprevedi l-identifikazzjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku stabbiliti skont l-Artikolu 3 (lista tal-Unjoni); |
(b) |
jiffaċilita l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni billi jissimplifika, jikkoordina aktar mill-qrib u jaċċellera l-proċessi għall-għoti ta’ permessi, u billi jtejjeb it-trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika; |
(c) |
jipprovdi regoli għal allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet u inċentivi marbuta mar-riskju għal proġetti fuq il-lista tal-Unjoni; |
(d) |
jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet fir-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2018/1999, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u fid-Direttivi 2009/73/KE, (UE) 2018/2001 (30) u (UE) 2019/944, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“infrastruttura tal-enerġija” tfisser kwalunkwe tagħmir fiżiku jew faċilità li taqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija li tinsab fl-Unjoni, jew li tgħaqqad l-Unjoni ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar; |
(2) |
“konġestjoni tal-infrastruttura tal-enerġija” tfisser limitazzjoni ta’ flussi fiżiċi f’sistema tal-enerġija minħabba kapaċità ta’ trażmissjoni insuffiċjenti, li tinkludi fost l-oħrajn l-assenza ta’ infrastruttura; |
(3) |
“deċiżjoni komprensiva” tfisser id-deċiżjoni jew is-sett ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew minn awtoritajiet ta’ Stat Membru, li ma jinkludux qrati jew tribunali, li jiddetermina jekk promotur ta’ proġett ikunx awtorizzat jew le jibni l-infrastruttura tal-enerġija sabiex iwettaq proġett ta’ interess komuni jew proġett ta’ interess reċiproku billi jkollu l-possibbiltà li jibda, jew jakkwista u jibda, ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni meħtieġa (fażi “lest għall-bini”) mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell amministrattiv; |
(4) |
“proġett” tfisser linja waħda jew diversi linji, pipelines, faċilitajiet, tagħmir jew installazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija mniżżla fl-Anness II; |
(5) |
“proġett ta’ interess komuni” tfisser proġett meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-kurituri u tal-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija mniżżla fl-Anness I u li jkun fil-lista tal-Unjoni; |
(6) |
“proġett ta’ interess reċiproku” tfisser proġett promoss mill-Unjoni f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi skont ittri ta’ appoġġ mill-gvernijiet tal-pajjiżi affettwati direttament jew ftehimiet mhux vinkolanti oħra, li jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji tal-infrasturttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt 1(a) jew (f), fil-punt 3(a), fil-punt 5(a) jew (c) tal-Anness II, li jikkontribwixxi għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u għall-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika għall-2050 u li jkun fil-lista tal-Unjoni; |
(7) |
“proġetti li jikkompetu” tfisser proġetti li jindirizzaw għalkollox jew parzjalment l-istess diskrepanza fl-infrastruttura jew ħtieġa ta’ infrastruttura reġjonali li jkunu ġew identifikati; |
(8) |
“promotur ta’ proġett” tfisser wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(9) |
“grilja intelliġenti tal-elettriku” tfisser network tal-elettriku, inkluż fuq il-gżejjer li mhumiex interkonnessi jew li mhumiex konnessi biżżejjed man-networks tal-enerġija trans-Ewropej, li jippermetti l-integrazzjoni kosteffiċjenti u l-kontroll attiv tal-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha konnessi miegħu, inklużi l-ġeneraturi, il-konsumaturi u l-prosumaturi, sabiex tiġi żgurata sistema tal-enerġija ekonomikament effiċjenti u sostenibbli b’telf baxx u livell għoli ta’ integrazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli, ta’ sigurtà tal-provvista u ta’ sikurezza, u li fih l-operatur tal-grilja jkun jista’ jimmonitorja b’mod diġitali l-azzjonijiet tal-utenti konnessi miegħu, u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-komunikazzjoni ma’ operaturi tal-grilja relatati, ma’ ġeneraturi, ma’ faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija, u ma’ konsumaturi jew ma’ prosumaturi, bl-għan li l-elettriku jiġi trażmess u distribwit b’mod sostenibbli, kosteffiċjenti u sigur; |
(10) |
“grilja intelliġenti tal-gass” tfisser network tal-gass li jagħmel użu minn soluzzjonijiet diġitali u innovattivi sabiex jintegra b’mod kosteffiċjenti pluralità ta’ sorsi tal-gass b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli f’konformità mal-ħtiġijiet tal-konsumaturi u mar-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-gass sabiex titnaqqas il-marka tal-karbonju tal-konsum tal-gass relatat, ikun jista’ jiżdied is-sehem tal-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u jinħolqu rabtiet ma’ vetturi u ma’ setturi oħra tal-enerġija, inkluż it-titjib fiżiku relatat jekk huma indispensabbli għall-funzjonament tat-tagħmir u tal-installazzjonijiet biex jiġu integrati l-gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli; |
(11) |
“awtorità kkonċernata” tfisser awtorità li, skont id-dritt nazzjonali, tkun kompetenti sabiex toħroġ permessi u awtorizzazzjonijiet diversi relatati mal-ippjanar, mad-disinn u mal-kostruzzjoni ta’ assi immobbli, li jinkludu l-infrastruttura tal-enerġija; |
(12) |
“awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali ddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2009/73/KE jew awtorità regolatorja fil-livell nazzjonali ddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva (UE) 2019/944; |
(13) |
“awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti” tfisser l-awtorità regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri li jospitaw il-proġetti u fl-Istati Membri li għalihom il-proġett jipprovdi impatt pożittiv sinifikanti; |
(14) |
“xogħlijiet” tfisser ix-xiri, il-forniment u l-użu ta’ komponenti, sistemi u servizzi inkluż is-software, it-twettiq tal-iżvilupp, l-adattament għal skop ġdid u l-bini u l-attivitajiet ta’ installazzjoni relatati ma’ proġett, l-aċċettazzjoni tal-installazzjonijiet u l-varar ta’ proġett; |
(15) |
“studji” tfisser attivitajiet meħtieġa sabiex titħejja l-implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, tal-fattibbiltà, ta’ evalwazzjoni, ta’ ttestjar u ta’ validazzjoni, inkluż software, u kwalunkwe miżura oħra ta’ appoġġ tekniku, li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi ddefinit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ tas-siti kkonċernati u t-tħejjija tal-pakkett finanzjarju; |
(16) |
“ikkummissjonar” tfisser il-proċess li bih proġett jibda jitħaddem ladarba jkun inbena; |
(17) |
“assi ddedikati għall-idroġenu” tfisser infrastruttura lesta biex takkomoda l-idroġenu pur mingħajr aktar xogħlijiet ta’ adattament, inklużi networks ta’ pipelines jew faċilitajiet ta’ ħżin li jkunu għadhom kif inbnew ġodda, ġew adattati għal skop ġdid minn assi tal-gass naturali, jew it-tnejn li huma; |
(18) |
“adattament għal skop ġdid” tfisser it-titjib jew il-modifika ta’ natura teknika tal-infrastruttura eżistenti tal-gass naturali sabiex jiġi żgurat li hija ddedikata għall-użu tal-idroġenu pur; |
(19) |
“adattament għat-tibdil fil-klima” tfisser proċess li jiżgura li r-reżiljenza għall-impatti negattivi potenzjali tat-tibdil fil-klima tal-infrastruttura tal-enerġija tinkiseb permezz ta’ valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskju tat-tibdil fil-klima, inkluż permezz ta’ miżuri ta’ adattament rilevanti. |
KAPITOLU II
Proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku
Artikolu 3
Lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u ta’ proġetti ta’ interess reċiproku
1. Gruppi reġjonali (Gruppi) għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mal-proċess stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Anness III. Is-sħubija f’kull Grupp għandha tkun ibbażata fuq kull kuritur u qasam prijoritarju u fuq il-kopertura ġeografika rispettiva tagħhom kif stabbilit fl-Anness I. Is-setgħa deċiżjonali fil-Gruppi għandha tkun ristretta għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni (korp deċiżjonali), u tkun ibbażata fuq kunsens.
2. Kull Grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess, filwaqt li jqis id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.
3. Il-korp deċiżjonali ta’ kull Grupp għandu jadotta lista reġjonali ta’ proġetti mfassla f’konformità mal-proċess stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness III, mal-kontribut ta’ kull proġett għall-implimentazzjoni tal-kurituri u tal-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fl-Anness I u ma’ kemm kull proġett ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4.
Meta Grupp ifassal il-lista reġjonali tiegħu:
(a) |
kull proposta individwali għal proġett għandha tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Istat/i Membru/i, li l-proġett ikun marbut mat-territorju tiegħu/tagħhom; meta Stat Membru ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu, huwa għandu jippreżenta r-raġunijiet sostanzjati tiegħu għal dan lill-Grupp ikkonċernat; |
(b) |
għandu jqis il-pariri tal-Kummissjoni bl-għan li fil-lista tal-Unjoni jkun hemm numru totali ta’ proġetti li jkun maniġġabbli. |
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament sabiex tiġi stabbilita l-lista tal-Unjoni, soġġetta għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 tat-TFUE.
Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tal-Unjoni tiġi stabbilita kull sentejn, fuq il-bażi tal-listi reġjonali adottati mill-korpi deċiżjonali tal-gruppi stabbiliti skont il-punt (1) tat-Taqsima 1 tal-Anness III, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat li jistabbilixxi l-ewwel lista tal-Unjoni skont dan ir-Regolament sat-30 ta’ Novembru 2023.
Jekk att delegat adottat mill-Kummissjoni skont dan il-paragrafu ma jkunx jista’ jidħol fis-seħħ minħabba oġġezzjoni espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 20(6), il-Kummissjoni għandha minnufih tlaqqa’ l-Gruppi sabiex titfassal listi reġjonali ġodda filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet għall-oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat ġdid li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli.
5. Meta tkun qed tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni billi tgħaqqad il-listi reġjonali msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis kif xieraq id-deliberazzjonijiet tal-Gruppi:
(a) |
tiżgura li jiġu inklużi biss il-proġetti li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 4; |
(b) |
tiżgura konsistenza transreġjonali, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Aġenzija kif imsemmi fil-punt (14) tat-Taqsima 2 tal-Anness III; |
(c) |
tqis l-opinjonijiet tal-Istati Membri msemmija fil-punt (10) tat-Taqsima 2 tal-Anness III; |
(d) |
timmira li tiżgura numru totali maniġġabbli ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni. |
6. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom isiru parti integrali mill-pjanijiet ta’ investiment reġjonali rilevanti skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/943 u tal-pjanijiet nazzjonali rilevanti ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944 u ta’ pjanijiet infrastrutturali nazzjonali oħra kkonċernati, kif ikun xieraq. Dawk il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jingħataw l-ogħla prijorità possibbli fi ħdan kull wieħed minn dawk il-pjanijiet. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-proġetti li jikkompetu, għall-proġetti li ma laħqux grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, fil-punt (1)(d), tal-Anness III jew għall-proġetti ta’ interess reċiproku.
7. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II u li huma proġetti li jikkompetu jew proġetti li ma laħqux grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fil-punt (1)(d) tat-Taqsima 2 tal-Anness III jistgħu jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ investiment reġjonali rilevanti, il-pjanijiet nazzjonali ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network u pjanijiet infrastrutturali nazzjonali oħra, kif xieraq, bħala proġetti li qed jiġu kkunsidrati.
Artikolu 4
Kriterji għall-valutazzjoni tal-proġetti mill-Gruppi
1. Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali li ġejjin:
(a) |
il-proġett ikun meħtieġ għal mill-inqas wieħed mill-kurituri u mill-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I; |
(b) |
il-benefiċċji globali potenzjali tal-proġett, ivvalutati f’konformità mal-kriterji speċifiċi rilevanti fil-paragrafu 3, jisbqu l-kostijiet tiegħu, inkluż fit-tul; |
(c) |
il-proġett jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
2. Proġett ta’ interess reċiproku għandu jissodisfa l-kriterji ġenerali li ġejjin:
(a) |
il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(1), u dawk tal-pajjiż terz, b’mod partikolari billi ma jxekkilx il-kapaċità tal-pajjiż terz milli jelimina gradwalment l-assi li jiġġeneraw il-karburant fossili għall-konsum domestiku tiegħu, u għas-sostenibbiltà, inkluż permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja u permezz tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u siti ta’ ħżin ewlenin; |
(b) |
il-benefiċċji globali potenzjali tal-proġett fil-livell tal-Unjoni, ivvalutati f’konformità mal-kriterji speċifiċi rispettivi fil-paragrafu 3, jisbqu l-kostijiet tiegħu fi ħdan l-Unjoni, inkluż fit-tul; |
(c) |
il-proġett ikun jinsab fit-territorju ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u fit-territorju ta’ mill-inqas pajjiż terz wieħed u jkollu impatt transfruntier sinifikanti kif stabbilit fil-punt (2) tal-Anness IV; |
(d) |
għall-parti li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, il-proġett ikun konformi mad-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944 meta jkun jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura stabbiliti fil-punti (1) u (3) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
(e) |
hemm livell għoli ta’ konverġenza tal-qafas ta’ politika tal-pajjiż jew pajjiżi terzi involuti u huma murija mekkaniżmi ta’ infurzar legali li jappoġġaw l-objettivi tal-politika tal-Unjoni, b’mod partikolari biex jiżguraw:
|
(f) |
il-pajjiż jew il-pajjiżi terzi involuti isostnu l-istatus ta’ prijorità tal-proġett, kif stipulat fl-Artikolu 7, u jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw ma’ skeda ta’ żmien simili għall-implimentazzjoni aċċellerata u għal miżuri oħra ta’ appoġġ ta’ politika u regolatorju kif japplika għal proġetti ta’ interess komuni fl-Unjoni. |
Fir-rigward ta’ proġetti għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (5)(c) tal-Anness II, il-proġett għandu jkun meħtieġ biex jippermetti t-trasport u l-ħżin transfruntiera tad-diossidu tal-karbonju u l-pajjiż terz fejn ikun jinsab il-proġett għandu jkollu qafas legali adegwat ibbażat fuq mekkaniżmi ta’ infurzar effettivi murija biex jiġi żgurat li standards u salvagwardji japplikaw għall-proġett, u hekk tiġi prevenuta kwalunkwe tnixxija tad-dijossidu tal-karbonju, u li jikkonċernaw il-klima, is-saħħa tal-bniedem u l-ekosistemi fir-rigward tas-sikurezza u l-effettività tal-ħżin permanenti tad-diossidu tal-karbonju, li huma mill-inqas fl-istess livell bħal dawk previsti mil-liġi tal-Unjoni.
3. Il-kriterji speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għal proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu f’kategoriji speċifiċi tal-infrastruttura tal-enerġija:
(a) |
għall-proġetti tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni u tal-ħżin tal-elettriku li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja, it-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u siti ta’ ħżin ewlenin, u biex jitnaqqas it-tnaqqis tal-enerġija, fejn applikabbli, u jikkontribwixxi għal tal-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:
|
(b) |
għal proġetti tal-grilji intelliġenti tal-elettriku li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(e) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja, u jikkontribwixxi għal tal-inqas tnejn mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:
|
(c) |
għall-proġetti tat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (5) tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà billi jnaqqas l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fl-installazzjonijiet industrijali konnessi u jikkontribwixxi għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:
|
(d) |
għall-proġetti tal-idroġenu li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà, inkluż billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass serra, tissaħħaħ l-adozzjoni tal-idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, b’enfasi fuq l-idroġenu minn sorsi rinnovabbli b’mod partikolari f’applikazzjonijiet tal-użu aħħari, bħas-setturi diffiċli sabiex jitrażżnu, li fihom mhumiex fattibbli soluzzjonijiet aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u tiġi sostnuta l-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli varjabbli billi jiġu offruti soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà, ta’ ħżin, jew it-tnejn li huma, u l-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:
|
(e) |
għall-elettrolizzaturi li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (4) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:
|
(f) |
għal proġetti ta’ grilji intelliġenti tal-gass li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (2) tal-Anness II, il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà billi jiżgura l-integrazzjoni ta’ pluralità ta’ gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli, inkluż fejn dawn jiġu minn sorsi lokali, bħal bijometan jew idroġenu rinnovabbli, fis-sistemi tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni jew tal-ħżin tal-gass sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, u dak il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal mill-inqas waħda mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:
|
4. Għall-proġetti li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II, il-kriterji elenkati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu vvalutati f’konformità mal-indikaturi stabbiliti fil-punti (3) sa (8) tal-Anness IV.
5. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-proġetti kollha li jistgħu jkunu eliġibbli bħala proġetti ta’ interess komuni u li jistgħu jiġu inklużi f’lista reġjonali, kull Grupp għandu jivvaluta l-kontribuzzjoni ta’ kull proġett għall-implimentazzjoni tal-istess kuritur jew qasam prijoritarju tal-infrastruttura tal-enerġija b’mod trasparenti u oġġettiv. Kull Grupp għandu jiddetermina l-metodu ta’ valutazzjoni tiegħu fuq il-bażi tal-kontribuzzjoni aggregata għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 3. Dik il-valutazzjoni għandha twassal għal klassifikazzjoni tal-proġetti għall-użu intern tal-Grupp. La l-lista reġjonali u lanqas il-lista tal-Unjoni ma għandu jkollhom xi klassifikazzjoni, u l-klassifikazzjoni lanqas ma għandha tintuża għal xi skop sussegwenti ħlief kif deskritt fit-Taqsima 2, il-punt (16), tal-Anness III.
Meta jivvaluta l-proġetti, sabiex jiġi żgurat approċċ ta’ valutazzjoni konsistenti fost il-Gruppi, kull Grupp għandu jqis kif xieraq:
(a) |
l-urġenza u l-kontribuzzjoni ta’ kull proġett propost sabiex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050, ta’ integrazzjoni tas-suq, ta’ kompetizzjoni, ta’ sostenibbiltà u ta’ sigurtà tal-provvista; |
(b) |
il-komplementarjetà ta’ kull proġett propost ma’ proġetti proposti oħra, inklużi proġetti li jikkompetu jew li potenzjalment jikkompetu; |
(c) |
sinerġiji possibbli mal-kurituri u mal-oqsma prijoritarji identifikati taħt networks trans-Ewropej għat-trasport u t-telekomunikazzjonijiet; |
(d) |
għall-proġetti proposti li, f’dak iż-żmien tal-valutazzjoni, ikunu proġetti fil-lista tal-Unjoni, il-progress tal-implimentazzjoni tagħhom u l-konformità tagħhom mal-obbligi ta’ rapportar u ta’ trasparenza. |
Fir-rigward ta’ proġetti ta’ grilji intelliġenti tal-elettriku u ta’ grilji intelliġenti tal-gass li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(e) u fil-punt (2) tal-Anness II, għandha ssir klassifikazzjoni għal dawk il-proġetti li jaffettwaw l-istess żewġ Stati Membri, u għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lin-numru ta’ utenti affettwati mill-proġett, lill-konsum annwali tal-enerġija u lis-sehem tal-ġenerazzjoni minn riżorsi mhux spedibbli fiż-żona koperta minn dawk l-utenti.
Artikolu 5
Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni
1. Il-promoturi tal-proġetti għandhom ifasslu pjan ta’ implimentazzjoni għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni, inkluż skeda ta’ żmien għal kull wieħed u waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
l-istudji dwar il-fattibbiltà u t-tfassil inkluż dak li għandu x’jaqsam mal-adattament għat-tibdil fil-klima u mal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali u mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”; |
(b) |
l-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn kwalunkwe awtorità oħra kkonċernata; |
(c) |
il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar; |
(d) |
il-proċess għall-għoti tal-permessi msemmi fl-Artikolu 10(6), il-punt (b). |
2. It-TSOs, id-DSOs u operaturi oħra għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni fiż-żona tagħhom.
3. L-Aġenzija u l-Gruppi kkonċernati għandhom jimmonitorjaw il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni u, meta jkun meħtieġ, jagħmlu rakkomandazzjonijiet sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-Gruppi jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali f’konformità mal-paragrafi 4, 5 u 6, isejħu laqgħat mal-partijiet rilevanti u jistiednu lill-Kummissjoni tivverifika l-informazzjoni pprovduta fuq il-post.
4. Sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena wara s-sena tal-inklużjoni ta’ proġett fil-lista tal-Unjoni, il-promoturi ta’ proġett għandhom jissottomettu rapport annwali, għal kull proġett li jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II, lill-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1).
Dak ir-rapport għandu jinkludi dettalji dwar:
(a) |
il-progress miksub fl-iżvilupp, fil-kostruzzjoni u fl-ikkummissjonar tal-proġett, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess għall-għoti ta’ permessi u l-proċedura ta’ konsultazzjoni kif ukoll il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali, bil-prinċipju li l-proġett “ma jagħmel l-ebda ħsara sinifikanti” lill-ambjent, u l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima meħuda; |
(b) |
fejn ikun rilevanti, dewmien meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni, ir-raġunijiet għal dan id-dewmien u diffikultajiet oħra misjuba; |
(c) |
fejn ikun rilevanti, pjan rivedut bl-għan li jingħeleb id-dewmien. |
5. Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena wara s-sena li fiha l-promotur tal-proġett ikollu jissottometti r-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandhom jissottomettu lill-Aġenzija u lill-Grupp rilevanti r-rapport imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, issupplimentat b’informazzjoni dwar il-progress u, fejn rilevanti, dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni li jinsabu fit-territorju rispettiv tagħhom fir-rigward tal-proċessi għall-għoti ta’ permessi, u dwar ir-raġunijiet għal dan id-dewmien. Il-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet kompetenti għar-rapport għandha tkun immarkata b’mod ċar bħala tali u abbozzata mingħajr ma jiġi mmodifikat it-test introdott mill-promoturi tal-proġett.
6. Sat-30 ta’ April ta’ kull sena li fiha għandha tiġi adottata lista ġdida tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Gruppi rapport konsolidat għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni li huma soġġetti għall-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jevalwa l-progress miksub u t-tibdiliet mistennija fil-kostijiet tal-proġetti, u l-evalwazzjoni tal-kostijiet tal-proġett mistennija, u, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jingħelbu d-dewmien u d-diffikultajiet misjuba. Dak ir-rapport konsolidat għandu jevalwa wkoll, f’konformità mal-Artikolu 11, il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2019/942, l-implimentazzjoni konsistenti tal-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha fir-rigward tal-kurituri u tal-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I.
F’każijiet debitament ġustifikati, l-Aġenzija tista’ titlob informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha stabbiliti f’dan il-paragrafu.
7. Meta l-ikkummissjonar ta’ proġett fil-lista tal-Unjoni jiddewwem meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni, u mhux għal raġunijiet prevalenti li jaqgħu barra mill-kontroll tal-promotur tal-proġett, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:
(a) |
sa fejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 22(7), il-punt (a), (b) jew (c) tad-Direttiva 2009/73/KE u fl-Artikolu 51(7), il-punt (a), (b) jew (c) tad-Direttiva (UE) 2019/944 jkunu applikabbli f’konformità mad-dritt nazzjonali rispettiv, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-investiment isir; |
(b) |
jekk il-miżuri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont il-punt (a) ma jkunux applikabbli, il-promotur tal-proġett, fi żmien 24 xahar mid-data tal-ikkummissjonar stabbilita fil-pjan ta’ implimentazzjoni, għandu jagħżel parti terza sabiex tiffinanzja jew tibni l-proġett kollu jew parti minnu. |
(c) |
jekk parti terza ma tintgħażilx f’konformità mal-punt (b), l-Istat Membru jew, meta l-Istat Membru jkun ipprovda hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’, fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-punt (b), taħtar parti terza sabiex tiffinanzja jew tibni l-proġett li l-promotur tal-proġett għandu jaċċetta; |
(d) |
meta d-dewmien meta mqabbel mad-data tal-ikkummissjonar fil-pjan ta’ implimentazzjoni jaqbeż is-26 xahar, il-Kummissjoni, soġġetta għall-qbil u bil-kooperazzjoni sħiħa tal-Istati Membri kkonċernati, tista’ tvara sejħa għal proposti miftuħa għal kwalunkwe parti terza li kapaċi ssir promotur ta’ proġett sabiex tibni l-proġett f’konformità ma’ skeda ta’ żmien miftiehma; |
(e) |
meta jiġu applikati miżuri msemmija fil-punt (c) jew (d), l-operatur tas-sistema li fiż-żona tiegħu jinsab l-investiment għandu jipprovdi lill-operaturi jew lill-investituri implimentaturi jew lill-parti terza l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jitwettaq l-investiment, għandu jgħaqqad l-assi l-ġodda man-network tat-trażmissjoni jew, fejn applikabbli, in-network tad-distribuzzjoni u b’mod ġenerali għandu jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu sabiex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-investiment u l-operat u l-manutenzjoni siguri, affidabbli u effiċjenti tal-proġett fil-lista tal-Unjoni. |
8. Proġett fil-lista tal-Unjoni jista’ jitneħħa mil-lista tal-Unjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(4) jekk l-inklużjoni tiegħu f’dik il-lista kienet ibbażata fuq informazzjoni żbaljata li kienet fattur determinanti għal dik l-inklużjoni, jew il-proġett ma jikkonformax mad-dritt tal-Unjoni.
9. Il-proġetti li ma jibqgħux fil-lista tal-Unjoni għandhom jitilfu d-drittijiet u l-obbligi kollha marbuta mal-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni jew ta’ proġett ta’ interess reċiproku previsti f’dan ir-Regolament.
Madankollu, proġett li ma jkunx għadu fil-lista tal-Unjoni iżda li għalih ikun ġie aċċettat fajl ta’ applikazzjoni sabiex jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti għandu jżomm id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III, ħlief meta l-proġett ikun tneħħa mil-lista tal-Unjoni għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.
10. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe assistenza finanzjarja tal-Unjoni mogħtija lil kwalunkwe proġett fil-lista tal-Unjoni qabel ma jitneħħa mil-lista tal-Unjoni.
Artikolu 6
Koordinaturi Ewropej
1. Meta proġett ta’ interess komuni jsib diffikultajiet ta’ implimentazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ taħtar, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, koordinatur Ewropew għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena, li jista’ jiġġedded darbtejn.
2. Il-koordinatur Ewropew għandu:
(a) |
jippromwovi l-proġetti, li għalihom ikun inħatar koordinatur Ewropew u d-djalogu transfruntier bejn il-promoturi tal-proġetti u l-partijiet ikkonċernati interessati kollha; |
(b) |
jassisti l-partijiet kollha kif inhu meħtieġ fil-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati interessati, fid-diskussjoni dwar rotot alternattivi, fejn xieraq, u fil-ksib tal-permessi meħtieġa għall-proġetti; |
(c) |
meta jkun xieraq, jagħti pariri lill-promoturi tal-proġett dwar il-finanzjament tal-proġett; |
(d) |
jiżgura li jingħata l-appoġġ u d-direzzjoni strateġika xierqa mill-Istati Membri kkonċernati għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-proġetti; |
(e) |
kull sena, u, meta jkun xieraq, mat-twettiq tal-mandat tiegħu, jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-proġetti u dwar kwalunkwe diffikultà u ostaklu li x’aktarx idewmu b’mod sinifikanti d-data tal-ikkummissjonar tal-proġetti. |
Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport tal-koordinatur Ewropew imsemmi fil-punt (e) lill-Parlament Ewropew u lill-Gruppi kkonċernati.
3. Il-koordinatur Ewropew għandu jintgħażel wara proċess miftuħ, mhux diskriminatorju u trasparenti u fuq il-bażi tal-esperjenza tal-kandidat fir-rigward tal-kompiti speċifiċi assenjati lilu/lilha għall-proġetti kkonċernati.
4. Id-deċiżjoni ta’ ħatra tal-koordinatur Ewropew għandha tispeċifika l-limiti taż-żmien ta’ referenza, filwaqt li tispjega d-durata tal-mandat, il-kompiti speċifiċi u l-iskadenzi korrispondenti, u l-metodoloġija li għandha tiġi segwita. L-isforz ta’ koordinazzjoni għandu jkun proporzjonat għall-kumplessità u għall-kostijiet stmati tal-proġetti.
5. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-koordinatur Ewropew fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafi 2 u 4.
KAPITOLU III
Għoti ta’ permessi u parteċipazzjoni pubblika
Artikolu 7
Status ta’ prijorità tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni
1. L-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni għandha tistabbilixxi, għall-finijiet ta’ kwalunkwe deċiżjoni maħruġa fil-proċess għall-għoti ta’ permessi, il-ħtieġa tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni minn perspettiva tal-politika dwar l-enerġija u tal-klima, mingħajr preġudizzju għall-post, għar-rotta jew għat-teknoloġija preċiżi tal-proġett.
Dan il-paragrafu ma japplikax għal proġetti li jikkompetu jew għal proġetti li ma laħqux grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, il-punt (1)(d), tal-Anness III.
2. Bl-għan li jiġi żgurat l-ipproċessar amministrattiv effiċjenti tal-fajls tal-applikazzjonijiet relatati mal-proġetti fil-lista tal-Unjoni, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet ikkonċernati kollha għandhom jiżguraw li dawk il-fajls jiġu ttrattati bl-aktar mod rapidu possibbli f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali.
3. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi previsti fid-dritt tal-Unjoni, il-proġetti fil-lista tal-Unjoni għandhom jingħataw l-istatus tal-ogħla sinifikat nazzjonali possibbli, fejn status bħal dan jeżisti fid-dritt nazzjonali, u jiġu ttrattati kif xieraq fil-proċessi għall-għoti ta’ permessi u, jekk ikun previst fid-dritt nazzjonali, fl-ippjanar spazjali, inklużi dawk il-proċessi relatati ma’ valutazzjonijiet ambjentali, bil-mod li dan it-trattament ikun previst fid-dritt nazzjonali applikabbli għat-tip ta’ infrastruttura tal-enerġija korrispondenti.
4. Il-proċeduri kollha għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-litigazzjoni, l-appelli u r-rimedji ġudizzjarji kollha relatati ma’ proġetti fil-lista tal-Unjoni quddiem kwalunkwe qorti, tribunal jew bord nazzjonali, inklużi l-medjazzjoni jew l-arbitraġġ, meta dawn ikunu jeżistu fid-dritt nazzjonali, għandhom jiġu ttrattati bħala urġenti, jekk u sakemm id-dritt nazzjonali jipprevedi tali proċeduri ta’ urġenza.
5. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, filwaqt li jqisu kif xieraq il-gwida eżistenti maħruġa mill-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni ambjentali għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni, liema miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi huma meħtieġa sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-valutazzjoni ambjentali u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tagħhom u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bir-riżultat ta’ dik il-valutazzjoni.
6. Sal-24 ta’ Marzu 2023, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri mhux leġislattivi li jkunu identifikaw skont il-paragrafu 5.
7. Sal-24 ta’ Ġunju 2023, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġislattivi li jkunu identifikaw skont il-paragrafu 5. Dawk il-miżuri leġiżlattivi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi previsti fid-dritt tal-Unjoni.
8. Fir-rigward tal-impatti ambjentali indirizzati fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE u fl-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE, dment li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dawk id-Direttivi jiġu ssodisfati, il-proġetti fil-lista tal-Unjoni għandhom jitqiesu bħala ta’ interess pubbliku minn perspettiva tal-politika tal-enerġija, u jistgħu jitqiesu li jkollhom interess pubbliku prevalenti.
Meta l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun meħtieġa f’konformità mad-Direttiva 92/43/KEE, il-Kummissjoni u l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni fir-rigward tal-interess pubbliku prevalenti ta’ proġett tittieħed fi ħdan il-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.
Dan il-paragrafu ma japplikax għall-proġetti li jikkompetu jew għall-proġetti li ma laħqux grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, il-punt (1)(d), tal-Anness III.
Artikoli 8
Organizzazzjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi
1. Sat-23 ta’ Ġunju 2022, kull Stat Membru għandu jaġġorna, meta jkun meħtieġ, il-ħatra ta’ awtorità nazzjonali kompetenti waħda li għandha tkun responsabbli għall-iffaċilitar u għall-koordinazzjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni.
2. Ir-responsabbiltajiet tal-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 jew il-kompiti relatati magħha jistgħu jiġu ddelegati lil awtorità oħra, jew imwettqa minn din, għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni jew għal kull kategorija partikolari ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, dment li:
(a) |
l-awtorità nazzjonali kompetenti tinnotifika lill-Kummissjoni b’dik id-delega u l-informazzjoni fiha tiġi ppubblikata jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew mill-promotur tal-proġett fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 9(7); |
(b) |
awtorità waħda biss tkun responsabbli għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni, u tkun l-uniku punt ta’ kuntatt għall-promotur tal-proġett fil-proċess li jwassal għad-deċiżjoni komprensiva għal proġett partikolari fil-lista tal-Unjoni, u tikkoordina s-sottomissjoni tad-dokumenti u tal-informazzjoni rilevanti kollha. |
L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ żżomm ir-responsabbiltà li tistabbilixxi l-limiti taż-żmien, mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2).
3. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali u, sal-punt li ma jikkontradixxihomx, dak nazzjonali, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiffaċilita l-ħruġ tad-deċiżjoni komprensiva. Id-deċiżjoni komprensiva għandha tinħareġ fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2) u f’konformità ma’ waħda mill-iskemi li ġejjin:
(a) |
skema integrata: id-deċiżjoni komprensiva għandha tinħareġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti u għandha tkun l-unika deċiżjoni legalment vinkolanti li tirriżulta mill-proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi. Meta awtoritajiet oħra jkunu kkonċernati mill-proġett, huma jistgħu, f’konformitá mad-dritt nazzjonali, jagħtu l-opinjoni tagħhom bħala input għall-proċedura, li għandha titqies mill-awtorità nazzjonali kompetenti; |
(b) |
skema koordinata: id-deċiżjoni komprensiva tinkludi diversi deċiżjonijiet individwali legalment vinkolanti maħruġa minn diversi awtoritajiet ikkonċernati, li għandhom jiġu kkoordinati mill-awtorità nazzjonali kompetenti. L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tistabbilixxi grupp ta’ ħidma li fih l-awtoritajiet ikkonċernati kollha jkunu rrappreżentati sabiex titfassal skeda għall-proċess għall-għoti ta’ permessi f’konformità mal-Artikolu 10(6), il-punt (b), u sabiex tiġi mmonitorjata u kkoordinata l-implimentazzjoni tagħha. L-awtorità nazzjonali kompetenti, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, għandha, fejn applikabbli f’konformità mad-dritt nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2), tistabbilixxi fuq bażi ta’ kull każ għalih limitu taż-żmien raġonevoli li fih għandhom jinħarġu d-deċiżjonijiet individwali. L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tieħu deċiżjoni individwali f’isem awtorità nazzjonali oħra kkonċernata, fejn id-deċiżjoni minn dik l-awtorità ma tingħatax fi żmien il-limitu taż-żmien u fejn id-dewmien ma jistax jiġi ġġustifikat b’mod adegwat; jew, fejn previst taħt id-dritt nazzjonali, u sal-punt li dan ikun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tikkunsidra li awtorità nazzjonali kkonċernata oħra tkun tat l-approvazzjoni jew ir-rifjut tagħha għall-proġett meta d-deċiżjoni minn dik l-awtorità ma tingħatax fi ħdan il-limitu taż-żmien. Fejn ipprovdut skont il-liġi nazzjonali, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tinjora deċiżjoni individwali ta’ awtorità nazzjonali oħra kkonċernata jekk tqis li d-deċiżjoni mhijiex sostanzjata biżżejjed fir-rigward tal-evidenza bażi ppreżentata mill-awtorità nazzjonali kkonċernata; hija u tagħmel dan, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti rilevanti taħt id-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali jiġu rispettati u għandha tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha; |
(c) |
skema kollaborattiva: id-deċiżjoni komprensiva għandha tiġi kkoordinata mill-awtorità nazzjonali kompetenti. L-awtorità nazzjonali kompetenti, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, għandha, fejn applikabbli f’konformità mad-dritt nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2), tistabbilixxi fuq bażi ta’ kull każ għalih limitu taż-żmien raġonevoli li fih għandhom jinħarġu d-deċiżjonijiet individwali. Għandha timmonitorja l-konformità mal-limiti taż-żmien mill-awtoritajiet ikkonċernati. |
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iskemi b’mod li, skont il-liġi nazzjonali, jikkontribwixxi għall-ħruġ l-aktar effiċjenti u f’waqtu tad-deċiżjoni komprensiva.
Il-kompetenza tal-awtoritajiet ikkonċernati tista’ jew tiġi inkorporata fil-kompetenza tal-awtorità nazzjonali kompetenti maħtura f’konformità mal-paragrafu 1 jew inkella l-awtoritajiet ikkonċernati jistgħu jżommu, sa ċertu punt, il-kompetenza indipendenti tagħhom f’konformità mal-iskema rispettiva għall-għoti ta’ permessi magħżula mill-Istat Membru f’konformità ma’ dan il-paragrafu sabiex jiffaċilitaw il-ħruġ tad-deċiżjoni komprensiva u jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti kif xieraq.
Meta awtorità kkonċernata ma tkunx qed tistenna li tagħti deċiżjoni individwali fil-limitu taż-żmien stabbilit, dik l-awtorità għandha minnufih tinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti, u tipprovdi raġunijiet għad-dewmien. Sussegwentement, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tistabbilixxi limitu taż- żmien ieħor li fih għandha tinħareġ dik id-deċiżjoni individwali, f’konformità mal-limiti taż-żmien ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2).
L-Istati Membri għandhom jagħżlu minn fost it-tliet skemi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu sabiex jiffaċilitaw u jikkoordinaw il-proċeduri tagħhom u għandhom jimplimentaw l-iskema li hi l-aktar effettiva għalihom fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali fil-proċessi tagħhom għall-ippjanar u għall-għoti ta’ permessi. Meta Stat Membru jagħżel l-iskema kollaborattiva, għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tiegħu.
4. L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskemi stabbiliti fil-paragrafu 3 għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni fuq l-art u lil hinn mill-kosta.
5. Meta proġett fil-lista tal-Unjoni jkun jeħtieġ li d-deċiżjonijiet jittieħdu f’żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa għal kooperazzjoni u komunikazzjoni effiċjenti u effettivi bejniethom, inklużi l-istadji msemmija fl-Artikolu 10(6). L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jipprovdu proċeduri konġunti, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatti ambjentali.
6. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti tal-Istati Membri involuti fi proġett fil-lista tal-Unjoni li jappartjenu għal wieħed mill-kurituri prijoritarji tal-grilji lil hinn mill-kosta stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I għandhom jaħtru flimkien bejniethom punt uniku ta’ kuntatt għall-promoturi ta’ proġetti għal kull proġett, li għandu jkun responsabbli biex jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar il-proċess tal-għoti ta’ permessi tal-proġett bil-għan li jiġi ffaċilitat dak il-proċess kif ukoll l-ħruġ tad-deċiżjonijiet bi proġett mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti. Il-punti uniċi ta’ kuntatt jistgħu jaġixxu bħala repożitorju li jaggrega d-dokumenti eżistenti li jappartjenu lill-proġetti.
Artikolu 9
Trasparenza u parteċipazzjoni pubblika
1. Sal-24 ta’ Ottubru 2023, l-Istat Membru jew l-awtorità nazzjonali kompetenti għandhom, fejn applikabbli, f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet ikkonċernati oħra, jippubblikaw manwal aġġornat tal-proċeduri għall-proċess għall-għoti ta’ permessi applikabbli għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni li għandu jinkludi tal-inqas l-informazzjoni speċifikata fil-punt (1) tal-Anness VI. Il-manwal ma għandux ikun legalment vinkolanti, iżda għandu jirreferi għal dispożizzjonijiet legali rilevanti jew jikkwotahom. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom, fejn rilevanti, jikkooperaw u jsibu sinerġiji mal-awtoritajiet tal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li jiskambjaw il-prattiki tajba u jiffaċilitaw il-proċess għall-għoti ta’ permessi, b’mod partikolari għall-iżvilupp tal-manwal tal-proċeduri.
2. Mingħajr preġudizzju għal-liġi ambjentali u għal kwalunkwe rekwiżit taħt il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, il-Konvenzjoni ta’ Espoo u d-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-partijiet kollha involuti fil-proċess għall-għoti ta’ permessi għandhom isegwu l-prinċipji għall-parteċipazzjoni pubblika stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness VI.
3. Il-promotur ta’ proġett, fi żmien perjodu indikattiv ta’ tliet xhur wara l-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permess skont l-Artikolu 10(3), għandu jfassal u jissottometti kunċett għall-parteċipazzjoni pubblika lill-awtorità nazzjonali kompetenti, filwaqt li jsegwi l-proċess deskritt fil-manwal imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u f’konformità mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness VI. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha titlob modifiki jew tapprova l-kunċett tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-kunċett, filwaqt li tqis kwalunkwe forma ta’ parteċipazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku li seħħew qabel il-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi, sakemm tali parteċipazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.
Meta l-promotur ta’ proġett ikollu l-intenzjoni li jagħmel tibdiliet sinifikanti f’kunċett approvat għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku, huwa għandu jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti b’dan. F’dak il-każ l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ titlob modifiki.
4. Meta dan ma jkunx diġà meħtieġ skont id-dritt nazzjonali bl-istess standards jew bi standards ogħla, il-promotur tal-proġett jew, fejn meħtieġ mid-dritt nazzjonali, l-awtorità nazzjonali kompetenti, għandhom iwettqu tal-inqas konsultazzjoni pubblika waħda, qabel is-sottomissjoni tal-fajl tal-applikazzjoni finali u komplut mill-promotur tal-proġett lill-awtorità nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 10(7). Dik il-konsultazzjoni pubblika għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe konsultazzjoni pubblika li għandha ssir wara s-sottomissjoni tat-talba għall-kunsens għall-iżvilupp skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2011/92/UE. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati msemmija fil-punt 3(a) tal-Anness VI dwar il-proġett fi stadju bikri u għandha tgħin sabiex jiġu identifikati l-aktar post, trajettorja jew teknoloġija xierqa, inkluż, fejn rilevanti, fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet adegwati għall-proġett relatati mal-adattament għat-tibdil fil-klima, l-impatti kollha rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, u l-kwistjonijiet rilevanti li għandhom jiġu indirizzati fil-fajl tal-applikazzjoni. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tkun konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-punt (5) tal-Anness VI. Mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali u ta’ trasparenza fl-Istati Membri, il-promotur ta’ proġett għandu jippubblika fuq is-sit web imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu rapport li jispjega kif l-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjonijiet pubbliċi ġew ikkunsidrati billi juri l-emendi li jkunu saru fil-post, fit-trajettorja u fid-disinn tal-proġett jew billi tipprovdi raġunijiet għaliex dawn l-opinjonijiet ma ġewx ikkunsidrati.
Il-promotur ta’ proġett għandu jħejji rapport li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-attivitajiet relatati mal-parteċipazzjoni pubblika qabel is-sottomissjoni tal-fajl tal-applikazzjoni, inklużi dawk l-attivitajiet li jkunu seħħew qabel il-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi.
Il-promotur ta’ proġett għandu jissottometti r-rapporti msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi flimkien mal-fajl tal-applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti. Id-deċiżjoni komprensiva għandha tqis kif xieraq ir-riżultati ta’ dawn ir-rapporti.
5. Għal proġetti transfruntiera li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, il-konsultazzjonijiet pubbliċi mwettqa skont il-paragrafu 4 f’kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati għandhom isiru fi żmien perjodu ta’ mhux aktar minn xahrejn mid-data li fiha tkun bdiet l-ewwel konsultazzjoni pubblika.
6. Għal proġetti li x’aktarx ikollhom impatt transfruntiera sinifikanti fi Stat Membru wieħed jew aktar tal-viċinat, li għalihom huma applikabbli l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE u l-Konvenzjoni ta’ Espoo, l-informazzjoni rilevanti għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri ġirien ikkonċernati. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri ġirien ikkonċernati għandha tindika, fil-proċess ta’ notifika fejn xieraq, jekk huma, jew kwalunkwe awtorità kkonċernata oħra, jixtiqux jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika rilevanti.
7. Il-promotur ta’ proġett għandu jistabbilixxi u jaġġorna b’mod regolari sit web iddedikat għall-proġett b’informazzjoni rilevanti dwar il-proġett ta’ interess komuni, li għandu jkun illinkjat mas-sit web tal-Kummissjoni u mal-pjattaforma ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 23 u li għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fil-punt (6) tal-Anness VI. Informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tinżamm kunfidenzjali.
Il-promoturi tal-proġetti għandhom jippubblikaw ukoll informazzjoni rilevanti b’mezzi oħra ta’ informazzjoni xierqa aċċessibbli għall-pubbliku.
Artikolu 10
Durata u implimentazzjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi
1. Il-proċess għall-għoti ta’ permessi għandu jikkonsisti f’żewġ proċeduri:
(a) |
il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni, li tkopri l-perjodu bejn il-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi u l-aċċettazzjoni min-naħa tal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-fajl tal-applikazzjoni sottomess, li għandha sseħħ fi żmien perjodu indikattiv ta’ 24 xahar; and |
(b) |
il-proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi, li tkopri l-perjodu mid-data tal-aċċettazzjoni tal-fajl tal-applikazzjoni sottomess sat-teħid tad-deċiżjoni komprensiva, ma għandhiex taqbeż it-18-il xahar. |
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi li tkun iqsar minn 18-il xahar.
2. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li d-durata kombinata taż-żewġ proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ma taqbiżx perjodu ta’ 42 xahar.
Madankollu, meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tqis li waħda mill-proċeduri jew it-tnejn li huma ma jkunux se jitlestew fi żmien il-limiti taż-żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, hija tista’ testendi wieħed minn dawk il-limiti taż-żmien jew it-tnejn li huma, qabel l-iskadenza tagħhom u fuq bażi ta’ kull każ għalih. L-awtorità nazzjonali kompetenti ma għandhiex testendi d-durata kkombinata taż-żewġ proċeduri għal aktar minn disa’ xhur ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali.
Meta l-awtorità nazzjonali kompetenti testendi l-limiti taż-żmien, hija għandha tinforma lill-Grupp ikkonċernat u tippreżentalu l-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu għall-konklużjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi bl-anqas dewmien possibbli. Il-Grupp jista’ jitlob li l-awtorità nazzjonali kompetenti tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub f’dak ir-rigward u r-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien.
3. Bl-għan li jiġi stabbilit il-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi, il-promoturi tal-proġett għandhom jinnotifikaw il-proġett lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ kull Stat Membru kkonċernat bil-miktub u għandhom jinkludu deskrizzjoni raġonevolment dettaljata tal-proġett.
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tirrikonoxxi jew, jekk tqis li l-proġett ma jkunx matur biżżejjed sabiex jidħol fil-proċess għall-għoti ta’ permessi, tirrifjuta n-notifika, bil-miktub, inkluż f’isem awtoritajiet ikkonċernati oħra. Fil-każ ta’ rifjut, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tipprovdi raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, inkluż f’isem awtoritajiet ikkonċernati oħra. Id-data tal-firma tal-konferma tan-notifika mill-awtorità nazzjonali kompetenti għandha timmarka l-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi. Fejn ikunu kkonċernati żewġ Stati Membri jew aktar, id-data tal-aċċettazzjoni tal-aħħar notifika mill-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata għandha timmarka l-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-proċess għall-għoti ta’ permessi jiġi aċċellerat f’konformità ma’ dan il-Kapitolu għal kull kategorija ta’ proġetti ta’ interess komuni. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jadattaw ir-rekwiżiti tagħhom għall-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi u għall-aċċettazzjoni tal-fajl tal-applikazzjoni sottomess, sabiex jagħmluhom idonei għal proġetti li minħabba n-natura tagħhom, id-dimensjoni tagħhom jew in-nuqqas ta’ rekwiżit ta’ valutazzjoni ambjentali taħt id-dritt nazzjonali, jistgħu jkunu jeħtieġu anqas awtorizzazzjonijiet u approvazzjonijiet sabiex jilħqu l-fażi lesti għall-bini. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 6 ta’ dan l-Artikolu mhijiex meħtieġa għall-proġetti msemmija f’dan is-subparagrafu.
4. Kwalunkwe studju validu mwettaq u permessi jew awtorizzazzjonijiet maħruġa għal proġett partikolari fil-lista tal-Unjoni qabel id-dħul fil-proċess għall-għoti ta’ permessi skont dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċess għall-għoti ta’ permessi, u ma għandhomx ikunu meħtieġa studji u permessi jew awtorizzazzjonijiet duplikati.
5. Fi Stati Membri fejn id-determinazzjoni ta’ rotta jew ta’ post imwettqa biss għall-fini speċifiku ta’ proġett pjanat, inkluż l-ippjanar ta’ kurituri speċifiċi għall-infrastrutturi tal-grilja, ma tkunx tista’ tiġi inkluża fil-proċess li jwassal għad-deċiżjoni komprensiva, id-deċiżjoni korrispondenti għandha tittieħed f’perjodu separat ta’ sitt xhur, li jibda fid-data tas-sottomissjoni mill-promotur tad-dokumenti tal-applikazzjoni finali u kompluti.
Fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-estensjoni msemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, għandha titnaqqas għal sitt xhur, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, inkluż għall-proċedura msemmija f’dan il-paragrafu.
6. Il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni għandha tkun magħmula mill-istadji li ġejjin:
(a) |
Mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 6 xhur min-notifika skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiddetermina, fuq il-bażi tal-lista ta’ kontroll imsemmija fil-punt (1)(e) tal-Anness VI, u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, u fejn xieraq fuq il-bażi ta’ proposta mill-promotur tal-proġett, l-ambitu tar-rapporti u tad-dokumenti u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandhom jiġu sottomessi mill-promotur tal-proġett, bħala parti mill-fajl tal-applikazzjoni, sabiex japplika għad-deċiżjoni komprensiva; |
(b) |
l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tfassal, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur tal-proġett u ma’ awtoritajiet ikkonċernati oħra u b’kont meħud tar-riżultati tal-attivitajiet imwettqa skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, skeda dettaljata għall-proċess għall-għoti ta’ permessi skont il-linji gwida stabbiliti fil-punt (2) tal-Anness VI; |
(c) |
mal-wasla tal-abbozz tal-fajl tal-applikazzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha, fejn meħtieġ, f’isimha stess jew f’isem awtoritajiet konċernati oħra, titlob lill-promotur ta’ proġett jissottometti l-informazzjoni nieqsa relatata mal-elementi mitluba msemmija fil-punt (a). |
Il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni għandha tinkludi t-tħejjija ta’ kwalunkwe rapport ambjentali mill-promoturi tal-proġett, kif ikun meħtieġ, inkluża d-dokumentazzjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima.
Fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha taċċetta l-applikazzjoni bil-miktub għall-eżami jew fuq pjattaformi diġitali, u tibda l-proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b). It-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jistgħu jsiru, iżda biss meta jkunu ġġustifikati minn ċirkostanzi ġodda.
7. Il-promotur ta’ proġett għandu jiżgura li l-fajl tal-applikazzjoni jkun komplut u adegwat u jfittex l-opinjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti dwar dik il-kwistjoni mill-aktar fis possibbli matul il-proċess għall-għoti ta’ permessi. Il-promotur ta’ proġett għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-awtorità nazzjonali kompetenti sabiex ikun konformi mal-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan ir-regolament.
8. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li kwalunkwe emenda għal-liġi nazzjonali ma twassalx għal estensjoni ta’ kwalunkwe proċess għall-għoti ta’ permessi mibdi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-emendi. Bil-ħsieb li jinżamm proċess aċċellerat għall-għoti ta’ permessi għal proġetti fil-lista tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jadattaw b’mod adegwat l-iskeda stabbilita f’konformità mal-paragrafu 6, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu biex jiżguraw, sa fejn ikun possibbli, li l-limiti taż-żmien għall-proċess għall-għoti ta’ permessi stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jinqabżux.
9. Il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mid-dritt internazzjonali u tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri amministrattivi ta’ appell u għar-rimedji ġudizzjarji quddiem qorti jew tribunal.
Il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għal kwalunkwe waħda mill-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe limitu taż-żmien iqsar stabbilit mill-Istati Membri.
KAPITOLU IV
Ippjanar transsettorjali tal-infrastruttura
Artikolu 11
Analiżi kost-benefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha
1. L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom ifasslu abbozzi tal-metodoloġiji tas-settur uniku konsistenti, inkluż il-mudell tan-network tal-enerġija u tas-suq imsemmi fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu, għal analiżi kost-benefiċċji armonizzata tas-sistema tal-enerġija kollha fil-livell tal-Unjoni għal proġetti fil-lista tal-Unjoni taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (d) u (f) u fil-punt (3) tal-Anness II.
Il-metodoloġiji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitfasslu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V, ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet komuni li jippermettu tqabbil bejn il-proġetti, u jkunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 kif ukoll mar-regoli u l-indikaturi stabbiliti fl-Anness IV.
Il-metodoloġiji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu applikati għat-tħejjija ta’ kull pjan sussegwenti ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha u li jkun żviluppat mill-ENTSO tal-Elettriku jew skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.
Sal-24 ta’ April 2023, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jippubblikaw u jissottomettu lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-abbozzi tal-metodoloġiji tas-settur uniku konsistenti rispettivi tagħhom wara li jkunu ġabru l-input mill-partijiet ikkonċernati rilevanti matul il-proċess ta’ konsultazzjoni msemmi fil-paragrafu 2.
2. Qabel ma jissottomettu l-abbozzi tal-metodoloġiji rispettivi tagħhom lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija f’konformità mal-paragrafu 1, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jippubblikaw abbozzi preliminari tal-metodoloġiji u jwettqu proċess ta’ konsultazzjoni estensiv u jfittxu rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri u tal-inqas mill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluża l-entità tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni fl-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2019/943 (l-entità tal-UE għad-DSO), l-assoċjazzjonijiet involuti fis-swieq tal-elettriku, tal-gass u tal-idroġenu, it-tisħin u t-tkessiħ, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-partijiet ikkonċernati tal-qbid u l-użu tal-karbonju, l-aggregaturi indipendenti, l-operaturi tar-rispons tad-domanda, l-organizzazzjonijiet involuti fis-soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-enerġija, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u, fejn jitqies xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħra.
Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tal-abbozz preliminari tal-metodoloġiji skont l-ewwel subparagrafu, kwalunkwe parti kkonċernata msemmija f’dak is-subparagrafu tista’ tissottometti rakkomandazzjoni.
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jippreżenta opinjoni dwar l-abbozzi tal-metodoloġiji.
Fejn applikabbli, l-Istati Membri, u l-partijiet ikkonċernati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jissottomettu u jagħmlu pubblikament disponibbli r-rakkomandazzjonijiet tagħhom, u l-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima għandu jissottometti u jagħmel pubblikament disponibbli l-opinjoni tiegħu lill-Aġenzija u, kif applikabbli, lill-ENTSO tal-Elettriku jew lill-ENTSO tal-Gass.
Il-proċess ta’ konsultazzjoni għandu jkun miftuħ, f’waqtu u trasparenti. L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom iħejju u jagħmlu pubblikament disponibbli rapport dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni.
L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jipprovdu raġunijiet, meta ma jkunux qiesu, jew biss parzjalment, ir-rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri jew mill-partijiet ikkonċernati, kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali, jew l-opinjoni tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima.
3. Fi żmien tliet xhur mill-jum li fih tirċievi l-abbozzi ta’ metodoloġiji flimkien mal-input riċevut fil-proċess ta’ konsultazzjoni u r-rapport dwar il-konsultazzjoni, l-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni lill-ENTSO tal-Elettriku u lill-ENTSO tal-Gass. L-Aġenzija għandha tinnotifika l-opinjoni tagħha lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass, lill-Istati Membri, u lill-Kummissjoni u tippubblikaha fuq is-sit web tagħha.
4. Fi żmien tliet xhur mill-jum li fih jirċievu l-abbozzi tal-metodoloġiji, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom lill-ENTSO tal-Elettriku u lill-ENTSO tal-Gass u lill-Kummissjoni. Biex tiffaċilita l-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tista’ torganizza laqgħat speċifiċi tal-Gruppi biex jiddiskutu l-abbozzi tal-metodoloġiji.
5. Fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-opinjonijiet tal-Aġenzija u l-Istati Membri, kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jemendaw il-metodoloġiji rispettivi tagħhom biex iqisu bis-sħiħ l-opinjonijiet tal-Aġenzija u tal-Istati Membri u jissottomettuhom flimkien mal-opinjoni tal-Aġenzija lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-metodoloġiji mill-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass rispettivament.
6. Fi żmien ġimagħtejn mill-approvazzjoni tal-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 5, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jippubblikaw il-metodoloġiji rispettivi tagħhom fuq is-siti web tagħhom. Huma għandhom jippubblikaw id-data tal-input korrispondenti u data rilevanti oħra dwar in-network, il-fluss tat-tagħbija u s-suq f’forma preċiża biżżejjed soġġett għal restrizzjonijiet skont il-liġi nazzjonali u l-ftehimiet ta’ kunfidenzjalità rilevanti. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw it-trattament kunfidenzjali tad-data li tasal għandhom u għand kwalunkwe parti li twettaq xogħol analitiku abbażi ta’ dik id-data f’isimhom.
7. Il-metodoloġiji għandhom jiġu aġġornati u mtejba b’mod regolari skont il-proċedura deskritta fil-paragrafi 1 sa 6. B’mod partikolari, dawn għandhom jiġu emendati wara s-sottomissjoni tal-mudell tan-network u tas-suq tal-enerġija msemmija fil-paragrafu 10. L-Aġenzija, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba debitament motivata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew mill-partijiet ikkonċernati, u wara li tikkonsulta formalment lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, u lill-Kummissjoni, tista’ titlob tali aġġornamenti u titjib, filwaqt li tipprovdi raġunijiet u skeda ta’ żmien. L-Aġenzija għandha tippubblika t-talbiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew mill-partijiet ikkonċernati u d-dokumenti rilevanti kollha mhux kummerċjalment sensittivi li jwasslu għal talba mill-Aġenzija għal aġġornament jew għal titjib.
8. Għall-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(c) u (e) u fil-punti (2), (4) u (5) tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-iżvilupp ta’ metodoloġiji għal analiżi armonizzata tal-ispejjeż u l-benefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha fil-livell tal-Unjoni. Dawk il-metodoloġiji għandhom ikunu kompatibbli f’termini ta’ benefiċċji u kostijiet mal-metodoloġiji żviluppati mill-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass. L-Aġenzija għandha, bl-appoġġ tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tippromwovi l-konsistenza ta’ dawk il-metodoloġiji mal-metodoloġiji elaborati mill-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass. Il-metodoloġiji għandhom jiġu żviluppati b’mod trasparenti, inkluża konsultazzjoni estensiva tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
9. Kull tliet snin, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tippubblika sett ta’ indikaturi u ta’ valuri ta’ referenza korrispondenti għat-tqabbil tal-kostijiet tal-unità ta’ investiment għal proġetti komparabbli tal-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija inklużi fl-Anness II. Il-promoturi tal-proġett għandhom jipprovdu d-data rikjesta lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lill-Aġenzija.
L-Aġenzija għandha tippubblika l-ewwel indikaturi għall-kategoriji tal-infrastruttura stabbiliti fil-punti (1), (2) u (3) tal-Anness II sal-24 ta’ April 2023, sal-punt li d-data tkun disponibbli biex jiġu kkalkulati indikaturi robusti u valuri ta’ referenza. Dawk il-valuri ta’ referenza jistgħu jintużaw mill-ENTSO tal-Elettriku u mill-ENTSO tal-Gass għall-analiżijiet kost-benefiċċji mwettqa għal pjanijiet sussegwenti ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha.
L-Aġenzija għandha tippubblika l-ewwel indikaturi għall-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (4) u (5) tal-Anness II, sal-24 ta’ April 2025.
10. Sal-24 ta’ Ġunju 2025, wara proċess ta’ konsultazzjoni estensiva tal-partijiet ikkonċernati msemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jissottomettu b’mod konġunt lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija mudell konsistenti u integrat progressivament li jipprovdi konsistenza bejn il-metodoloġiji tas-settur uniku bbażati fuq suppożizzjonijiet komuni li jinkludu l-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku, tal-gass u tal-idroġenu kif ukoll il-faċilitajiet tal-ħżin, il-gass naturali likwifikat u l-elettrolizzaturi, li jkopri l-kurituri u ż-żoni prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I imfassal f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V.
11. Il-mudell imsemmi fil-paragrafu 10 għandu jkopri tal-inqas l-interkonnessjonijiet tas-setturi rispettivi fl-istadji kollha tal-ippjanar tal-infrastruttura, speċifikament ix-xenarji, it-teknoloġiji u r-riżoluzzjoni spazjali, l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastruttura, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċitajiet transfruntiera, u l-valutazzjoni tal-proġetti.
12. Wara l-approvazzjoni tal-mudell imsemmi fil-paragrafu 10 mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 5, dan għandu jiġi inkluż fil-metodoloġiji msemmija fil-paragrafu 1, li għandhom jiġu emendati b’mod korrispondenti.
13. Mill-inqas kull ħames snin, li jibdew mill-approvazzjoni tagħhom skont il-paragrafu 10, u aktar spiss fejn meħtieġ, il-mudell u l-metodoloġiji konsistenti tal-kost-benefiċċji tas-settur uniku għandhom jiġu aġġornati f’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 7.
Artikolu 12
Xenarji għall-Pjanijiet ta’ Għaxar Snin għall-Iżvilupp tan-Network
1. Sal-24 ta’ Jannar 2023, l-Aġenzija, wara li tkun wettqet proċess ta’ konsultazzjoni estensiv li jinvolvi lill-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass, l-entità tal-UE għad-DSO u mill-inqas l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-assoċjazzjonijiet involuti fis-swieq tal-elettriku, tal-gass u tal-idroġenu, it-tisħin u t-tkessiħ, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-partijiet ikkonċernati tal-qbid u l-użu tal-karbonju, l-aggregaturi indipendenti, l-operaturi tar-rispons tad-domanda, l-organizzazzjonijiet involuti fis-soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-enerġija u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, għandha tippubblika l-linji gwida qafas għax-xenarji konġunti li għandhom jiġu żviluppati mill-ENTSO tal-Elettriku u mill-ENTSO tal-Gass. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu aġġornati b’mod regolari kif ikun meħtieġ.
Il-linji gwida għandhom jistabbilixxu kriterji għal żvilupp trasparenti, mhux diskriminatorju u robust ta’ xenarji filwaqt li jitqiesu l-aħjar prattiki fil-qasam tal-ippjanar tal-valutazzjoni tal-infrastrutturi u tal-iżvilupp tan-network. Il-linji gwida għandu jkollhom l-għan ukoll li jiżguraw li x-xenarji sottostanti tal-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass ikunu konformi bis-sħiħ mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u għandhom iqisu l-aħħar xenarji disponibbli tal-Kummissjoni, kif ukoll, meta rilevanti, il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima.
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi input dwar kif tiġi żgurata l-konformità tax-xenarji għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050. L-Aġenzija għandha tqis b’mod dovut dak l-input fil-linji gwida ta’ qafas imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
L-Aġenzija għandha tipprovdi raġunijiet fejn ma tkunx qieset, jew tkun qieset biss parzjalment, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istati Membri, tal-partijiet ikkonċernati u tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima.
2. L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom isegwu l-linji gwida ta’ qafas tal-Aġenzija meta jiżviluppaw ix-xenarji konġunti li jkunu se jintużaw għall-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha.
Ix-xenarji konġunti għandhom jinkludu wkoll perspettiva fit-tul sal-2050 u jinkludu passi intermedjarji kif xieraq.
3. L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jistiednu lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-entità tal-UE għad-DSO, l-assoċjazzjonijiet involuti fis-swieq tal-elettriku, tal-gass u tal-idroġenu, it-tisħin u t-tkessiħ, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-partijiet ikkonċernati tal-qbid u l-użu tal-karbonju, l-aggregaturi indipendenti, l-operaturi tar-rispons tad-domanda, l-organizzazzjonijiet involuti fis-soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-enerġija, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, biex jipparteċipaw fil-proċess tal-iżvilupp tax-xenarji, b’mod partikolari dwar elementi ewlenin bħas-suppożizzjonijiet u kif dawn jiġu riflessi fid-data tax-xenarji.
4. L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jippubblikaw u jippreżentaw l-abbozz tar-rapport dwar xenarji konġunti lill-Aġenzija, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni għall-opinjoni tagħhom.
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi opinjoni dwar ir-rapport tax-xenarji konġunti.
5. Fi żmien tliet xhur mill-jum li fih tirċievi l-abbozz tar-rapport tax-xenarji konġunt flimkien mal-kontribut riċevut fil-proċess ta’ konsultazzjoni u ma’ rapport dwar kif dan ġie kkunsidrat, l-Aġenzija għandha tissottometti l-opinjoni tagħha dwar il-konformità tax-xenarji mal-linji gwida qafas imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, inklużi rakkomandazzjonijiet possibbli għall-emendi, lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.
Fl-istess limitu taż-żmien, il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi opinjoni dwar il-kompatibbiltà tax-xenarji mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050.
6. Fi żmien tliet xhur mill-jum li fih tirċievi l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Aġenzija u tal-istati Membri, għandha tapprova l-abbozz ta’ rapport tax-xenarji konġunt jew titlob lill-ENTSO tal-Elettriku u lill-ENTSO tal-Gass jemendawh.
L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jipprovdu raġunijiet li jispjegaw kif kwalunkwe talba għal emendi mill-Kummissjoni tkun ġiet indirizzata.
F’każ li l-Kummissjoni ma tapprovax ir-rapport tax-xenarji konġunt, hija għandha tipprovdi opinjoni motivata lill-ENTSO tal-Elettriku u lill-ENTSO tal-Gass.
7. Fi żmien ġimagħtejn mill-approvazzjoni tar-rapport tax-xenarji konġunt f’konformità mal-paragrafu 6, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jippubblikawh fuq is-siti web tagħhom. Huma għandhom jippubblikaw id-data tal-input u tal-output korrispondenti f’forma ċara u preċiża biżżejjed sabiex parti terza tirriproduċi r-riżultati, filwaqt li jqisu kif xieraq id-dritt nazzjonali u l-ftehimiet ta’ kunfidenzjalità u informazzjoni sensittiva rilevanti.
Artikolu 13
Identifikazzjoni tan-Nuqqasijiet fl-Infrastruttura
1. Fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tar-rapport tax-xenarji konġunt skont l-Artikolu 12(6) u kull sentejn wara, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jippubblikaw ir-rapporti dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura żviluppati fil-qafas tal-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha.
Meta jivvalutaw in-nuqqasijiet fl-infrastruttura, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jibbażaw l-analiżi tagħhom fuq ix-xenarji stabbiliti skont l-Artikolu 12, jimplimentaw il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u jikkunsidraw bi prijorità l-alternattivi rilevanti kollha għall-infrastruttura l-ġdida. Meta jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet infrastrutturali ġodda, il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastrutturi għandha tqis il-kostijiet rilevanti kollha, inkluż it-tisħiħ tan-network.
Huma għandhom, b’mod partikolari, jiffokaw fuq dawk in-nuqqasijiet fl-infrastruttura li potenzjalment jaffettwaw l-ilħuq tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050.
Qabel ma jippubblikaw ir-rapporti rispettivi tagħhom l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom iwettqu proċess ta’ konsultazzjoni estensiv li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-entità tal-UE għad-DSO, l-assoċjazzjonijiet involuti fis-swieq tal-elettriku, tal-gass u tal-idroġenu, it-tisħin u t-tkessiħ, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-partijiet ikkonċernati tal-qbid u l-użu tal-karbonju, l-aggregaturi indipendenti, l-operaturi tar-rispons tad-domanda, l-organizzazzjonijiet involuti fis-soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-enerġija, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-Aġenzija u r-rappreżentanti tal-Istati Membri kollha li jkunu parti mill-kurituri prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija rilevanti stabbiliti fl-Anness I
2. L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jissottomettu l-abbozzi rispettivi tagħhom tar-rapporti dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-opinjoni tagħhom.
3. Fi żmien tliet xhur mill-jum li fih li tirċievi r-rapport dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura flimkien mal-input riċevut fil-proċess ta’ konsultazzjoni u ma’ rapport dwar kif dan ġie kkunsidrat, l-Aġenzija għandha tissottometti l-opinjoni tagħha lill-ENTSO tal-Elettriku jew lill-ENTSO tal-Gass, lill-Kummissjoni u lill-Istati membri u tagħmilha pubblikament disponibbli.
4. Fi żmien tliet xhur mill-jum li fih tirċievi l-opinjoni tal-Aġenzija msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Aġenzija u b’input mill-Istati Membri, għandha tfassal u tissottometti l-opinjoni tagħha lill-ENTSO tal-Elettriku jew lill-ENTSO tal-Gass.
5. L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jadattaw ir-rapporti tagħhom dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura b’kunsiderazzjoni xierqa tal-opinjoni tal-Aġenzija u f’konformità mal-opinjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri u jagħmluhom pubblikament disponibbli.
KAPITOLU V
Grilji lil hinn mill-kosta għall-integrazzjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
Artikolu 14
Ippjanar tal-grilja lil hinn mill-kosta
1. Sal-24 ta’ Jannar 2023, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, fi ħdan il-kurituri prijoritarji speċifiċi tagħhom tal-grilja lil hinn mill-kosta, stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-iżvilupp f’kull reġjun, għandhom jikkonkludu ftehim mhux vinkolanti biex jikkooperaw dwar għanijiet għall-ġenerazzjoni rinnovabbli lil hinn mill-kosta li għandha tiġi introdotta f’kull baċir tal-baħar sal-2050, bi stadji intermedji fl-2030 u fl-2040, f’konformità mal-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, u tal-potenzjal tar-rinnovabbli lil hinn mill-kosta ta’ kull baċir tal-baħar.
Dak il-ftehim mhux vinkolanti għandu jsir bil-miktub fir-rigward ta’ kull baċir tal-baħar marbut mat-territorju tal-Istati Membri u għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiżviluppaw proġetti fil-baħar territorjali u ż-żona ekonomika esklużiva tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida għall-ħidma fil-Gruppi.
2. Sal-24 ta’ Jannar 2024 u bħala parti minn kull pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network, l-ENTSO tal-Elettriku, bl-involviment tat-TSOs rilevanti, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, u f’konformità mal-ftehim mhux vinkolanti msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu jiżviluppa u jippubblika, bħala rapport separat li jkun parti mill-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha, pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat lil hinn mill-kosta ta’ livell għoli għal kull baċir tal-baħar, f’konformità mal-kurituri prijoritarji tal-grilja lil hinn mill-kosta imsemmija fl-Anness I, b’kont meħud tal-ħarsien ambjentali u ta’ użi oħra tal-baħar.
Fl-iżvilupp tal-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat lil hinn mill-kosta ta’ livell għoli fl-iskeda ta’ żmien prevista fil-paragrafu 1, l-ENTSO tal-Elettriku għandu jikkunsidra l-ftehimiet mhux vinkolanti msemmija fil-paragrafu 1 għall-iżvilupp tax-xenarji tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha.
Il-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat lil hinn mill-kosta għandhom jipprovdu prospettiva ta’ livell għoli dwar il-potenzjal tal-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni lil hinn mill-kosta u l-ħtiġijiet li jirriżultaw tal-grilja lil hinn mill-kosta, inklużi l-ħtiġijiet potenzjali għal interkonnetturi, proġetti ibridi, konnessjonijiet radjali, rinforzi, u infrastruttura tal-idroġenu.
3. Il-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat lil hinn mill-kosta ta’ livell għoli għandhom ikunu konsistenti mal-pjanijiet ta’ investiment reġjonali ppubblikati skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 u integrati fi ħdan il-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti tal-ippjanar tas-sistemi ta’ distribuzzjoni fuq l-art u lil hinn mill-kosta u r-rinforzi meħtieġa.
4. Sal-24 ta’ Diċembru 2024 u kull sentejn wara dan, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-ftehimiet mhux vinkolanti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu inkluż fid-dawl tar-riżultati tal-applikazzjoni tal-kost-benefiċċji u l-kondiviżjoni tal-kostijiet għall-kurituri prijoritarji tal-grilja lil hinn mill-kosta, meta dawk ir-riżultati jsiru disponibbli.
5. Wara kull aġġornament tal-ftehimiet mhux vinkolanti f’konformità mal-paragrafu 4, għal kull baċir tal-baħar, l-ENTSO tal-Elettriku għandu jaġġorna l-pjan għall-iżvilupp tan-network strateġiku integrat lil hinn mill-kostata’ livell għoli fil-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jmiss li jkopri l-Unjoni kollha kif imsemmi fil-paragrafu 2.
Artikolu 15
Kondiviżjoni transfruntiera tal-kostijiet tal-grilji lil hinn mill-baħar għall-enerġija rinnovabbli
1. Sal-24 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha, bl-involviment tal-Istati Membri, tat-TSOs rilevanti, tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tiżviluppa gwida għal kost-benefiċċju u kondiviżjoni tal-kostijiet speċifiċi għall-varar tal-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network integrat lil hinn mill-kosta fil-baċiri tal-baħar imsemmija fl-Artikolu 14(2) f’konformità mal-ftehimiet mhux vinkolanti msemmija fl-Artikolu 14(1). Din il-gwida għandha tkun kompatibbli mal-Artikolu 16(1). Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-gwida tagħha meta jkun xieraq, filwaqt li tqis ir-riżultati tal-implimentazzjoni tagħha.
2. Sal-24 ta’ Ġunju 2025 l-ENTSO tal-Elettriku, bl-involviment tat-TSOs rilevanti, tal-Aġenzija, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-Kummissjoni, għandu jippreżenta r-riżultati tal-applikazzjoni tal-kost-benefiċċji u tal-kondiviżjoni tal-kostijiet għall-kurituri prijoritarji tal-grilja lil hinn mill-kosta.
KAPITOLU VI
Qafas regolatorju
Artikolu 16
Iffaċilitar ta’ investimenti b’impatt transfruntiera
1. Il-kostijiet ta’ investiment imġarrba b’mod effiċjenti, li jeskludu l-kostijiet ta’ manutenzjoni, relatati ma’ proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II u ma’ proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, meta jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’kull Stat Membru kkonċernat, għandhom jiġġarrbu mit-TSO rilevanti jew mill-promoturi tal-proġett tal-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-Istati Membri li għalihom il-proġett jipprovdi impatt pożittiv nett, u, sa fejn ma jkunux koperti mill-kirjiet tal-konġestjoni jew minn imposti oħra, jitħallsu mill-utenti tan-network permezz ta’ tariffi għall-aċċess tan-network f’dak l-Istat Membru jew f’dawk l-Istati Membri.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(a), (b), (c), (d), (f) u l-punt (3) tal-Anness II, meta tal-inqas promotur ta’ proġett wieħed jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-applikazzjoni tagħhom għall-kostijiet tal-proġett.
Il-proġetti li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(e) u l-punt (2) tal-Anness II, jistgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu meta tal-inqas promotur ta’ proġett wieħed jitlob l-applikazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.
Meta proġett ikollu diversi promoturi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom mingħajr dewmien jitolbu lill-promoturi tal-proġett kollha sabiex jissottomettu t-talba ta’ investiment b’mod konġunt f’konformità mal-paragrafu 4.
3. Għal proġett ta’ interess komuni li għalih japplika l-paragrafu 1, il-promoturi tal-proġett għandhom iżommu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti kollha informati b’mod regolari, tal-inqas darba fis-sena, u sakemm il-proġett jiġi kkummissjonat, dwar il-progress ta’ dak il-proġett u l-identifikazzjoni tal-kostijiet u tal-impatt assoċjat miegħu.
4. Hekk kif proġett ta’ interess komuni bħal dan ikun laħaq maturità suffiċjenti, u jkun stmat li jkun lest sabiex jibda l-fażi tal-kostruzzjoni fis-36 xahar li jkun imiss, il-promoturi tal-proġett, wara li jkunu kkonsultaw lit-TSOs mill-Istati Membri li jirċievu impatt pożittiv nett sinifikanti minnu, għandhom jissottomettu talba għal investiment. Dik it-talba għal investiment għandha tinkludi talba għal allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet u għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti kollha kkonċernati, flimkien ma’ dawn li ġejjin:
(a) |
analiżi aġġornata tal-kost-benefiċċji li tkun speċifika għall-proġett u li tkun konsistenti mal-metodoloġija mfassla skont l-Artikolu 11 u li tqis il-benefiċċji lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom ikun jinsab il-proġett filwaqt li jiġu kkunsidrati tal-inqas ix-xenarji konġunti stabbiliti għall-ippjanar tal-iżvilupp tan-network imsemmi fl-Artikolu 12. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawk għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ konsultazzjoni u skrutinju bħall-proċess previst fl-Artikolu 12. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-valutazzjoni ta’ kwalunkwe xenarju addizzjonali u biex tiġi żgurata l-konformità tiegħu ma’ dan il-paragrafu; |
(b) |
pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jevalwa l-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett, inkluża s-soluzzjoni ta’ finanzjament magħżula, u, għal proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija msemmija fil-punt (3) tal-Anness II, ir-riżultati tal-ittestjar tas-suq; |
(c) |
meta l-promoturi tal-proġetti jaqblu, proposta ssostanzjata għal allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet. |
Meta proġett ikun promoss minn diversi promoturi tiegħu, dawn għandhom jissottomettu t-talba ta’ investiment tagħhom b’mod konġunt.
Malli jirċievu kopja ta’ kull talba għal investiment, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom jibagħtuha mingħajr dewmien lill-Aġenzija għal finijiet ta’ informazzjoni.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u l-Aġenzija għandhom jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
5. Fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tasal talba għal investiment mill-aħħar waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, dawk l-awtoritajiet għandhom, wara li jikkonsultaw lill-promoturi tal-proġett ikkonċernati, jieħdu deċiżjonijiet konġunti koordinati dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet ta’ investiment imġarrba b’mod effiċjenti li għandhom jinġarru minn kull operatur tas-sistema għall-proġett, kif ukoll l-inklużjoni tagħhom fit-tariffi, jew dwar ir-rifjut tat-talba għall-investiment, b’mod sħiħ jew parzjali, jekk l-analiżi komuni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tikkonkludi li l-proġett jew parti minnu jonqos milli jipprovdi benefiċċju nett sinifikanti fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinkludu l-kostijiet rilevanti tal-investiment li jiġġarrbu b’mod effiċjenti fit-tariffi, kif iddefinit fir-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 11, f’konformità mal-allokazzjoni tal-kostijiet ta’ investiment li għandhom jiġġarrbu minn kull operatur tas-sistema għall-proġett. Għall-proġetti fit-territorji tal-Istat Membru rispettiv tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara dak, għandhom jivvalutaw, meta jkun xieraq, jekk jistgħux jinqalgħu kwistjonijiet ta’ affordabbiltà minħabba l-inklużjoni tal-kostijiet tal-investiment fit-tariffi.
Meta jallokaw il-kostijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu dawn li ġejjin, bħala effettivi jew stmati:
(a) |
il-kirjiet ta’ konġestjoni jew imposti oħra; |
(b) |
dħul miksub mill-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi ta’ sistemi ta’ intertrażmissjoni stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/943. |
L-allokazzjoni tal-kostijiet b’mod transfruntier għandha tqis il-kostijiet u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-proġetti fl-Istati Membri kkonċernati u l-ħtieġa li jiġi żgurat qafas ta’ finanzjament stabbli għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni filwaqt li tiġi mminimizzata l-ħtieġa għal appoġġ finanzjarju.
Meta jallokaw il-kostijiet b’mod transfruntier, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, wara konsultazzjoni mat-TSOs ikkonċernati, għandhom ifittxu ftehim reċiproku bbażat fuq l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, iżda mhux limitat għaliha. Il-valutazzjoni tagħhom għandha tqis ix-xenarji rilevanti kollha msemmija fl-Artikolu 12 u xenarji oħra għall-ippjanar tal-iżvilupp tan-network, filwaqt li dan jippermetti analiżi robusta tal-kontribut tal-proġett ta’ interess komuni għall-politika tal-enerġija tal-Unjoni ta’ dekarbonizzazzjoni, ta’ integrazzjoni tas-suq, ta’ kompetizzjoni, ta’ sostenibbiltà u ta’ sigurtà tal-provvista. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ konsultazzjoni u skrutinju bħall-proċess previst fl-Artikolu 12.
Meta proġett ta’ interess komuni jtaffi l-esternalitajiet negattivi, bħal flussi ċirkolari, u dak il-proġett ta’ interess komuni jiġi implimentat fl-Istat Membru fl-oriġini tal-esternalità negattiva, tali mitigazzjoni ma għandhiex titqies bħala benefiċċju transfruntier u, għalhekk, ma għandhiex tikkostitwixxi bażi għall-allokazzjoni tal-kostijiet lit-TSO tal-Istati Membri affettwati minn dawk l-esternalitajiet negattivi.
6. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fuq il-bażi tal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, iqisu l-kostijiet attwali mġarrba minn TSO jew minn promotur ta’ proġett ieħor b’riżultat tal-investimenti meta jistabbilixxu jew japprovaw it-tariffi f’konformità mal-Artikolu 41(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2009/73/KE u mal-Artikolu 59(1), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/944, sa fejn dawk il-kostijiet jikkorrispondu ma’ dawk ta’ operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tal-allokazzjoni tal-kostijiet lill-Aġenzija mingħajr dewmien, flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha fir-rigward ta’ dik id-deċiżjoni. B’mod partikolari, id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet għandha tistabbilixxi raġunijiet dettaljati għall-allokazzjoni tal-kostijiet fost l-Istati Membri, inklużi li ġejjin:
(a) |
evalwazzjoni tal-impatt identifikat fuq kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, inkluż dak li jikkonċerna it-tariffi tan-network; |
(b) |
evalwazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju msemmi fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b); |
(c) |
esternalitajiet pożittivi reġjonali jew madwar l-Unjoni kollha, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni, li l-proġett jiġġenera; |
(d) |
ir-riżultat tal-konsultazzjoni tal-promoturi tal-proġett ikkonċernat. |
Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet għandha tiġi ppubblikata.
7. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti ma jkunux laħqu ftehim dwar it-talba ta’ investiment fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun waslet it-talba mill-aħħar waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, huma għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien.
F’dak il-każ jew fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, id-deċiżjoni dwar it-talba għall-investiment, inkluża l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 5, għandha tittieħed mill-Aġenzija fi żmien tliet xhur mid-data ta’ riferiment lill-Aġenzija.
Qabel ma tieħu deċiżjoni bħal din, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u lill-promoturi tal-proġetti. Il-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ xahrejn meta tintalab aktar informazzjoni mill-Aġenzija. Dak il-perjodu addizzjonali għandu jibda fil-jum ta’ wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta.
Il-valutazzjoni tal-Aġenzija għandha tqis ix-xenarji rilevanti kollha stabbiliti skont l-Artikolu 12 u xenarji oħra għall-ippjanar għall-iżvilupp tan-network, biex b’hekk tkun tista’ ssir analiżi robusta tal-kontribut tal-proġett ta’ interess komuni għall-miri tal-Unjoni tal-politika tal-enerġija tad-dekarbonizzazzjoni, l-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ konsultazzjoni u skrutinju bħall-proċess previst fl-Artikolu 12.
L-Aġenzija, fid-deċiżjoni tagħha dwar it-talba għall-investiment, inkluża l-allokazzjoni tal-kostijiet transfruntiera, għandha tħalli d-determinazzjoni tal-mod kif il-kostijiet ta’ investiment jiġu inklużi fit-tariffi f’konformità mal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet prevista, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fil-mument tal-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’konformità mad-dritt nazzjonali.
Id-deċiżjoni dwar it-talba għall-investiment li tinkludi l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet għandha tiġi ppubblikata. L-Artikolu 25(3) u l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) 2019/942 għandhom japplikaw.
8. Kopja tad-deċiżjonijiet kollha dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward ta’ kull deċiżjoni, għandhom jiġu nnotifikati, mingħajr dewmien, mill-Aġenzija lill-Kummissjoni. Dik l-informazzjoni tista’ tiġi sottomessa f’forma aggregata. Il-Kummissjoni għandha tippreserva l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
9. Id-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tat-TSOs li japplikaw u tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li japprovaw l-imposti għall-aċċess għan-networks f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 18(3) sa (6) tar-Regolament (UE) 2019/943, l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/944.
10. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal proġetti ta’ interess komuni li jkunu rċevew eżenzjoni:
(a) |
mill-Artikoli 32, 33 u 34 u mill-Artikolu 41(6), (8) u (10) tad-Direttiva 2009/73/KE, skont l-Artikolu 36 ta’ dik id-Direttiva; |
(b) |
mill-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mill-Artikolu 6, l-Artikolu 59(7) u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944, skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(c) |
mir-regoli dwar is-separazzjoni jew l-aċċess għal partijiet terzi, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) jew l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 66 tad-Direttiva (UE) 2019/944. |
11. Sal-24 ta’ Ġunju 2023, l-Aġenzija għandha tadotta rakkomandazzjoni biex jiġu identifikati prattiki tajba għat-trattament ta’ talbiet għal investiment għal proġetti ta’ interess komuni. Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment, kif meħtieġ, b’mod partikolari biex tiġi żgurata konsistenza mal-prinċipji dwar il-grilji lil hinn mill-kosta għall-kondiviżjoni transfruntiera tal-kostijiet tas-sistemi ta’ għall-enerġija rinnovabbli kif imsemmi fl-Artikolu 15(1). Meta tadotta jew temenda r-rakkomandazzjoni, l-Aġenzija għandha twettaq proċess ta’ konsultazzjoni estensiv, li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
12. Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-proġetti ta’ interess reċiproku.
Artikolu 17
Inċentivi regolatorji
1. Meta promotur ta’ proġett iġarrab riskji akbar għall-iżvilupp, għall-kostruzzjoni, għall-operat jew għall-manutenzjoni ta’ proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, meta mqabbla mar-riskji normalment imġarrba minn proġett infrastrutturali komparabbli, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jagħtu inċentivi xierqa għal dak il-proġett f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 18(3) sa (6) tar-Regolament (UE) 2019/943, l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 58, punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-proġett ta’ interess komuni jkun irċieva eżenzjoni:
(a) |
mill-Artikoli 32, 33 u 34 u mill-Artikolu 41(6), (8) u (10) tad-Direttiva 2009/73/KE, skont l-Artikolu 36 ta’ dik id-Direttiva; |
(b) |
mill-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mill-Artikolu 6, l-Artikolu 59(7) u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(c) |
skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE; |
(d) |
skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. |
2. Fil-każ ta’ deċiżjoni li jingħataw l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu r-riżultati tal-analiżi kost-benefiċċji konsistenti mal-metodoloġija mfassla skont l-Artikolu 11 u b’mod partikolari l-esternalitajiet pożittivi reġjonali jew madwar l-Unjoni ġġenerati mill-proġett. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom janalizzaw aktar ir-riskji speċifiċi mġarrba mill-promoturi tal-proġett, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju meħuda u r-raġunijiet għal-profil tar-riskju fid-dawl tal-impatt pożittiv nett ipprovdut mill-proġett, meta mqabbel ma’ alternattiva b’riskju aktar baxx. Ir-riskji eliġibbli għandhom jinkludu b’mod partikolari r-riskji relatati ma’ teknoloġiji ġodda tat-trażmissjoni, kemm fuq l-art kif ukoll lil hinn mill-kosta, riskji relatati mal-irkupru insuffiċjenti tal-kostijiet u r-riskji tal-iżvilupp.
3. Id-deċiżjoni li jingħataw l-inċentivi għandha tqis in-natura speċifika tar-riskju mġarrab u tista’ tagħti inċentivi li jkopru, fost l-oħrajn, waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
(a) |
ir-regoli għal investiment antiċipatorju; |
(b) |
ir-regoli għar-rikonoxximent tal-kostijiet imġarrba b’mod effiċjenti qabel l-ikkummissjonar tal-proġett; |
(c) |
ir-regoli għall-provvista ta’ dħul addizzjonali fuq il-kapital investit għall-proġett; |
(d) |
kwalunkwe miżura oħra meqjusa neċessarja u xierqa. |
4. Sal-24 ta’ Jannar 2023, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tissottometti lill-Aġenzija l-metodoloġija tagħha u l-kriterji użati sabiex tevalwa l-investimenti fi proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija u r-riskji akbar imġarrba minnhom, aġġornati fid-dawl tal-aħħar żviluppi leġiżlattivi, politiċi, teknoloġiċi u tas-suq. Tali metodoloġija u kriterji għandhom jindirizzaw ukoll espressament ir-riskji speċifiċi mġarrba mill-grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli kif imsemmi fil-punt (1)(f) tal-Anness II u minn proġetti li, filwaqt li jkollhom nefqa kapitali baxxa, iġarrbu nefqa operazzjonali sinifikanti.
5. Sal-24 ta’ Ġunju 2023, filwaqt li tqis kif xieraq l-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba u tagħmel rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2019/942 rigward dawn it-tnejn li ġejjin:
(a) |
l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi ta’ parametraġġ referenzjarju tal-aħjar prattika mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali; |
(b) |
metodoloġija komuni sabiex jiġu evalwati r-riskji ogħla mġarrba tal-investimenti fi proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija. |
6. Sal-24 ta’ Settembru 2023, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippubblika l-metodoloġija tagħha u l-kriterji użati sabiex tevalwa l-investimenti fi proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija u r-riskji akbar imġarrba minnhom.
7. Meta l-miżuri msemmija fil-paragrafi 5 u 6 ma jkunux biżżejjed sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ proġetti ta’ interess komuni, il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida dwar l-inċentivi stabbiliti f’dan l-Artikolu.
KAPITOLU VII
Finanzjament
Artikolu 18
Eliġibbiltà tal-proġetti għal assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1153
1. Il-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Artikolu 24 u fl-Anness II huma eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal studji u strumenti finanzjarji.
2. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Artikolu 24 u fil-punt (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II u fil-punt (3) tal-Anness II, għandhom ukoll ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet meta jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
(a) |
l-analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett imfassla skont l-Artikolu 16(4), il-punt (a), tipprovdi evidenza li tikkonċerna l-eżistenza ta’ esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni; |
(b) |
il-proġett ikun irċieva deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 16 jew, fir-rigward ta’ proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, meta ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u, għalhekk, ma jirċivux deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet, il-proġett ikollu l-għan li jipprovdi servizzi b’mod transfruntier, iġib l-innovazzjoni teknoloġika u jiżgura s-sikurezza tal-operat transfruntier tal-grilja; |
(c) |
il-proġett ma jistax jiġi ffinanzjat mis-suq jew permezz tal-qafas regolatorju f’konformità mal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u valutazzjonijiet oħra, b’mod partikolari dawk imwettqa minn investituri, kredituri potenzjali jew l-awtorità regolatorja nazzjonali, b’kont meħud ta’ kwalunkwe deċiżjoni dwar inċentivi u r-raġunijiet tagħha msemmija fl-Artikolu 17(2) meta tiġi vvalutata l-ħtieġa tal-proġett għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni. |
3. Il-proġetti ta’ interess komuni mwettqa f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(7), il-punt (d), għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet meta jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(e) u l-punti (2) u (5) tal-Anness II għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet, meta l-promoturi tal-proġetti kkonċernati, f’evalwazzjoni mwettqa mill-awtorità nazzjonali rilevanti jew, fejn applikabbli, mill-awtorità regolatorja nazzjonali, ikunu jistgħu juru b’mod ċar esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni, iġġenerati mill-proġetti u jipprovdu evidenza ċara tan-nuqqas ta’ vijabbiltà kummerċjali tagħhom, f’konformità mal-analiżi kost-benefiċċji, mal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u mal-valutazzjonijiet imwettqa, b’mod partikolari minn investituri jew minn kredituri potenzjali jew, fejn applikabbli, minn awtorità regolatorja nazzjonali.
5. Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-proġetti ta’ interess reċiproku.
Il-proġetti ta’ interess reċiproku għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/1153. Fir-rigward tal-għotjiet għal xogħlijiet, il-proġetti ta’ interess reċiproku għandhom ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni dment li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u meta l-proġett jikkontribwixxi għall-miri klimatiċi u enerġentiċi ġenerali tal-Unjoni.
Artikolu 19
Gwida għall-kriterji tal-għoti tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni
Il-kriterji speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament u l-parametri stabbiliti fl-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-fini li jiġu stabbiliti l-kriterji tal-għoti għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fir-Regolament (UE) 2021/1153. Għall-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji tal-integrazzjoni tas-suq, is-sigurtà tal-provvista, il-kompetizzjoni u s-sostenibbiltà.
KAPITOLU VIII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 20
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(4) għal perjodu ta’ seba’ snin mit-23 ta’ Ġunju 2022. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3 tista’ titħassar fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat li jiġi adottat skont l-Artikolu 3(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 21
Rapporti u evalwazzjoni
Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jipprovdi evalwazzjoni:
(a) |
tal-progress miksub għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, u, fejn rilevanti, id-dewmien fl-implimentazzjoni u diffikultajiet oħra ffaċċjati; |
(b) |
il-fondi impenjati u żborżati mill-Unjoni għal proġetti fil-lista tal-Unjoni, imqabbla mal-valur totali ta’ proġetti ffinanzjati fil-lista tal-Unjoni |
(c) |
il-progress miksub f’termini ta’ integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inklużi sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, u ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra permezz tal-ippjanar, tal-iżvilupp, tal-kostruzzjoni u tal-ikkummissjonar ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni; |
(d) |
għas-setturi tal-elettriku u tal-gassijiet rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, inkluż l-idroġenu, l-evoluzzjoni tal-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-evoluzzjoni korrispondenti tal-prezzijiet tal-enerġija, kif ukoll l-għadd ta’ avvenimenti ta’ nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi tan-networks, il-kawżi tagħhom u l-kost ekonomiku relatat; |
(e) |
il-proċess għall-għoti ta’ permessi u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku, b’mod partikolari:
|
(f) |
it-trattament regolatorju, b’mod partikolari:
|
(g) |
l-effettività ta’ dan ir-Regolament fil-kontribuzzjoni għall-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u għall-kisba tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050. |
Artikolu 22
Rieżami
Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament, abbażi tar-riżultati tar-rappurtar u l-evalwazzjoni previsti fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2021/1153.
Artikolu 23
Informazzjoni u reklamar
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm pjattaforma ta’ trasparenza faċilment aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali permezz tal-Internet. Il-pjattaforma għandha tiġi aġġornata b’mod regolari b’informazzjoni mir-rapporti msemmija fl-Artikolu 5(4) u bis-sit web imsemmi fl-Artikolu 9(7). Il-pjattaforma għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
informazzjoni ġenerali u aġġornata, inkluża informazzjoni ġeografika, għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni; |
(b) |
il-pjan ta’ implimentazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 5(1) għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni, ippreżentat b’mod li jippermetti l-valutazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni fi kwalunkwe mument; |
(c) |
il-benefiċċji ewlenin mistennija u l-kontribut għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(1) u l-kostijiet tal-proġetti ħlief għal kwalunkwe informazzjoni kummerċjalment sensittiva; |
(d) |
il-lista tal-Unjoni; |
(e) |
il-fondi allokati u żborżati mill-Unjoni għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni. |
(f) |
il-links għall-manwal nazzjonali tal-proċeduri msemmi fl-Artikolu 9; |
(g) |
l-istudji eżistenti dwar il-baċiri tal-baħar u l-pjanijiet għal kull kuritur prijoritarju tal-grilja lil hinn mill-kosta, mingħajr ma jinkisru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
Artikolu 24
Deroga għall-interkonnessjonijiet għal Ċipru u Malta
1. Fil-każ ta’ Ċipru u Malta, li mhumiex interkonnessi man-network trans-Ewropew tal-gass, għandha tapplika deroga mill-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1), il-punti (a) u (b), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 16(4), il-punt (a), u l-Annessi I, II u III, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32(2). Interkonnessjoni waħda għal kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandha żżomm l-istatus tagħha ta’ proġett ta’ interess komuni skont dan ir-Regolament bid-drittijiet u l-obbligi rilevanti kollha, fejn dik l-interkonnessjoni:
(a) |
qiegħda tiġi żviluppata jew ippjanata fit-23 ta’ Ġunju 2022. |
(b) |
tkun ingħatat l-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013; u |
(c) |
tkun meħtieġa biex tiġi żgurata interkonnessjoni permanenti ta’ dawk l-Istati Membri man-network trans-Ewropew tal-gass. |
Dawn il-proġetti għandhom jiżguraw il-kapaċità ta’ aċċess fil-futur għal swieq ġodda tal-enerġija, inkluż l-idroġenu.
2. Il-promoturi tal-proġetti għandhom jipprovdu biżżejjed evidenza dwar kif l-interkonnessjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 se jippermettu aċċess għal swieq ġodda tal-enerġija, inkluż l-idroġenu, f’konformità mal-miri klimatiċi u enerġentiċi ġenerali tal-Unjoni. Tali evidenza għandha tinkludi valutazzjoni tal-provvista u tad-domanda għal idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll kalkolu tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra miksuba bis-saħħa tal-proġett.
Il-Kummissjoni għandha tivverifika regolarment dik il-valutazzjoni u dak il-kalkolu, kif ukoll l-implimentazzjoni f’waqtha tal-proġett.
3. Minbarra l-kriterji speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 19 għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, l-interkonnessjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitfasslu bil-ħsieb li jiżguraw aċċess għas-swieq futuri tal-enerġija, inkluż l-idroġenu, ma għandhomx iwasslu għal estensjoni tal-ħajja tal-assi tal-gass naturali u għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà transfruntiera tan-networks ġirien. Kwalunkwe eliġibbiltà għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 18 għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2027.
4. Kwalunkwe talba għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni għal xogħlijiet għandha turi b’mod ċar l-għan li l-assi jiġi kkonvertit f’assi ddedikat tal-idroġenu sal-2036 jekk il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu, permezz ta’ pjan direzzjonali bi skeda ta’ żmien preċiża.
5. Id-deroga stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika sakemm Ċipru jew Malta, rispettivament, ikunu interkonnessi direttament man-network trans-Ewropew tal-gass jew sal-31 ta’ Diċembru 2029, skont liema data tiġi l-ewwel.
Artikolu 25
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 715/2009
Fl-Artikolu 8(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“10. Kull sentejn, l-ENTSO tal-Gass għandu jadotta u jippublika pjan għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Komunità kollha msemmi fil-paragrafu 3, punt (b). Il-pjan għall-iżvilupp tan-network li jkopri l-Komunità kollha għandu jinkludi l-immudellar tan-network integrat, inklużi n-networks tal-idroġenu, l-iżvilupp tax-xenarju, prospettiva dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea u valutazzjoni tar-reżistenza tas-sistema”.
Artikolu 26
Emenda għar-Regolament (UE) 2019/942
Fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/942, il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(c) |
twettaq l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5, fl-Artikoli 11(3), fl-Artikoli 11(6) sa (9), fl-Artikoli 12, 13 u 17 u fit-Taqsima 2, il-punt (12), tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2022/869tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). |
(d) |
tieħu deċiżjonijiet dwar talbiet ta’ investiment, inkluża l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 16(7) tar-Regolament (UE) 2022/869. |
Artikolu 27
Emenda għar-Regolament (UE) 2019/943
Fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) 2019/943, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“1. Il-pjan ta’ żvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha msemmi fl-Artikolu 30(1), il-punt (b) għandu jinkludi l-immudellar tan-network integrat, inkluż l-iżvilupp tax-xenarju u valutazzjoni tar-reżiljenza tas-sistema. Il-parametri rilevanti tal-input għall-immudellar bħal suppożizzjonijiet dwar il-prezzijiet tal-fjuwil u tal-karbonju jew l-installazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu konsistenti bis-sħiħ mal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi żviluppata skont l-Artikolu 23.”.
Artikolu 28
Emenda għad-Direttiva 2009/73/KE
Fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2009/73/KE, jiżdied il-punt li ġej:
“(v) |
iwettqu l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3, l-Artikolu 5(7) u l-Artikoli 14 sa 17 tar-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). |
Artikolu 29
Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/944
Fl-Artikolu 59(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944, jiżdied il-punt li ġej:
“(aa) |
iwettqu l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Artikolu 5(7) u l-Artikoli 14 sa 17 tar-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). |
Artikolu 30
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-għoti, il-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-assistenza finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33).
Il-Kapitolu III ma għandux japplika għal proġetti ta’ interess komuni li jkunu daħlu fil-proċess għall-għoti ta’ permessi u li għalihom promotur ta’ proġett ikun ippreżenta fajl tal-applikazzjoni qabel is-16 ta’ Novembru 2013.
Artikolu 31
Il-perjodu tranżitorju
1. Matul perjodu tranżitorju li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2029, l-assi ddedikati għall-idroġenu kkonvertiti minn assi għall-gass naturali adattati li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II jistgħu jintużaw għat-trasport jew għall-ħżin ta’ taħlita predefinita tal-idroġenu mal-gass naturali jew mal-bijometan.
2. Matul il-perjodu tranżitorju msemmi fil-paragrafu 1, il-promoturi tal-proġetti għandhom jikkooperaw mill-qrib fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tan-networks qrib xulxin.
3. Il-promotur tal-proġett għandu jipprovdi biżżejjed evidenza, inkluż permezz ta’ kuntratti kummerċjali, dwar kif, sa tmiem dan il-perjodu tranżitorju, l-assi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jibqgħux assi tal-gass naturali u jsiru assi ddedikati għall-idroġenu, kif stabbilit fil-punt (3) tal-Anness II, u kif l-użu akbar tal-idroġenu ser jiġi ffaċilitat matul il-perjodu tranżitorju. Tali prova għandha tinkludi valutazzjoni tal-provvista u tad-domanda għal idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll kalkolu tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra miksuba bis-saħħa tal-proġett. Fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni, l-Aġenzija għandha tivverifika t-tranżizzjoni f’waqtha tal-proġett lejn assi ddedikat għall-idroġenu, kif stabbilit fil-punt (3) tal-Anness II.
4. L-eliġibbiltà tal-proġetti, imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għal assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 18 għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2027.
Artikolu 32
Tħassir
1. Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jitħassar b’effett mit-23 ta’ Ġunju 2022. L-ebda dritt ma għandu jinħoloq skont dan ir-Regolament għall-proġetti elenkati fl-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 347/2013.
2. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/564 (34), li fih il-ħames lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni kif ukoll l-Artikoli 2 sa 10, l-Artikoli 12, 13 u 14, u l-Annessi I sa IV u l-Anness VI għar-Regolament (UE) Nru 347/2013, għandu jibqa’ fis-seħħ u jipproduċi effetti fir-rigward tal-proġetti ta’ interess komuni inklużi fil-ħames lista tal-Unjoni sad-dħul fis-seħħ tal-ewwel lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku stabbilita skont dan ir-Regolament.
3. Minkejja l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-proġetti inklużi fil-ħames lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 u li għalihom ikun ġie aċċettat fajl ta’ applikazzjoni biex jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament għal perjodu ta’ erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(1) ĠU C 220, 9.6.2021, p. 51.
(2) ĠU C 440, 29.10.2021, p. 105.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2022. (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2022.
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(5) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(8) ĠU C 371, 15.9.2021, p. 68.
(9) Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
(10) Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).
(12) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(13) Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36).
(15) Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).
(16) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(17) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(19) Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
(20) Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
(21) ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.
(22) ĠU C 104, 24.4.1992, p. 7.
(23) Id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135).
(24) Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38).
(25) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 tal-15 ta’ Settembru 2020 dwar il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni (ĠU L 303, 17.9.2020, p. 1).
(26) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(27) Ir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22).
(28) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(29) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(30) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(31) Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).
(32) Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15).
(33) Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(34) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/564 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (ĠU L 109, 8.4.2022, p. 14).
ANNESS I
KURITURI U OQSMA PRIJORITARJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA
(kif imsemmi fl-Artikolu 1(1))
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kurituri u l-oqsma ta’ prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropej li ġejjin:
1. KURITURI PRIJORITARJI TAL-ELETTRIKU
(1) |
Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (NSI West Electricity): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri tar-reġjun u maż-żona tal-Mediterran, inkluża l-peniżola Iberika, b’mod partikolari biex jiġi integrat l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, jissaħħu l-infrastrutturi tal-grilji interni biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq fir-reġjun u biex jintemm l-iżolament tal-Irlanda, u biex jiġu żgurati l-estensjonijiet meħtieġa fuq l-art tal-grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli u t-tisħiħ meħtieġ tal-grilja domestika biex tiġi żgurata grilja ta’ trażmissjoni adegwata u affidabbli u biex l-elettriku ġġenerat lil hinn mill-kosta jiġi fornut lil Stati Membri li m’għandhomx kosta.
L-Istati Membri kkonċernati: il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Portugall. |
(2) |
Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (NSI East Electricity): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta’ Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex jikkompletaw is-suq intern, biex jintegraw il-ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli biex jintemm l-iżolament ta’ Ċipru, u biex jiġu żgurati l-estensjonijiet meħtieġa fuq l-art tal-grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli u t-tisħiħ meħtieġ tal-grilja domestika biex tiġi żgurata grilja ta’ trażmissjoni adegwata u affidabbli u biex l-elettriku ġġenerat fil-baħar jiġi fornut lil Stati Membri li m’għandhomx kosta.
L-Istati Membri kkonċernati: il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja. |
(3) |
Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (BEMIP Electricity): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri u linji interni fir-reġjun Baltiku, biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq filwaqt li jiġi integrat is-sehem dejjem akbar tal-enerġija rinnovabbli fir-reġjun.
L-Istati Membri kkonċernati: id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja. |
2. KURITURI PRIJORITARJI TAL-GRILJA LIL HINN MILL-KOSTA
(4) |
Il-grilji lil hinn mill-kosta fil-Baħar tat-Tramuntana (NSOG): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Irlandiż, il-Baħar Ċeltiku, il-Kanal Ingliż, il-Baħar Baltiku u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.
L-Istati Membri kkonċernati: il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Iżvezja. |
(5) |
Il-grilji lil hinn mill-kosta tal-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (BEMIP offshore): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ sistema ta’ grilja integrata lil hinn mill-kosta, inkluż, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar Baltiku u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.
L-Istati Membri kkonċernati: id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja. |
(6) |
Il-grilji lil hinn mill-kosta tan-Nofsinhar u tal-Punent (SW offshore): l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar Mediterran, inkluż fil-Golf ta’ Cadiz u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.
L-Istati Membri kkonċernati: Il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Malta u l-Portugall. |
(7) |
Il-grilji lil hinn mill-kosta tan-Nofsinhar u tal-Lvant (SE offshore): l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta, kif ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ grilja tal-idroġenu u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar Mediterran, fil-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku jew, fejn xieraq, tal-idroġenu minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin jew għaż-żieda tal-iskambju transfruntier tal-enerġija rinnovabbli.
L-Istati Membri kkonċernati: Il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, ir-Rumanija u s-Slovenja. |
(8) |
Il-grilji lil hinn mill-kosta tal-Atlantiku: l-iżvilupp ta’ grilja tal-elettriku lil hinn mill-kosta, l-iżvilupp ta’ grilja integrata tal-elettriku lil hinn mill-kosta u l-interkonnetturi relatati fl-ilmijiet tat-Tramuntana tal-Oċean Atlantiku għat-trasport tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija lil hinn mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin u għaż-żieda tal-iskambju tal-elettriku transfruntier.
L-Istati Membri kkonċernati: l-Irlanda, Spanja, Franza u l-Portugall. |
3. KURITURI PRIJORITARJI GĦALL-IDROĠENU U L-ELETTROLIZZATURI
(9) |
Interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Punent tal-Ewropa (HI West): infrastruttura tal-idroġenu u l-adattament għal skop ġdid tal-infrastruttura tal-gass, li jippermetti l-ħolqien ta’ pedament tal-idroġenu integrat, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), li jgħaqqad il-pajjiżi tar-reġjun u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom għall-idroġenu b’appoġġ għall-ħolqien ta’ network madwar l-UE kollha għat-trasport tal-idroġenu, u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.
Elettrolizzaturi: l-appoġġ għall-użu ta’ applikazzjonijiet tal-enerġija għall-gass li għandhom l-għan li jippermettu t-tnaqqis tal-gassijiet serra u li jikkontribwixxu għall-operazzjoni sigura, effiċjenti u affidabbli tas-sistema u l-integrazzjoni intelliġenti tas-sistema tal-enerġija u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni. L-Istati Membri kkonċernati: il-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Portugall. |
(10) |
Interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (HI East): infrastruttura tal-idroġenu u l-adattament għal skop ġdid tal-infrastruttura tal-gass, li jippermetti l-ħolqien ta’ pedament tal-idroġenu integrat, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), li jgħaqqad il-pajjiżi tar-reġjun u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom għall-idroġenu b’appoġġ għall-ħolqien ta’ network madwar l-UE kollha għat-trasport tal-idroġenu, u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.
Elettrolizzaturi: l-appoġġ għall-użu ta’ applikazzjonijiet tal-enerġija għall-gass li għandhom l-għan li jippermettu t-tnaqqis tal-gassijiet serra u li jikkontribwixxu għall-operazzjoni sigura, effiċjenti u affidabbli tas-sistema u l-integrazzjoni intelliġenti tas-sistema tal-enerġija u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni. L-Istati Membri kkonċernati: il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja. |
(11) |
Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-idroġenu (BEMIP Hydrogen): infrastruttura tal-idroġenu u l-adattament għal skop ġdid tal-infrastruttura tal-gass, li jippermetti l-ħolqien ta’ pedament tal-idroġenu integrat, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), li jgħaqqad il-pajjiżi tar-reġjun u jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastruttura tagħhom għall-idroġenu b’appoġġ għall-ħolqien ta’ network madwar l-UE kollha għat-trasport tal-idroġenu, u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.
Elettrolizzaturi: l-appoġġ għall-użu ta’ applikazzjonijiet tal-enerġija għall-gass li għandhom l-għan li jippermettu t-tnaqqis tal-gassijiet serra u li jikkontribwixxu għall-operazzjoni sigura, effiċjenti u affidabbli tas-sistema u l-integrazzjoni intelliġenti tas-sistema tal-enerġija u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni. L-Istati Membri kkonċernati: id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja. |
4. OQSMA TEMATIĊI PRIJORITARJI
(12) |
L-użu ta’ grilji intelliġenti tal-elettriku: l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ grilji intelliġenti fl-Unjoni li jintegraw b’mod effiċjenti l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha għan-network tal-elettriku, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni ta’ ammonti kbar ta’ elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew distribwiti u r-rispons għad-domanda mill-konsumaturi, il-ħżin tal-enerġija, il-vetturi elettriċi u sorsi oħra ta’ flessibbiltà u, barra minn hekk, fir-rigward tal-gżejjer u s-sistemi tal-gżejjer, jitnaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija, jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi u oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni.
L-Istati Membri kkonċernati: kollha. |
(13) |
Network transkonfinali tad-diossidu tal-karbonju: l-iżvilupp ta’ infrastruttura għat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi tal-viċinat tal-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju maqbud mill-installazzjonijiet industrijali bil-ħsieb ta’ ħżin ġeoloġiku permanenti, kif ukoll għall-utilizzazzjoni tad-diossidu tal-karbonju għal gassijiet kombustibbli sintetiċi li jwassal għan-newtralizzazzjoni permanenti tad-diossidu tal-karbonju.
L-Istati Membri kkonċernati: kollha. |
(14) |
Grilji intelliġenti tal-gass: l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ grilji intelliġenti tal-gass madwar l-Unjoni għall-integrazzjoni b’mod effiċjenti ta’ pluralità ta’ sorsi ta’ gass b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli fin-network tal-gass, l-appoġġ għall-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi u diġitali għall-ġestjoni tan-network u l-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni intelliġenti tas-settur tal-enerġija u r-rispons għad-domanda, inkluż l-aġġornamenti fiżiċi relatati jekk huma indispensabbli għall-funzjonament tat-tagħmir u installazzjonijiet għall-integrazzjoni ta’ gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli.
L-Istati Membri kkonċernati: kollha. |
ANNESS II
KATEGORIJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA
Il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija li għandhom jiġu żviluppati sabiex jiġu implimentati l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija stipulati fl-Anness I għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(1) |
fir-rigward tal-elettriku:
|
(2) |
dwar grilji intelliġenti tal-gass: kwalunkwe wieħed mit-tagħmir jew installazzjonijiet li ġejjin li jkollhom l-għan li jippermettu u jiffaċilitaw l-integrazzjoni ta’ diversità ta’ gassijiet b’livell baxx ta’ karbonju u partikolarment rinnovabbli, inkluż il-bijometan jew l-idroġenu, fin-network tal-gass: is-sistemi diġitali u l-komponenti li jintegraw l-ICT, is-sistemi ta’ kontroll u t-teknoloġiji tas-sensuri biex jippermettu l-monitoraġġ, il-kejl, il-kontroll tal-kwalità u l-ġestjoni interattivi u intelliġenti tal-produzzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-konsum tal-gass fi ħdan network tal-gass. Barra minn hekk, proġetti bħal dawn jistgħu jinkludu wkoll tagħmir li jippermetti l-flussi fid-direzzjoni opposta mil-livell tad-distribuzzjoni għal-livell tat-trażmissjoni, inkluż l-aġġornamenti fiżiċi relatati jekk indispensabbli għall-funzjonament tat-tagħmir u l-installazzjonijiet għall-integrazzjoni ta’ gassijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u partikolarment dawk rinnovabbli; |
(3) |
dwar l-idroġenu:
Kwalunkwe mill-assi elenkati fil-punti (a) sa (d) jistgħu jkunu mibnija ġodda jew adattati għal skopijiet ġodda minn gass naturali għal idroġenu, jew kombinament tat-tnejn; |
(4) |
fir-rigward tal-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi:
|
(5) |
fir-rigward tad-diossidu tal-karbonju:
|
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
ANNESS III
LISTI REĠJONALI TA’ PROĠETTI
1. REGOLI GĦALL-GRUPPI
(1) |
Fir-rigward tal-infrastruttura tal-enerġija li taqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, it-TSOs, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-entità tad-DSO tal-UE u jew l-ENTSO tal-Elettriku jew l-ENTSO tal-Gass.
Għall-kategoriji l-oħra tal-infrastruttura tal-enerġija, kull Grupp għandu jkun magħmul mill-Kummissjoni u minn rappreżentanti tal-Istati Membri, il-promoturi tal-proġetti kkonċernati minn kull prijorità rilevanti stipulata fl-Anness I. |
(2) |
Skont in-numru ta’ proġetti kandidati għal-lista tal-Unjoni, in-nuqqasijiet fl-infrastruttura reġjonali u l-iżviluppi tas-suq, il-Gruppi u l-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Gruppi jistgħu jinqasmu, jingħaqdu jew jiltaqgħu f’konfigurazzjonijiet differenti, kif meħtieġ, biex jiddiskutu kwistjonijiet komuni għall-Gruppi kollha jew li jappartjenu biss għal reġjuni partikolari. Kwistjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu kwistjonijiet rilevanti għall-konsistenza bejn ir-reġjuni jew l-għadd ta’ proġetti proposti inklużi fl-abbozzi tal-listi reġjonali f’riskju li ma jkunux jistgħu jiġu ġestiti. |
(3) |
Kull Grupp għandu jorganizza l-ħidma tiegħu f’konformità mal-isforzi għall-kooperazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/943, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 61 tad-Direttiva (UE) 2019/944, u l-istrutturi eżistenti oħra ta’ kooperazzjoni reġjonali. |
(4) |
Kull Grupp għandu jistieden, kif xieraq għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma rilevanti ta’ infrastruttura tal-enerġija ta’ prijorità indikati fl-Anness I, il-promoturi ta’ proġett li potenzjalment jista’ jkun eliġibbli għall-għażla bħala proġett ta’ interess komuni kif ukoll rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-awtoritajiet regolatorji, tas-soċjetà ċivili u tat-TSOs minn pajjiżi terzi. Id-deċiżjoni li jiġu mistiedna rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi għandha tittieħed b’approvazzjoni. |
(5) |
Għall-kurituri prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I, kull Grupp għandu jistieden, kif xieraq, rappreżentanti tal-Istati Membri mingħajr kosta, tal-awtoritajiet kompetenti, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tat-TSOs. |
(6) |
Kull Grupp għandu jistieden, kif xieraq, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż rappreżentanti minn pajjiżi terzi, u, meta jitqies xieraq, direttament lill-partijiet ikkonċernati, inkluż lill-produtturi, lid-DSOs, lill-fornituri, lill-konsumaturi, lill-popolazzjonijiet lokali u lill-organizzazzjonijiet ibbażati fl-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent biex jesprimu l-għarfien espert speċifiku tagħhom. Kull Grupp għandu jorganizza smigħ jew konsultazzjonijiet meta jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. |
(7) |
Fir-rigward tal-laqgħat tal-Gruppi, il-Kummissjoni għandha tippubblika, fuq pjattaforma aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati, ir-regoli interni, lista aġġornata tal-organizzazzjonijiet membri, informazzjoni aġġornata regolarment dwar il-progress tal-ħidma, l-aġendi tal-laqgħat, kif ukoll il-minuti tal-laqgħat, fejn disponibbli. Id-deliberazzjonijiet tal-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Gruppi u l-klassifikazzjoni tal-proġetti skont l-Artikolu 4(5) għandhom ikunu kunfidenzjali. Id-deċiżjonijiet kollha dwar il-funzjonament u l-ħidma tal-gruppi reġjonali għandhom jittieħdu b’approvazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. |
(8) |
Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Gruppi għandhom jagħmlu ħilithom biex ikun hemm konsistenza bejn il-Gruppi. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw, meta jkun rilevanti, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-ħidma kollha li tirrappreżenta interess interreġjonali bejn il-Gruppi kkonċernati. |
(9) |
Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Aġenzija fil-Gruppi m’għandhiex tipperikola t-twettiq tal-objettivi u d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (UE) 2019/942, l-Artikoli 40 u 41 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikoli 58, 59 u 60 tad-Direttiva (UE) 2019/944. |
2. PROĊESS BIEX JIĠU STABBILITI LISTI REĠJONALI
(1) |
Il-promoturi ta’ proġett li jkun potenzjalment eliġibbli biex jintgħażel bħala proġett fil-lista tal-Unjoni li jixtiequ jiksbu dak l-istatus għandhom jissottomettu applikazzjoni għall-għażla bħala proġett fil-lista tal-Unjoni lill-Grupp li jinkludi:
|
(2) |
Id-destinatarji kollha għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva. |
(3) |
Il-proġetti proposti għat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punti (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network tal-elettriku għall-Unjoni kollha, żviluppat mill-ENTSO tal-Elettriku skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2019/943. Il-proġetti proposti għat-trażmissjoni tal-elettriku ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stipulati fil-punt (1)(b) u (f) tal-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jirriżultaw mill-iżvilupp tan-network u t-tisħiħ tal-grilji integrati lil hinn mill-kosta msemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament u jkunu konsistenti magħhom. |
(4) |
Mill-1 ta’ Jannar 2024, il-proġetti proposti għall-idroġenu ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness II għal dan ir-Regolament huma proġetti li huma parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network tal-gass għall-Komunità kollha, żviluppat mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. |
(5) |
Sat-30 ta’ Ġunju 2022 u, sussegwentement, għal kull pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom joħorġu linji gwida aġġornati għall-inklużjoni ta’ proġetti fil-pjan rispettiv tagħhom ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, kif imsemmi fil-punti (3) u (4), sabiex jiġu żgurati t-trattament indaqs u t-trasparenza tal-proċess. Għall-proġetti kollha fil-lista tal-Unjoni fis-seħħ dak iż-żmien, il-linji gwida għandhom jistabbilixxu proċess simplifikat għall-inklużjoni fil-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha billi jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dokumentazzjoni u d-data diġà sottomessa matul il-proċessi preċedenti tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha dejjem jekk id-dokumentazzjoni i d-data diġà ppreżentata jibqgħu validi.
L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar l-abbozzi ta’ linji gwida rispettivi tagħhom għall-inklużjoni ta’ proġetti fil-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha u jqisu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida finali. |
(6) |
Il-proġetti proposti għat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (5) tal-Anness II għandhom jiġu ppreżentati bħala parti minn pjan, żviluppat minn tal-inqas żewġ Stati Membri, għall-iżvilupp ta’ infrastruttura għat-trasport u l-ħżin transfruntiera tad-diossidu tal-karbonju, li għandu jiġi ppreżentat mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-entitajiet maħtura minn dawk l-Istati Membri lill-Kummissjoni. |
(7) |
L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Gruppi dwar kif japplikaw il-linji gwida biex jevalwaw l-inklużjoni fil-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha. |
(8) |
Għall-proġetti li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, meta jkun hemm bżonn, l-Aġenzija għandhom, kull fejn ikun possibbli fil-kuntest tal-kooperazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 61 tad-Direttiva (UE) 2019/944, jivverifikaw li l-kriterji u l-metodoloġija ta’ analiżi kost-benefiċċji ikunu qegħdin jiġu applikati b’mod konsistenti u jevalwaw ir-rilevanza transfruntiera tagħhom. Huma għandhom jippreżentaw l-evalwazzjoni tagħhom lill-Grupp. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kriterji u l-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament u l-Anness IV jiġu applikati b’mod armonizzat biex tiġi żgurata l-konsistenza fost il-gruppi reġjonali. |
(9) |
Għall-proġetti kollha mhux koperti fil-punt (8) ta’ dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-potenzjal għal estensjoni futura biex jiġu inklużi Stati Membri addizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-evalwazzjoni tagħha lill-Grupp. Għall-proġetti li japplikaw għall-istatus ta’ proġett ta’ interess reċiproku, ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiġu mistiedna għall-preżentazzjoni tal-valutazzjoni. |
(10) |
Kull Stat Membru li proġett propost ma jkollux x’jaqsam mat-territorju tiegħu imma li jista’ jkollu impatt pożittiv nett potenzjali jew effett sinifikanti potenzjali fuqu, bħal fuq l-ambjent jew fuq l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija fit-territorju tiegħu, jista’ jippreżenta opinjoni lill-Grupp fejn jispeċifika t-tħassib tiegħu. |
(11) |
Il-Grupp għandu jeżamina, fuq talba ta’ Stat Membru tal-Grupp, ir-raġunijiet motivati ppreżentati minn Stat Membru skont l-Artikolu 3(3) talli ma jkunx approva proġett relatat mat-territorju tiegħu. |
(12) |
Il-Grupp għandu jikkunsidra jekk il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” huwiex applikat fir-rigward tal-istabbiliment tal-ħtiġijiet tal-infrastruttura reġjonali u fir-rigward ta’ kull wieħed mill-proġetti kandidati. Il-Grupp għandu, b’mod partikolari, jikkunsidra soluzzjonijiet bħall-ġestjoni mil-lat tad-domanda, soluzzjonijiet ta’ arranġament tas-suq, implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali, u r-rinnovazzjoni tal-bini bħala soluzzjonijiet ta’ prijorità fejn jitqiesu aktar kosteffiċjenti fuq perspettiva tas-sistema kollha mill-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ġdida mil-lat tal-provvista. |
(13) |
Il-Grupp għandu jiltaqa’ biex jeżamina u jikklassifika l-proġetti proposti abbażi ta’ valutazzjoni trasparenti tal-proġetti u billi juża l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4, waqt li jqis l-evalwazzjoni tar-regolaturi, jew l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proġetti li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. |
(14) |
L-abbozzi tal-listi reġjonali tal-proġetti proposti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali mfassla mill-Gruppi, flimkien ma’ kwalunkwe opinjoni kif speċifikat fil-punt (10) ta’ din it-Taqsima, għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzija sitt xhur qabel id-data ta’ adozzjoni tal-lista tal-Unjoni. L-abbozzi tal-listi reġjonali u l-opinjonijiet akkumpanjanti għandhom jiġu evalwati mill-Aġenzija fi żmien tliet xhur mid-data meta tirċevihom. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni dwar l-abbozzi tal-listi reġjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji u tal-analiżi kost-benefiċċji bejn reġjun u ieħor. L-opinjoni tal-Aġenzija għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2019/942. |
(15) |
Fi żmien xahar mid-data meta jirċievi l-opinjoni tal-Aġenzija, il-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ kull Grupp għandu jadotta l-lista reġjonali finali tiegħu ta’ proġetti proposti, filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(3), abbażi tal-proposta tal-Gruppi u waqt li jqis l-opinjoni tal-Aġenzija u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali sottomessi f’konformità mal-punt (8), jew il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għall-proġetti li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali proposti f’konformità mal-punt (9), u l-parir mill-Kummissjoni bil-għan li jiġi żgurat għadd totali maniġġabbli ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, speċjalment fuq il-fruntieri relatati ma’ proġetti li jkunu qed jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma’ xulxin. Il-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Gruppi għandhom jissottomettu l-listi reġjonali finali lill-Kummissjoni, flimkien ma’ kwalunkwe opinjoni kif speċifikat fil-punt (10). |
(16) |
Meta, abbażi tal-abbozzi ta’ listi reġjonali, u wara li tkun qieset l-opinjoni tal-Aġenzija, l-għadd totali ta’ proġetti proposti fuq il-lista tal-Unjoni jkun jaqbeż għadd maniġġabbli, il-Kummissjoni għandha tagħti parir lil kull Grupp ikkonċernat biex dawk il-proġetti li jkunu ġew ikklassifikati fl-iżjed pożizzjonijiet baxxi mill-Grupp ikkonċernat skont il-klassifika stabbilita skont l-Artikolu 4(5) ma jiġux inklużi fil-lista reġjonali. |
ANNESS IV
REGOLI U INDIKATURI LI JIKKONĊERNAW IL-KRITERJI TAL-PROĠETTI
(1)
Proġett ta’ interess komuni b’impatt transfruntier sinifikanti għandu jkun proġett fit-territorju ta’ Stat Membru u għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
fir-rigward tat-trażmissjoni tal-elettriku, il-proġett iżid il-kapaċità ta’ trasferiment tal-grilja, jew il-kapaċità disponibbli għall-flussi kummerċjali, fil-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru ma’ Stat Membru jew diversi Stati Membri oħra, bl-effett li tiżdied il-kapaċità ta’ trasferiment transfruntier tal-grilja fil-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru ma’ Stat Membru jew diversi Stati Membri oħra, b’mill-inqas 500 Megawatt (MW) meta mqabbla mas-sitwazzjoni jekk ma jiġix ikkummissjonat il-proġett, jew il-proġett inaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija tas-sistemi mhux interkonnessi fi Stat Membru wieħed jew aktar u jżid il-kapaċità tat-trasferiment transfruntier tal-grilja fil-fruntiera bejn żewġ Stati Membri b’tal-inqas 200 MW; |
(b) |
fir-rigward tal-ħżin tal-elettriku, il-proġett jipprovdi kapaċità installata ta’ mill-inqas 225 MW u jkollu kapaċità ta’ ħżin li tippermetti ġenerazzjoni annwali netta tal-elettriku ta’ mill-inqas 250 GW-h fis-sena; |
(c) |
fir-rigward ta’ grilji intelliġenti tal-elettriku, il-proġett ikun iddisinjat għal tagħmir u installazzjonijiet ta’ vultaġġ għoli u vultaġġ medju, u jinvolvu TSOs, TSOs u DSOs jew DSOs minn tal-inqas żewġ Stati Membri. Il-proġett jista’ jinvolvi biss DSOs dment li jkunu minn tal-inqas żewġ Stati Membri u dment li tiġi żgurata l-interoperabbiltà. Il-proġett għandu jissodisfa tal-inqas tnejn mill-kriterji li ġejjin: jinvolvi mill-inqas 50 000 utent, ġeneratur, konsumatur jew prosumatur tal-elettriku, jaqdi żona ta’ konsum ta’ mill-inqas 300GW-h fis-sena, mill-inqas 20 % tal-konsum tal-elettriku marbut mal-proġett joriġina minn diversi riżorsi rinnovabbli, jew inaqqas l-iżolament fil-qasam tal-enerġija ta’ sistemi mhux interkonnessi fi Stat Membru wieħed jew aktar. Il-proġett ma għandux għalfejn jinvolvi fruntiera komuni fiżika. Għal proġetti relatati ma’ sistemi iżolati żgħar kif definiti fil-punt (42) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944, inklużi gżejjer, dawk il-livelli ta’ vultaġġ għandhom ikunu ugwali għall-ogħla livell ta’ vultaġġ fis-sistema tal-elettriku rilevanti; |
(d) |
għat-trażmissjoni tal-idroġenu, il-proġett jippermetti t-trażmissjoni tal-idroġenu bejn il-fruntieri tal-Istati Membri kkonċernati, jew iżid il-kapaċità transfruntiera eżistenti għat-trasport tal-idroġenu fi fruntiera bejn żewġ Stati Membri b’mill-inqas 10 % meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-ikkummissjonar tal-proġett, u l-proġett juri b’mod suffiċjenti li huwa parti essenzjali ta’ network tal-idroġenu transfruntier ippjanat u jipprovdi biżżejjed provi tal-pjanijiet eżistenti u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien u mal-operaturi tan-network jew, għal proġetti li jnaqqsu l-iżolament fil-qasam tal-enerġija tas-sistemi mhux interkonnessi fi Stat Membru wieħed jew aktar, il-proġett ikollu l-għan li jforni, direttament jew indirettament, mill-inqas żewġ Stati Membri; |
(e) |
għall-ħżin tal-idroġenu jew għall-faċilitajiet ta’ riċeviment tal-idroġenu msemmija fil-punt (3) tal-Anness II, il-proġett ikollu l-għan li jforni direttament jew indirettament mill-inqas żewġ Stati Membri; |
(f) |
għall-elettrolizzaturi, il-proġett jipprovdi kapaċità installata ta’ mill-inqas 50 MW ipprovduta minn elettrolizzatur wieħed jew minn sett ta’ elettrolizzaturi li jiffurmaw proġett uniku, ikkoordinat u dan ikun ta’ benefiċċju, direttament jew indirettament, għal tal-inqas żewġ Stati Membri u, b’mod speċifiku, fir-rigward tal-proġetti fuq gżejjer u sistemi tal-gżejjer, jappoġġa soluzzjonijiet innovattivi u soluzzjonijiet oħrajn li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri b’impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050, u li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-gżejjer u dik tal-Unjoni; |
(g) |
għal grilji intelliġenti tal-gass, proġett jinvolvi TSOs, TSOs u DSOs, jew DSOs minn tal-inqas żewġ Stati Membri. DSOs jistgħu jiġu involuti, iżda biss bl-appoġġ tat-TSOs ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri, li huma assoċjati mill-qrib mal-proġett u jiżguraw l-interoperabbiltà; |
(h) |
għat-trażmissjoni ta’ elettriku rinnovabbli lil hinn mill-kosta, il-proġett huwa mfassal biex jittrasferixxi l-elettriku minn siti ta’ ġenerazzjoni lil hinn mill-kosta b’kapaċità ta’ mill-inqas 500 MW u jippermetti t-trażmissjoni tal-elettriku fi grilja fuq l-art ta’ Stat Membru speċifiku, filwaqt li jiżdied il-volum ta’ elettriku rinnovabbli disponibbli fis-suq intern. Il-proġett għandu jiġi żviluppat fiż-żoni b’penetrazzjoni baxxa ta’ elettriku rinnovabbli lil hinn mill-kosta u għandu juri impatt pożittiv sinifikanti fuq il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050 u għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija u l-integrazzjoni tas-suq filwaqt li ma jfixkilx il-kapaċitajiet u l-flussi transfruntiera; |
(i) |
għal proġetti tad-diossidu tal-karbonju, il-proġett jintuża biex jittrasporta u, fejn applikabbli, jaħżen id-diossidu tal-karbonju antropoġeniku li joriġina minn tal-inqas żewġ Stati Membri. |
(2)
Proġett ta’ interess reċiproku b’impatt transfruntier sinifikanti għandu jkun proġett u għandu jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet:
(a) |
għal proġetti ta’ interess reċiproku fil-kategorija stabbilita fil-punt (1)(a) u (f) tal-Anness II, il-proġett iżid il-kapaċità tat-trasferiment tal-grilja, jew il-kapaċità disponibbli għall-flussi kummerċjali, fil-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar u jġib benefiċċji sinifikanti, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), skont il-kriterji speċifiċi elenkati fl-Artikolu 4(3), fil-livell tal-Unjoni. Il-kalkolu tal-benefiċċji għall-Istati Membri għandu jitwettaq u jiġi ppubblikat mill-ENTSO tal-Elettriku fil-qafas tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha; |
(b) |
għal proġetti ta’ interess reċiproku fil-kategorija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, il-proġett tal-idroġenu jippermetti t-trażmissjoni tal-idroġenu tul il-fruntiera ta’ Stat Membru ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar u jġib benefiċċji sinifikanti, direttament jew indirettament (permezz ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiż terz), skont il-kriterji speċifiċi elenkati fl-Artikolu 4(3), fil-livell tal-Unjoni. Il-kalkolu tal-benefiċċji għall-Istati Membri għandu jitwettaq u jiġi ppubblikat mill-ENTSO tal-Gass fil-qafas tal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha; |
(c) |
għal proġetti ta’ interess reċiproku fil-kategorija stabbilita fil-punt (5) tal-Anness II, il-proġett jista’ jintuża għat-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju antropoġeniku minn tal-inqas żewġ Stati Membri u pajjiż terz. |
(3)
Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (1)(a), (b), (c) (d) u (f) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:
(a) |
it-trażmissjoni tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli lejn iċ-ċentri ta’ konsum u s-siti ta’ ħżin ewlenin, imkejla f’konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan ta’ għaxar snin disponibbli għall-iżvilupp tan-network tal-elettriku għall-Unjoni kollha, b’mod partikolari billi:
|
(b) |
l-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni u l-flessibbiltà tas-sistema mkejla f’konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan ta’ għaxar snin disponibbli għall-Unjoni kollha għall-iżvilupp tan-network tal-elettriku, b’mod partikolari billi:
|
(c) |
is-sigurtà tal-provvista, l-interoperabbiltà u l-operazzjoni tas-sistemi b’sigurtà mkejla f’konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan deċennali disponibbli għall-iżvilupp tan-network tal-elettriku għall-Unjoni kollha, speċjalment billi jiġi vvalutat l-impatt tal-proġett fuq it-telf tal-aspettattiva tat-tagħbija għaż-żona ta’ analiżi kif stipulata fl-Anness V f’termini ta’ adegwatezza tal-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni għal sett ta’ perjodi ta’ tagħbija tipika, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-bidliet mistennija fl-avvenimenti estremi tat-temp relatati mal-klima u l-impatt tagħhom fuq ir-reżiljenza tal-infrastruttura. Fejn ikun applikabbli, għandu jitkejjel l-impatt tal-proġett fuq il-kontroll indipendenti u affidabbli tal-operazzjoni u s-servizzi tas-sistemi. |
(4)
Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (1)(e) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:
(a) |
il-livell ta’ sostenibbiltà, imkejjel billi jiġi vvalutat il-limitu tal-kapaċità tal-grilji li jikkonnettjaw u jittrasportaw l-enerġija rinnovabbli varjabbli; |
(b) |
is-sigurtà tal-provvista, imkejla bil-valutazzjoni tal-livell ta’ telf fin-networks ta’ distribuzzjoni jew ta’ trażmissjoni, jew fit-tnejn li huma, tal-perċentwal tal-użu (jiġifieri t-tagħbija medja) tal-komponenti tan-network tal-elettriku, id-disponibbiltà tal-komponenti tan-network (relatati mal-manutenzjoni ppjanata u mhux ippjanata) u l-impatt tiegħu fuq il-prestazzjonijiet tan-network, u fuq it-tul u l-frekwenza tal-interruzzjonijiet, inkluż l-interruzzjonijiet relatati mal-klima; |
(c) |
l-integrazzjoni tas-suq, imkejla billi tiġi vvalutata l-adozzjoni innovattiva fl-operat tas-sistema, it-tnaqqis tal-iżolament fil-qasam tal-enerġija u l-interkonnessjoni, kif ukoll il-livell ta’ integrazzjoni ta’ setturi oħra u l-iffaċilitar ta’ mudelli ta’ negozju u strutturi tas-suq ġodda; |
(d) |
is-sigurtà tan-network, il-flessibbiltà u l-kwalità tal-provvista, imkejla billi jiġi vvalutat l-approċċ innovattiv għall-flessibbiltà tas-sistema, iċ-ċibersigurtà, l-operabbiltà effiċjenti bejn il-livell tat-TSO u d-DSO, il-kapaċità li jiġu inklużi r-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija, l-użu kosteffettiv tal-għodod diġitali u l-ICT għal finijiet ta’ monitoraġġ u kontroll, l-istabbiltà tas-sistema tal-elettriku u l-prestazzjoni tal-kwalità tal-vultaġġ. |
(5)
Fir-rigward tal-idroġenu li jaqa’ fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:
(a) |
is-sostenibbiltà mkejla bħala l-kontribut ta’ proġett għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’diversi applikazzjonijiet tal-użu finali f’setturi diffiċli biex jitrażżnu, bħall-industrija jew it-trasport; il-flessibbiltà u l-għażliet ta’ ħżin staġjonali għall-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli; jew l-integrazzjoni tal-idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx ta’ karbonju bil-ħsieb li jitqiesu l-ħtiġijiet tas-suq u jiġi promoss l-idroġenu rinnovabbli; |
(b) |
l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tas-suq, imkejla billi jiġi kkalkulat il-valur addizzjonali tal-proġett għall-integrazzjoni tal-oqsma tas-suq u l-konverġenza tal-prezzijiet għall-flessibbiltà kumplessiva tas-sistema; |
(c) |
is-sigurtà tal-provvista u l-flessibbiltà mkejla billi jiġi kkalkulat il-valur addizzjonali tal-proġett għar-reżiljenza, id-diversità u l-flessibbiltà tal-provvista tal-idroġenu; |
(d) |
il-kompetizzjoni, imkejla bil-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-proġett għad-diversifikazzjoni tal-provvista, inkluż l-iffaċilitar tal-aċċess għal sorsi indiġeni tal-provvista tal-idroġenu. |
(6)
Fir-rigward tal-proġetti ta’ grilji intelliġenti tal-gass li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (2) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:
(a) |
il-livell ta’ sostenibbiltà mkejjel billi jiġi vvalutat is-sehem ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ karbonju integrati fin-network tal-gass, l-iffrankar relatat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għad-dekarbonizzazzjoni totali tas-sistema u d-detezzjoni adegwata ta’ tnixxija; |
(b) |
il-kwalità u s-sigurtà tal-provvista mkejla billi jiġi vvalutat il-proporzjon tal-provvista tal-gass disponibbli b’mod affidabbli mad-domanda massima, is-sehem tal-importazzjonijiet sostitwiti b’gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ karbonju, l-istabbiltà tal-operazzjoni tas-sistema tal-elettriku, it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-interruzzjonijiet għal kull konsumatur; |
(c) |
l-abilitazzjoni ta’ servizzi ta’ flessibbiltà bħar-rispons tad-domanda u l-ħżin permezz tal-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni intelliġenti tas-settur tal-enerġija permezz tal-ħolqien ta’ konnessjonijiet ma’ vetturi u setturi oħra tal-enerġija, imkejla billi jiġi vvalutat l-iffrankar tal-kostijiet li jkun jista’ jsir f’setturi u sistemi tal-enerġija konnessi, bħas-sistema tas-sħana u l-enerġija, it-trasport u l-industrija. |
(7)
Fir-rigward tal-proġetti tal-elettrolizzaturi li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (4) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:
(a) |
is-sostenibbiltà mkejla billi jiġi vvalutat is-sehem tal-idroġenu rinnovabbli, jew tal-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, partikolarment minn sorsi rinnovabbli li jissodisfa l-kriterji definiti fil-punt (4)(a)(ii) tal-Anness II integrat fin-network jew billi jiġi stmat l-ammont ta’ użu ta’ fjuwils sintetiċi b’dawn l-oriġini u l-iffrankar relatat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra; |
(b) |
is-sigurtà tal-provvista mkejla billi tiġi vvalutata l-kontribuzzjoni tagħha għas-sikurezza, l-istabbiltà u l-effiċjenza tal-operazzjoni tan-network, inkluż permezz tal-valutazzjoni tat-tnaqqis evitat tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli; |
(c) |
l-abilitazzjoni ta’ servizzi ta’ flessibbiltà bħar-rispons għad-domanda u l-ħżin permezz tal-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni intelliġenti tas-settur tal-enerġija permezz tal-ħolqien ta’ rabtiet ma’ vetturi u setturi oħra tal-enerġija, imkejla billi jiġi vvalutat l-iffrankar tal-kostijiet li jkun jista’ jsir f’setturi u sistemi tal-enerġija konnessi, bħan-networks tal-gass, tal-idroġenu, tal-enerġija u tas-sħana, is-setturi tat-trasport u l-industrija. |
(8)
Fir-rigward tal-infrastrutturi tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fil-punt (5) tal-Anness II, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:
(a) |
is-sostenibbiltà, imkejla billi jiġi vvalutat it-tnaqqis totali mistenni ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett u n-nuqqas ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi alternattivi bħal, pereżempju, l-effiċjenza fl-enerġija, l-elettrifikazzjoni li tintegra s-sorsi rinnovabbli, biex jinkiseb l-istess livell ta’ tnaqqis ta’ gassijiet serra daqs l-ammont ta’ diossidu tal-karbonju li għandu jinqabad f’installazzjonijiet industrijali konnessi bi spiża komparabbli u skont skeda ta’ żmien komparabbli filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-enerġija meħtieġa għall-qbid, it-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju, kif applikabbli, filwaqt li titqies l-infrastruttura inkluż, fejn applikabbli, użi potenzjali futuri oħra; |
(b) |
ir-reżiljenza u s-sigurtà, imkejla billi tiġi vvalutata s-sigurtà tal-infrastruttura; |
(c) |
il-mitigazzjoni tal-piż u r-riskju ambjentali permezz tan-newtralizzazzjoni permanenti tad-diossidu tal-karbonju. |
ANNESS V
ANALIŻI KOST-BENEFIĊĊJI TAS-SISTEMA TAL-ENERĠIJA KOLLHA
Il-metodoloġiji għall-analiżijiet dwar il-kost-benefiċċji żviluppati mill-ENTSO tal-Elettriku u mill-ENTSO tal-Gass għandhom ikunu konsistenti b’mod reċiproku, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet settorjali. Il-metodoloġiji għal analiżi armonizzata u trasparenti tal-kost-benefiċċji tas-sistema tal-enerġija kollha għal proġetti fil-lista tal-Unjoni għandhom ikunu uniformi għall-kategoriji kollha tal-infrastruttura, sakemm ma jkunux ġustifikati diverġenzi speċifiċi. Dawn għandhom jindirizzaw il-kostijiet fis-sens usa’, inkluż l-esternalitajiet, fid-dawl tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
(1) |
iż-żona ta’ analiżi ta’ proġett individwali għandha tkopri l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha li l-proġett ikun ser jinbena fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri kollha li jkunu ġirien diretti u l-Istati Membri l-oħra kollha li fihom il-proġett għandu impatt sinifikanti. Għal dan il-għan, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jikkooperaw mal-operaturi tas-sistema rilevanti kollha fil-pajjiżi terzi rilevanti. Fil-każ ta’ proġetti li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jikkooperaw mal-promotur tal-proġett, inkluż meta ma jkunx operatur tas-sistema; |
(2) |
kull analiżi tal-kost-benefiċċji għandha tinkludi analiżijiet ta’ sensittività dwar is-sett ta’ data ta’ input, inkluż il-kostijiet tal-ġenerazzjoni u tal-gassijiet serra kif ukoll l-iżvilupp mistenni tad-domanda u l-provvista, inkluż fir-rigward tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u inkluż il-flessibbiltà tat-tnejn, u d-disponibbiltà tal-ħżin, id-data meta jkunu ġew ikkummissjonati diversi proġetti differenti fl-istess żona ta’ analiżi, l-impatti klimatiċi u parametri rilevanti oħra; |
(3) |
għandhom jiddefinixxu l-analiżi li għandha titwettaq, abbażi tas-sett ta’ data ta’ input rilevanti, billi tiddetermina l-impatt għal kull proġett jekk isir u jekk ma jsirx u għandhom jinkludu l-interdipendenzi rilevanti mal-proġetti l-oħra; |
(4) |
għandhom jagħtu gwida għall-iżvilupp u l-użu tal-immudellar tan-network tal-enerġija u tas-suq meħtieġ għall-analiżi tal-kost-benefiċċji. L-immudellar għandu jippermetti valutazzjoni sħiħa tal-benefiċċji ekonomiċi, inkluż l-integrazzjoni tas-suq, is-sigurtà tal-provvista u l-kompetizzjoni, kif ukoll it-tneħħija tal-iżolament fil-qasam tal-enerġija, l-impatti soċjali, ambjentali u klimatiċi, inkluż l-impatti transsettorjali. Il-metodoloġija għandha tkun kompletament trasparenti inkluż id-dettalji dwar għaliex, xiex u kif jiġu kkalkulati kull wieħed u waħda mill-benefiċċji u l-kostijiet; |
(5) |
għandhom jinkludu spjegazzjoni dwar kif huwa implimentat il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” fil-passi kollha tal-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha; |
(6) |
għandhom jispjegaw li l-iżvilupp u l-użu ta’ enerġiji rinnovabbli mhux ser jiġu mfixkla mill-proġett; |
(7) |
għandhom jiżguraw li jiġu identifikati l-Istati Membri li l-proġett ikollu impatt nett pożittiv fuqhom, il-benefiċjarji, l-Istati Membri li l-proġett ikollu impatt nett negattiv fuqhom, u dawk li jġarrbu l-kostijiet, li jistgħu jkunu Stati Membri li mhumiex dawk li fit-territorju tagħhom tinbena l-infrastruttura; |
(8) |
għandhom iqisu, mill-inqas, in-nefqa kapitali, il-kostijiet tan-nefqa operattiva u n-nefqa tal-manutenzjoni kif ukoll il-kostijiet ikkawżati għas-sistema relatata matul iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett kollu kemm hu bħall-kostijiet tad-dekummissjonar u tal-ġestjoni tal-iskart, inkluż kostijiet esterni. Il-metodoloġiji għandhom jagħtu gwida fuq ir-rati ta’ skont, it-tul teknikutal-ħajja u l-valur residwu li għandhom jintużaw għall-kalkoli tal-benefiċċji meta mqabbla mal-kostijiet. Barra minn hekk, għandhom jinkludu metodoloġija obbligatorja biex jiġi kkalkulat il-proporzjon kostijiet-benefiċċji u l-valur preżenti nett, kif ukoll differenzjazzjoni tal-benefiċċji f’konformità mal-livell ta’ affidabbiltà tal-metodi ta’ stima tagħhom. Il-metodi biex jiġu kkalkulati l-impatti klimatiċi u ambjentali tal-proġetti u l-kontribut għall-miri tal-enerġija tal-Unjoni, bħall-miri tal-penetrazzjonijiet tal-enerġiji rinnovabbli, tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-interkonnessjoni għandhom jitqiesu wkoll; |
(9) |
għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima meħuda għal kull proġett jiġu vvalutati u jirriflettu l-kost tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u li l-valutazzjoni tkun robusta u konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni sabiex ikun jista’ jsir tqabbil ma’ soluzzjonijiet oħra li ma jeħtiġux infrastrutturi ġodda. |
ANNESS VI
LINJI GWIDA DWAR IT-TRASPARENZA U L-PARTEĊIPAZZJONI TAL-PUBBLIKU
(1)
Il-manwal tal-proċeduri msemmi fl-Artikolu 9(1) għandu mill-inqas jinkludi:
(a) |
l-ispeċifikazzjoni tal-liġijiet rilevanti li fuqhom ikunu bbażati d-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet għad-diversi tipi ta’ proġetti ta’ interess komuni rilevanti, inkluża l-liġi ambjentali; |
(b) |
il-lista ta’ deċiżjonijiet u opinjonijiet rilevanti li għandhom jinkisbu; |
(c) |
l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti, l-awtoritajiet l-oħra kkonċernati u l-partijiet ikkonċernati ewlenin interessati; |
(d) |
il-fluss tax-xogħol, b’deskrizzjoni ta’ kull stadju fil-proċess, inklużi skeda taż-żmien indikattiva u ħarsa ġenerali fil-qosor lejn il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għad-diversi tipi ta’ proġetti rilevanti ta’ interess komuni; |
(e) |
informazzjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni, l-istruttura u l-livell ta’ dettall tad-dokumenti li għandhom jiġu sottomessi flimkien mal-applikazzjoni għal deċiżjonijiet, inkluża lista ta’ verifika; |
(f) |
l-istadji u l-mezzi biex il-pubbliku ġenerali jipparteċipa fil-proċess; |
(g) |
il-mod li bih l-awtorità kompetenti, l-awtoritajiet l-oħra kkonċernati u l-promotur ta’ proġett għandhom juru li l-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjoni pubblika ġew ikkunsidrati, pereżempju billi juru x’bidliet saru fil-post u d-disinn tal-proġett jew billi jipprovdu raġunijiet għaliex dawn l-opinjonijiet ma ġewx ikkunsidrati; |
(h) |
kemm jista’ jkun possibbli, it-traduzzjonijiet tal-kontenut tiegħu fil-lingwi kollha tal-Istati Membri ġirien għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien rilevanti. |
(2)
L-iskeda dettaljata msemmija fil-punt (b), tal-Artikolu 10(6) għandha tispeċifika tal-inqas dan li ġej:
(a) |
id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li għandhom jinkisbu; |
(b) |
l-awtoritajiet, il-partijiet interessati, u l-pubbliku li x’aktarx ikunu kkonċernati; |
(c) |
l-istadji individwali tal-proċedura u t-tul tagħhom; |
(d) |
it-tragwardi ewlenin li għandhom jintlaħqu u l-iskadenzi tagħhom fid-dawl tad-deċiżjoni komprensiva li għandha tittieħed; |
(e) |
ir-riżorsi ppjanati mill-awtoritajiet u l-ħtiġijiet possibbli għal riżorsi addizzjonali. |
(3)
Mingħajr ebda preġudizzju għar-rekwiżiti tal-konsultazzjonijiet pubbliċi skont il-liġi ambjentali, biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess għall-għoti ta’ permessi u biex jiġu żgurati minn qabel it-tagħrif u d-djalogu mal-pubbliku, għandhom jiġu applikati l-prinċipji li ġejjin:
(a) |
il-partijiet ikkonċernati milquta minn proġett ta’ interess komuni, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti, is-sidien ta’ artijiet u ċ-ċittadini li jgħixu fl-inħawi tal-proġett, il-pubbliku ġenerali u l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, għandhom jiġu informati u kkonsultati b’mod estensiv fi stadju bikri, b’mod inklużiv, meta jkun għadu jista’ jitqies it-tħassib potenzjali tal-pubbliku u b’mod miftuħ u trasparenti. Fejn rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tappoġġa b’mod attiv l-attivitajiet imwettqa mill-promotur tal-proġett; |
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika għall-proġetti ta’ interess komuni jinġabru flimkien fejn ikun possibbli, inklużi konsultazzjonijiet pubbliċi li diġà huma meħtieġa skont il-liġi nazzjonali. Kull konsultazzjoni pubblika għandha tkopri s-suġġetti kollha rilevanti għall-istadju partikolari tal-proċedura, u suġġett partikolari wieħed rilevanti għal dak l-istadju partikolari tal-proċedura m’għandux jiġi indirizzat f’iżjed minn konsultazzjoni pubblika waħda; madankollu, tista’ ssir konsultazzjoni pubblika waħda f’aktar minn post ġeografiku wieħed. Is-suġġetti indirizzati minn konsultazzjoni pubblika għandhom ikunu indikati b’mod ċar fin-notifika tal-konsultazzjoni pubblika; |
(c) |
il-kummenti u l-oġġezzjonijiet għandhom ikunu ammissibbli biss mill-bidu tal-konsultazzjoni pubblika sad-data tal-iskadenza; |
(d) |
il-promoturi tal-proġett għandhom jiżguraw li l-konsultazzjonijiet isiru matul perjodu li jippermetti parteċipazzjoni pubblika miftuħa u inklużiva. |
(4)
Il-kunċett ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku għandu mill-inqas jinkludi informazzjoni dwar:
(a) |
il-partijiet interessati kkonċernati u indirizzati; |
(b) |
il-miżuri previsti, inklużi l-indikazzjonijiet ġenerali għall-postijiet u d-dati proposti għal-laqgħat iddedikati; |
(c) |
l-iskeda taż-żmien; |
(d) |
ir-riżorsi umani allokati għal diversi kompiti. |
(5)
Fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika li għandha titwettaq qabel is-sottomissjoni tal-fajl ta’ applikazzjoni, il-partijiet rilevanti għandhom mill-inqas:
(a) |
jippubblikaw, f’forma elettronika u, fejn rilevanti, stampata, fuljett ta’ informazzjoni ta’ mhux iżjed minn 15-il paġna, li jagħti ħarsa ġenerali, b’mod ċar u konċiż, lejn id-deskrizzjoni, l-iskop u l-iskeda taż-żmien preliminari tal-passi tal-iżvilupp tal-proġett, il-pjan ta’ żvilupp tal-grilja nazzjonali, ir-rotot alternattivi kkunsidrati, it-tipi u l-karatteristiċi tal-impatt potenzjali, inklużi dawk ta’ natura transfruntiera jew transkonfinali, u l-miżuri ta’ mitigazzjoni possibbli, b’tali fuljett ta’ informazzjoni li jiġi ppubblikat qabel ma tibda l-konsultazzjoni u li jiġu elenkati l-indirizzi tal-Internet tal-proġett ta’ interess komuni msemmi fl-Artikolu 9(7), tal-pjattaforma għat-trasparenza msemmija fl-Artikolu 23 u l-manwal tal-proċeduri msemmi fil-punt (1) ta’ dan l-Anness; |
(b) |
jippubblikaw l-informazzjoni dwar il-konsultazzjoni fuq is-sit web tal-proġett ta’ interess komuni msemmi fl-Artikolu 9(7), fuq it-tabelli tal-avviżi tal-uffiċċji tal-amministrazzjonijiet lokali, u, tal-inqas, f’sors jew, jekk applikabbli, f’żewġ sorsi tal-midja lokali; |
(c) |
jistiednu, bil-miktub jew elettronikament, lill-partijiet ikkonċernati milquta, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjoni u l-gruppi rilevanti għal laqgħat iddedikati, li fihom għandu jiġi diskuss it-tħassib. |
(6)
Is-sit web tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 9(7) għandu jippubblika tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
id-data meta s-sit web tal-proġett ġie aġġornat l-aħħar; |
(b) |
it-traduzzjonijiet tal-kontenut tiegħu fil-lingwi kollha tal-Istati Membri li jikkonċerna l-proġett jew li fuqhom il-proġett għandu impatt transfruntier sinifikanti f’konformità mal-punt (1) tal-Anness IV; |
(c) |
il-fuljett ta’ tagħrif imsemmi fil-punt (5) aġġornat bl-aħħar data dwar il-proġett; |
(d) |
sommarju mhux tekniku li jiġi aġġornat regolarment, li jirrifletti l-istatus attwali tal-proġett, inkluża l-informazzjoni ġeografika, u jindika b’mod ċar, fil-każ ta’ aġġornamenti, il-bidliet fil-verżjonijiet preċedenti; |
(e) |
il-pjan ta’ implimentazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 5(1) aġġornat bl-aħħar data dwar il-proġett; |
(f) |
il-fondi allokati u żborżati mill-Unjoni għall-proġett; |
(g) |
l-ippjanar tal-proġett u tal-konsultazzjoni pubblika, b’indikazzjoni ċara tad-dati u l-postijiet tal-konsultazzjonijiet u s-smigħ pubbliċi u t-temi previsti rilevanti għal dak is-smigħ; |
(h) |
id-dettalji ta’ kuntatt bil-għan li jinkisbu informazzjoni jew dokumenti addizzjonali; |
(i) |
id-dettalji ta’ kuntatt fejn jistgħu jiġu trażmessi kummenti u oġġezzjonijiet waqt il-konsultazzjonijiet pubbliċi. |