2.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/353

tal-2 ta’ Marzu 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

Fl-24 ta’ Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna u l-forzi armati Russi bdew attakk kontra l-Ukrajna. Dak l-attakk huwa ksur sfaċċat tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(4)

Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna fl-aktar termini qawwija possibbli l-invażjoni mhux provokata tal-Ukrajna mill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u l-involviment tal-Belarussja f’din l-aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-Rappreżentant Għoli indika li r-rispons tal-Unjoni ser jinkludi miżuri restrittivi kemm settorjali kif ukoll individwali.

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. Bl-azzjonijiet militari illegali tagħha, ir-Russja qed tikser b’mod serju d-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-NU, u qed iddgħajjef is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea u globali. Il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa wkoll l-involviment tal-Belarussja f’din l-aggressjoni kontra l-Ukrajna u appellalha biex toqgħod lura minn tali azzjoni u biex tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha.

(6)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni u tal-fatt li l-Belarussja qed tipparteċipa f’invażjoni mhux provokata Russa kontra l-Ukrajna billi tippermetti aggressjoni militari mit-territorju tagħha, il-Kunsill iqis li 22 persuna jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-2 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“697.

Leonid Viktorovich KASINSKY

(Russu: Леонид Викторович КАСИНСКИЙ;

Belarussu: Леанiд Вiктаравiч КАСIНСКI)

Data tat-twelid: 29.6.1972

Post tat-twelid: Grodno, SSR tal-Belarussja, issa l-Belarussja

Funzjoni: Maġġur Ġeneral, Assistent tal-Ministru għad-Difiża għax-Xogħol Ideoloġiku fil-Forzi Armati u Kap tad-Direttorat Ewlieni għax-Xogħol Ideoloġiku fil-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Leonid Kasinsky għandu l-pożizzjoni ta’ assistent tal-Ministru għad-Difiża tal-Belarussja għall-ħidma ideoloġika fil-forzi armati. Huwa wkoll kap tad-Direttorat Ewlieni għall-ħidma ideoloġika fil-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Leonid Kasinsky qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

698.

Igor Vladimirovich MOZHILOVSKY

(Russu: Игорь Владимирович МОЖИЛОВСКИЙ;

Belarussu: Iгар Уладзiмiравiч МАЖЫЛОЎСКI)

Data tat-twelid: 28.2.1971

Post tat-twelid: Dubrovno, SSR tal-Belarussja, issa l-Belarussja

Funzjoni: Maġġur Ġeneral, Assistent tal-Ministru għad-Difiża għall-Ekonomija Militari u l-Finanzi u Kap tad-Direttorat Ewlieni għax-Xogħol Ideoloġiku fil-Ministeru għad-Difiża

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Igor Mozhilovsky għandu l-pożizzjoni ta’ assistent tal-Ministru għad-Difiża tal-Belarussja għall-ekonomija militari u l-finanzi. Huwa wkoll kap tad-Dipartiment Ewlieni għall-Finanzi u l-Ekonomija fil-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Igor Mozhilovsky qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

699.

Oleg Leonidovich VOINOV

(Russu: Олег Леонидович ВОИНОВ;

Belarussu: Алег Леанiдавiч ВОIНАЎ)

Data tat-twelid: 26.3.1967

Post tat-twelid: Dnepropetrovsk, SSR tal-Ukrajna, issa Dnipro, l-Ukrajna

Funzjoni: Maġġur Ġeneral, Kap tad-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Militari Internazzjonali tal-Ministeru Belarussu għad-Difiża u Assistent tal-Ministru għad-Difiża għall-Kooperazzjoni Militari Internazzjonali

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Oleg Vovinov għandu kariga ta’ Kap tad-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Militari Internazzjonali tal-Ministeru għad-Difiża u Assistent tal-Ministru għad-Difiża għall-Kooperazzjoni Militari Internazzjonali.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Oleg Voinov qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

700.

Sergei Anatolievich SAUTA

(Russu: Сергей Анатольевич САУТА;

Belarussu: Сяргей Анатольевiч САЎТА)

Funzjoni: Kurunell, Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ Legali tal-Ministeru għad-Difiża tar-Repubblika tal-Belarussja

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Sergei Sauta għandu l-pożizzjoni ta’ Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ Legali tal-Ministeru għad-Difiża tar-Repubblika tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Sergei Sauta qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

701.

Ivan Josephovich BOGUSLAVSKY

(Russu: Иван Иосифович БОГУСЛАВСКИЙ;

Belarussu: Iван Iосiфавiч БАГУСЛАЎСКI)

Data tat-twelid: 4.8.1968

Post tat-twelid: Kalivaria, SSR tal-Belarussja

Funzjoni: Maġġur Ġeneral, Kap tal-Ispettorat Militari tal-Forzi Armati fil-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Ivan Boguslavsky għandu l-pożizzjoni ta’ Kap tal-Ispettorat Militari Ewlieni tal-Forzi Armati fil-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Ivan Boguslavsky qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

702.

Dmitry Anatolievich MIHOLAP

(Russu: Дмитрий Анатольевич МИХОЛАП;

Belarussu: Дзмiтрый Анатольевiч МIХАЛАП)

Data tat-twelid: 28.12.1974

Post tat-twelid: Bukino, SSR tal-Belarussja

Funzjoni: Kurunell, Viċi Kmandant tal-Forza tal-Ajru Belorussa u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Dmitry Miholap għandu l-pożizzjoni ta’ viċi kmandant tal-Forza tal-Ajru Belarussa u tal-Forzi għad-Difiża tal-Ajru tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Dmitry Miholap qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

703.

Anatoliy Anatolievich BULAVKO

(Russu: Анатолий Анатольевич БУЛАВКО;

Belarussu: Анатоль Анатольевiч БУЛАЎКА)

Data tat-twelid: 1.5.1969

Post tat-twelid: Kalinkovichi, SSR tal-Belarussja, issa l-Belarussja

Funzjoni: Kurunell, viċi kmandant għall-ħidma ideoloġika u kap tal-ħidma ideoloġika tal-Forza tal-Ajru Belarussa u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Anatoliy Bulavko għandu l-pożizzjoni ta’ viċi kmandant għall-ħidma ideoloġika u kap tal-ħidma ideoloġika tal-Forza tal-Ajru Belarussa u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Anatoliy Bulavko qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

704.

Victor Vladimirovich SOYKO

(Russu: Виктор Владимирович СОЙКО;

Belarussu: Вiктар Уладзiмiравiч СОЙКА)

Data tat-twelid: 3.7. 1971

Post tat-twelid: Komsomolskaya, SSR tal-Belarussja

Funzjoni: Kurunell, Viċi Kmandant għall-Armamenti u Kap tal-Forza tal-Ajru Belarussa u d-Dipartiment tal-Armamenti tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Victor Soyko għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant għall-Armamenti u Kap tal-Forza tal-Ajru Belarussa u d-Dipartiment tal-Armamenti tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Victor Soyko qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

705.

Yuri Mikhailovich PEYGANOVICH

(Russu: Юрий Михайлович ПЕЙГАНОВИЧ;

Belarussu: Юрый Мiхайлавiч ПЕЙГАНОВIЧ)

Funzjoni: Kurunell, Viċi Kmandant tal-Forza tal-Ajru Belarussa u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru għal-Loġistika u Kap tad-Dipartiment

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Yuri Peyganovich għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant tal-Forza tal-Ajru Belarussa u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru għal-Loġistika u Kap tad-Dipartiment.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Yuri Peyganovich qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

706.

Alexander Ivanovich BAS

(Russu: Александр Иванович БАС;

Belarussu: Аляксандр Iванавiч БАС)

Data tat-twelid: 17.8.1971

Post tat-twelid: Khotomel, SSR tal-Belarussja, issa l-Belarussja

Funzjoni: Kurunell, Viċi Kmandant tal-Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Alexander Bas għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant tal-Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Alexander Bas qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

707.

Dmitry Leontievich BEKREN

(Russu: Дмитрий Леонтьевич БЕКРЕНЬ)

Data tat-twelid: 16.7.1979

Post tat-twelid: Slonim, SSR tal-Belarussja, issa l-Belarussja

Funzjoni: Viċi Kmandant tal-Armata għall-Ideoloġija, Kap tad-Dipartiment tal-Ideoloġija tal-Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja, Kurunell

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Dmitry Leontievich Bekren għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant tal-Armata għall-Ideoloġija, u Kap tad-Dipartiment tal-Ideoloġija tal-Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Dmitry Leontievich Bekren qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

708.

Vitaly Fridrikhovich KILCHEVSKY

(Russu: Виталий Фридрихович КИЛЬЧЕВСКИЙ)

Data tat-twelid: 31.10.1978

Post tat-twelid: Ir-raħal ta’ Patashnya, SFSR tal-Belarussja, issa l-Belarussja

Funzjoni: Viċi Kmandant għall-Armamenti u Kap tal-Armamenti, Kurunell

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Vitaly Fridrikhovich Kilchevsky għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant għall-Armamenti u Kap tal-Armamenti tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vitaly Fridrikhovich Kilchevsky qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

709.

Sergey Nikolayevich GRINYUK

(Russu: Сергей Николаевич ГРИНЮК)

Data tat-twelid: 11.5.1971

Post tat-Twelid: fi Brest, SSR tal-Belarussja, issa l-Federazzjoni Russa

Funzjoni: Viċi Kmandant tat-Truppi għal-Loġistika, Kap tad-Dipartiment tal-Loġistika, Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja, Kurunell

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Sergey Nikolayevich Grinyuk għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant tat-Truppi għal-Loġistika, u ta’ Kap tad-Dipartiment tal-Loġistika, Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Sergey Nikolayevich Grinyuk qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

710.

Aleksandr Viktorovich NAUMENKO

(Russu: Александр Викторович НАУМЕНКО)

Funzjoni: Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operazzjonali tal-Majjistral tal-Belarussja, Maġġur Ġeneral

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Aleksandr Viktorovich Naumenko għandu l-pożizzjoni ta’ Kmandant tat-Troops tal-Kmand Operazzjonali tal-Majjistral tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Aleksandr Viktorovich Naumenko qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

711.

Vadim Evgenievich SHADURA

(Russu: Вадим Евгеньевич ШАДУРА)

Funzjoni: Kap tal-Persunal - l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja, Kurunell

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Vadim Evgenievich Shadura għandu l-pożizzjoni ta’ Kap tal-Persunal - l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vadim Evgenievich Shadura qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

712.

Vladimir Vladimirovich KULAZHIN

(Russu: Владимир Владимирович КУЛАЖИН)

Funzjoni: Viċi Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja, Maġġur Ġeneral

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Vladimir Vladimirovich Kulazhin għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vladimir Vladimirovich Kulazhin qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

713.

Valery Ivanovich YANUSHKEVICH

(Russu: Валерий Иванович ЯНУШКЕВИЧ)

Funzjoni: Viċi Kmandant tat-Truppi għall-Ħidma Ideoloġika - Kap tad-Dipartiment tal-Ħidma Ideoloġika tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja, Kurunell

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Valery Ivanovich Yanushkevich għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant tat-Truppi għall-Ħidma Ideoloġika - Kap tad-Dipartiment tal-Ħidma Ideoloġika tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Valery Ivanovich Yanushkevich qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

714.

Vyacheslav Aleksandrovich LENKEVICH

(Russu: Вячеслав Александрович ЛЕНКЕВИЧ)

Funzjoni: Viċi Kmandant Responsabbli mil-Loġistika, Kap tal-Loġistika tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja, Kurunell

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Vyacheslav Aleksandrovich Lenkevich għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant Responsabbli mil-Loġistika u ta’ Kap tal-Loġistika tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vyacheslav Aleksandrovich Lenkevich qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

715.

Dmitri Ivanovich SUROVICH

(Russu: Дмитрий Иванович СУРОВИЧ)

Funzjoni: Viċi Kmandant għall-Armamenti, Kap tad-Direttorat tal-Armamenti tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja, Kurunell

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Dmitri Ivanovich Surovich għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant għall-Armamenti, u tal-Kap tad-Direttorat tal-Armamenti tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Dmitri Ivanovich Surovich qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

716.

Oleg Nikolayevich KOPYL

(Russu: Олег Николаевич КОПЫЛ)

Sess: raġel

Funzjoni: Kurunell; l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni - Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ Morali u Psikoloġiku tad-Dipartiment Ewlieni tal-Ħidma Ideoloġika tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja

Oleg Kopyl huwa l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni - Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ Morali u Psikoloġiku tad-Dipartiment Ewlieni tal-Ħidma Ideoloġika tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Oleg Kopyl qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

717.

Dmitry Alexandrovich ZABROTSKY

(Russu: Дмитрий Александрович ЗАБРОЦКИ)

Data tat-twelid: 2.7.1971

Funzjoni: Kurunell, l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Finanzjarju u Ekonomiku Ewlieni tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja

Sess: raġel

Dmitry Zabrotsky huwa l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Finanzjarju u Ekonomiku Ewlieni tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Dmitry Zabrotsky qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

718.

Vadim Anatolyevich LUKASHEVICH

(Russu: Вадим Анатольевич ЛУКАШЕВИЧ)

Funzjoni: Kap tad-dipartiment tal-informazzjoni tad-dipartiment ewlieni tal-ħidma ideoloġika tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja, Kurunell

Sess: raġel

Vadim Lukashevich huwa l-kap tad-dipartiment tal-informazzjoni tad-dipartiment ewlieni tal-ħidma ideoloġika tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vadim Lukashevich qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022”