9.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/169

tat-8 ta’ Frar 2022

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (larva Tenebrio molitor) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Fit-28 ta’ Diċembru 2018, il-kumpanija Fair Insects BV (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed il-forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (larva Tenebrio molitor) fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid. L-applikant talab li l-forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (larva Tenebrio molitor) jintużaw f’għadd ta’ ikel maħsub għall-popolazzjoni ġenerali.

(4)

L-applikant issottometta wkoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data proprjetarja għal għadd ta’ data sottomessa b’appoġġ għall-applikazzjoni. Jiġifieri, deskrizzjoni dettaljata tal-proċess ta’ produzzjoni (3), data analitika dwar il-kompożizzjoni (4), studji tal-istabbiltà (5), studji tad-diġestibbiltà tal-proteini (6), studju taċ-ċitotossiċità, inklużi rapporti sħiħ ta’ studju (7), lista ta’ data analitika dwar il-kompożizzjoni (8), il-valutazzjoni tal-konsum u l-użi proposti u l-livelli tal-użu (9).

(5)

F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fid-9 ta’ Awwissu 2019 il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tagħti opinjoni xjentifika billi twettaq valutazzjoni tad-dud tad-dqiq friżat u mnixxef (larva Tenebrio molitor) bħala ikel ġdid.

(6)

Fis-7 ta’ Lulju 2021 l-Awtorità, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283 adottat l-opinjoni xjentifika tagħha dwar is-“Sikurezza ta’ formulazzjonijiet iffriżati u mnixxfa minn dudu tad-dqiq sħiħ (Tenebrio molitor larva) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283” (10).

(7)

Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (Tenebrio molitor larva) huma sikuri skont l-użi u l-livelli tal-użu proposti. Għalhekk, l-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (Tenebrio molitor larva) skont il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu jissodisfaw ir-rekwiżiti għat-tqegħid tiegħu fis-suq skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(8)

F’dik l-opinjoni u fl-opinjoni tal-Awtorità dwar l-“Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza tad-dudu tad-dqiq imnixxef (Tenebrio molitor larva) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283” (11), l-Awtorità kkonkludiet ukoll abbażi ta’ evidenza ppubblikata limitata dwar l-allerġija tal-ikel relatata mal-insetti, li l-konsum tal-ikel ġdid jista’ jwassal għal sensitizzazzjoni primarja u reazzjonijiet allerġiċi għall-proteini tad-dudu tad-dqiq. Skont ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità biex twettaq riċerka dwar l-allerġeniċità għal-larva tat-Tenebrio molitor, il-Kummissjoni bħalissa qed tesplora l-modi biex twettaq ir-riċerka meħtieġa. Sakemm id-data tiġi ġġenerata mir-riċerka u tiġi vvalutata mill-Awtorità, u meta wieħed iqis li, sal-lum, ġew irrapportati biss il-ftit każijiet allerġiċi skont id-data disponibbli għall-industrija tal-insetti tal-larva (12) mnixxfa ta’ Tenebrio molitor, il-Kummissjoni tqis li ma jenħtieġx li jiġi inkluż rekwiżit ta’ tikkettar speċifiku li jikkonċerna l-potenzjal tal-larva ta’ Tenebrio molitor li tikkawża sensitizzazzjoni primarja, fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(9)

F’dawk l-opinjonijiet, l-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-konsum tal-ikel ġdid jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi f’persuni li huma allerġiċi għall-krustaċji u d-dud tat-trab minħabba r-reattività inkroċjata. Barra minn hekk, l-Awtorità nnutat li jistgħu jispiċċaw allerġeni addizzjonali fl-ikel ġdid, jekk dawn l-allerġeni jkunu preżenti fis-substrat mitmugħ lill-insetti. Dan jista’ jinkludi allerġeni elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Għalhekk, huwa xieraq li l-forom friżati, mnixxfa, u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (Tenebrio molitor larva) isiru disponibbli għall-konsumatur bħala tali u ikel li jkun fih dawn il-preparazzjonijiet jkunu ttikkettati kif xieraq skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

(10)

Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità nnutat li d-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess ta’ produzzjoni, id-data analitika dwar il-kompożizzjoni, l-istudji dwar l-istabbiltà, l-istudju dwar id-diġestibbiltà tal-proteini, l-istudju dwar iċ-ċitotossiċità, inklużi rapporti sħaħ ta’ studju, serviet bħala bażi biex tiġi stabbilita s-sikurezza tal-ikel ġdid. L-awtorità nnutat ukoll li ma setgħetx tasal għall-konklużjoni tagħha mingħajr dik id-data, iddikjarata mill-applikant bħala proprjetarja.

(11)

Il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dik id-data u biex jiċċara t-talba tiegħu għal dritt esklużiv ta’ referenza għal dik id-data, kif meħtieġ skont l-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(12)

L-applikant iddikjara li, fiż-żmien li ġiet imressqa l-applikazzjoni, kellu d-dritt proprjetarju u esklużiv ta’ referenza għal dik id-data skont il-liġi nazzjonali, u li għalhekk il-partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw, jużaw jew jirreferu għal dik id-data b’mod legali.

(13)

Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha li pprovdielha l-applikant u kienet tal-fehma li l-applikant issostanzja biżżejjed it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni (14), id-data analitika dwar il-kompożizzjoni (15), tal-istudji dwar l-istabbiltà (16), tal-istudju dwar id-diġestibbiltà tal-proteini (17), studju dwar iċ-ċitotossiċità, inklużi r-rapporti ta’ studju sħaħ (18), li jinsabu fil-fajl tal-applikant, li fuqhom l-Awtorità bbażat il-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid u li mingħajrhom ma setgħetx tivvaluta l-ikel ġdid, jenħtieġ li ma jintużawx mill-Awtorità għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-applikant biss ikun awtorizzat iqiegħed forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (larva Tenebrio molitor) fis-suq fl-Unjoni matul dak il-perjodu.

(14)

Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (larva Tenebrio molitor) u tar-referenza għad-data li jinsabu fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku tal-applikant, ma twaqqafx lil applikanti oħra milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid, diment li l-applikazzjoni tagħhom tkun ibbażata fuq informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa l-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(15)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(16)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (larva Tenebrio molitor), kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-applikant oriġinali biss:

kumpanija: Fair Insects BV;

indirizz: Industriestraat 3, 5107 NC Dongen, in-Netherlands,

huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm xi applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament jew bi qbil ma’ Fair Insects BV.

3.

L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-istudji li hemm fil-fajl tal-applikazzjoni li fuq il-bażi tagħhom l-ikel ġdid imsemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat min-naħa tal-Awtorità, u li skont kif ġie ddikjarat mill-applikant huma propretarji, u li mingħajrhom l-ikel ġdid ma setax jiġi awtorizzat, ma għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr il-qbil ta’ Fair Insects BV.

Artikolu 3

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Taqsima 2.3_Proċess tal-produzzjoni, inklużi aġġornamenti; Appendiċi C11; Appendiċi C17 — Fair Insects BV, 2020 (mhux ippubblikat).

(4)  Taqsima 2.4_Data ta’ kompożizzjoni, inklużi aġġornamenti; Taqsima 2.9_Informazzjoni nutrizzjonali, inklużi l-aġġornamenti; Appendiċi B4, inklużi l-aġġornamenti; Appendiċi B5, inklużi l-aġġornamenti; Appendiċi C20; Appendiċi D1, inklużi l-aġġornamenti; Appendiċi D2, inklużi l-aġġornamenti; Appendiċi D6, inklużi l-aġġornamenti - Fair Insects BV, 2020 (mhux ippubblikat).

(5)  Appendiċi 2.4.4_Stability, inklużi l-aġġornamenti; Appendiċi C21; Appendiċi C22; Appendiċi D7, inklużi l-aġġornamenti - Fair Insects BV, 2020 (mhux ippubblikat).

(6)  Appendiċi D4, inklużi l-aġġornamenti — Fair Insects BV, 2020 (mhux ippubblikat). Studju DIASS (taqsima 2.8_upd, taqsima 2.9_upd, taqsima 2.11_upd).

(7)  Taqsima 2.10 Informazzjoni tossikoloġika, inklużi aġġornamenti; Appendiċi D5, inklużi l-aġġornamenti - Fair Insects BV, 2020 (mhux ippubblikat).

(8)  Appendiċi B2, Fair Insects BV, 2020 (mhux ippubblikat).

(9)  Valutazzjoni tal-konsum minn Schuttelaar & Partners (taqsima 2.7_upd); Data proposta dwar l-użu u l-livelli tal-użu stmata minn Schuttelaar & Partners (taqsima 2.7_upd) — Fair Insects BV, 2020 (mhux ippubblikata);

(10)  EFSA Journal 2021; 19(8):6778.

(11)  EFSA Journal 2021; 19(1):6343.

(12)  Il-larva ta’ Tenebrio molitor titqiegħed fis-suq f’għadd ta’ Stati Membri skont il-miżuri tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(14)  Taqsima 2.3_Proċess tal-produzzjoni, inklużi aġġornamenti; Appendiċi C11; Appendiċi C17 — Fair Insects BV, 2020 (mhux ippubblikat).

(15)  Taqsima 2.4_Data ta’ kompożizzjoni, inklużi aġġornamenti; Taqsima 2.9_Informazzjoni nutrizzjonali, inklużi l-aġġornamenti; Appendiċi B4, inklużi l-aġġornamenti; Appendiċi B5, inklużi l-aġġornamenti; Appendiċi C20; Appendiċi D1, inklużi l-aġġornamenti; Appendiċi D2, inklużi l-aġġornamenti; Appendiċi D6, inklużi l-aġġornamenti - Fair Insects BV, 2020 (mhux ippubblikat).

(16)  Appendiċi 2.4.4_Stability, inklużi l-aġġornamenti; Appendiċi C21; Appendiċi C22; Appendiċi D7, inklużi l-aġġornamenti - Fair Insects BV, 2020 (mhux ippubblikat).

(17)  Appendiċi D4, inklużi l-aġġornamenti - Fair Insects BV, 2020 (mhux ippubblikat). Studju DIASS (taqsima 2.8_upd, taqsima 2.9_upd, taqsima 2.11_upd).

(18)  Taqsima 2.10 Informazzjoni tossikoloġika, inklużi aġġornamenti; Appendiċi D5, inklużi l-aġġornamenti - Fair Insects BV, 2020 (mhux ippubblikat).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ikel ġdid awtorizzat

Kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi addizzjonali

Rekwiżiti oħrajn

Protezzjoni tad-data

“Forom iffriżati, imnixxfin u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (larva Tenebrio molitor)

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi (g/100 g)

(kummerċjalizzati bħala tali jew rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet)

1.

Skont il-forma użata, id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun ‘dud tad-dqiq iffriżat (larva Tenebrio molitor)’, ‘dud tad-dqiq imnixxef (Tenebrio molitor larva)’, jew ‘trab tad-dud tad-dqiq (Tenebrio molitor larva)’.

2.

It-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom il-forom iffriżati, imnixxfa u tat-trab tad-dud tad-dqiq (larva Tenebrio molitor) għandu jkollu dikjarazzjoni li dan l-ingredjent jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi lill-konsumaturi b’allerġiji magħrufa għall-krustaċji, u għall-prodotti tagħhom, kif ukoll għall-akari tat-trab. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun qrib il-lista tal-ingredjenti.

 

Awtorizzat nhar l-1 ta’ Marzu 2022. Din l-inklużjoni tissejjes fuq evidenza xjentifika u data xjentifika proprjetarja protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

Applikant: Fair Insects BV, Industriestraat 3, 5107 NC Dongen, in-Netherlands.

Matul il-perjodu tal-protezzjoni tad-data, l-ikel ġdid ikun awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni minn Fair Insects BV biss, sakemm xi applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għal dak l-ikel ġdid mingħajr referenza għall-evidenza xjentifika jew għad-data xjentifika proprjetarja protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bi qbil ma’ Fair Insects BV.

Id-data ta’ tmiem il-protezzjoni tad-data: l-1 ta’ Marzu 2027.”

Iffriżat

Imnixxef jew trab

Forom iffriżati, imnixxfin u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (larva Tenebrio molitor)

 

 

Ħobż u bziezen b’diversi qmuħ; crackers u grissini

30

10

Bars taċ-ċereali

30

15

Prodotti bbażati fuq għaġin imnixxef; platti bbażati fuq l-għaġin (minbarra għaġin minfuħ); pizza u platti li jixbħu l-pizza

15

10

Prodotti b’bażi fuq għaġin mimli imnixxef

30

15

Taħlitiet minn qabel (niexfa) għal prodotti moħmija

30

15

Zlazi

30

10

Platti b’bażi ta’ patata, legumi

15

10

Trab tax-xorrox

40

20

Analogi tal-laħam

80

50

Sopop u insalati

20

5

Patata/krips

40

20

Xorb li jixbah lill-birer; xarbiet alkoħoliċi mħallta; taħlitiet ta’ xorb alkoħoliku

1

1

Prodotti taċ-ċikkulata

30

10

Ġewż, żrieragħ żejtnin u ċiċri

40

30

Prodotti ffriżati tal-ħalib iffermentat

15

5

Preparazzjonijiet tal-laħam

40

16

(2)

fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ikel Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjoni

“Forom iffriżati, imnixxfin u tat-trab tad-dudu tad-dqiq (larva Tenebrio molitor)

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

L-ikel il-ġdid huwa forom iffriżati, imnixxfin u tat-trab tad-dud tad-dqiq (larva Tenebrio molitor) It-terminu ‘dudu tad-dqiq’ jirreferi għall-forma ta’ larva ta’ Tenebrio molitor, speċi ta’ insetti fil-familja tal-ħanfus Tenebrionidae (darkling beetles). Sinonimu xjentifiku ieħor identifikat huwa Tenebrio molitor Linnaeus.

Id-dudu sħiħ huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem u l-ebda parti ma titneħħa.

Jeħtieġ perjodu minimu ta’ 24 siegħa ta’ sawm qabel ma l-insetti jinqatlu permezz tal-iffriżar, sabiex jingħata ċans li l-larva jbattlu l-kontenut ta’ msarinhom.

L-ikel ġdid huwa maħsub li jiġi mqiegħed fis-suq fi tliet forom differenti, jiġifieri: Larva T. molitor sħiħa, mismuta u ffriżata (iffriżata); Larva T. molitor (imnixxfa) sħiħa, imnaddfa u mnixxfa bil-friża li tista’ tkun f’forma ta’ trab (trab).

Parametri

Iffriżat

Imnixxef jew trab

Karatteristiċi/Kompożizzjoni

Irmied

0,9-1,10

3,6-4,1

Indewwa (% w/w)

69-75

≤ 5

Proteina mhux raffinata (N x 6,25) (% w/w)

14-19

54-60

Xaħam (% w/w)

li minnhom huma aċidi grassi saturati (% xaħam)

7-12,5

20-29

27-30

20-29

Karboidrati diġeribbli (% w/w)

1-2

4-8

Fibra (% w/w)

1,2-3,5

4-6

Kitina(*) (% w/w)

≤ 3

4-9

Valur tal-perossidu (Meq O2/kg xaħam)

≤ 5

≤ 5

Kontaminanti

Metalli tqal

 

 

Ċomb (mg/kg)

≤ 0,01

≤ 0,075

Kadmju (mg/kg)

≤ 0,05

≤ 0,1

Mikotossini

 

 

Aflatossini (Is-somma ta’ B1, B2, G1, G2) (μg/kg)

≤ 4

≤ 4

Aflatossina B1 (μg/kg)

≤ 2

≤ 2

Deossinivalenol (μg/kg)

≤ 200

≤ 200

Okratossina A (μg/kg)

≤ 1

≤ 1

Diossini u PCBs

 

 

Total ta’ diossini u dl-PCBs (UB, WHO-TEQ2005)(**) (pg/g xaħam)

≤ 0,75

≤ 0,75

Kriterji mikrobijoloġiċi

Għadd totali tal-kolonji aerobiċi (UJK/g)

≤ 105

≤ 105

Enterobacteriaceae (test preżuntiv) (UJK/g)

≤ 100

≤ 100

Escherichia coli (UJK/g)

≤ 50

≤ 50

Listeria monocytogenes

Assenti f’25 g

Assenti f’25 g

Salmonella spp

Assenti f’25 g

Assenti f’25 g

Bacillus cereus (test preżuntiv) (UJK/g)

≤ 100

≤ 100

Staphylococci koagulażi-pożittivi (UJK/g)

≤ 100

≤ 100

Anaerobi li jirriduċu s-sulfit (UJK/g)

≤ 30

≤ 30

Ħmira u moffa (UJK/g)

≤ 100

≤ 100

(*)

Kitin ikkalkulat bħala d-differenza bejn il-frazzjoni tal-Fibra tad-Deterġenti tal-Aċidu u l-frazzjoni ta’ Lignin tad-Deterġenti tal-Aċidu (ADF-ADL), kif deskritt minn Hahn et al. (2018).

(**)

Is-somma ta’ livell superjuri tal-poliklorodibenżo-p-diossini (PCDD)-poliklorodibenżofurani (PCDF) u tal-poliklorobifenili simili għad-diossini (PCB) espressa bħala l-ekwivalenti tossiku tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (bl-użu tal-WHO-TEF tal-2005)).

UJK: unitajiet li jifformaw kolonja.”