24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/92

tal-21 ta’ Jannar 2022

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodoloġiji tad-data ta’ monitoraġġ u l-format għar-rapportar ta’ skart mistad b’mod passiv

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(7), it-tieni subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(7) tad-Direttiva (UE) 2019/883, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data ta’ monitoraġġ dwar il-volum u l-kwantità ta’ skart mistad b’mod passiv tinġabar u tiġi rrapportata lill-Kummissjoni.

(2)

Il-Manwal tal-Eurostat dwar l-Istatistika tal-Iskart (2) għandu jinforma statistika tal-iskart ta’ kwalità għolja, armonizzata u effiċjenti skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u b’mod konsistenti mad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li tippermetti t-tqabbil tad-data madwar l-Istati Membri.

(3)

Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tipprovdi r-rapportar elettroniku tan-notifika avvanzata dwar l-iskart li tinkludi informazzjoni dwar l-iskart mistad b’mod passiv u metodoloġija speċifika hija meħtieġa għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-iskart mistad b’mod passiv minn bastimenti tas-sajd li huma soġġetti għad-Direttiva (UE) 2019/883 iżda li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE.

(4)

Mhux dejjem ikun possibbli jew kosteffettiv li jitkejlu kemm il-massa kif ukoll il-volum ta’ skart mistad b’mod passiv. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistmaw il-massa bħala funzjoni tal-volum jew tal-volum bħala funzjoni tal-massa bl-użu ta’ stima tad-densità tal-iskart mistad b’mod passiv adegwata għaċ-ċirkostanzi tagħhom.

(5)

Sabiex jiġu żgurati l-omoġeneità, il-kwalità u l-komparabbiltà tad-data miġbura għall-monitoraġġ tal-volum u l-kwantità ta’ skart mistad b’mod passiv fl-Istati Membri kollha, l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva (UE) 2019/883 jeħtieġ jieħdu l-forma ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-metodu għall-ġbir ta’ data dwar il-volum u l-massa ta’ skart mistad b’mod passiv mill-Istati Membri għandu jkun konsistenti mal-Manwal tal-Eurostat dwar l-Istatistika tal-Iskart.

2.   Għall-bastimenti tas-sajd li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE, il-ġbir tad-data dwar l-iskart mistad b’mod passiv għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta fin-notifika bil-quddiem dwar l-iskart skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/883.

3.   Għal bastimenti tas-sajd li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE, il-ġbir ta’ data dwar skart mistad b’mod passiv għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-metodi li ġejjin deskritti fil-Manwal tal-Eurostat dwar l-Istatistika tal-Iskart:

(a)

stħarriġ;

(b)

sorsi amministrattivi jew sorsi oħra;

(c)

proċeduri ta’ stima statistika;

(d)

kombinazzjoni tal-forom imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c);

Artikolu 2

1.   L-iskart mistad b’mod passiv għandu jiġi rrapportat skont il-komponenti stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness.

2.   L-iskart mistad b’mod passiv jista’ jinkludi rkaptu tas-sajd abbandunat, mitluf jew mormi b’xi mod ieħor, li jista’ jiġi rrapportat separatament minn skart tal-baħar ieħor.

3.   L-elementi obbligatorji u volontarji għar-rapportar ta’ skart mistad b’mod passiv huma stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness.

4.   Il-format tar-rapportar għall-iskart mistad b’mod passiv u l-metodu għall-aggregazzjoni huwa stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ skart mistad b’mod passiv għandu jiġi rrapportat fil-volum u fil-massa.

2.   Fejn xieraq, il-konverżjoni tal-volum (V) għal massa (m) għandha tiġi kkalkulata bil-formula li ġejja:

m = ρV

Fejn p hi d-densità stmata tal-materjal (kgm-3), hi l-massa (kg) u hi l-volum (m3).

Artikolu 4

Mill-1 ta’ Jannar 2022, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data u l-informazzjoni għall-perjodi annwali mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Ir-rapporti għandhom jiġu pprovduti elettronikament fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rapportar li għaliha jkunu nġabru.

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data miġbura għas-sena 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022, sal-limitu massimu possibbli skont l-Anness.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116.

(2)  “Manwal dwar l-istatistika tal-iskart — Manwal għall-ġbir tad-data dwar il-ġenerazzjoni u t-trattament tal-iskart” [2013 edition], Metodoloġiji tal-Eurostat u Dokumenti ta’ Ħidma, doi:10.2785/4198

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(5)  Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).


ANNESS

Tabella 1

Komponenti ta’ skart mistad b’mod passiv

Livell 1

Plastik

Metall

Gomma

Injam

Tessuti

Skart ieħor

Livell 2

Xbieki

Bagi

Kaxex tal-ħut

Ħbula/spag

Fliexken

Imballaġġ

Ċineg Banda ta’ Frekwenzi

Fowm

Laned

Tnabar taż-żejt

Fibri tal-ħġieġ

Fertilizzant u basktijiet tal-għalf tal-annimali

Oġġetti kbar oħra

Tnabar taż-żejt

Wajer

Laned taż-żebgħa

Filtri taż-żejt

Oġġetti oħra

Ingwanti

Tajers u ċinturini

Bwiez

Oġġetti oħra

Nases tas-sajd

Kaxxi

Palits

Oġġetti Oħra

Ħbula

Ħwejjeġ u żraben

Oġġetti oħra

Ħġieġ

Skart mediku

Skart sanitarju

Oġġetti oħra


Tabella 2

Elementi obbligatorji u volontarji tar-rapportar

Obbligatorju jew volontarju

Deskrizzjoni

Ċelloli korrispondenti fit-Tabella 3 li għandhom jiġu rrapportati

Obbligatorju

Il-massa totali u l-volum totali tal-iskart kollu mistad b’mod passiv.

Ċelloli fil-kolonni 1 u 4 tar-ringiela 1 (tipa grassa)

Volontarja

Massa u volum ta’ sajd passiv moħli aggregat skont l-oriġini tiegħu: ALDFG (*1) u skart ieħor fil-baħar.

Iċ-ċelloli kollha fir-ringiela 1

Volontarja

Massa u volum ta’ skart mistad b’mod passiv aggregat skont it-tip ta’ materjal (plastik, metalli, gomma u skart ieħor).

Iċ-ċelloli kollha fil-kolonni 1 u 4

Volontarja

Massa u volum ta’ sajd passiv moħli aggregat skont l-oriġini u t-tip ta’ materjal

Iċ-ċelloli kollha fit-Tabella 3


Tabella 3

Format tar-rappurtar għal skart mistad b’mod passiv

 

1

2

3

4

5

6

Massa totali (tunnellati)

ALDFG (*2) (tunnellati)

Skart tal-baħar ieħor (tunnellati)

Volum totali (μl)

ALDFG (*2) (m3)

Skart tal-baħar ieħor (m3)

1

Totali

A1+A2

A1 = B1+C1+D1+E1

A2 = B2+C2+D2+E2

F1+F2

F1 = G1+H1+I1+J1

F2 = G2+H2+I2+J2

2

Plastik

B1+B2

B1

B2

G1+G2

G1

G2

3

Metalli

C1+C2

C1

C2

H1+H2

H1

H2

4

Gomma

D1+D2

D1

D2

I1+I2

I1

I2

5

Injam, tessuti u skart ieħor

E1+E2

E1

E2

J1+J2

J1

J2


(*1)  Irkaptu tas-sajd abbandunat, mitluf jew mormi b’xi mod ieħor.

(*2)  Irkaptu tas-sajd abbandunat, mitluf jew mormi b’xi mod ieħor.