21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/84

tad-19 ta’ Jannar 2022

li jemenda għat-327 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fis-17 ta’ Jannar 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi tliet entrati mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, fl-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”, huma mħassra:

(1)

“Al-Haramain Islamic Foundation (alias (a) Vazir, (b) Vezir). Indirizz: (a) 64 Poturmahala, Travnik, Bosnja u Herżegovina; (b) Sarajevo, Bosnja u Herżegovina. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 13.3.2002.”

(2)

“Il-Fondazzjoni Iżlamika Al-Haramain (is-Somalja). Indirizz: Is-Somalja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 13.3.2002.”

(3)

“Al-Haramain Foundation (l-Indoneżja) (alias Yayasan Al-Manahil-Indonesia). Indirizz: Jalan Laut Sulawesi Block DII/4, Kavling Angkatan Laut Duren Sawit, Jakarta Timur 13440, l-Indoneżja (fi żmien l-elenkar). Informazzjoni oħra: (a) Telefon 021-86611265 u 021-86611266; (b) Fax: 021-8620174. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 26.1.2004.”