27.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/45


DIRETTIVA (UE) 2022/993 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Ġunju 2022

dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

(kodifikazzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlamemt Ewropew u tal-Kunsill (3) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali (4). Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi kkodifikata.

(2)

Sabiex jinżamm, u bl-għan li jittejjeb, il-livell għoli ta’ sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fil-baħar, huwa essenzjali li jinżamm u possibbilment li jittejjeb il-livell tal-għarfien u tal-ħiliet tal-baħħara tal-Unjoni bl-iżvilupp tat-taħriġ marittimu u taċ-ċertifikazzjoni f’konformità mar-regoli internazzjonali u l-progress teknoloġiku, kif ukoll li tittieħed azzjoni ulterjuri biex tissaħħaħ il-bażi tal-ħiliet marittimi Ewropej.

(3)

It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara huma regolati fuq livell internazzjonali mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) tal-1978 (il-Konvenzjoni STCW), li ġiet suġġetta għal reviżjoni kbira fil- Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW li saret f’Manila fl-2010 (l-emendi ta’ Manila). Fl-2015 u fl-2016 ġew adottati emendi ulterjuri għall-Konvenzjoni STCW.

(4)

Din id-Direttiva tinkorpora l-Konvenzjoni STCW fil-liġi tal-Unjoni. L-Istati Membri kollha huma firmatarji tal-Konvenzjoni STCW u għalhekk trid tinkiseb implimentazzjoni armonizzata tal-impenji internazzjonali tagħhom permezz tal-allinjament mal-Konvenzjoni STCW tar-regoli tal-Unjoni dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.

(5)

Is-settur marittimu tal-Unjoni għandu kompetenza esperta marittima ta’ kwalità għolja li tgħin biex tiżgura l-kompetittività tiegħu. Il-kwalità tat-taħriġ għall-baħħara hija importanti għall-kompetittività tas-settur u biex jiġu mħajjra ċ-ċittadini tal-Unjoni, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, għall-professjonijiet marittimi.

(6)

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu standards ogħla mill-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni STCW u f’din id-Direttiva.

(7)

Ir-Regolamenti tal-Konvenzjoni STCW annessi ma’ din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu ssupplimentati bid-dispożizzjonijiet mandatorji li jinsabu fil-Parti A tal-Kodiċi ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara (Kodiċi STCW). Il-Parti B tal-Kodiċi STCW fiha gwida rakkomandata maħsuba biex tassisti lill-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW, u lil dawk involuti fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni jew l-infurzar tal-miżuri tagħha, biex jagħtu lill-Konvenzjoni effett sħiħ u komplet b’mod uniformi.

(8)

Wieħed mill-għanijiet tal-politika komuni tat-trasport fil-qasam tat-trasport marittimu huwa li jiġi ffaċilitat il-moviment tal-baħħara fi ħdan l-Unjoni. Dan il-moviment jikkontribwixxi, fost affarijiet oħra, sabiex is-settur tat-trasport marittimu tal-Unjoni jsir aktar attraenti għall-ġenerazzjonijiet futuri, biex b’hekk tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-cluster marittimu Ewropew iħabbat wiċċu ma’ skarsezza ta’ persunal kompetenti bit-taħlita ġusta ta’ ħiliet u kompetenzi. Ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri huwa essenzjali biex jiffaċilita l-moviment liberu tal-baħħara. Fid-dawl tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa lil baħħara minn Stati Membri oħra għall-finijiet tal-ħruġ ta’ ċertifikati nazzjonali ta’ kompetenza jkunu bbażati fuq raġunijiet li jistgħu jiġu aċċertati mill-baħħara kkonċernati.

(9)

It-taħriġ għall-baħħara jenħtieġ li jkopri taħriġ teoretiku u prattiku adatt sabiex jiġi żgurat li l-baħħara jkunu kwalifikati biex jissodisfaw standards ta’ sigurtà u ta’ sikurezza u jkunu kapaċi jirrispondu għal perikli u emerġenzi.

(10)

L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu u jinfurżaw miżuri speċifiċi sabiex jipprevjenu u jippenalizzaw prattiki qarrieqa marbuta ma’ ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza kif ukoll li jsegwu l-isforzi tagħhom fi ħdan l-IMO sabiex jintlaħqu strumenti ta’ ftehim stretti u infurzabbli dwar il-ġlieda globali kontra dawk il-prattiki.

(11)

Jenħtieġ li jiġu żviluppati u implimentati standards tal-kwalità u sistemi ta’ standards tal-kwalità filwaqt li titqies, fejn applikabbli, ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 (5) u miżuri relatati adottati mill-Istati Membri.

(12)

Għat-titjib fis-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fuq il-baħar, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva dwar perjodi minimi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa skont il-Konvenzjoni STCW. Dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu applikati mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE (6).

(13)

Is-sħab soċjali Ewropej qablu dwar is-sigħat minimi ta’ mistrieħ applikabbli għall-baħħara u ġiet adottata d-Direttiva 1999/63/KE bil-ħsieb li jiġi implimentat dak il-ftehim. Dik id-Direttiva tippermetti wkoll il-possibilità li jiġu awtorizzati eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ għall-baħħara. Madankollu, il-possibilità ta’ awtorizzazzjoni ta’ eċċezzjonijiet jenħtieġ li tiġi limitata f’termini tat- tul massimu, frekwenza u ambitu. L-emendi ta’ Manila kienu mmirati, fost affarijiet oħrajn, biex jistabbilixxu limiti oġġettivi għall-eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u l-baħħara b’kompiti magħżula relatati mas-sikurezza, is-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis bil-ħsieb li tiġi evitata l-għeja. Għaldaqstant, din id-Direttiva jenħtieġ li tirrifletti l-emendi ta’ Manila b’mod li jiżgura koerenza mad-Direttiva 1999/63/KE.

(14)

Sabiex tiġi mtejba s-sikurezza marittima u sabiex ma jkunx hemm telf ta’ ħajjiet umani u tniġġis marittimu, jenħtieġ li tiġi żgurata l-komunikazzjoni fost membri tal-ekwipaġġ abbord vapuri li jbaħħru fl-ilmijiet tal-Unjoni.

(15)

Il-persunal abbord vapuri tal-passiġġieri maħtur sabiex jassisti lill-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jenħtieġ li jkun jista’ jikkomunika mal-passiġġieri.

(16)

L-ekwipaġġi fuq tankers li jġorru tagħbija li tagħmel ħsara għas-saħħa jew li tniġġes jenħtieġ li jkunu jistgħu jlaħqu b’mod effettiv mal-prevenzjoni ta’ inċidenti u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Huwa tal-akbar importanza li tiġi stabbilita rabta ta’ komunikazzjoni tajba bejn il-kaptan, l-uffiċjali u l-baħrin, li tkopri r-rekwiżiti previsti f’din id-Direttiva.

(17)

Huwa essenzjali li jiġi żgurat li baħħara li jkollom ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi u li jservu fuq vapuri fl-Unjoni jkollhom livell ta’ kompetenza ekwivalenti għal dak meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW. Din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi proċeduri u kriterji komuni għar-rikonoxximent mill-Istati Membri ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi, ibbażat fuq ir-rekwiżiti tat-taħriġ u taċ-ċertifikazzjoni kif sar qbil fuqhom fl-istruttura tal-Konvenzjoni STCW.

(18)

Fl-interessi tas-sikurezza fuq il-baħar, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrikonoxxu kwalifiki li jagħtu prova tal-livell ta’ taħriġ meħtieġ biss fejn dawn ikunu maħruġa minn jew f’isem Partijiet għall-Konvenzjoni STCW li jkunu ġew identifikati mill-Kumitat tas-Sikurezza Marittima (MSC) tal-IMO bħala li jkunu jidhru li taw, u li għadhom jagħtu, effett sħiħ għall-istandards stabbiliti f’dik il-Konvenzjoni. Biex jimtela ż-żmien sakemm l-MSC ikun jista’ jagħmel din l-identifikazzjoni, hemm bżonn ta’ proċedura għar-rikonoxximent preliminari ta’ ċertifikati.

(19)

Din id-Direttiva fiha wkoll sistema ċentralizzata għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi. Sabiex jintużaw ir-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli b’mod effiċjenti, il-proċedura għar-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ li tkun ibbażata fuq analiżi tal-ħtieġa għal tali rikonoxximent, li tinkludi iżda mhux limitata biss għal indikazzjoni tan-numru stmat ta’ kaptani, uffiċjali u operaturi tar-radju li joriġinaw minn dak il-pajjiż terz li x’aktarx li jkunu jservu fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dik l-analiżi tintbagħat għall-eżami lill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS).

(20)

Sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-baħħara kollha għal impjieg deċenti u sabiex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, għar- rikonoxximent futur ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ li jitqies jekk dawk il-pajjiżi terzi rratifikawx il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006.

(21)

Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema ċentralizzata għar-rikonoxximent ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li titwettaq rivalutazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu għadd baxx ta’ baħħara għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, f’intervalli ta’ għaxar snin. Dan il-perijodu twil ta’ rivalutazzjoni tas-sistema ta’ dawn il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġi kkombinat ma’ kriterji ta’ prijorità li jieħdu kont tat-tħassib dwar is-sikurezza, filwaqt li tiġi bbilanċjata l-ħtieġa ta’ effiċjenza b’mekkaniżmu effikaċi ta’ salvagwardja f’każ ta’ deterjorazzjoni tal-kwalità tat-taħriġ tal-baħħara pprovdut fil-pajjiżi terzi rilevanti.

(22)

Fejn ikun xieraq, jenħtieġ li jiġu spezzjonati l-istituti marittimi, il-programmi ta’ taħriġ u l-korsijiet marittimi. Jenħtieġ li għalhekk jiġu stabbiliti kriterji ta’ spezzjoni.

(23)

L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jenħtieġ li tassisti lill-Kummissjoni fil-verifika li l-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

(24)

Fil-livell tal-Unjoni, l-informazzjoni dwar il-baħħara impjegati minn pajjiżi terzi saret disponibbli bil-komunikazzjoni mill-Istati Membri tal-informazzjoni rilevanti miżmuma fir-reġistri nazzjonali tagħhom marbuta maċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tintuża għal finijiet ta’ statistika u t-tfassil tal-politika, b’mod partikolari għall-fini ta’ titjib fl-effiċjenza tas-sistema ċentralizzata għar-rikonoxximent ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi. Abbażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri, jenħtieġ li r-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi li ma pprovdewx baħħara għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri għal perijodu ta’ mill-inqas tmien snin jiġi rieżaminat. Jenħtieġ li l-proċess ta’ rieżami jkopri l-possibbiltà taż-żamma jew l-irtirar tar-rikonoxximent tal-pajjiż terz rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri tintuża wkoll sabiex tagħti prijorità lill-valutazzjoni mil-ġdid tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti.

(25)

L-Istati Membri, bħala awtoritajiet tal-port, huma meħtieġa li jtejjbu s-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis fl-ilmijiet tal-Unjoni permezz ta’ spezzjonijiet ta’ prijorità ta’ bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ pajjiż terz li ma jkunx irratifika il-Konvenzjoni STCW, u b’hekk jiżguraw li bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ pajjiż terz ma jirċevux trattament aktar favorevoli.

(26)

Id-dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali stipulati fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) ma kinux applikabbli fir-rigward tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara skont id-Direttiva 2008/106/KE. Id-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) kienet tirregola r-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri. Madankollu, id-definizzjonijiet taċ-ċertifikati tal-baħħara msemmija fid-Direttiva 2005/45/KE saru obsoleti wara l-emendi tal-2010 għall-Konvenzjoni STCW. Għalhekk, l-iskema ta’ rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri jenħtieġ li tiġi regolata sabiex tirrifletti emendi internazzjonali. Barra minn hekk, iċ-ċertifikati mediċi tal-baħħara maħruġa taħt l-awtorità tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll fl-iskema ta’ rikonoxximent reċiproku. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità u riskju ta’ inkonsistenza bejn id-Direttivi 2005/45/KE u din id-Direttiva, ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati tal-baħħara jenħtieġ li jiġi regolat b’din id- Direttiva biss. Barra minn hekk, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri, jenħtieġ li tiddaħħal sistema elettronika għall-preżentazzjoni tal-kwalifiki tal-baħħara ladarba jkunu ġew adottati l-emendi rilevanti għall-Konvenzjoni STCW.

(27)

Id-diġitalizzazzjoni tad-data hija parti integrali mill-progress teknoloġiku fil-qasam tal-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data bil-ħsieb li tgħin biex l-ispejjeż jitnaqqsu u biex ir-riżorsi umani jintużaw b’ effiċjenza. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra miżuri sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-kontroll mill-Istat tal-port, inkluż, fost l-oħrajn, evalwazzjoni tal-fattibbiltà u l-valur miżjud tal-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ bażi tad-data ċentrali taċ-ċertifikati tal-baħħara li tkun kollegata mal-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u li l-Istati Membri kollha jkunu konnessi magħha. Jenħtieġ li dik il-bażi tad-data ċentrali jkun fiha l-informazzjoni kollha, stabbilita fl-Anness III għal din id- Direttiva, dwar iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u l-approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Konvenzjoni STCW.

(28)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi djalogu mas-sħab soċjali u l-Istati Membri biex jiżviluppaw inizjattivi ta’ taħriġ addizzjonali għal-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara maqbul fuq livell internazzjonali, u li jistgħu jiġu reċiprokament rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala Diplomi Marittimi ta’ Eċċellenza Ewropej. Dawk l-inizjattivi jenħtieġ li jibnu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-proġetti pilota attwali u l-istrateġiji stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għal kooperazzjoni settorjali dwar il-ħiliet, u jiġu żviluppati f’konformità magħhom.

(29)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u biex jiġi żgurat l-adattament f’waqtu ta’ regoli tal-Unjoni għal dawk l-iżviluppi, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-inkorporazzjoni tal-emendi tal-Konvenzjoni STCW u l-Parti A tal-Kodiċi STCW bl-aġġornament tar-rekwiżiti tekniċi dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara u bl-allinjament tad-dispożizzjonijiet kollha rilevanti ta’ din id-Direttiva fir-rigward taċ-ċertifikati diġitali għall-baħħara. B’mod partikolari hu importanti li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni indaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b’mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(30)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll fir-rigward tad-data tal-istatistika dwar il-baħħara li tiġi provduta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, jenħtieġ li setgħat ta’ implimentazzjoni jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(31)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-allinjament tar-regoli tal-Unjoni ma’ regoli internazzjonali dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(32)

Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għall-baħħara msemmija f’din id-Direttiva li jservu fuq vapuri tat-tbaħħir li jtajru bandiera ta’ Stat Membru bl-eċċezzjoni ta’:

(a)

vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali jew vapuri oħra li jkunu il-proprjetà jew imħaddma minn Stat Membru u li jkunu involuti biss għal servizzi mhux kummerċjali tal-Gvern;

(b)

dgħajjes tas-sajd;

(c)

dgħajjes tal-pjaċir mhux użati fil-kummerċ;

(d)

vapuri tal-injam ta’ struttura primittiva.

2.   L-Artikolu 6 japplika għall-baħħara fil-pussess ta’ ċertifikat maħruġ minn Stat Membru, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“kaptan” tfisser il-persuna li għandha l-kmand ta’ vapur;

(2)

“uffiċjal” tfisser membru tal-ekwipaġġ, minbarra l-kaptan, nominat hekk bil-liġi jew b’regolamenti nazzjonali jew, fin-nuqqas ta’ din in-nomina, bi ftehim kollettiv jew drawwa;

(3)

“uffiċjal tal-gverta” tfisser uffiċjal ikkwalifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tal-Anness I;

(4)

“chief mate” tfisser l-uffiċjal fil-grad ta’ wara l-kaptan u li fuqu jaqa’ l-kmand tal-vapur fil-każ tal-inkapaċità tal-kaptan;

(5)

“uffiċjal tal-inġinerija” tfisser uffiċjal ikkwalifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tal-Anness I;

(6)

“uffiċjal kap tal-inġinerija” tfisser l-uffiċjal superjuri tal-inġinerija responsabbli mill-propulsjoni mekkanika u t-tħaddim u l-manutenzjoni tal-istallazzjonijiet mekkaniċi jew tal-elettriku tal-vapur;

(7)

“it-tieni uffiċjal tal-inġinerija” tfisser l-uffiċjal tal-inġinerija fil-grad ta’ wara l-uffiċjal kap tal-inġinerija u li fuqu taqa’ r-responsabbiltà għall-propulsjoni mekkanika u t-tħaddim u l-manutenzjoni tal-installazzjonijiet mekkaniċi jew tal-elettriku tal-vapur fil-każ tal-inkapaċità tal-uffiċjal kap tal-inġinerija;

(8)

“assistent uffiċjal tal-inġinerija” tfisser persuna li qed titħarreġ biex tilħaq uffiċjal tal-inġinerija u nominata hekk mil-liġi jew mir-regolamenti nazzjonali;

(9)

“operatur tar-radju” tfisser persuna li għandha ċertifikat xieraq maħruġ jew rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tar-Radju;

(10)

“baħri” tfisser membru tal-ekwipaġġ ta’ vapur minbarra l-kaptan jew l-uffiċjali;

(11)

“vapur li jbaħħar” tfisser vapur għajr dawk li jbaħħru b’mod esklussiv f’ilmijiet interni jew f’ilmijiet ġewwa jew viċin ta’ ilmijiet jew żoni milqugħin fejn jgħoddu r-regolamenti tal-port;

(12)

“vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru” tfisser vapur irreġistrat fi u li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru skont il-leġislazzjoni tiegħu; vapur li ma jikkorrispondix ma’ din id-definizzjoni għandu jiġi meqjus bħala vapur li jtajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz;

(13)

“vjaġġi qrib ix-xatt” tfisser vjaġġi fil-viċinanza ta’ Stat Membru kif definit minn dak l-Istat Membru;

(14)

“qawwa ta’ propulsjoni” tfisser il-qawwa ta’ output b’rata kontinwa massima totali mfissra f’kilowatts tal-magni prinċipali ta’ propulsjoni kollha tal-vapur li jidhru fuq iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vapur jew fuq kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor;

(15)

“tanker taż-żejt” tfisser vapur mibni u użat għat-trasport taż-żejt u prodotti taż-żejt fi kwantitajiet kbar;

(16)

“tanker ta’ sustanzi kimiċi” tfisser vapur mibni jew adattat u użat għat-trasport fi kwantità ta’ kwalunkwe prodott likwidu elenkat fil-Kapitolu 17 tal-Kodiċi Internazzjonali ta’ Kimika fi Kwantità, fil-verżjoni aġġornata tiegħu;

(17)

“tanker ta’ gass likwifikat” tfisser vapur mibni jew adattat u użat għat-trasport fi kwantità ta’ kwalunkwe gass likwifikat jew prodott ieħor elenkat fil-Kapitolu 19 tal-Kodiċi ta’ Trasport Internazzjonali tal-Gass, fil-verżjoni aġġornata tiegħu;

(18)

“Regolamenti dwar ir-Radju” tfisser ir-regolamenti dwar ir-radju annessi, jew meqjusin li huma annessi għall-Konvenzjoni dwar it-Telekomunikazzjoni Internazzjonali, kif emendata;

(19)

“bastiment tal-passiġġieri” tfisser bastiment kif definit fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS 74), kif emendata, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO);

(20)

“bastiment tas-sajd” tfisser bastiment użat għall-qbid ta’ ħut jew ta’ riżorsi ħajjin oħra tal-baħar;

(21)

“Konvenzjoni STCW” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-IMO dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għal Baħħara tal-1978, kif tapplika għal materji kkonċernati filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu VII u r-Regolament 1/15 tal-Konvenzjoni u inklużi, fejn ikun xieraq, id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Kodiċi STCW, kollha applikabbli fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom;

(22)

“xogħlijiet tar-radju” tinkludi, skont kif ikun xieraq, l-għassa u l-manutenzjoni teknika u t-tiswijiet imwettqa skont ir-Regolamenti tar-Radju, SOLAS 74 u, fid-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru, ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-IMO, fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom;

(23)

“vapur tal-passiġġieri ro-ro” tfisser vapur tal-passiġġeri bi spazji ro-ro għall-merkanzija jew spazji ta’ kategorija speċjali kif definit fis-SOLAS 74, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(24)

“Kodiċi STCW” tfisser il-Kodiċi tat-Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa tal-Baħħara (STCW) kif adottat bir-riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-1995 tal-Partijiet tal-Konvenzjoni STCW, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(25)

“funzjoni” tfisser grupp ta’ xogħlijiet, dmirijiet u responsabbiltajiet, kif speċifikat fil-Kodiċi STCW, meħtieġa għat-tħaddim tal-vapur, is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar jew il-protezzjoni tal-ambjent marittimu;

(26)

“kumpanija” tfisser is-sid ta’ vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-amministratur jew il-kerrej tal-bastiment mingħajr ekwipaġġ li jkun ħa r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand is-sid tal-vapur u li, meta jkun ħa din ir-responsabbiltà, ikun qabel li jimxi mal-obbligi u r-responsabbiltajiet imposti fuq il-kumpanija b’din id-Direttiva;

(27)

“Servizz ta’ tbaħħir” tfisser servizz abbord bastiment rilevanti għall-ħruġ jew il-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ kompetenza, ċertifikat ta’ profiċjenza jew kwalifiki oħra;

(28)

“approvat” tfisser approvat mill-Istat Membru skont din id-Direttiva;

(29)

“pajjiż terz” tfisser kwalunkwe pajjiż li ma jkunx Stat Membru;

(30)

“xahar” tfisser xahar tal-kalendarju jew 30 ġurnata magħmulin minn perijodi ta’ inqas minn xahar;

(31)

“operatur tar-radju GMDSS” tfisser persuna kkwalifikata skont il-Kapitolu IV tal-Anness I;

(32)

“Kodiċi ISPS” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali ta’ Sigurtà għall-Bastimenti u Portijiet adottat fit-12 ta’ Diċembru 2002, permezz tar-riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-Gvernijiet Kontraenti għas-SOLAS 74, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(33)

“uffiċjal tas-sigurtà tal-bastiment” tfisser persuna abbord bastiment, li twieġeb għall-kaptan, maħtura mill-kumpannija bħala responsabbli għas-sigurtà tal-bastiment inklużi l-implimentazzjoni u ż-żamma tal-pjan ta’ sigurtà tal-bastiment u l-kollegament mal-uffiċjal tas-sigurtà tal-kumpannija u l-uffiċjali tas-sigurtà tal-faċilità tal-port;

(34)

“kompiti tas-sigurtà” jinkludu l-kompiti kollha ta’ sigurtà abbord il-bastimenti kif definit fil-Kapitolu XI/2 tas-SOLAS 74, kif emendata, u mill-Kodiċi ISPS;

(35)

“ċertifikat ta’ kompetenza” tfisser ċertifikat maħruġ u approvat għall-kaptani, l-uffiċjali u l-operaturi tar-radju GMDSS skont il-Kapitoli II, III, IV, V jew VII tal-Anness I u li jintitola d-detentur legali tiegħu iservi fil-kapaċità u jwettaq il-funzjonijiet involuti fil-livell ta’ responsabbiltà speċifikat fih;

(36)

“ċertifikat ta’ profiċjenza” tfisser ċertifikat minbarra ċertifikat ta’ kompetenza maħruġ lil baħħar li jiddikjara li r-rekwiżiti rilevanti dwar it-taħriġ, il-kompetenzi jew is-servizz tat-tbaħħir f’din id-Direttiva ġew sodisfatti;

(37)

“evidenza dokumentarja” tfisser dokumentazzjoni, minbarra ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza, użata biex tistabbilixxi li r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva ġew sodisfatti;

(38)

“uffiċjal elettrotekniku” tfisser uffiċjal kwalifikat skont il-Kapitolu III tal-Anness I;

(39)

“baħħar awtorizzat tal-gverta” tfisser baħri kwalifikat skont il-Kapitolu II tal-Anness I;

(40)

“baħħar awtorizzat tal-magni” tfisser baħri kwalifikat skont il-Kapitolu III tal-Anness I;

(41)

“baħri elettrotekniku” tfisser baħri kwalifikat skont il-Kapitolu III tal-Anness I;

(42)

“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru li fih il-baħħara jfittxu aċċettazzjoni jew rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza, iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza jew il-prova dokumentata tagħhom;

(43)

“Kodiċi tal-IGF” tfisser il-Kodiċi Internazzjoni tas-Sikurezza għall-Vapuri li jużaw Gassijiet jew Karburanti b’Punt ta’ Fjammabilità Baxx, kif definit fir-Regolament II-1/2.29 tas-SOLAS 74;

(44)

“Kodiċi Polari” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali għal Vapuri li Joperaw f’Ibħra Polari, kif definit fir-Regolament XIV/1.1 tas-SOLAS 74;

(45)

“Ibħra polari” tfisser l-ibħra Artiċi u/jew iż-żona tal-Antartiku, kif definit fir-Regolamenti XIV/1.2, XIV/1.3 u XIV/1.4 tas-SOLAS 74.

Artikolu 3

Taħriġ u ċertifikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-baħħara li jservu abbord bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 1 ikunu mħarrġa bħala minimu skont ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, kif stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva, u jkollhom ċertifikati kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (35) u (36), u/jew evidenza dokumentata kif definit fl-Artikolu 2, punt (37).

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-membri tal-ekwipaġġ li għandhom ikunu ċċertifikati skont ir-Regolament III/10.4 tas-SOLAS 74 jiġu mħarrġa u ċċertifikati skont din id-Direttiva.

Artikolu 4

Ċertifikati ta’ kompetenza, ċertifikati ta’ profiċjenza u approvazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza jinħarġu biss lil kandidati li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

2.   Iċ-ċertifikati ta’ kaptani, uffiċjali u operaturi tar-radju għandhom jiġu approvati mill-Istat Membru kif previst f’dan l-Artikolu.

3.   Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza għandhom jinħarġu skont il-paragrafu 3 tar-Regolament I/2, tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.

4.   Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza għandhom jinħarġu biss mill-Istati Membri, wara verifika tal-awtentiċità u l-validità ta’ kwalunkwe evidenza dokumentata meħtieġa u skont dan l-Artikolu.

5.   Fir-rigward ta’ operaturi tar-radju, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

jinkludu l-għarfien żejjed meħtieġ mir-regolamenti rilevanti fl-eżami għall-ħruġ ta’ ċertifikat konformi mar-Regolamenti tar-Radju; jew

(b)

joħorġu ċertifikat separat li jindika li d-detentur għandu l-għarfien addizzjonali meħtieġ mir-regolamenti rilevanti.

6.   Fuq id-diskrezzjoni ta’ Stat Membru, l-approvazzjonijiet jistgħu jiġu inkorporati fil-format taċ-ċertifikati maħruġa kif previst fit-Taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW. Jekk ikunu inkorporati b’dak il-mod, il-format użat għandu jkun dak stabbilit fit-Taqsima A-I/2 paragrafu 1. Jekk maħruġa b’mod ieħor, il-forma tal-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dik it-Taqsima. L-approvazzjonijiet għandhom jinħarġu skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu VI tal-Konvenzjoni STCW.

L-approvazzjonijiet li jaffermaw il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kompetenza u approvazzjonijiet li jattestaw ċertifikat ta’ profiċjenza maħruġ lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness I għandhom jinħarġu biss jekk ikun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u ta’ din id-Direttiva.

7.   Stat Membru li jirrikonoxxi ċertifikat ta’ kompetenza, jew ċertifikat ta’ profiċjenza, maħruġ lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(2) ta’ din id-Direttiva għandu japprova dak iċ-ċertifikat biex jiddikkjara r-rikonoxximent tiegħu biss wara li jiżgura l-awtentiċità u l-validità taċ-ċertifikat. Il-forma tal-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fit-Taqsima A-I/2, il-paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW.

8.   L-approvazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 6 u 7:

(a)

jistgħu jinħarġu bħala dokumenti separati;

(b)

għandhom jinħarġu biss mill-Istati Membri;

(c)

kull wieħed minnhom għandu jiġi assenjat numru uniku, ħlief għall-approvazzjonijiet li jaffermaw il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kompetenza, li jistgħu jiġu assenjati l-istess numru bħal dak taċ-ċertifikat ta’ kompetenza konċernat, sakemm dak in-numru ikun uniku;

(d)

għandu jiskadi kull wieħed minnhom malli ċ-ċertifikat approvat ta’ kompetenza jew iċ-ċertifikat ta’ profiċjenza approvat maħruġ lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW jiskadi jew jiġi rtirat, sospiż jew ikkanċellat mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz li ħarġu u, fi kwalunkwe każ, fi żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu.

9.   Il-kapaċità li fiha d-detentur taċ-ċertifikat ikun awtorizzat biex iservi għandha tkun identifikata f’forma ta’ approvazzjoni f’termini identiċi għal dawk użati fir-rekwiżiti applikabbli għat-tgħammir sikur tal-Istat Membru kkonċernat.

10.   Stat Membru jista’ juża format li jkun differenti mill-format stabbilit fit-Taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW, bil-kondizzjoni li, bħala minimu, l-informazzjoni meħtieġa tkun provduta f’karattri Rumani u figuri Għarab, waqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet permessi skont it-Taqsima A-I/2.

11.   Soġġett għall-Artikolu 20(7), kwalunkwe ċertifikat meħtieġ b’din id-Direttiva għandu jinżamm disponibbli fil-forma oriġinali tiegħu abbord il-vapur li fuqu id-detentur jagħti s-servizz tiegħu, f’forma stampata jew f’format diġitali, li l-awtentiċità u l-validità tiegħu jistgħu jiġu verifikati skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 13, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu.

12.   Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu prova sodisfaċenti:

(a)

tal-identità tagħhom;

(b)

li l-età tagħhom mhijiex inqas minn dik preskritta fir-Regolamenti elenkati fl-Anness I rilevanti għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza jew iċ-ċertifikat ta’ profiċjenza li tkun saret applikazzjoni għalih;

(c)

li huma jissodisfaw l-istandards ta’ idoneità medika, speċifikati fit-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW;

(d)

li huma jkunu kkompletaw is-servizz tat-tbaħħir u kwalunkwe taħriġ obbligatorju relatat preskritt fir-Regolamenti elenkati fl-Anness I għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza jew għaċ-ċertifikat ta’ profiċjenza li għalih tkun saret applikazzjoni;

(e)

li huma jissodisfaw l-istandards ta’ kompetenza preskritti fir-Regolamenti elenkati fl-Anness I għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli li jridu jiġu identifikati fl-approvazzjoni taċ-ċertifikat ta’ kompetenza.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għa r- rikonoxximent ta’ approvazzjonijiet skont ir-Regolament I/10 tal-Konvenzjoni STCW.

13.   Kull Stat Membru għandu jimpenja ruħu biex:

(a)

iżomm reġistru jew reġistri taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ta’ profiċjenza u l-approvazzjonijiet kollha għall-kaptani u l-uffiċjali u, fejn applikabbli, għall-baħrin, li jinħarġu, li jkunu skadew jew li jkunu ġew validati mill-ġdid, sospiżi, kanċellati jew irrapportati bħala mitlufa jew meqruda kif ukoll ta’ dispensi maħruġa;

(b)

jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar l-istatus ta’ ċertifikati ta’ kompetenza, approvazzjonijiet u dispensi lil Stati Membri oħra jew lil Partijiet oħra għall-Konvenzjoni STCW u l-kumpaniji li jitolbu verifika tal-awtentiċità u l-validità taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u/jew iċ-ċertifikati maħruġa lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness 1 mogħtija lilhom mill-baħħara li jfittxu rikonoxximent, skont ir-Regolament I/10 tal-Konvenzjoni STCW, jew impjieg abbord bastiment.

14.   Meta emendi rilevanti għall-Konvenzjoni STCW u l-Parti A tal-Kodiċi STCW relatati maċ-ċertifikati diġitali għall-baħħara jidħlu fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30 biex temenda din id-Direttiva billi tallinja d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tagħha ma’ dawk l-emendi għall-Konvenzjoni STCW u l-Parti A tal-Kodiċi STCW sabiex iċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet tal-baħħara jiġu diġitalizzati.

Artikolu 5

Informazzjoni lill-Kummissjoni

Għall-finijiet tal-Artikolu 21(8) u l-Artikolu 22(2) u esklużivament għall-użu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għat-tfassil tal-politika u għal finijiet ta’ statistika, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq bażi annwali, l-informazzjoni elenkata fl-Anness III għal din id-Direttiva dwar ċertifikati ta’ kompetenza u approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza. Jistgħu jipprovdu wkoll, fuq bażi volontarja, informazzjoni dwar ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa lil baħrin f’konformità mal-Kapitoli II, III, u VII tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW, bħall-informazzjoni indikata fl-Anness III għal din id-Direttiva.

Artikolu 6

Ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu jaċċetta ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza u l-prova dokumentata maħruġa minn Stat Membru ieħor, jew taħt l-awtorità tiegħu, f’forma stampata jew f’format diġitali, bl-iskop li jkun possibbli li l-baħħara jservu fuq vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu.

2.   Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn Stat Membru ieħor jew iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa minn Stat Membru ieħor lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness I għal din id-Direttiva, billi japprova dawk iċ-ċertifikati biex jaffermaw ir-rikonoxximent tagħhom. L-approvazzjoni li tafferma r-rikonoxximent għandha tkun limitata għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli ta’ kompetenza jew profiċjenza preskritti fihom. L-approvazzjoni għandha tinħareġ biss jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW, skont ir-Regolament I/2, il-paragrafu 7 tal-Konvenzjoni STCW. Il-forma tal-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fit-Taqsima A-I/2il-paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW.

3.   Kull Stat Membru għandu jaċċetta ċertifikati mediċi maħruġa taħt l-awtorità ta’ Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 12 sabiex il-baħħara jkunu jistgħu jservu fuq vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu.

4.   L-Istati Membri ospitanti għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jinħarġu fi żmien raġonevoli. L-Istati Membri ospitanti għandhom jiżguraw ukoll li l-baħħara jkollhom id-dritt għal appell kontra kwalunkwe ċaħda ta’ approvazzjoni jew aċċettazzjoni ta’ ċertifikat validu, jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe risposta, skont il-leġislazzjoni u l-proċeduri nazzjonali, u li l-baħħara jiġu pprovduti b’konsulenza u għajnuna adegwata fir-rigward ta’ appelli bħal dawn f’konformità mal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali stabbiliti.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jistgħu jimponu iktar limitazzjonijiet fuq il-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli ta’ kompetenza jew profiċjenza marbuta ma’ vjaġġi qrib ix-xatt, kif imsemmi fl-Artikolu 8, jew fuq ċertifikati alternattivi maħruġa skont ir-Regolament VII/1 tal-Anness I.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, Stat Membru ospitanti jista’, fejn ikun hemm bżonn, jippermetti li baħħar iservi għal perijodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur, fuq vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu, filwaqt li jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq u validu maħruġ u approvat minn Stat Membru ieħor, iżda li jkun għadu mhux approvat għar-rikonoxximent mill-Istat Membru ospitanti konċernat.

Għandu jkun hemm faċilment disponibbli prova dokumentata li applikazzjoni għall-approvazzjoni tressqet lill-awtoritajiet kompetenti.

7.   Stat Membru ospitanti għandu jiżgura li baħħara li jippreżentaw għar-rikonoxximent ċertifikati għal funzjonijiet fil-livell maniġerjali jkollhom għarfien xieraq tal-leġiżlazzjoni marittima ta’ dak l-Istat Membru li tkun rilevanti għall-funzjonijiet li huma jkunu permessi li jwettqu.

Artikolu 7

Rekwiżiti tat-taħriġ

It-taħriġ meħtieġ skont l-Artikolu 3 għandu jkun f’forma xierqa għall-għarfien teoretiku u l-abilitajiet prattiċi meħtieġa mill-Anness I, b’mod partikolari l-użu ta’ tagħmir li jsalva l-ħajja u ta’ tifi tan-nar, u approvat mill-awtorità jew organizzazzjoni kompetenti nnominata minn kull Stat Membru.

Artikolu 8

Prinċipji li jirregolaw vjaġġi qrib ix-xatt

1.   Meta jiddefinixxu vjaġġi qrib ix-xatt, l-Istati Membri m’għandhomx jimponu rekwiżiti ta’ taħriġ, esperjenza jew ċertifikazzjoni fuq baħħara li jagħtu servizz abbord vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW u li jkunu involuti fi vjaġġi bħal dawn b’mod li jirriżultaw f’rekwiżiti aktar stretti għal dawk il-baħħara milli għal baħħara li jagħtu servizz fuq vapuri li huma intitolati li jtajjru l-bandiera tagħhom stess. Fl-ebda każ ma jista’ Stat Membru jimponi rekwiżiti fir-rigward ta’ baħħara li jagħtu servizz fuq vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW li jkunu aktar minn dawk ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt.

2.   Stat Membru, li fir-rigward ta’ bastimenti mogħtija l-benefiċċji tad-dispożizzjonijiet dwar il-vjaġġi qrib ix-xatt tal-Konvenzjoni STCW, jinkludi vjaġġi qrib ix-xtut ta’ Stati Membri jew ta’ Partijiet oħra għall-Konvenzjoni STCW fil-limiti tad-definizzjoni tiegħu ta’ vjaġġi qrib ix-xatt, għandu jilħaq ftehim mal-Istati Membri jew il-Partijiet konċernati li jispeċifika kemm id-dettalji taż-żoni ta’ kummerċ involuti u dispożizzjonijiet oħra rilevanti.

3.   Fir-rigward ta’ vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru involuti b’mod regolari fi vjaġġi qrib ix-xatt ’il barra mix-xtut ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW, l-Istat Membru li tiegħu il-vapur ikun intitolat itajjar il-bandiera għandu jippreskrivi rekwiżiti ta’taħriġ,esperjenza u ta’ ċertifikazzjoni għall-baħħara li jagħtu servizz fuq dawk il-vapuri li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk tal-Istat Membru jew tal-Parti għall-Konvenzjoni STCW li ’il barra mix-xtut tagħhom ikun involut il-vapur fi vjaġġi qrib ix-xatt, bil-kondizzjoni li ma jisbqux ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt. Il-baħħara li jagħtu servizz fuq vapur li jestendi l-vjaġġ tiegħu lil hinn minn dak li huwa ddefinit bħala vjaġġ qrib ix-xatt minn Stat Membru u li jidħol f’ilmijiet mhux koperti minn dik id-definizzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti xierqa ta’ din id-Direttiva.

4.   Stat Membru jista’ jippermetti lil vapur li jkun intitolat itajjar il-bandiera tiegħu il-benefiċċji tad-dispożizzjonijiet għal vjaġġi qrib ix-xatt ta’ din id-Direttiva meta dan ikun involut b’mod regolari barra x-xtut ta’ stat li ma jagħmilx Parti mill-Konvenzjoni STCW fi vjaġġi qrib ix-xatt kif definit minn dak l-Istat Membru.

5.   Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza tal-baħħara maħruġa minn Stat Membru jew Parti għall-Konvenzjoni STCW għal-limiti definiti tiegħu tal-vjaġġi qrib ix-xatt jistgħu jiġu aċċettati minn Stati Membri oħra għas-servizzi fil-limiti definiti tagħhom ta’ vjaġġi qrib ix-xatt, sakemm l-Istati Membri jew il-Partijiet konċernati jilħqu ftehim li jispeċifika d-dettalji taż-żoni ta’ kummerċ involuti u kondizzjonijiet oħra rilevanti tagħhom.

6.   L-Istati Membri li jiddefinixxu l-vjaġġi qrib ix-xatt, skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, għandhom:

(a)

jissodisfaw il-prinċipji li jirregolaw il-vjaġġi qrib il-xatt speċifikati fit-Taqsima A-I/3 tal-Kodiċi STCW;

(b)

jinkorporaw il-limiti tal-vjaġġi qrib ix-xatt fl-approvazzjonijiet maħruġa skont l-Artikolu 4.

7.   Malli jiddeċiedu dwar id-definizzjoni ta’ vjaġġi qrib ix-xatt u l-kondizzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ meħtieġa minnhom skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 3 u 4, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dettalji tad-dispożizzjonijiet li huma jkunu adottaw.

Artikolu 9

Prevenzjoni ta’ frodi u prattiċi illegali oħra

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurzaw il-miżuri adatti biex jipprevjenu l-frodi u prattiki illegali oħra li jinvolvu ċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa, u għandhom jipprevedu penali li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jikxfu u jiġġieldu l-frodi u prattiki oħra illegali u jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u ta’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.

L-Istati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bid-dettalji ta’ dawk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

L-Istati Membri għandhom immedjatament ukoll jinfurmaw lil kwalunkwe pajjiż terz li miegħu jkunu daħlu f’xi ftehim skont ir-Regolament I/10, paragrafu 1.2 tal-Konvenzjoni STCW bid-dettalji ta’ dawk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

3.   Fuq talba ta’ Stat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għandhom jipprovdu konferma jew ċaħda bil-miktub tal-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-baħħara, tal-approvazzjonijiet korrispondenti jew ta’ kwalunkwe prova dokumentarja oħra ta’ taħriġ maħruġa f’dak l-Istat Membru l-ieħor.

Artikolu 10

Penali jew miżuri dixxiplinarji

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u proċeduri għall-investigazzjoni imparzjali ta’ kwalunkwe każ ta’ inkompetenza, att, ommissjoni jew ksur ta’ sigurtà li jiġi rappurtat u li jista’ jkun theddida diretta għas-sikurezza tal-ħajja jew tal-proprjetà fuq il-baħar jew għall-ambjent tal-baħar min-naħa tad-detenturi ta’ ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza jew ta’ approvazzjonijiet maħruġa minn dak l-Istat Membru marbuta mat-twettiq tagħhom tad-dmirijiet relatati maċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza tagħhom, u għall-irtirar, is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni ta’ dawk iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza għal dik il-kawża u għall-prevenzjoni tal-frodi.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurzaw miżuri adatti għall-prevenzjoni tal-frodi u prattiki oħra illegali li jinvolvu ċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza u l-approvazzjonijiet maħruġin.

3.   Għandhom jiġu preskritti u infurzati penali jew miżuri dixxiplinari f’każijiet li fihom:

(a)

kumpanija jew kaptan ikunu ingaġġaw persuna li ma jkollhiex ċertifikat kif meħtieġ b’din id-Direttiva;

(b)

kaptan ikun ħalla li kwalunkwe funzjoni jew servizz fi kwalunkwe kapaċità li skont din id-Direttiva għandha titwettaq minn persuna li jkollha ċertifikat xieraq, titwettaq minn persuna li ma jkollhiex iċ-ċertifikat meħtieġ, dispensa valida jew li ma jkollhiex evidenza bil-miktub meħtieġa mill-Artikolu 20(7); jew

(c)

persuna tkun kisbet impjieg bi frodi jew billi ffalsifikat dokumenti biex taqdi kwalunkwe funzjoni jew biex tagħti servizz fi kwalunkwe kapaċità li skont din id-Direttiva għandha ssir jew titwettaq minn persuna li jkollha ċertifikat jew dipensa.

4.   L-Istati Membri li fil-ġurisdizzjoni tagħhom tkun tinsab kwalunkwe kumpanija, jew kwalunkwe persuna, li tkun maħsuba għal raġunijiet ċari li kienet responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità apparenti ma’ din id-Direttiva speċifikata fil-paragrafu 3, jew li kienet taf biha, għandhom jestendu l-kooperazzjoni lejn kwalunkwe Stat Membru jew Parti oħra għall-Konvenzjoni STCW li javżahom bl-intenzjoni tiegħu li jibda proċeduri skont il-ġurisdizzjoni tiegħu.

Artikolu 11

Standards ta’ kwalità

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li:

(a)

l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ, valutazzjoni tal-kompetenza, ċertifikazzjoni, inkluż ċertifikazzjoni medika, approvazzjoni u validazzjoni mill-ġdid imwettqa minn aġenziji jew entitajiet mhux governattivi jew entitajiet taħt l-awtorità tagħhom huma monitorjati kontinwament permezz ta’ sistema ta’ standards tal-kwalità sabiex ikun żgurat li jinkisbu għanijiet definiti, inklużi dawk li jikkonċernaw il-kwalifiki u l-esperjenza tal-istrutturi u l-valutaturi, f’konformità mat-Taqsima A-I/8 tal-Kodiċi STCW;

(b)

fejn aġenziji jew entitajiet governattivi iwettqu attivitajiet bħal dawn, ikun hemm sistema ta’ standards tal-kwalità f’konformità mat-Taqsima A-I/8 tal-Kodiċi STCW;

(c)

l-għanijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-istandards relatati tal-kwalità tal-kompetenza li jridu jinkisbu huma definiti f’mod ċar u li l-livelli ta’ għarfien, fehim u ħiliet adatti għall-eżamijiet u l-valutazzjonijiet meħtieġa taħt il-Konvenzjoni STCW huma identifikati;

(d)

l-oqsma ta’ applikazzjoni tal-istandards ta’ kwalità jkopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni, il-korsijiet ta’ taħriġ u l-programmi, l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet kollha mwettqa minn jew taħt l-awtorità ta’ kull Stat Membru u l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa minn għalliema u assessuri, filwaqt li jitqiesu l-politika, is-sistemi, il-kontrolli u r-reviżjonijiet interni tal-assigurazzjoni tal-kwalità stabbiliti biex jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet definiti.

L-għanijiet u l-istandards tal-kwalità relatati msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jistgħu jiġu speċifikati separatament għal korsijiet u programmi ta’ taħriġ differenti u għandhom ikopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li evalwazzjonijiet indipendenti tal-għarfien, il-fehim, l-abbiltajiet u l-kisba tal-kompetenza u attivitajiet ta’ valutazzjoni u tal-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni jiġu mwettqa f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin minn persuni kkwalifikati li ma jkunux huma stess involuti fl-attivitajiet ikkonċernati, sabiex jivverifikaw li:

(a)

il-miżuri interni kollha ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ tal-amministrazzjoni u l-azzjonijiet ta’ segwitu jkunu f’konformità mal-arranġamenti ppjanati u l-proċeduri ta’ dokumentazzjoni u li jkunu effettivi biex jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet definiti;

(b)

ir-riżultati ta’ kull evalwazzjoni indipendenti jiġu ddokumentati u miġjuba għall-attenzjoni ta’ dawk responsabbli għaż-żona evalwata;

(c)

tittieħed azzjoni fil-ħin biex tikkoreġi d-defiċjenzi;

(d)

id-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tal-Konvenzjoni u l-Kodiċi STCW, inklużi l-emendi, huma koperti mis-sistema tal-istandards ta’ kwalità. L-Istati Membri jistgħu wkoll jinkludu f’din is-sistema d-dispożizzjonijiet l-oħra applikabbli ta’ din id-Direttiva.

3.   L-Istat Membru ikkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, rapport relatat ma’ kull evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, skont il-format speċifikat fit-Taqsima A-I/7 tal-Kodiċi STCW, fi żmien sitt xhur mid-data tal-evalwazzjoni.

Artikolu 12

Standards mediċi

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi standards ta’ idoneità medika għall-baħħara, u proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku skont dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW, filwaqt li jittieħed kont, kif xieraq, tat-Taqsima B-I/9 tal-Kodiċi STCW.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawk responsabbli għall-valutazzjoni tal-idoneità medika tal-baħħara jkunu professjonisti mediċi rikonoxxuti minn dak l-Istat Membru għall-fini ta’ eżamijiet mediċi tal-baħħara, skont it-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW.

3.   Kull baħħar li għandu ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW li jkun qed iservi fuq il-baħar għandu jkollu wkoll ċertifikat mediku validu maħruġ skont dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW.

4.   Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni medika għandhom:

(a)

ikollhom mhux inqas minn 16-il sena;

(b)

jipprovdu prova sodisfaċenti tal-identità tagħhom;

(c)

jilħqu l-istandards applikabbli tal-idoneità medika stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat.

5.   Iċ-ċertifikati mediċi għandhom jibqgħu validi għal perijodu massimu ta’ sentejn sakemm il-baħħar ma jkunx ta’ età taħt it-18-il sena, f’liema każ il-perijodu massimu ta’ validità għandu jkun ta’ sena.

6.   Jekk il-perijodu ta’ validità ta’ ċertifikat mediku jiskadi matul vjaġġ, għandu japplika ir-Regolament I/9 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.

7.   F’każijiet urġenti Stat Membru jista’ jippermetti li baħħar jaħdem mingħajr ċertifikat mediku validu. F’dawk il-każijiet, għandu japplika ir-Regolament I/9 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.

Artikolu 13

Validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza

1.   Kull kaptan, uffiċjal u operatur tar-radju fil-pussess ta’ ċertifikat maħruġ jew rikonoxxut skont kwalunkwe Kapitolu tal-Anness I għajr ir-Regolament V/3 tal-Kapitolu VI jew il-Kapitolu VI, li jkun qiegħed iservi fuq il-baħar jew biħsiebu jerġa’ lura fuq il-baħar wara perijodu fuq l-art għandu, sabiex ikompli jikkwalifika għas-servizz fuq il-baħar, ikun meħtieġ f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin li:

(a)

jissodisfa l-istandards ta’ saħħa medika preskritti mill-Artikolu 12;

(b)

jistabbilixxi kompetenza professjonali kontinwa skont it-Taqsima A-I/11 tal-Kodiċi STCW.

2.   Sabiex ikompli jagħti servizz ta’ tbaħħir abbord vapuri li dwarhom ikun sar qbil internazzjonali dwar rekwiżiti ta’ taħriġ speċjali, kull kaptan, uffiċjal u operatur tar-radju għandu jtemm b’suċċess it-taħriġ rilevanti approvat.

3.   Sabiex ikompli jagħti servizz ta’ tbaħħir abbord tankers, kull kaptan u uffiċjal għandu, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jkun meħtieġ, f’intervalli li ta’ mhux aktar minn ħames snin, jistabbilixxi kompetenza professjonali kontinwa għat-tankers skont it-Taqsima A-I/11, il-paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW.

4.   Sabiex ikompli jagħti servizz ta’ tbaħħir fuq vapuri li joperaw fl-ibħra polari, kull kaptan u uffiċjal għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandu jkun meħtieġ, f’intervalli ta’ mhux iktar minn ħames snin, jistabbilixxi kompetenza professjonali kontinwa għall-vapuri li joperaw f’ibħra polari skont Taqsima A-I/11, il-paragrafu 4 tal-Kodiċi STCW.

5.   Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li huma meħtieġa mill-kandidati għaċ-ċertifikati ta’ kompetenza u/jew ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa sal-1 ta’ Jannar 2017 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza rilevanti fil-Parti A tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina jekk hemmx bżonn li jirrikjedi li d-detenturi ta’ dawk iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u/jew ċertifikati ta’ profiċjenza jagħmlu taħriġ jew valutazzjoni xierqa ta’ tiġdid u ta’ aġġornament.

6.   Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li kienu meħtieġa minn persuni li servew fuq vapuri mħaddma bil-gass qabel l-1 ta’ Jannar 2017 mal-istandards ta’ kompetenza fit-Taqsima A-V/3 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-bżonn, jekk hemmx bżonn, li jirrikjedi li dawk il-persuni jaġġornaw il-kwalifiki tagħhom.

7.   Kull Stat Membru għandu, f’konsultazzjoni ma’ dawk ikkonċernati, jifformula jew jippromovi l-formolazzjoni ta’ struttura ta’ korsijiet għal tiġdid jew għal aġġornament kif previst fit-Taqsima A-I/11 tal-Kodiċi STCW.

8.   Għall-fini tal-aġġornament tal-għarfien tal-kaptani, tal-uffiċjali u tal-operaturi tar-radju, kull Stat Membru għandu jiżgura li t-testi tal-bidliet riċenti fir-regolamenti nazzjonali u internazzjonali li jikkonċernaw is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar ikunu disponibbli għall-bastimenti intitolati li jtajru l-bandiera tiegħu, filwaqt li jikkonformaw mal –Artikolu 15(3), il-punt (b), u mal-Artikolu 19.

Artikolu 14

Użu ta’ simulaturi

Għandu jkun hemm konformità mal-istandards ta’ rendiment u dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fit-Taqsima A-I/12 tal-Kodiċi STCW u mar-rekwiżiti l-oħra kif previsti fil-Parti A tal-Kodiċi STCW għal kwalunkwe ċertifikat ikkonċernat fir-rigward ta’:

(a)

kull taħriġ mandatorju bbażat fuq simulatur;

(b)

kwalunkwe valutazzjoni tal-kompetenza meħtieġa mill-Parti A tal-Kodiċi STCW, li ssir permezz ta’ simulatur;

(c)

kwalunkwe wiri, permezz ta’ simulatur, ta’ profiċjenza kontinwa meħtieġa mill-Parti A tal-Kodiċi STCW.

Artikolu 15

Responsabbiltajiet tal-kumpaniji

1.   L-Istati Membri għandhom, skont il-paragrafi 2 u 3, iżommu lill-kumpaniji responsabbli għall-assenjazzjoni tal-baħħara għas-servizz fuq il-vapuri tagħhom skont din id-Direttiva, u għandhom jeħtieġu li kull kumpanija tiżgura li:

(a)

kull baħħar assenjat għal kwalunkwe wieħed mill-vapuri tagħha jkollu ċertifikat xieraq skont din id-Direttiva u kif stabbilit mill-Istat Membru;

(b)

il-vapuri tagħha jkunu mgħammra b’ekwipaġġ skont ir-rekwiżiti applikabbli ta’ tgħammir sikur tal-Istat Membru;

(c)

id-dokumentazzjoni u d-data rilevanti għall-baħħara kollha impjegati fuq il-vapuri tagħha jinżammu u dawn ikunu aċċessibbli faċilment, u jkunu jinkludu dokumentazzjoni u data dwar l-esperjenza, it-taħriġ, is-saħħa medika u l-kompetenza fid-doveri mogħtija lilhom, mingħajr ma jkunu limitati għal dik id-dokumentazzjoni biss;

(d)

meta jiġu assenjati fuq kwalunkwe wieħed mill-vapuri tagħha, il-baħħara jiffamiljarizzaw ruħhom mad-doveri speċifiċi tagħhom u mal-arraġamenti, l-installazzjonijiet, it-tagħmir, il-proċeduri, u mal-karatteristiċi kollha tal-vapur li jkunu rilevanti għar-rutina jew għad-dmirijiet ta’ emerġenza tagħhom;

(e)

il-kumplament tal-vapur ikun jista’ jikkoordina b’mod effettiv l-attivitajiet tagħhom f’sitwazzjoni ta’ emerġenza u fit-twettiq ta’ funzjonijiet vitali għas-sikurezza jew għall-prevenzjoni jew mitigazzjoni tat-tniġġis;

(f)

baħħara assenjati lil kwalunkwe mill-bastimenti tagħha jkunu rċevew taħriġ ta’ tiġdid u aġġornament kif meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW;

(g)

f’kull ħin abbord il-bastimenti tagħha għandu jkun hemm komunikazzjoni orali effettiva skont il-Kapitolu V tar-Regolament 14, il-paragrafi 3 u 4, tas-SOLAS 74, kif emendata.

2.   Kull kumpanija, kaptan u membru tal-ekwipaġġ għandu jkollu r-responsabbiltà li jiżgura li jingħata effett sħiħ u komplet għall-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu u li jittieħdu miżuri oħra bħal dawn skont il-ħtieġa biex jiżguraw li kull membru tal-ekwipaġġ ikun jista’ jagħmel kontribuzzjoni informata għat-tħaddim sigur tal-vapur.

3.   Il-kumpanija għandha tipprovdi istruzzjonijiet bil-miktub lill-kaptan ta’ kull vapur li għalih tkun tgħodd din id-Direttiva, li jistabbilixxu l-politika u l-proċeduri li għandhom jiġu mħarsa biex ikun żgurat li l-baħħara kollha li huma impjegati ġodda fuq il-vapur jingħataw opportunità raġonevoli biex isiru familjari mat-tagħmir tal-bastiment, mal-proċeduri ta’ ħidma u ma’ arranġamenti oħra meħtieġa għall-qadi xieraq tad-dmirijiet tagħhom, qabel ma jiġu mogħtija dawk id-dmirijiet. Dik il-politika u dawk il-proċeduri għandhom jinkludu:

(a)

l-allokazzjoni ta’ perijodu ta’ żmien raġonevoli li fih kull baħħar impjegat ġdid ikollu l-opportunità li jsir familjari:

(i)

mat-tagħmir speċifiku li l-baħħar ikun ser juża jew iħaddem;

(ii)

mal-proċeduri speċifiċi tal-vapur relatati mal-għassa, is-sikurezza, il-protezzjoni tal-ambjent u l-emerġenza u l-arranġamenti li l-baħħar ikollu bżonn ikun jaf biex iwettaq sew id-dmirijiet mogħtija lilu;

(b)

in-nomina ta’ membru tal-ekwipaġġ espert li jkun responsabbli milli jiżgura li kull baħħar impjegat ġdid ikun mogħti opportunità li jirċievi informazzjoni essenzjali b’lingwa li l-baħħar jifhem.

4.   Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li l-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi abbord il-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro tagħhom ikunu kkompletaw it-taħriġ ta’ familjarizzazzjoni sabiex jiksbu l-kapaċitajiet li huma adatti għall-kariga li trid tiġi koperta u d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet li jridu jitwettqu, billi jqisu l-gwida mogħtija fit-Taqsima B-I/14 tal-Kodiċi STCW.

Artikolu 16

Idoneità għall-qadi tad-dmirijiet

1.   Għall-fini tal-prevenzjoni tal-għeja, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jistabbilixxu u jinfurzaw perijodi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u prevenzjoni ta’ tniġġis skont il-paragrafi 3 sa 13;

(b)

jeħtieġu li s-sistemi ta’ għassa jkunu organizzati b’tali mod li l-effiċjenza tal-persunal tal-għassa ma tkunx imdgħajfa mill-għeja u li d-dmirijiet ikunu organizzati b’tali mod li l-ewwel uffiċjal tal-għassa fil-bidu tal-vjaġġ u l-uffiċjali tal-għassa sussegwenti li jbiddlu l-għassa jkunu mistrieħa biżżejjed u idonei għall-qadi ta’ dmirijiethom.

2.   L-Istati Membri għandhom, għall-fini tal-prevenzjoni tal-abbuż ta’ droga u alkoħol, jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri adegwati skont dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom iqisu l-periklu li jiġi mill-għeja tal-baħħara, speċjalment ta’ dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu l-operazzjoni sikura u sigura tal-bastiment.

4.   Il-persuni kollha li jkunu assenjati d-dmir ta’ uffiċjal inkarigat mill-għassa jew bħala baħri li jifforma parti mill-għassa, u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, prevenzjoni ta’ tniġġis u sigurtà, għandhom jingħataw perijodu ta’ mistrieħ ta’ mhux inqas minn:

(a)

10 sigħat ta’ mistrieħ f’kull perijodu ta’ 24 siegħa; u

(b)

77 siegħa f’kull perijodu ta’ sebat ijiem.

5.   Is-sigħat ta’ mistrieħ jistgħu jinqasmu f’mhux iktar minn żewġ perijodi, li wieħed minnhom irid ikun twil mill-inqas 6 sigħat, u l-intervalli bejn perjiodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu aktar minn 14-il siegħa.

6.   Ir-rekwiżiti għall-perijodi ta’ mistrieħ stipulati fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu ma jinżammux f’każ ta’ emerġenza jew f’kondizzjonijiet oħra operattivi eċċezzjonali. Is-sejħiet tal-miġemgħa, id-drills għat-tifi tan-nar u ta’ salvataġġ bid-dgħajjes u drills preskritti minn liġijiet u regolamenti nazzjonali u minn strumenti internazzjonali għandhom jitwettqu b’mod li jimminimizza t-tfixkil tal-perijodi ta’ mistrieħ u ma jwasslux għall-għeja.

7.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-iskedi tal-għassa jitpoġġew f’post li huwa aċċessibbli faċilment. L-iskedi għandhom ikunu stabbiliti f’format standard bil-lingwa jew lingwi tax-xogħol tal-bastimenti u bl-Ingliż.

8.   Meta baħħar ikun disponibbli għax-xogħol, bħal meta spazju b’makkinarju jkun mingħajr għassa, il-baħħar għandu jkollu perijodu ta’ mistrieħ ta’ kumpens adegwat jekk il-perijodu normali ta’ mistrieħ jiġi mfixkel mill-fatt li jiġi msejjaħ għax-xogħol.

9.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li jinżammu rekords ta s- sigħat ta’ mistrieħ ta’ kuljum tal-baħħara f’format standardizzat, bil-lingwa jew lingwi tax-xogħol u bl-Ingliż, biex tkun tista’ tiġi mmonitorjata u vverifikata l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Il-baħħara għandhom jirċievu kopja tar-rekords li jirrigwardaw lilhom, li għandhom ikunu approvati mill-kaptan, jew minn persuna awtorizzata mill-kaptan, u mill-baħħara.

10.   Minkejja r-regoli stipulati fil-paragrafi 3 sa 9, il-kaptan ta’ bastiment għandu jkun intitolat li jitlob lil baħħar iwettaq kwalunkwe siegħa ta’ xogħol meħtieġa għas-sikurezza immedjata tal-bastiment, persuni abbord jew merkanzija, jew għall-fini li tingħata assistenza lil bastimenti jew persuni oħra li jkunu f’diffikultà fuq il-baħar. Għaldaqstant, il-kaptan jista’ jissospendi l-iskeda ta’ sigħat ta’ mistrieħ u jitlob lil baħħar iwettaq kwalunkwe siegħa ta’ xogħol meħtieġa sakemm is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal. Hekk kif ikun prattikabbli wara li s-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal, il-kaptan għandu jiżgura li kwalunkwe baħħar li jkun wettaq xogħol matul perijodu skedat ta’ mistrieħ ikun ipprovdut b’perijodu ta’ mistrieħ adegwat.

11.   B’kont meħud tal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u f’konformità mad-Direttiva 1999/63/KE l-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew proċedura nazzjonali għall-awtorità kompetenti, jawtorizzaw jew jirreġistraw ftehimiet kollettivi li jippermettu eċċezzjonijiet għas-sigħat meħtieġa ta’ mistrieħ stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punt (b), u fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu sakemm dak il-perijodu ta’ mistrieħ ma jkunx inqas minn 70 siegħa fi kwalunkwe perijodu ta’ sebat ijiem u bir-rispett tal-limiti stabbiliti fil-paragrafi 12 u 13 ta’ dan l-Artikolu. Eċċezzjonijiet bħal dawn għandhom, sakemm ikun possibbli, jsegwu l-istandards stabbiliti iżda jistgħu jieħdu kont ta’ perijodi ta’ mistrieħ aktar frekwenti jew itwal, jew li jagħtu leave b’kumpens lil baħħara tal-għassa jew baħħara li jaħdmu abbord bastimenti fuq vjaġġi qosra. Sa fejn hu possibbli, l-eċċezzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-gwida rigward il-prevenzjoni tal-għeja stipulata fit-Taqsima B-VIII/1 tal-Kodiċi STCW. M’għandhomx ikunu permessi eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ previsti fil-paragrafu 4, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu.

12.   L-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 11 għall-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa previst fil- paragrafu 4, il-punt (b), ma għandhomx ikunu permessi għal aktar minn ġimagħtejn konsekuttivi. L-intervalli bejn żewġ perijodi ta’ eċċezzjonijiet abbord ma għandhomx ikunu anqas minn darbtejn it-tul tal-eċċezzjoni.

13.   Fil-qafas tal-possibilità ta’ eċċezzjonijiet għall-paragrafu 5, imsemmijin fil-paragrafu 11, is-sigħat minimi ta’ mistrieħ f’kwalunkwe perijodu ta’ 24 siegħa previsti fil-paragrafu 4, il-punt (a), jistgħu jinqasmu f’mhux iktar minn tliet perijodi ta’ mistrieħ, li wieħed minnhom għandu jkun twil mill-inqas sitt sigħat u l-ebda wieħed miż-żewġ perijodi l-oħra ma għandhom ikunu twal inqas minn siegħa. L-intervalli bejn perijodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu ta’ aktar minn 14-il siegħa. L-eċċezzjonijiet ma għandhomx jestendu għal aktar minn żewġ perijodi ta’ 24 siegħa fi kwalunkwe perijodu ta’ sebat ijiem.

14.   Għall-fini tal-prevenzjoni tal-abbuż tal-alkoħol, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu ta’ mhux aktar minn 0,05 % ta’ livell ta’ alkoħol fid-demm (BAC) jew 0,25 mg/l ta’ alkoħol fin-nifs jew kwantità ta’ alkoħol li twassal għal tali konċentrazzjoni ta’ alkoħol għall-kaptani, l-uffiċjali u baħħara oħra waqt it-twettiq ta’ dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u li jirrigwardaw l-ambjent tal-baħar.

Artikolu 17

Dispensa

1.   F’ċirkostanzi ta’ ħtieġa eċċezzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jekk fl-opinjoni tagħhom hija ma tkunx ta’ periklu għall-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent, joħorġu dispensa li tippermetti lil baħħar speċifiku jservi f’vapur speċifiku għal perijodu speċifiku ta’ mhux aktar minn sitt xhur f’kapaċità minbarra dik ta’ operatur tar-radju, ħlief kif ipprovdut fir-Regolamenti tar-Radju rilevanti, li għalih ma jkollux iċ-ċertifikat xieraq, bil-kondizzjoni li l-persuna li għaliha tkun ħarġet id-dispensa tkun ikkwalifikata b’mod addattat sabiex timla’ l-post vakanti b’mod sikur għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, m’għandhomx jingħataw dispensi għal kaptan jew għal uffiċjal kap tal-inġinerija, minbarra f’ċirkostanzi ta’ forza maġġuri u f’dak il-każ biss għall-iqsar perijodu possibbli.

2.   Kwalunkwe dispensa mogħtija għal kariga għandha tingħata biss lill-persuna ċċertifikata kif xieraq biex timla l-kariga li tiġi immedjatamet taħtha. Fejn ċertifikazzjoni tal-kariga ta’ taħtha ma tkunx meħtieġa, tista’ tinħareġ dispensa lil persuna li l-kwalifiki u l-esperjenza tagħha, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, ikunu ta’ ekwivalenza ċara għar-rekwiżiti għall-kariga li għandha timtela, bil-kondizzjoni li, jekk dik il-persuna ma tkunx fil-pussess ta’ ċertifikat xieraq, hija tkun meħtieġa li tgħaddi eżami aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti li jikkonferma li dik id-dispensa tista’ tinħareġ bla periklu. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kariga msemmija timtela mid-detentur ta’ ċertifikat xieraq malajr kemm jista’ jkun.

Artikolu 18

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ taħriġ u valutazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet jew il-korpi li għandhom:

(a)

jagħtu t-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 3;

(b)

jorganizzaw u/jew jissorveljaw l-eżamijiet fejn ikun meħtieġ;

(c)

joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 4;

(d)

jagħtu d-dispensa prevista fl-Artikolu 17.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

it-taħriġ u l-valutazzjoni kollha tal-baħħara jkunu:

(i)

strutturati skont il-programmi bil-miktub, li jinkludu dawk il-metodi u l-mezzi ta’ kif jiġu mogħtija, il-proċeduri u l-materjal tal-kors kif meħtieġa biex jintlaħaq l-istandard ta’ kompetenza previst;

(ii)

imwettqa, sorveljati, evalwati u appoġġati minn persuni kwalifikati skont il-punti (d), (e) u (f);

(b)

persuni li jmexxu taħriġ jew valutazzjoni waqt ix-xogħol ta’ persuni abbord vapur għandhom jagħmlu dan biss meta dak it-taħriġ jew dik il-valutazzjoni ma jaffetwawx ħażin it-tħaddim normali tal-vapur u jkunu jistgħu jiddedikaw il-ħin u l-attenzjoni tagħhom għat-taħriġ jew għall-valutazzjoni;

(c)

għalliema, kontrolluri u assessuri jkunu kkwalifikati b’mod xieraq għat-tipi u l-livelli partikolari ta’ taħriġ jew ta’ valutazzjoni tal-kompetenza tal-baħħara sew abbord u sew fuq l-art;

(d)

kwalunkwe persuna li tkun qiegħda tmexxi taħriġ tal-baħħara waqt ix-xogħol, sew abbord u sew fuq l-art, li jkun maħsub sabiex jintuża għall-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni skont din id-Direttiva:

(i)

ikollha apprezzament tal-programm ta’ taħriġ u tifhem l-għanijiet speċifiċi tat-taħriġ għat-tip partikolari ta’ taħriġ li jkun qiegħed isir;

(ii)

tkun ikkwalifikata fix-xogħol li għalih ikun qiegħed isir it-taħriġ;

(iii)

jekk it-taħriġ ikun qiegħed isir bl-użu ta’ simulatur:

tkun irċeviet gwida xierqa fit-teknika ta’ istruzzjoni li tinvolvi l-użu ta’ simulaturi; u

tkun kisbet esperjenza prattika ta’ ħidma fuq it-tip partikolari ta’ simulatur li jkun qiegħed jiġi użat;

(e)

kwalunkwe persuna responsabbli mill-kontroll tat-taħriġ ta’ baħħar waqt ix-xogħol intiż biex jiġi użat sabiex jikkwalifika għaċ-ċertifikazzjoni, jkollha fehim sħiħ tal-programm ta’ taħriġ u l-għanijiet speċifiċi għal kull tip ta’ taħriġ li jkun qiegħed isir;

(f)

kwalunkwe persuna li tagħmel il-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ baħħar waqt ix-xogħol, sew abbord u sew fuq l-art, liema valutazzjoni tkun maħsuba sabiex tintuża biex tikkwalifika għaċ-ċertifikazzjoni skont din id-Direttiva:

(i)

ikollha livell xieraq ta’ għarfien u fehim tal-kompetenza li għandha tiġi eżaminata;

(ii)

tkun ikkwalifikata fix-xogħol li għalih tkun qiegħda ssir il-valutazzjoni;

(iii)

tkun irċeviet gwida xierqa f’metodi ta’ valutazzjoni u prattika;

(iv)

tkun kisbet esperjenza prattika tal-valutazzjoni;

(v)

jekk tkun qiegħda tagħmel valutazzjoni li tinvolvi l-użu ta’ simulaturi, tkun kisbet esperjenza prattika tal-valutazzjoni fuq it-tip partikolari ta’ simulatur taħt is-sorveljanza u għas-sodisfazzjon ta’ eżaminatur b’esperjenza;

(g)

meta Stat Membru jirrikonoxxi kors ta’ taħriġ, istituzzjoni ta’ taħriġ, jew kwalifika mogħtija minn istituzzjoni ta’ taħriġ, bħala parti mir-rekwiżiti tiegħu għall-ħruġ ta’ ċertifikat, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-għalliema u tal-assessuri huma koperti fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-istandards tal-kwalità tal-Artikolu 11; dawk il-kwalifiki, dik l-esperjenza u l-applikazzjoni tal-istandards tal-kwalità għandhom jinkorporaw taħriġ xieraq f’tekniki ta’ istruzzjoni u metodi ta’ taħriġ u valutazzjoni u prattika u jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha applikabbli tal-punti (d), (e) u (f) ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 19

Komunikazzjoni abbord

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

mingħajr preġudizzju għall-punti (b) u (d), f’kull ħin ikun hemm, abbord il-vapuri kollha li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru, mezzi għal komunikazzjoni orali effettiva relatata mas-sikurezza bejn il-membri kollha tal-ekwipaġġ tal-vapur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ reċezzjoni tajba u fil-ħin u l-fehim ta’ messaġġi u istruzzjonijiet;

(b)

abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru u abbord il-vapuri tal-passiġġieri kollha li jibdew u/jew jispiċċaw il-vjaġġ f’port ta’ Stat Membru, sabiex jiżguraw rendiment effettiv tal-ekwipaġġ fi kwistjonijiet ta’ sikurezza, tiġi stabbilita lingwa tax-xogħol u tkun reġistrata fir-reġistru (log book) tal-vapur;

il-kumpanija jew il-kaptan, skont kif ikun jixraq, għandhom jistabbilixxu l-lingwa tax-xogħol addattata; kull baħħar għandu jkun meħtieġ li jifhem u, fejn ikun xieraq, jagħti ordnijiet u istruzzjonijiet u jirrapporta lura b’dik il-lingwa;

jekk il-lingwa tax-xogħol ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Istat Membru, il-pjani u l-listi kollha li għandhom jitwaħħlu għandhom jinkludu traduzzjonijiet fil-lingwa tax-xogħol;

(c)

abbord vapuri tal-passiġġieri, il-persunal imsemmi fil-listi tal-ekwipaġġ biex jassisti passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza ikunu jistgħu jiġu identifikati immedjatament u jkollhom abbiltajiet ta’ komunikazzjoni li jkunu suffiċjenti għal dak il-għan, b’konsiderazzjoni ta’ kombinazzjoni xierqa u adegwata ta’ kwalunkwe mill-fatturi li ġejjin:

(i)

il-lingwa jew lingwi li jkunu xierqa għan-nazzjonalitajiet prinċipali tal-passiġġieri ttrasportati fuq rotta partikolari;

(ii)

il-probabbilità li l-abbiltà li jintuża vokabularju elementari Ingliż għal istruzzjonijiet bażiċi tista’ tipprovdi mezz ta’ komunikazzjoni ma’ passiġġier li jkollu bżonn għajnuna kemm jekk il-passiġġier u l-membru tal-ekwipaġġ ikollhom lingwa komuni kif ukoll kemm jekk le;

(iii)

il-ħtieġa li tista’ tinħoloq waqt emerġenza biex il-komunikazzjoni ssir permezz ta’ mezzi oħra, pereżempju b’wiri, sinjali bl-idejn, jew ġbid ta’ attenzjoni għall-post tal-istruzzjoni, għall-punti ta’ ġbir, tagħmir ta’ salvataġġ jew rotot ta’ evakwazzjoni, meta l-komunikazzjoni verbali ma tkunx prattika;

(iv)

sa liema punt l-istruzzjonijiet tas-sikurezza kollha jkunu ġew provduti lill-passiġġieri fil-lingwa jew lingwi nattivi tagħhom;

(v)

il-lingwi li fihom l-avviżi ta’ emerġenza jistgħu jixxandru waqt emerġenza jew eżerċizzju militari biex jagħtu gwida kritika lill-passiġġieri u biex jgħinu lill-membri tal-ekwipaġġ fl-assistenza lill-passiġġieri;

(d)

abbord tankers taż-żejt, tankers ta’ sustanzi kimiċi u tankers tal-gass likwifikat li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru, il-kaptan, l-uffiċjali u l-baħrin jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’lingwa/i komuni tax-xogħol;

(e)

ikun hemm mezzi adegwati għall-komunikazzjoni bejn il-vapur u l-awtoritajiet fuq l-art; tali komunikazzjonijiet għandhom jitmexxew skont il-Kapitolu V, Regolament 14, paragrafu 4, tas-SOLAS 74;

(f)

meta jwettqu l-kontroll tal-Istat tal-port skont id-Direttiva 2009/16/KE, l-Istati Membri jikkontrollaw ukoll li l-vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat li ma jkunx Stat Membru jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 20

Rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza

1.   Il-baħħara li m’għandhomx iċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa mill-Istati Membri jew iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa mill-Istati Membri lill-kaptani u lill-uffiċjali skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Konvenzjoni STCW, jistgħu jitħallew iservu fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, dment li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza jew ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza tagħhom permezz tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Stat Membru li jkun biħsiebu jirrikonoxxi, b’approvazzjoni, iċ-ċertifikati ta’ kompetenza jew iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, maħruġa minn pajjiż terz lil kaptan, uffiċjal jew operatur tar-radju, għal servizz fuq vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, għandu jippreżenta talba lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta’ dak il-pajjiż terz, akkumpanjata minn analiżi preliminari tal-konformità tal-pajjiż terz mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW billi jiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II għal din id-Direttiva. F’dik l-analiżi preliminari, l-Istat Membru għandu jipprovdi aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-rikonoxximent tal-pajjiż terz, biex jissostanzja t-talba tiegħu.

Wara l-preżentazzjoni ta’ tali talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tipproċessa dik it-talba mingħajr dewmien u għandha tiddeċiedi, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2), dwar il-bidu tal-valutazzjoni tas-sistema ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz fi żmien raġonevoli, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Meta tiġi adottata deċiżjoni pożittiva biex tinbeda il-valutazzjoni, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u bl-involviment possibbli tal-Istat Membru li jkun qed iressaq it-talba u kwalunkwe Stat Membru ieħor interessat, għandha tiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II għal din id-Direttiva u għandha twettaq valutazzjoni tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz li għalih tkun tressqet it-talba għar-rikonoxximent, sabiex tivverifika li l-pajjiż terz ikkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u li ttieħdu l-miżuri xierqa biex jiġi evitat il-ħruġ ta’ ċertifikati qarrieqa, u biex ikun ikkunsidrat jekk irratifikax il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006.

3.   Meta, b’riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawk ir-rekwiżiti kollha huma ssodisfati, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-deċiżjoni tagħha dwar ir-rikonoxximent ta’ pajjiż terz. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2), fi żmien 24 xahar mill-preżentazzjoni tat-talba minn Stat Membru msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ikun jeħtieġ jimplimenta azzjonijiet korrettivi kbar, inklużi emendi fil-leġiżlazzjoni, fis-sistema tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taċ-ċertifikazzjoni tiegħu biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati fi żmien 36 xahar mill-preżentazzjoni tat-talba minn Stat Membru msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istat Membru li jippreżenta tali talba jista’ jiddeċiedi li jirrikonoxxi l-pajjiż terz b’mod unilaterali sa ma jiġi adottat att ta’ implimentazzjoni skont dan il-paragrafu. Fil-każ ta’ tali rikonoxximent unilaterali, l-Istat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-għadd ta’ approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent maħruġa b’rabta maċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza msemmija fil-paragrafu 1, maħruġa mill-pajjiż terz sakemm l-att ta’ implimentazzjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ dak il-pajjiż terz jiġi adottat.

4.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi, fir-rigward ta’ vapuri li jtajjru l-bandiera tiegħu, li japprova ċertifikati maħruġa mill-pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Kummissjoni, b’konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti (4) u (5) tal-Anness II.

5.   Ir-rikonoxximenti ta’ ċertifikati maħruġin minn pajjiżi terzi rikonoxxuti u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, qabel l-14 ta’ Ġunju 2005 għandhom jibqgħu validi.

Dawk ir-rikonoxximenti jistgħu jintużaw mill-Istati Membri kollha kemm-il darba l-Kummissjoni ma tkunx sussegwentement irtirathom skont l-Artikolu 21.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor u taġġorna lista tal-pajjiżi terzi li jkunu ġew rikonoxxuti. Il-lista għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Serje C.

7.   Minkejja l-Artikolu 4(7), Stat Membru jista’, jekk hekk ikunu jitolbu ċ-ċirkostanzi, jippermetti li baħħar jagħti s-servizz tiegħu f’kariga għajr dik ta’ uffiċjal tar-radju jew operatur tar-radju, ħlief kif previst bir-Regolamenti tar-Radju, għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur, abbord vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu, waqt li jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq u validu maħruġ u approvat kif meħtieġ minn pajjiż terz, iżda li jkun għadu mhux approvat għar-rikonoxximent mill-Istat Membru konċernat sabiex b’hekk irendieħ xieraq għal servizz abbord vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu.

Għandha tinżamm disponibbli evidenza dokumentata li turi li l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ġiet ippreżentata lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 21

Nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW

1.   Minkejja l-kriterji speċifikati fl-Anness II, meta Stat Membru jqis li pajjiż terz rikonoxxut m’għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih, filwaqt li jagħti raġunijiet issostanzjati għal dan.

Il-Kummissjoni għandha tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 31(1) mingħajr dewmien.

2.   Minkejja l-kriterji speċifikati fl-Anness II, meta l-Kummissjoni tikkunsidra li pajjiż terz rikonoxxut m’għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri minnufih, filwaqt li tagħti raġunijiet issostanzjati għal dan.

Il-Kummissjoni għandha tirriferi l-kwistjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 31(1) mingħajr dewmien.

3.   Meta Stat Membru jkun bi ħsiebu jirtira l-approvazzjonijiet taċ-ċertifikati kollha maħruġa minn pajjiż terz, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar l-intenzjoni tiegħu mingħajr dewmien, filwaqt li jagħti raġunijiet issostanzjati għal dan.

4.   Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, għandha tivvaluta mill-ġdid ir-rikonoxximent tal-pajjiż terz ikkonċernat sabiex tivverifika jekk dak il-pajjiż terz naqasx milli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW.

5.   Fejn ikun hemm indikazzjonijiet li stabbiliment partikolari ta’ taħriġ marittimu m’għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-pajjiż terz ikkonċernat li r-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ dak il-pajjiż terz se jiġi rtirat fi żmien xahrejn kemm-il darba ma jitteħdux miżuri li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW.

6.   Id-deċiżjoni dwar l-irtirar tar-rikonoxximent għandha tittieħed mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2). L-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jimplimentaw id-deċiżjoni.

7.   L-approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati, maħruġa skont l-Artikolu 4(7) qabel id-data li fiha d-deċiżjoni biex ikun irtirat ir-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi tkun ittieħdet, għandhom jibqgħu validi. Madankollu, il-baħħara li jkollom tali approvazzjonijiet ma jistgħux jagħmlu pretensjoni għal approvazzjoni li tirikkonoxxi kwalifika ogħla, ħlief jekk dak il-grad ogħla jkun ibbażat biss fuq esperjenza addizzjonali ta’ servizz fuq il-baħar.

8.   Jekk ma jkun hemm ebda approvazzjoni li tafferma r-rikonoxximent maħruġ minn Stat Membru b’rabta ma’ ċertifikati ta’ kompetenza jew ċertifikati ta’ profiċjenza, imsemmija fl-Artikolu 20(1), maħruġa minn pajjiż terz għal perijodu ta’ aktar minn tmien snin, ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ dak il-pajjiż terz għandu jiġi rieżaminat. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-deċiżjoni tagħha wara dak ir-rieżami. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2), wara li l-Istati Membri kif ukoll lill-pajjiż terz konċernat jiġu notifikati mill-inqas sitt xhur minn qabel.

Artikolu 22

Valutazzjoni mill-ġdid

1.   Il-pajjiżi terzi li ġew rikonoxxuti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3), l-ewwel subparagrafu, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 20(6), għandhom jiġu rivalutati mill-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, fuq bażi regolari u mill-inqas kull għaxar snin mill-aħħar valutazzjoni, biex jiġi vverifikat li jissoddisfaw il-kriterji rilevanti mniżżla fl-Anness II u jekk ittieħdux il-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ħruġ ta’ ċertifikati qarrieqa.

2.   Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, għandha twettaq rivalutazzjoni tal-pajjiżi terzi abbażi tal-kriterji ta’ prijorità. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

data tal-prestazzjoni mill-kontroll tal-Istat tal-port skont l-Artikolu 24;

(b)

l-għadd ta’ approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent fir-rigward taċ-ċertifikati ta’ kompetenza, jew taċ-ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Konvenzjoni STCW, maħruġa mill-pajjiż terz;

(c)

l-għadd ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-qasam marittimu akkreditati mill-pajjiż terz;

(d)

l-għadd ta’ programmi ta’ taħriġ u żvilupp professjonali għall-baħħara approvati mill-pajjiż terz;

(e)

id-data tal-aħħar valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pajjiż terz u l-għadd ta’ nuqqasijiet fi proċessi kritiċi identifikati matul dik il-valutazzjoni;

(f)

kwalunkwe bidla sinifikanti fit-taħriġ marittimu u fis-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-pajjiż terz;

(g)

l-għadd globali ta’ baħħara ċċertifikati mill-pajjiż terz, li jservu fuq vapuri li jtajru l-bnadar tal-Istati Membri u l-livell ta’ taħriġ u kwalifiki ta’ dawk il-baħħara;

(h)

informazzjoni dwar l-istandards ta’ edukazzjoni u taħriġ fil-pajjiż terz, ipprovduta minn kwalunkwe awtorità kkonċernata jew parti ikkonċernata oħra, jekk tkun disponibbli.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ pajjiż terz mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW skont l-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva, il-valutazzjoni mill-ġdid ta’ dak il-pajjiż terz għandu jkollha prijorità fir-rigward ta’ pajjiżi terzi oħra.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni.

Artikolu 23

Kontroll tal-Istat tal-port

1.   Irrispettivament mill-bandiera li jtajjar, bl-eċċezzjoni ta’ dawk it-tipi ta’ bastimenti msemmija fl-Artikolu 1, kull bastiment, waqt li jkun fil-portijiet ta’ Stat Membru, għandu jkun soġġett għall-kontroll tal-Istat tal-port minn uffiċjali debitament awtorizzati minn dak l-Istat Membru sabiex jivverifikaw li l-baħħara kollha li jagħtu s-servizz tagħhom abbord li jkunu meħtieġa li jkollhom ċertifikat ta’ kompetenza u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza u/jew evidenza dokumentata skont il-Konvenzjoni STCW, jkollhom tali ċertifikat ta’ kompetenza jew dispensa valida u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza u/jew evidenza dokumentata.

2.   Meta jeżerċitaw kontroll tal-Istat tal-port skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti u l-proċeduri kollha stabbiliti fid-Direttiva 2009/16/KE.

Artikolu 24

Proċeduri ta’ kontroll tal-Istat tal-port

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/16/KE, il-kontroll tal-Istat tal-port skont l-Artikolu 23 għandu jkun limitat għal li ġej:

(a)

verifika li kull baħħar li jagħti s-servizz tiegħu abbord li huwa meħtieġ li jkollu ċertifikat ta’ kompetenza u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza skont il-Konvenzjoni STCW ikollu tali ċertifikat ta’ kompetenza jew dispensa valida u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza, jew jipprovdi prova dokumentata li tkun ġiet ippreżentata lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera applikazzjoni għal approvazzjoni li turi r-rikonoxximent ta’ ċertifikat ta’ kompetenza;

(b)

verifika li n-numri u ċ-ċertifikati tal-baħħara li jagħtu s-servizz tagħhom abbord huma skont ir-rekwiżiti ta’ tgħammir sikur tal-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera.

2.   Il-kapaċità tal-baħħara tal-bastiment li jżommu standards ta’ għassa u ta’ sigurtà, kif xieraq, kif meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW, għandha tiġi vvalutata skont il-Parti A tal-Kodiċi STCW jekk ikun hemm raġunijiet ċari biex wieħed jemmen li dawk l-istandards ma jkunux qed jinżammu minħabba li jkun seħħ xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

il-vapur kien involut f’ħabta jew inkalja;

(b)

kien hemm ħruġ ta’ sustanzi mill-vapur waqt il-vjaġġ, waqt l-ankraġġ jew fl-irmiġġ li jkun illegali skont konvenzjoni internazzjonali;

(c)

il-vapur ikun ġie immanuvrat b’mod erratiku jew perikoluż li bih il-miżuri tar-rotta adottati mill-IMO, jew il-prattiki u l-proċeduri ta’ navigazzjoni sikura ma jkunux ġew osservati;

(d)

il-bastiment qed jiġi operat b’mod li jippreżenta periklu għall-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent, jew b’tali mod li jikkomprometti s-sigurtà;

(e)

ċertifikat ikun inkiseb bi frodi jew id-detentur taċ-ċertifikat ma jkunx l-istess persuna li għaliha jkun ġie oriġinarjament maħruġ dak iċ-ċertifikat;

(f)

il-vapur ikun qiegħed itajjar il-bandiera ta’ pajjiż li ma rratifikax il-Konvenzjoni STCW, jew għandu kaptan, uffiċjal jew baħri li jkollu ċertifikat maħruġ minn pajjiż terz li ma jkunx irratifika l-Konvenzjoni STCW.

3.   Minkejja l-verifika taċ-ċertifikat, il-valutazzjoni skont il-paragrafu 2 tista’ teħtieġ li l-baħħar juri l-kompetenza rilevanti fuq il-post tax-xogħol. Din it-turija tista’ tinkludi verifika li r-rekwiżiti operazzjonali fir-rigward ta’ standards ta’ għassa jkunu ġew sodisfatti u li hemm rispons xieraq għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fil-livell ta’ kompetenza tal-baħħar.

Artikolu 25

Detenzjoni

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/16/KE, id-defiċjenzi li ġejjin, sa fejn ikun ġie stabbilit mill-uffiċjal li jwettaq il-kontroll tal-Istat tal-port li huma ta’ periklu għall-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent, għandhom ikunu l-uniċi raġunijiet skont din id-Direttiva li għalihom Stat Membru jista’ jżomm vapur:

(a)

il-baħħara ma jkollhomx ċertifikati, ma jkollhomx ċertifikati xierqa, ma jkollhomx dispensi validi jew ma jipprovdux evidenza dokumentata li tkun saret applikazzjoni għal approvazzjoni li turi li r-rikonoxximent għand l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera;

(b)

in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ tgħammir sikur tal-Istat tal-bandiera;

(c)

in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-arranġamenti tal-għassa għan-navigazzjoni jew għall-inġinerija speċifikati għall-vapur mill-Istat tal-bandiera;

(d)

in-nuqqas waqt għassa ta’ persuna kkwalifikata sabiex tħaddem tagħmir essenzjali għas-sikurezza tan-navigazzjoni, is-sikurezza tal-komunikazzjonijiet bir-radju jew il-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar;

(e)

in-nuqqas li tiġi ipprovduta prova ta’ profiċjenza professjonali għax-xogħlijiet mogħtija lill-baħħara għas-sikurezza tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tniġġis;

(f)

l-inabilità li jiġu pprovduti persuni għall-ewwel għassa fil-bidu tal-vjaġġ, u għal għases sussegwenti li jidħlu minflokhom, li jkunu mistrieħa biżżejjed u għalhekk tajbin għax-xogħol.

Artikolu 26

Monitoraġġ regolari tal-konformità

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, għandha tivverifika fuq bażi regolari u mill-inqas kull ħames snin li l-Istati Membri jkunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti b’din id-Direttiva.

Artikolu 27

Informazzjoni għall-finijiet ta’ statistika

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Anness III lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-Artikolu 21(8) u l-Artikolu 22(2) u għall-użu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għat-tfassil tal-politika.

2.   Dik l-informazzjoni għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fuq bażi annwali u f’forma elettronika u għandha tinkludi l-informazzjoni rreġistrata sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti. L-Istati Membri għandhom iżommu d-drittijiet kollha tal-proprjetà fir-rigward ta’ informazzjoni fil-format tagħha ta’ data mhux ipproċessata. Statistika pproċessata mfassla abbażi ta’ informazzjoni bħal din għandha ssir disponibbli għall-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-protezzjoni tal-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali, l-Istati Membri għandhom janonimizzaw kwalunkwe informazzjoni personali kif indikat fl-Anness III permezz ta’ software pprovdut jew aċċettat mill-Kummissjoni qabel ma jibagħtuha lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tuża biss dik l-informazzjoni anonimizzata.

4.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-miżuri għall-ġbir, il-preżentazzjoni, il-ħżin, l-analizzar u t-tixrid ta’ dik l-informazzjoni jkunu mfasslin b’tali mod li jkun possibbli li ssir analiżi bbażata fuq statistika.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati rigward ir-rekwiżiti tekniċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-ġestjoni xierqa tad-data tal-istatistika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2).

Artikolu 28

Rapport ta’ evalwazzjoni

Mhux aktar tard mit-2 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni, inkluż suġġerimenti għal azzjonijiet ta’ segwitu li jridu jittieħdu fid-dawl ta’ dik l-evalwazzjoni. F’ dak ir-rapport ta’ evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri, u kwalunkwe żvilupp rigward iċ-ċertifikati diġitali għall-baħħara fil-livell internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll kwalunkwe żvilupp fir-rigward ta’ konsiderazzjoni futura ta’ Diplomi Marittimi Ewropej ta’ Eċċellenza, kif imsejsa mir-rakkomandazzjonijiet mogħtija mis-sħab soċjali.

Artikolu 29

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 li jemendaw l-Anness I għal din id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet relatati ta’ din id-Direttiva sabiex tallinja dak l-Anness u dawk id-dispożizzjonijiet mal-emendi tal-Konvenzjoni STCW u mal- Parti A tal-Kodiċi STCW.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 li jemendaw l-Anness III għal din id-Direttiva fir-rigward ta’ kontenut u dettalji speċifiċi u rilevanti tal-informazzjoni li teħtieġ tiġi rrappurtata mill-Istati Membri, kemm-il darba tali atti jkunu limitati sabiex iqisu l-emendi fil-Konvenzjoni STCW u l-Parti A tal-Kodiċi STCW u jirrispettaw is-salvagwardji dwar il-protezzjoni tad-data. Dawk l-atti delegati ma għandhomx ibiddlu d-dispożizzjonijiet dwar l-anonimizzazzjoni tad-data stipulati fl-Artikolu 27(3).

Artikolu 30

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(14) u fl-Artikolu 29 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Awwissu 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4(14) u fl-Artikolu 29 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(14) u l-Artikolu 29 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 31

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni m’għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu,tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 32

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikoli 3, 4, 8, 10 sa 16, 18, 19, 20, 23, 24, 25 u l-Anness I, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 33

Komunikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-testitad-dispożizzjonijiet kollha li jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra bihom.

Artikolu 34

Tħassir

Id-Direttiva 2008/106/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, Parti A, hija mħassra, bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 35

Dħul fis-Seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 36

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)  ĠU C 123, 9.4.2021, p. 80.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Mejju 2022.

(3)  Id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33).

(4)  Ara l-Anness IV, Parti A.

(5)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) (ĠU L 167, 2.7.1999, p. 33).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

(9)  Id-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri u li temenda d-Direttiva 2001/25/KE (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160).

(10)  Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).

(11)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).


ANNESS I

REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ TAL-KONVENZJONI STCW, IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 3

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Ir-Regolamenti msemmija f’dan l-Anness huma supplimentati bid-dispożizzjonijiet obbligatorji li jinsabu fil-Parti A tal-Kodiċi STCW bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VIII, ir-Regolament VIII/2.

Kwalunkwe referenza għal rekwiżit f’Regolament hija wkoll referenza għat-Taqsima korrispondenti tal-Parti A tal-Kodiċi STCW.

2.

Il-Parti A tal-Kodiċi STCW fiha standards ta’ kompetenza meħtieġa li għandhom juru l-kandidati għall-ħruġ u l-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati ta’ kompetenza skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW. Sabiex tiġi ċċarata l-konnessjoni bejn id-dispożizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni alternattivi tal-Kapitolu VII u d-dispożizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tal-Kapitoli II, III u IV, il-ħiliet speċifikati fl-istandards ta’ kompetenza huma miġbura kif adatt taħt is-seba’ funzjonijiet li ġejjin:

(1)

navigazzjoni;

(2)

maniġġar u stivar tal-merkanzija;

(3)

kontroll tal-operat tal-bastiment u kura għall-persuni abbord;

(4)

inġinerija marittima;

(5)

enġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll;

(6)

manutenzjoni u tiswija;

(7)

komunikazzjoni bir-radju,

fil-livelli ta’ responsabbiltà li ġejjin:

(1)

livell maniġerjali;

(2)

livell operattiv;

(3)

livell ta’ appoġġ.

Il-funzjonijiet u l-livelli ta’ responsabbiltà huma identifikati skont is-sottotitoli fit-tabelli tal-istandards ta’ kompetenza speċifikati fil-Parti A, Kapitoli II, III u IV tal-Kodiċi STCW.

KAPITOLU II

DIPARTIMENT TAL-KAPTAN U TAL-GVERTA

Regolament II/1

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed

1.

Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni li jservi fuq bastiment li jbaħħar ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

jkollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala parti minn programm ta’ taħriġ approvat li jinkludi taħriġ abbord li jissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsima A-II/1 tal-Kodiċi STCW u huwa dokumentat f’reġistru tat-taħriġ approvat, jew inkella li għandu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 36 xahar;

2.3.

ikun wettaq, matul is-servizz tat-tbaħħir meħtieġ, dmirijiet ta’ għassa fuq il-pont taħt is-superviżjoni tal-kaptan jew ta’ uffiċjal kwalifikat għal perijodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur;

2.4.

jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolamenti fil-Kapitolu IV, kif adatt, għat-twettiq tad-dmirijiet tar-radju speċifikati skont ir-Regolamenti dwar ir-Radju;

2.5.

ikun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/1 tal-Kodiċi STCW;

2.6.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-VI/1, paragrafu 2, fit-Taqsima A-VI/2, paragrafu 1 sa 4 fit-Taqsima A-VI/3, paragrafu 1 sa 4 u fit- Taqsima A-VI/4, paragrafi 1, 2 u 3 tal-Kodiċi STCW.

Regolament II/2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kaptani u chief mates fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed

Kaptan u chief mate fuq bastimenti ta’ 3 000 tunnellaġġ gross jew iżjed

1.

Kull kaptan u chief mate fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 3 000 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed u jkollu servizz tat-tbaħħir approvat f’dik il-kapaċità:

2.1.1.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala chief mate, mhux inqas minn 12-il xahar;

2.1.2.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala kaptan, mhux inqas minn 36 xahar; madankollu, dan il-perijodu jista’ jiġi mnaqqas għal mhux inqas minn 24 xahar jekk ikun serva bħala chief mate għal mill- - inqas 12-il xahar fis-servizz tat-tbaħħir;

2.2.

ikun temm edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/2 tal-Kodiċi STCW għal kaptani u chief mates fuq bastimenti ta’ 3 000 tunnellaġġ gross jew iżjed.

Kaptan u chief mate fuq bastimenti ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross

3.

Kull kaptan u chief mate fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

4.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

4.1.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala chief mate, jissodisfa r-rekwiżiti ta’ uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed;

4.2.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala kaptan, jissodisfa r-rekwiżiti ta’ uffiċjali inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed u jkollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 36 xahar f’dik il-kapaċità; madankollu, dan il-perijodu jista’ jiġi mnaqqas għal mhux inqas minn 24 xahar jekk ikun serva bħala chief mate għal mill-inqas 12-il xahar fis-servizz tat-tbaħħir chief mate;

4.3.

ikun temm taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/2 tal-Kodiċi STCW għal kaptani u chief mates fuq bastimenti ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross.

Regolament II/3

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigati mill-għassa tan-navigazzjoni u ta’ kaptani fuq bastimenti ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross

Bastimenti mhux impenjati fi vjaġġi qrib ix-xatt

1.

Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross mhux impenjat fi vjaġġi qrib ix–xatt għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza għal bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed.

2.

Kull kaptan li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross mhux impenjat fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza għas-servizz bħala kaptan fuq bastimenti ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross.

Bastimenti impenjati fi vjaġġi qrib ix-xatt

Uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni

3.

Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross fuq vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

4.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross fuq vjaġġi qrib ix-xatt għandu:

4.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

4.2.

ikun lesta:

4.2.1.

taħriġ speċjali, inkluż perijodu adatt ta’ servizz tat-tbaħħir approvat kif meħtieġ mill-Istat Membru; jew

4.2.2.

servizz tat-tbaħħir approvat fid-dipartiment tal-gverta ta’ mhux inqas minn 36 xahar;

4.3.

jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolamenti fil-Kapitolu IV, kif adatt, għat-twettiq ta’ dmirijiet tar-radju magħżula skont ir-Regolamenti dwar ir-Radju;

4.4.

jkun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/3 tal-Kodiċi STCW għal uffiċjali inkarigati mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross impenjati fi vjaġġi qrib il-xatt;

4.5.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-VI/1, paragrafu 2, fit-Taqsima A-VI/2, paragrafi 1 sa 4 fit-Taqsima A-VI/3, paragrafu 1 sa 4 u fit-Taqsima A-VI/4, paragrafi 1, 2 u 3 tal-Kodiċi STCW;

Kaptan

5.

Kull kaptan li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross impenjat fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

6.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni bħala kaptan fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross impenjat fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu:

6.1.

jkollu mhux inqas minn 20 sena;

6.2.

jkollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni;

6.3.

jkun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/3 tal-Kodiċi STCW għal kaptani fuq bastimenti ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross impenjati fi vjaġġi qrib ix-xatt;

6.4.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-VI/1, paragrafu 2, fit-Taqsima A-VI/2, paragrafi 1 sa 4 fit-Taqsima A-VI/3, paragrafu 1 sa 4 u fit-Taqsima A-VI/4, fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Kodiċi STCW.

Eżenzjonijiet

7.

L-Amministrazzjoni, jekk tqis li d-daqs ta’ bastiment u l-kondizzjonijiet tal-vjaġġ tiegħu huma tali li jagħmlu l-applikazzjoni tar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament u tat-Taqsima A-II/3 tal-Kodiċi STCW mhux raġonevoli jew imprattikabbli, tista’ sa dak il-punt teżenta lill-kaptan u lill-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment jew klassi ta’ bastimenti bħal dawn minn uħud mir-rekwiżiti, bil-konsiderazzjoni tas-sigurtà tal-bastimenti kollha li jistgħu jkunu qed joperaw fl-istess ilmijiet.

Regolament II/4

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħrin li jifformaw parti mill-għassa tan-navigazzjoni

1.

Kull baħri li jifforma parti mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed, minbarra baħrin taħt taħriġ u baħrin li d-dmirijiet tagħhom matul l-għassa ma jkunux tas-sengħa, għandhom jiġu debitament iċċertifikati biex iwettqu tali dmirijiet.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 16-il sena;

2.2.

ikun lesta:

2.2.1.

servizz tat-tbaħħir approvat li jinkludi mhux inqas minn sitt xhur ta’ taħriġ u esperjenza; jew

2.2.2.

taħriġ speċjali, jew qabel it-tbaħħir jew abbord bastiment, inkluż perijodu approvat ta’ servizz tat-tbaħħir li għandu jkun ta’ mhux inqas minn xahrejn;

2.3.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/4 tal-Kodiċi STCW.

3.

Is-servizz tat-tbaħħir, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa mill-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom ikunu assoċjati mal-funzjonijiet tal-għassa tan-navigazzjoni u jinvolvu t-twettiq ta’ dmirijiet imwettqa taħt is-superviżjoni diretta tal-kaptan, tal-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni jew ta’ baħri kwalifikat.

Regolament II/5

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħrin bħala uffiċjali awtorizzati tal-gverta

1.

Kull baħħar awtorizzat tal-gverta li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkun debitament ċertifikat.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala baħri li jifforma parti mill-għassa tan-navigazzjoni;

2.3.

filwaqt li jkun kwalifikat biex iservi bħala baħri li jifforma parti mill-għassa tan-navigazzjoni, jkollu servizz tat-tbaħħir approvat fid-dipartiment tal-gverta ta’:

2.3.1.

mhux inqas minn 18-il xahar, jew

2.3.2.

mhux inqas minn 12-il xahar u jkun lesta taħriġ approvat;

2.4.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/5 tal-Kodiċi STCW.

3.

Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ minn baħħara kwalifikati għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-II/5 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina jekk hemmx bżonn li jirrikjedi li dak il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu.

KAPITOLU III

DIPARTIMENT TAL-MAGNI

Regolament III/1

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigati mill-għassa tal-inġinerija f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew inġiniera maħtura biex jaħdmu f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ

1.

Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tal-inġinerija f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew uffiċjal inġinier maħtur biex jaħdem f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ fuq bastiment tat-tbaħħir li jaħdem b’makkinarju tal-propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

ikun lesta taħriġ kombinat fis-sengħa tal-workshop u servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala parti minn programm ta’ taħriġ approvat li jinkludi taħriġ abbord li jissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsima A-III/1 tal-Kodiċi STCW u huwa dokumentat f’reġistru tat-taħriġ approvat, jew inkella jkun lesta taħriġ kombinat fis-sengħa tal-workshop kombinat u servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 36 xahar li minnhom mhux inqas minn 30 xahar għandhom ikunu servizz tat-tbaħħir fid-dipartiment tal-magni;

2.3.

ikun wettaq, matul is-servizz tat-tbaħħir meħtieġ, dmirijiet ta’ għassa tal-kamra tal-magni taħt is-superviżjoni tal-uffiċjal inġinier prinċipali jew uffiċjal inġinier kwalifikat għal perijodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur;

2.4.

ikun temm edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-Taqsima A-III/1 tal-Kodiċi STCW;

2.5.

jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-Taqsima A-VI/1, paragrafu 2, fit-Taqsima A-VI/2, paragrafi 1 sa 4, fit-Taqsima A-VI/3, paragrafu 1 sa 4 u fit-Taqsima A-VI/4, paragrafi 1, 2 u 3 tal-Kodiċi STCW.

Regolament III/2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inġiniera prinċipali u uffiċjali inġiniera tat-tieni grad fuq bastimenti mħaddma minn makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 3 000 kW jew iżjed

1.

Kull uffiċjal inġinier prinċipali u uffiċjal inġinier tat-tieni grad fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 3 000 kW jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inkarigat mill-għassa tal-inġinerija fuq bastimenti tat-tbaħħir imħaddma b’makkinarju tal-propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed u jkollu servizz tat-tbaħħir approvat f’dik il-kapaċità:

2.1.1.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inġinier tat-tieni grad, ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala uffiċjal inġinier kwalifikat;

2.1.2.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inġinier prinċipali, ta’ mhux inqas minn 36 xahar; madankollu, dan il-perijodu jista’ jitnaqqas għal mhux inqas minn 24 xahar jekk ikun serva fis-servizz tat-tbaħħir għal mhux inqas minn 12-il xahar bħala uffiċjal inġinier tat-tieni grad;

2.2.

ikun temm edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-III/2 tal-Kodiċi STCW.

Regolament III/3

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inġiniera prinċipali u uffiċjali inġiniera tat-tieni grad fuq bastimenti mħaddma minn makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ bejn 750 kW u 3 000 kW

1.

Kull uffiċjal inġinier prinċipali u uffiċjal inġinier tat-tieni grad fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ bejn 750 u 3 000 kW għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inkarigat mill-għassa tal-inġinerija u:

2.1.1.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inġinier tat-tieni grad, ikollu mhux inqas minn 12-il xahar ta’ servizz tat-tbaħħir approvat bħala assistent uffiċjal inġinier jew uffiċjal inġinier,

2.1.2.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inġinier prinċipali, ikollu mhux inqas minn 24 xahar ta’ servizz tat-tbaħħir approvat li minnhom ikun serva mhux inqas minn 12-il xahar bħala uffiċjal inġinier tat-tieni grad;

2.2.

jkun temm edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-III/3 tal-Kodiċi STCW.

3.

Kull uffiċjal inġinier li jkun ikkwalifikat biex iservi bħala uffiċjal inġinier tat-tieni grad fuq bastimenti mħaddma b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 3 000 kW jew iżjed, jista’ jservi bħala uffiċjal inġinier prinċipali fuq bastimenti mħaddma b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ inqas minn 3 000 kW, sakemm iċ-ċertifikat ikun approvat għal dak l-għan.

Regolament III/4

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħrin li jifformaw parti mill-għassa ta’ kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew magħżula biex iwettqu dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ

1.

Kull baħri li jifforma parti mill-għassa ta’ kamra tal-magni jew hu magħżul biex iwettaq dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed, minbarra baħrin li qed jitħarrġu u baħrin li d-dmirijiet tagħhom mhumiex tas-sengħa, għandhom ikunu debitament iċċertifikati biex iwettqu tali dmirijiet.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 16-il sena;

2.2.

ikun temm:

2.2.1.

servizz tat-tbaħħir approvat inkluż mhux inqas minn sitt xhur ta’ taħriġ u esperjenza; jew

2.2.2.

taħriġ speċjali, jew qabel it-tbaħħir jew abbord bastiment, inkluż perijodu approvat ta’ servizz tat-tbaħħir li ma għandux ikun inqas minn xahrejn;

2.3.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-III/4 tal-Kodiċi STCW.

3.

Is-servizz tat-tbaħħir, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa mill-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom ikunu assoċjati mal-funzjonijiet tal-għassa tal-kamra tal-magni u jinvolvu t-twettiq tad-dmirijiet taħt is-superviżjoni diretta ta’ uffiċjal inġinier kwalifikat jew baħri kwalifikat.

Regolament III/5

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħrin bħala baħħara awtorizzati f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew magħżul biex iwettaq dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ

1.

Kull baħħar awtorizzat tal-magni fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed għandu jkun debitament iċċertifikat.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala baħri li jifforma parti mill-għassa f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew hu magħżul biex iwettaq dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ;

2.3.

filwaqt li jkun kwalifikat biex iservi bħala baħri li jifforma parti mill-għassa tal-inġinerija, jkollu servizz tat-tbaħħir approvat fid-dipartiment tal-magni ta’:

2.3.1.

mhux inqas minn 12-il xahar, jew

2.3.2.

mhux inqas minn 6 xhur u jkun temm taħriġ approvat;

2.4.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikati fit-Taqsima A-III/5 tal-Kodiċi STCW.

3.

Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ mill-baħrin fid-dipartiment tal-magni għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-III/5 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina jekk hemmx bżonn li jirrikjedi li dak il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu.

Regolament III/6

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjal elettrotekniku

1.

Kull uffiċjal elettrotekniku li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew aktar, għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

ikun temm mhux inqas minn 12-il xahar ta’ taħriġ kombinat fil-ħiliet tal-workshop u servizz tat-tbaħħir approvat li mhux inqas minn 6 xhur minnhom għandhom ikunu servizz tat-tbaħħir bħala parti minn programm ta’ taħriġ approvat li jissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsima A-III/6 tal-Kodiċi STCW u li huwa dokumentat f’reġistru tat-taħriġ approvat, jew inkella mhux inqas minn 36 xahar ta’ taħriġ kombinat fil-ħiliet tal-workshop u servizz tat-tbaħħir approvat li mhux inqas minn 30 xahar minnhom għandhom ikunu servizz tat-tbaħħir fid-dipartiment tal-magni;

2.3.

ikun temm edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-Taqsima A-III/6 tal-Kodiċi STCW;

2.4.

jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-Taqsima A-VI/1, paragrafu 2, fit-Taqsima A-VI/2, paragrafi 1 sa 4, fit-Taqsima A-VI/3 paragrafi 1 sa 4, u fit-Taqsima A-VI/4 paragrafi 1, 2 u 3 tal-Kodiċi STCW.

3.

Kull Stat Membru għandu jipparaguna l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ mill-uffiċjali elettrotekniċi għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-III/6 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina jekk hemmx bżonn li jirrikjedi li dak il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu.

4.

Minkejja r-rekwiżiti msemmija fil-punti 1, 2 u 3, persuna kwalifikata kif xieraq tista’ titqies minn Stat Membru li tkun kapaċi li twettaq ċerti funzjonijiet tat-Taqsima A-III/6.

Regolament III/7

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħri elettrotekniku

1.

Kull baħri elettrotekniku li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju ta’propulsjoni prinċipali b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed għandu jkun debitament iċċertifikat.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

ikun temm servizz tat-tbaħħir approvat inkluż taħriġ u esperjenza ta’ mhux inqas minn 12-il xahar, jew

2.3.

ikun temm taħriġ approvat, inkluż perijodu approvat ta’ servizz tat-tbaħħir li ma għandux ikun ta’ inqas minn 6 xhur; jew

2.4.

ikollu kwalifiki li jissodisfaw il-kompetenzi tekniċi fit-Tabella A-III/7 tal-Kodiċi STCW u perijodu approvat ta’ servizz tat-tbaħħir, li ma għandux ikun ta’ inqas minn 3 xhur; u

2.5.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-III/7 tal-Kodiċi STCW;

3.

Kull Stat Membru għandu jipparaguna l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ mill-baħrin elettrotekniċi għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-III/7 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina jekk hemmx bżonn li jirrikjedi dak il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu.

4.

Minkejja r-rekwiżiti msemmija fil-punti 1, 2 u 3, persuna kwalifikata kif xieraq tista’ titqies minn Stat Membru li tkun kapaċi li twettaq ċertu funzjonijiet tat-Taqsima A-III/7.

KAPITOLU IV

KOMUNIKAZZJONI BIR-RADJU U OPERATURI TAR-RADJU

Nota ta’ spjegazzjoni

Id-dispożizzjonijiet obbligatorji relatati mal-għassa tar-radju huma stabbiliti fir-Regolamenti dwar ir-Radju u f’SOLAS 74, kif emendata. Id-dispożizzjonijiet għall-manutenzjoni tar-radju huma stabbiliti f’SOLAS 74, kif emendata, u fil-linji gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

Regolament IV/1

Applikazzjoni

1.

Minbarra kif previst fil-punt 2, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu japplikaw għall-operaturi tar-radju fuq bastimenti li joperaw fis-Sistema Globali ta’ Salvataġġ u Sikurezza Marittima (GMDSS) kif preskritt mis-SOLAS 74, kif emendata.

2.

L-operaturi tar-radju fuq bastimenti li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-GMDSS fil-Kapitolu IV ta’ SOLAS 74 mhumiex meħtieġa jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. L-operaturi tar-radju fuq dawk il-bastimenti, madankollu, huma meħtieġa jikkonformaw mar-Regolamenti dwar ir-Radju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati adatti kif preskritt mir-Regolamenti dwar ir-Radju jinħarġu jew jiġu rikonoxxuti fir-rigward ta’ tali operaturi tar-radju.

Regolament IV/2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ operaturi tar-radju tal-GMDSS

1.

Kull persuna responsabbli għal dmirijiet tar-radju jew li twettaqhom fuq bastiment li hija meħtieġa li tipparteċipa fil-GMDSS għandu jkollha ċertifikat xieraq relatat mal-GMDSS, maħruġ jew rikonoxxut mill-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar ir-Radju.

2.

Barra minn hekk, kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kompetenza skont dan ir-Regolament għas-servizz fuq bastiment li hu meħtieġ minn SOLAS 74, kif emendata, li jkollu installazzjoni tar-radju għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

jkun temm edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-IV/2 tal-Kodiċi STCW.

KAPITOLU V

REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ SPEĊJALI GĦAL PERSUNAL FUQ ĊERTI TIPI TA’ BASTIMENTI

Regolament V/1-1

Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani, uffiċjali u baħrin fuq tankers taż-żejt u tal-kimika

1.

L-uffiċjali u l-baħrin assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi relatati mal-merkanzija jew mat-tagħmir tal-merkanzija fuq tankers taż-żejt jew tal-kimika għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika.

2.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika għandu jkun temm taħriġ bażiku skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandu jkun temm:

2.1.

mill-inqas tliet xhur ta’ servizz tat-tbaħħir approvat fuq tankers taż-żejt jew tal-kimika u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-V/1-1, il-paragrafu 1 tal-Kodiċi STCW; jew

2.2.

taħriġ bażiku approvat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-V/1-1, il-paragrafu 1 tal-Kodiċi STCW.

3.

Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, il-ħatt, il-kura fit-tranżitu, il-ġestjoni tal-merkanzija, it-tindif tat-tank jew operazzjonijiet oħra relatati mal-merkanzija fuq tankers taż-żejt għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt.

4.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt għandu:

4.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika;

4.2.

filwaqt li jkun kwalifikat għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika jkollu:

4.2.1.

mill-inqas tliet xhur ta’ servizz tat-tbaħħir approvat fuq tankers taż-żejt, jew

4.2.2.

mill-inqas xahar ta’ taħriġ abbord approvat fuq tankers tal-kimika f’kapaċità supernumerarja li tinkludi mill-inqas tliet operazzjonijiet ta’ tagħbija u tlieta ta’ ħatt u jkun dokumentat f’reġistru tat-taħriġ approvat filwaqt li jittieħed kont tal-gwida fit-Taqsima B-V/1 tal-Kodiċi STCW;

4.3.

ikun temm taħriġ avvanzat approvat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-V/1-1, paragrafu 2 tal-Kodiċi STCW.

5.

Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, il-ħatt, il-kura fit-tranżitu, il-ġestjoni tal-merkanzija, it-tindif tat-tank jew operazzjonijiet oħra relatati mal-merkanzija fuq tankers tal-kimika għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-kimika.

6.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-kimika għandu:

6.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika;

6.2.

filwaqt li jkun kwalifikat għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika jkollu:

6.2.1.

mill-inqas tliet xhur ta’ servizz tat-tbaħħir approvat fuq tankers tal-kimika, jew

6.2.2.

mill-inqas xahar ta’ taħriġ abbord approvat fuq tankers tal-kimika f’kapaċità supernumerarja li jinkludi mill-inqas tliet operazzjonijiet ta’ tagħbija u tlieta ta’ ħatt u jkun dokumentat f’reġistru tat-taħriġ approvat filwaqt li jittieħed kont tal-gwida fit-Taqsima B-V/1 tal-Kodiċi STCW;

6.3.

ikun temm taħriġ avvanzat approvat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-kimika u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafu 3 tat-Taqsima A-V/1-1 tal-Kodiċi STCW.

7.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza lill-baħħara li huma kwalifikati skont il-paragrafi 2, 4 jew 6 kif xieraq, jew li jiġi debitament approvat ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikati ta’ profiċjenza eżistenti.

Regolament V/1-2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani, uffiċjali u baħrin fuq tankers tal-gass likwifikat

1.

Uffiċjali u baħrin assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi relatati mal-merkanzija jew mat-tagħmir tal-merkanzija fuq tankers tal-gass likwifikat għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat.

2.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat għandu jkun temm taħriġ bażiku skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandu jkun temm:

2.1.

mill-inqas tliet xhur ta’ servizz tat-tbaħħir approvat fuq tankers tal-gass likwifikat u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-V/1-2, paragrafu 1 tal-Kodiċi STCW; jew

2.2.

taħriġ bażiku approvat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-V/1-2, paragrafu 1 tal-Kodiċi STCW.

3.

Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, il-ħatt, il-kura fit-tranżitu, il-ġestjoni tal-merkanzija, it-tindif tat-tank jew operazzjonijiet oħra relatati mal-merkanzija fuq tankers tal-gass likwifikat għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat.

4.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat għandu:

4.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat;

4.2.

filwaqt li jkun kwalifikat għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat ikollu:

4.2.1.

mill-inqas tliet xhur ta’ servizz tat-tbaħħir approvat fuq tankers tal-gass likwifikat, jew

4.2.2.

mill-inqas xahar ta’ taħriġ abbord approvat fuq tankers tal-gass likwifikat f’kapaċità supernumerarja li jinkludi mill-inqas tliet operazzjonijiet ta’ tagħbija u tlieta ta’ ħatt u jkun dokumentat f’reġistru tat-taħriġ approvat b’konsiderazzjoni tal-gwida fit-Taqsima B-V/1 tal-Kodiċi STCW;

4.3.

ikun temm taħriġ avvanzat approvat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-V/1-2, paragrafu 2 tal-Kodiċi STCW.

5.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza lill-baħħara li huma kwalifikati skont il-punt 2 jew 4 kif xieraq, jew li jkun debitament approvat ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza eżistenti.

Regolament V/2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor fuq vapuri tal-passiġġieri

1.

Dan ir-Regolament japplika għal kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor li jservu fuq vapuri tal-passiġġieri impenjati fi vjaġġi internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-applikabilità ta’ dawk ir-rekwiżiti għall-persunal li jservi fuq vapuri tal-passiġġieri impenjat fi vjaġġi domestiċi.

2.

Qabel ma jiġu assenjati d-dmirijiet fuq il-vapur, il-persuni kollha li jservu fuq il-vapur tal-passiġġieri għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima A-VI/1, il-paragrafu 1, tal-Kodiċi STCW.

3.

Kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor li jservu fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom itemmu t-taħriġ u l-familjarizzazzjoni meħtieġa mill-punti 5 sa 9, skont il-kapaċità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom.

4.

Kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor li jeħtiġilhom ikunu mħarrġin skont il-punti 7, 8 u 9 għandhom, f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin, jagħmlu taħriġ ta’ aġġornament xieraq jew jintalbu jipprovdu evidenza li laħqu l-istandard ta’ kompetenza meħtieġ matul il-ħames snin preċedenti.

5.

Persunal li jservi fuq vapuri tal-passiġġieri għandu jtemm familjarizzazzjoni mal-emerġenza tal-vapur tal-passiġġieri adatta skont il-kapaċità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu kif speċifikat fit-Taqsima A-V/2, il-paragrafu 1 tal-Kodiċi STCW.

6.

Persunal li jipprovdi servizz dirett lill-passiġġieri fi spazji tal-passiġġieri fuq vapuri tal-passiġġieri għandu jtemm taħriġ ta’ sikurezza speċifikat fit-Taqsima A-V/2, il-paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW.

7.

Kaptani, uffiċjali, baħrin kwalifikati skont il-Kapitoli II, III u VII ta’ dan l-Anness u persunal ieħor innominat fuq il-lista tal-persunal biex jassistu passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom itemmu taħriġ ta’ ġestjoni tal-folla fuq vapur tal-passiġġieri, kif speċifikat fit-Taqsima A-V/2, il-paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW.

8.

Kaptani, uffiċjali inġiniera prinċipali, chief mates, uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna nominata fuq lista tal-persunal bħala li għandha r-responsabbiltà għas-sikurezza tal-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom itemmu taħriġ approvat fil-ġestjoni ta’ kriżijiet u l-imġiba tal-bnedmin kif speċifikat fit-Taqsima A-V/2, il-paragrafu 4, tal-Kodiċi STCW.

9.

Kaptani, chief mates, uffiċjali inġiniera prinċipali, uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kull persuna assenjata r-responsabbiltà immedjata għall-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri, għat-tagħbija, il-ħatt jew l-irbit tal-merkanzija, jew għall-iżbokk tal-buq fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro, għandhom itemmu taħriġ approvat fis-sikurezza tal-passiġġieri, fis-sikurezza tal-merkanzija u fl-integrità tal-buq kif speċifikat fit-Taqsima A-V/2 il-paragrafu 5, tal-Kodiċi STCW.

10.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prova dokumentata tat-taħriġ li jkun intemm tinħareġ lil kull persuna li tinsab li hija kwalifikata skont il-punti 6 sa 9.

Regolament V/3

Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifika ta’ kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor fuq vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF

1.

Dan ir-Regolament japplika għall-kaptani, l-uffiċjali u l-baħrin u persunal ieħor li jservu fuq vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF.

2.

Qabel ma jiġu assenjati dmirijiet fuq vapuri soġġetti għall-kodiċi tal-IGF, il-baħħara għandhom ikunu temmew it-taħriġ meħtieġ mill-punti 4 sa 9 skont il-kapaċità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom.

3.

Il-baħħara kollha li jservu fuq bastimenti soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF għandhom, qabel ma jiġu assenjati d-dmirijiet fuq il-vapur, jirċievu familjarizzazzjoni adattata li tkun speċifika għall-vapur u għat-tagħmir kif speċifikat fl-Artikolu 15(1), il-punt (d), ta’ din id-Direttiva.

4.

Il-baħħara responsabbli minn dmirijiet assenjati mas-sikurezza assoċjati mal-kura u l-użu ta’, jew fir-rispons għal emerġenza, tal-fjuwil fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għas-servizz fuq il-vapuri soġġetti għal-Kodiċi tal-IGF.

5.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għas-servizz fuq vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF għandu jkun temm taħriġ bażiku skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A-V/3, il-paragrafu 1, tal-Kodiċi STCW.

6.

Il-baħħara responsabbli minn dmirijiet assenjati ta’ sikurezza assoċjati mal-kura u l-użu ta’, jew fir-rispons għal emerġenza, tal-fjuwil fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF li kkwalifikaw u ġew iċċertifikati skont ir-Regolament V/1-2, il-paragrafi 2 u 5 jew ir-Regolament V/1-2, il-paragrafi 4 u 5, fuq tankers tal-gass likwifikat, għandhom jitqiesu li ssodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati tat-Taqsima A-V/3 il-paragrafu 1 tal-Kodiċi STCW għal taħriġ bażiku għas-servizz fuq vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF.

7.

Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera u l-persunal kollu b’responsabbiltà immedjata għall-kura u l-użu tal-fjuwil u tas-sistemi tal-fjuwil fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF għandu jkollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għas-servizz fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF.

8.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għas-servizz fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF għandu, filwaqt li jkollu ċertifikat ta’ profiċjenza deskritt fil-punt 4, għandu jkun:

8.1.

temm taħriġ avvanzat approvat għas-servizz fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-V/3, il-paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW;

8.2.

temm mill-inqas xahar ta’ servizz ta’ tbaħħir approvat li jinkludi minimu ta’ tliet operazzjonijiet ta’ bunkering fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF. Tnejn mit-tliet operazzjonijiet ta’ bunkering jistgħu jinbidlu b’taħriġ fuq simulatur dwar operazzjonijiet ta’ bunkering approvati bħala parti mit-taħriġ fil-punt 8.1.

9.

Kaptani, uffiċjali inġiniera u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għall-kura u l-użu tal-fjuwils fuq il-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF li kkwalifikaw u ġew iċċertifikati skont l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-Taqsima A-V/1-2 il-paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW għas-servizz fuq tankers tal-gass likwifikat għandhom jitqiesu li ssodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima A-V/3, il-paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW għal taħriġ avvanzat għall-vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF, bil-kondizzjoni li jkunu wkoll:

9.1.

issodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 6;

9.2.

issodisfaw ir-rekwiżiti ta’ bunkering tal-punt 8.2 jew ipparteċipaw fit-twettiq ta’ tliet operazzjonijiet ta’ tagħbija abbord tanker tal-gass likwifikat;

9.3.

temmew servizz ta’ tbaħħir ta’ tliet xhur fil-ħames snin ta’ qabel abbord:

9.3.1.

vapuri soġġetti għall-Kodiċi tal-IGF;

9.3.2.

tankers li jġorru, bħala merkanzija, fjuwils koperti mill-Kodiċi tal-IGF; jew

9.3.3.

vapuri li jużaw gassijiet jew fjuwil ta’ punt baxx ta’ infjammabbiltà bħala fjuwil.

10.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza lill-baħħara li huma kwalifikati skont il-punt 4 jew 7, kif ikun xieraq.

11.

Il-baħħara li jkollhom ċertifikati ta’ profiċjenza skont il-punt 4 jew 7 għandhom, f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin, jieħdu taħriġ ta’ aġġornament xieraq jew jintalbu li jipprovdu evidenza li laħqu l-istandard ta’ kompetenza rekwiżit matul il-ħames snin preċedenti.

Regolament V/4

Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani u uffiċjali tal-gverta fuq vapuri li joperaw f’ibħra polari

1.

Kaptani, chief mates, u uffiċjali inkarigati mill-għassa tan-navigazzjoni fuq vapuri li joperaw f’ibħra polari għandu jkollhom ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għall-vapuri li joperaw f’ibħra polari, kif meħtieġ mill-Kodiċi Polari.

2.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għall-vapuri li joperaw f’ibħra polari għandu jkun temm taħriġ bażiku approvat għall-vapuri li joperaw f’ibħra polari u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-V/4, il-paragrafu 1, tal-Kodiċi STCW.

3.

Kaptani u chief mates fuq vapuri li joperaw f’ibħra polari, għandu jkollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għall-vapuri li joperaw f’ibħra polari, kif meħtieġ mill-Kodiċi Polari.

4.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għall-vapuri li joperaw f’ibħra polari għandu:

4.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għall-vapuri f’ibħra polari;

4.2.

ikollu mill-inqas xahrejn ta’ servizz ta’ tbaħħir approvat fid-dipartiment tal-gverta, fil-livell maniġerjali jew waqt li jkun wettaq dmirijiet tal-għassa fil-livell operazzjonali, f’ibħra polari jew servizz ieħor ekwivalenti ta’ tbaħħir approvat;

4.3.

ikun temm taħriġ avvanzat approvat għall-vapuri li joperaw fl-ibħra polari u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-V/4, il-paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW.

5.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza lill-baħħara li huma kkwalifikati skont il-punt 2 jew 4, kif ikun xieraq.

KAPITOLU VI

EMERĠENZA, SIKUREZZA OKKUPAZZJONALI, SIGURTÀ, KURA MEDIKA U SOPRAVIVENZA

Regolament VI/1

Rekwiżiti minimi obbligatorji għall-familjarizzazzjoni mas-sikurezza, it-taħriġ u l-istruzzjoni bażiċi għall-baħħara kollha

1.

Il-baħħara għandhom jirċievu familjarizzazzjoni u taħriġ jew istruzzjoni bażika skont it-Taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard xieraq ta’ kompetenza speċifikat fiha.

2.

Meta t-taħriġ bażiku ma jkunx inkluż fil-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda l-kors ta’ taħriġ bażiku.

Regolament VI/2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza fil-mezzi ta’ sopravivenza, dgħajjes tas-salvataġġ u dgħajjes veloċi tas-salvataġġ

1.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza fil-mezzi ta’ sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ minbarra dgħajjes veloċi tas-salvataġġ għandu:

1.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

1.2.

ikollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar jew ikun attenda kors tat-taħriġ approvat u jkollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn sitt xhur;

1.3.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza għaċ-ċertifikati ta’ profiċjenza fil-mezzi tas-sopravivenza u d-dgħajjes tas-salvataġġ kif speċifikat fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/2 tal-Kodiċi STCW.

2.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza fid-dgħajjes veloċi tas-salvataġġ għandu:

2.1.

ikun detentur ta’ ċertifikat ta’ profiċjenza fil-mezzi ta’ sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ minbarra dgħajjes veloċi tas-salvataġġ;

2.2.

ikun attenda kors tat-taħriġ approvat;

2.3.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza għaċ-ċertifikati ta’ profiċjenza fid-dgħajjes veloċi tas-salvataġġ kif speċifikat fil-paragrafi 7 sa 10 tat-Taqsima A-VI/2 tal-Kodiċi STCW.

Regolament VI/3

Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat

1.

Il-baħħara maħtura biex jikkontrollaw l-operazzjonijiet tat-tifi tan-nar għandhom ikunu temmew b’suċċess taħriġ avvanzat fit-tekniki għat-tifi tan-nar b’enfasi partikolari fuq l-organizzazzjoni, it-tattiki u l-kmand, skont id-dispożizzjonijiet tal- tat-Taqsima A-VI/3, paragrafi 1 sa 4 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fihom.

2.

Fejn it-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat ma jkunx inkluż fil-kwalifikazzjonijiet għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat.

Regolament VI/4

Rekwiżiti minimi obbligatorji relatati mal-ewwel għajnuna medika u l-kura medika

1.

Il-baħħara maħtura biex jipprovdu l-ewwel għajnuna medika abbord bastiment għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fl-ewwel għajnuna medika speċifikat fit-Taqsima A-VI/4, paragrafi 1, 2 u 3 tal-Kodiċi STCW.

2.

Il-baħħara maħtura biex ikunu responsabbli għall-kura medika abbord bastiment għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fil-kura medika abbord il-bastimenti speċifikat fil-paragrafi 4, 5 u 6 tat-Taqsima A-VI/4 tal-Kodiċi STCW.

3.

Meta t-taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew fil-kura medika ma jkunx inkluż fil-kwalifikazzjonijiet għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew fil-kura medika.

Regolament VI/5

Rekwiżiti minimi obbligatorji għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza għall-uffiċjali tas-sigurtà ta’ bastiment

1.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza bħala uffiċjal tas-sigurtà ta’ bastiment għandu:

1.1.

jkollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar jew servizz tat-tbaħħir xieraq u għarfien tal-operazzjonijiet ta’ bastiment;

1.2.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza għaċ-ċertifikat ta’ profiċjenza bħala uffiċjal tas-sigurtà ta’ bastiment, kif speċifikat fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/5 tal-Kodiċi STCW.

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna li tinstab li hija kwalifikata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tingħata ċertifikat ta’ profiċjenza.

Regolament VI/6

Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-istruzzjoni relatati mas-sigurtà għall-baħħara kollha

1.

Il-baħħara għandhom jirċievu familjarizzazzjoni relatata mas-sigurtà u taħriġ jew istruzzjoni fis-sensibilazzjoni dwar is-sigurtà skont it-Taqsima A-VI/6, paragrafi 1 sa 4 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard xieraq ta’ kompetenza speċifikat fiha.

2.

Meta s-sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà ma jkunx inkluż fil-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fis-sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà.

Baħħara bi dmirijiet magħżula tas-sigurtà

3.

Il-baħħara bi dmirijiet magħżula tas-sigurtà għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-VI/6, paragrafi 6, 7 u 8 tal-Kodiċi STCW.

4.

Meta t-taħriġ fi dmirijiet magħżula tas-sigurtà ma jkunx inkluż fil-kwalifiki għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ għal dmirijiet tas-sigurtà magħżula.

KAPITOLU VII

ĊERTIFIKAZZJONI ALTERNATTIVA

Regolament VII/1

Ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi

1.

Minkejja r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni stipulati fil-Kapitoli II u III ta’ dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li joħorġu jew jawtorizzaw il-ħruġ ta’ ċertifikati minbarra dawk imsemmija fir-Regolamenti ta’ dawk il-Kapitoli, sakemm:

1.1.

il-funzjonijiet u l-livelli ta’ responsabbiltà assoċjati li jridu jiġu ddikjarati fuq iċ-ċertifikati u fl-approvazzjonijiet jintgħażlu minn u jkunu identiċi għal dawk li jidhru fit-Taqsimiet A-II/1, A-II/2, A-II/3, A-II/4, A-II/5, A-III/1, A-III/2, A-III/3, A-III/4, A-III/5, u A-IV/2 tal-Kodiċi STCW;

1.2.

il-kandidati jkunu temmew edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-istandards ta’ kompetenza, preskritti fit-Taqsimiet rilevanti tal-Kodiċi STCW u kif stipulat fit-Taqsima A-VII/1 ta’ dak il-Kodiċi, għall-funzjonijiet u l-livelli li huma ddikjarati fuq iċ-ċertifikati u fl-approvazzjonijiet;

1.3.

il-kandidati jkunu temmew servizz tat-tbaħħir approvat adatt għat-twettiq tal-funzjonijiet u l-livelli li jridu jiġu ddikjarati fuq iċ-ċertifikat. It-tul minimu tas-servizz tat-tbaħħir għandu jkun ekwivalenti għat-tul tas-servizz tat-tbaħħir preskritt fil-Kapitoli II u III ta’ dan l-Anness. Madankollu, it-tul minimu tas-servizz tat-tbaħħir ma għandux ikun inqas minn dak preskritt fit-Taqsima A-VII/2 tal-Kodiċi STCW;

1.4.

il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni li jridu jwettqu l-funzjoni tan-navigazzjoni fil-livell operattiv għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli tar-Regolamenti fil-Kapitolu IV, kif xieraq, għat-twettiq tad-dmirijiet magħżula tar-radju skont ir-Regolamenti dwar ir-Radju;

1.5.

iċ-ċertifikati jinħarġu skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VII tal-Kodiċi STCW.

2.

L-ebda ċertifikat ma għandu jinħareġ taħt dan il-Kapitolu sakemm l-Istat Membru ma jkunx ikkomunika l-informazzjoni meħtieġa mill-Konvenzjoni STCW lill-Kummissjoni.

Regolament VII/2

Ċertifikazzjoni tal-baħħara

Kull baħħar li jwettaq kwalunkwe funzjoni jew grupp ta’ funzjonijiet speċifikati fit-tabelli A-II/1, A-II/2, A-II/3, A-II/4 jew A-II/5 tal-Kapitolu II jew fit-tabelli A-III/1, A-III/2, A-III/3, A-III/4 jew A-III/5 tal-Kapitolu III jew A-IV/2 tal-Kapitolu IV tal-Kodiċi STCW għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza, kif applikabbli.

Regolament VII/3

Prinċipji li jirregolaw il-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi

1.

Stat Membru li jagħżel li joħroġ jew jawtorizza l-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi għandu jiżgura li jiġu osservati l-prinċipji li ġejjin:

1.1.

l-ebda sistema alternattiva ta’ ċertifikazzjoni ma għandha tiġi implimentata sakemm ma tiżgurax livell ta’ sikurezza fuq il-baħar u ma jkollhiex effett preventiv fir-rigward tat-tniġġis mill-inqas ekwivalenti għal dak previst fil-Kapitoli l-oħra;

1.2.

kwalunkwe arranġament għal ċertifikazzjoni alternattiva maħruġa skont dan il-Kapitolu għandu jipprovdi biex iċ-ċertifikati jkunu interkambjabbli ma’ dawk maħruġa skont il-Kapitoli l-oħra.

2.

Il-prinċipju ta’ interkambjabbiltà fil-punt 1 għandu jiżgura li:

2.1.

il-baħħara ċċertifikati skont l-arranġamenti tal-Kapitoli II u/jew III u dawk iċċertifikati skont il-Kapitolu VII jistgħu jservu fuq bastimenti li għandhom forom tradizzjonali jew forom oħra ta’ organizzazzjoni abbord;

2.2.

il-baħħara ma jkunux imħarrġa għal arranġamenti speċifiċi abbord b’tali mod li jista’ jfixkel il-kapaċità tagħhom li jieħdu l-ħiliet tagħhom band’oħra.

3.

Meta jinħareġ kwalunkwe ċertifikat skont dan il-Kapitolu għandhom jitqiesu l-prinċipji li ġejjin:

3.1.

il-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi ma għandux jintuża:

3.1.1.

biex jitnaqqas l-għadd tal-ekwipaġġ abbord;

3.1.2.

biex titnaqqas l-integrità tal-professjoni jew “jitnaqqsu l-ħiliet” tal-baħħara; jew

3.1.3.

biex jiġġustifika l-għoti tad-dmirijiet kombinati tal-uffiċjali tal-għassa tal-magna u tal-gverta lil detentur ta’ ċertifikat uniku matul kwalunkwe għassa partikolari;

3.2.

il-persuna fil-kmand għandha tkun magħżula bħala l-kaptan u l-pożizzjoni legali u l-awtorità tal-kaptan u ta’ oħrajn ma għandhomx jiġu affettwati ħażin mill-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe arranġament għal ċertifikazzjoni alternattiva.

4.

Il-prinċipji fil-punti 1 u 2 għandhom jiżguraw li tinżamm il-kompetenza kemm tal-uffiċjali tal-gverta kif ukoll tal-uffiċjali inġiniera.

ANNESS II

KRITERJI GĦAR-RIKONOXXIMENT TA’ PAJJIŻI TERZI LI ĦARĠU ĊERTIFIKAT JEW LI TAĦT L-AWTORITÀ TAGĦHOM INĦAREĠ ĊERTIFIKAT, IMSEMMI FL-ARTIKOLU 20(2)

1.

Il-pajjiż terz jenħtieġ li jkun Parti għall-Konvenzjoni STCW.

2.

Il-pajjiż terz jenħtieġ li jkun ġie identifikat mill-Kumitat tas-Sikurezza Marittima bħala wieħed li jkun wera li jkun attwa kompletament id-disposizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni STCW.

3.

Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà u bl-involviment possibbli ta’ kwalunkwe Stat Membru konċernat, tkun ikkonfermat, permezz ta’ evalwazzjoni ta’ dik il-Parti, li tista’ tinkludi l- ispezzjoni tal-faċilitajiet u l-proċeduri, li hemm konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW fir-rigward tal-istandards tal-kompetenza, tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni u l-istandards tal-kwalità.

4.

L-Istat Membru ikun fil-proċess li jilħaq ftehim dwar impenn mal-pajjiż terz ikkonċernat biex tingħata notifika minnufih ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fl-arranġamenti għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni pprovduti skont il-Konvenzjoni STCW.

5.

L-Istat Membru jkun daħħal miżuri biex jassigura li baħħara li jippreżentaw ċertifikati ta’ rikonoxximent għal dmirijiet f’livell maniġerjali jkollhom għarfien xieraq tal-leġislazzjoni marittima tal-Istat Membru li tikkonċerna d-dmirijiet li huma għandhom permess iwettqu.

6.

Jekk Stat Membru jkun jixtieq jissupplementa l-valutazzjoni ta’ konformità ta’ xi pajjiż terz billi jevalwa ċerti istituzzjonijiet ta’ taħriġ marittimu, għandu jipproċedi skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A-I/6 tal-Kodiċi STCW.

ANNESS III

TIP TA’ INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI KKOMUNIKATA LILL-KUMMISSJONI GĦAL FINIJIET STATISTIĊI

1.

Meta ssir referenza għal dan l-Anness, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja speċifikata fil-paragrafu 9 tat-Taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW għaċ-ċertifikati kollha ta’ kompetenza jew l-approvazzjonijiet li jiddikjaraw il-ħruġ tagħhom u għall- approvazzjonijiet kollha li jiddikjaraw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn pajjiżi oħra u fejn indikat b’(*) għandha tingħata f’forma anonimizzata kif meħtieġ mill-Artikolu 27(3) ta’ din id-Direttiva:

 

Ċertifikati ta’ kompetenza (CoC)/Approvazzjonijiet li jiddikjaraw il-ħruġ tagħhom (EaI):

identifikatur uniku tal-baħħar, jekk disponibbli(*),

isem il-baħħar(*),

data tat-twelid tal-baħħar,

nazzjonalità tal-baħħar,

sess tal-baħħar,

numru approvat tas-CoC(*),

numru tal-EaI(*),

kapaċità(jiet),

data tal-ħruġ jew id-data l-aktar reċenti tal-validazzjoni mill-ġdid tad-dokument,

data tal-iskadenza,

status taċ-ċertifikat,

limitazzjonijiet.

 

Approvazzjonijiet li jiddikjaraw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn pajjiżi oħra (EaR):

identifikatur uniku tal-baħħar, jekk disponibbli(*),

isem il-baħħar(*),

data tat-twelid tal-baħħar,

nazzjonalità tal-baħħar,

sess tal-baħħar,

pajjiż li ħareġ is-CoC oriġinali,

numru oriġinali tas-CoC(*),

numru tal-EaR(*),

kapaċità(jiet),

data tal-ħruġ jew id-data l-aktar reċenti tal-validazzjoni mill-ġdid tad-dokument,

data tal-iskadenza,

status tal-approvazzjoni,

limitazzjonijiet.

2.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu, fuq bażi volontarja, informazzjoni dwar iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza (CoP) maħruġa lil baħrin skont il-Kapitoli II, III u VII tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW, bħal:

identifikatur uniku tal-baħħar, jekk disponibbli(*),

isem il-baħħar(*),

data tat-twelid tal-baħħar,

nazzjonalità tal-baħħar,

sess tal-baħħar,

numru tal-CoP(*),

kapaċità(jiet),

data tal-ħruġ jew id-data l-aktar reċenti tal-validazzjoni mill-ġdid tad-dokument,

data tal-iskadenza,

status tal-CoP.


ANNESS IV

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista bl-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 34)

Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33)

 

Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 343, 14.12.2012, p. 78)

 

Direttiva (UE) 2019/1159 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 188, 12.7.2019, p. 94)

l-Artikolu 1 u l-Anness biss

Parti B

Limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 34)

Direttiva

Skadenza għat-trasposizzjoni

2012/35/UE

4 ta’ Lulju 2014, minbarra l-punt 5 tal-Artikolu 1

4 ta’ Jannar 2015 fir-rigward tal-punt 5 tal-Artikolu 1

(UE) 2019/1159

fit-2 ta’ Awwissu 2021


ANNESS V

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 2008/106/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, kliem introduttorju

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 1, punti 1 sa 26

Artikolu 2, punti 1 sa 26

Artikolu 1, punt 28

Artikolu 2, punt 27

Artikolu 1, punt 29

Artikolu 2, punt 28

Artikolu 1, punt 30

Artikolu 2, punt 29

Artikolu 1, punt 31

Artikolu 2, punt 30

Artikolu 1, punt 32

Artikolu 2, punt 31

Artikolu 1, punt 33

Artikolu 2, punt 32

Artikolu 1, punt 34

Artikolu 2, punt 33

Artikolu 1, punt 35

Artikolu 2, punt 34

Artikolu 1, punt 36

Artikolu 2, punt 35

Artikolu 1, punt 37

Artikolu 2, punt 36

Artikolu 1, punt 38

Artikolu 2, punt 37

Artikolu 1, punt 39

Artikolu 2, punt 38

Artikolu 1, punt 40

Artikolu 2, punt 39

Artikolu 1, punt 41

Artikolu 2, punt 40

Artikolu 1, punt 42

Artikolu 2, punt 41

Artikolu 1, punt 43

Artikolu 2, punt 42

Artikolu 1, punt 44

Artikolu 2, punt 43

Artikolu 1, punt 45

Artikolu 2, punt 44

Artikolu 1, punt 46

Artikolu 2, punt 45

Artikoli 2 u 3

Artikoli 1 u 3

Artikolu 5(1), (2) u (3)

Artikolu 4(1), (2) u (3)

Artikolu 5(3a)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5(4)

Artikolu 4(5)

Artikolu 5(5)

Artikolu 4(6)

Artikolu 5(6)

Artikolu 4(7)

Artikolu 5(7)

Artikolu 4(8)

Artikolu 5(8)

Artikolu 4(9)

Artikolu 5(9)

Artikolu 4(10)

Artikolu 5(10)

Artikolu 4(11)

Artikolu 5(11)

Artikolu 4(12)

Artikolu 5(12)

Artikolu 4(13)

Artikolu 5(13)

Artikolu 4(14)

Artikolu 5a

Artikolu 5

Artikolu 5b

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 7(1a)

Artikolu 8(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 7(3a)

Artikolu 8(5)

Artikolu 7(3b)

Artikolu 8(6)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8(7)

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 12(2a)

Artikolu 13(3)

Artikolu 12(2b)

Artikolu 13(4)

Artikolu 12(3)

Artikolu 13(5)

Artikolu 12(3a)

Artikolu 13(6)

Artikolu 12(4)

Artikolu 13(7)

Artikolu 12(5)

Artikolu 13(8)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 25a

Artikolu 27

Artikolu 26

Artikolu 28

Artikolu 27

Artikolu 29

Artikolu 27a

Artikolu 30

Artikolu 28(1)

Artikolu 31(1)

Artikolu 28(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 31(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 28(2), it-tieni sentenza

Artikolu 31(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 29

Artikolu 32

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 33

Artikolu 32

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 34

Artikolu 36

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV

Anness IV

Anness V

Anness V

Anness III