20.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/162


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2509

tal-15 ta’ Diċembru 2022

li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u li talloka l-kwoti għal sustanzi kontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023

(notifikata bid-dokument C(2022) 9109)

(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta’ sustanzi kontrollati importati huwa soġġett għal limiti kwantitattivi.

(2)

Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina dawk il-limiti u talloka l-kwoti lill-impriżi.

(3)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina l-kwantitajiet ta’ sustanzi kontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi li jistgħu jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi essenzjali analitiċi, u l-impriżi li jistgħu jużawhom.

(4)

Id-determinazzjoni tal-kwoti allokati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi trid tiżgura li jiġu osservati l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 (2). Billi dawk il-limiti kwantitattivi jinkludu kwantitajiet ta’ idroklorofluworokarburi li huma liċenzjati għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi, il-produzzjoni u l-importazzjoni tal-idroklorofluworokarburi għal dawk l-użi jenħtieġ li jkunu koperti wkoll minn dik l-allokazzjoni.

(5)

Il-Kummissjoni ppubblikat avviż għall-impriżi li fl-2023 beħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll għall-impriżi li fl-2023 (3) beħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi, u b’hekk irċeviet dikjarazzjonijiet dwar l-importazzjonijiet maħsuba għall-2023.

(6)

Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti jenħtieġ li jiġu ddeterminati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023, skont iċ-ċiklu tar-rappurtar annwali fil-kuntest tal-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Limiti kwantitattivi għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

Il-kwantitajiet ta’ sustanzi kontrollati soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2023 minn sorsi ’l barra mill-Unjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Sustanzi kontrollati

Kwantità (f’kilogrammi ta’ potenzjal li jnaqqas l-ożonu (ODP))

Grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u grupp II (klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn)

500 550,00

Grupp III (aloni)

26 559 050,00

Grupp IV (tetraklorur tal-karbonju)

385 552,20

Grupp V (1,1,1-trikloroetan)

2 500 000,00

Grupp VI (bromur tal-metil)

588 835,20

Grupp VII (idrobromofluworokarburi)

4 788,16

Grupp VIII (idroklorofluworokarburi)

4 878 559,75

Grupp IX (bromoklorometan)

264 024,00

Artikolu 2

Allokazzjoni tal-kwoti għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

1.   Il-kwoti għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għall-klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.

2.   Il-kwoti għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness II.

3.   Il-kwoti għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness III.

4.   Il-kwoti għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.

5.   Il-kwoti għall-bromur tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.

6.   Il-kwoti għall-idrobromofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.

7.   Il-kwoti għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.

8.   Il-kwoti għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.

9.   Il-kwoti individwali għall-impriżi għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness IX.

Artikolu 3

Kwoti għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi

Il-kwoti għall-importazzjoni u għall-produzzjoni ta’ sustanzi kontrollati għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi fis-sena 2023 għandhom jiġu allokati lill-impriżi elenkati fl-Anness X.

Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2023 għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi allokati lil dawk l-impriżi huma stipulati fl-Anness XI.

Artikolu 4

Perjodu ta’ validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

1

A-Gas Deutschland GmbH

Bei den Kämpen 22

21220 Seevetal

Il-Ġermanja

2

A-Gas Italia s.r.l.

Via Cavour 96

67051 Avezzano

L-Italja

3

Abcr GmbH

Im Schlehert 10

76187 Karlsruhe

Il-Ġermanja

4

AGC Pharma Chemicals Europe

Cami de la Pomereda 13

08380 Malgrat de Mar

Spanja

5

Agilent Technologies Deutschland GmbH

Hewlett-Packard-Str. 8

D-76337 Waldbronn

Il-Ġermanja

6

Airsense Analytics GmbH

Hagenower Str. 73

19061 Schwerin

Il-Ġermanja

7

Albemarle Europe SPRL

Parc Scientifique Einstein, Rue du Bosquet 9

B-1348 Louvain-la-Neuve

Il-Belġju

8

Arkema France

Rue Estienne d’Orves 420

92705 Colombes Cedex

Franza

9

Ateliers Bigata SASU

Rue Jean-Baptiste Perrin 10

33320 Eysines

Franza

10

BASF Agri-Production S.A.S.

Rue de Verdun 32

76410 Saint-Aubin Les Elbeuf

Franza

11

Bayer AG

Alfred-Nobel-Str. 50

40789 Monheim

Il-Ġermanja

12

Biovit d.o.o.

Varazdinska ulica - Odvojak II 15

HR-42000 Varazdin

Il-Kroazja

13

BTC B.V.

Albert Thijsstraat 65

6471WX Eygelshoven

In-Netherlands

14

Ceram Optec SIA

Skanstes street 7 K-1

LV-1013 Riga

Il-Latvja

15

Chemours Netherlands B.V.

Baanhoekweg 22

3313LA Dordrecht

In-Netherlands

16

CPAChem Ltd

Ivanka Terzieva 2

6065 Bogomilovo

Il-Bulgarija

17

Daikin Refrigerants Frankfurt GmbH

Industriepark Hoechst D821

65926 Frankfurt

Il-Ġermanja

18

Dyneon GmbH

Industrieparkstr. 1

84508 Burgkirchen

Il-Ġermanja

19

EAF protect s.r.o.

Karlovarská 131/50

35002 Cheb 2

Ir-Repubblika Ċeka

20

Euroapi France

La paterie 4

63480 Vertolaye

Franza

21

Fermion oy

Koivu-Mankkaan tie 6

02200 Espoo

Il-Finlandja

22

FOT LTD

Ovcha kupel 13

1618 Sofia

Il-Bulgarija

23

Gedeon Richter Plc.

Gyömrői út 19-21.

H-1103 Budapest

L-Ungerija

24

GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH

Ruhrstr. 113

22761 Hamburg

Il-Ġermanja

25

Gielle Industries di Luigi Galantucci

Via Ferri Rocco 32

70022 Altamura

L-Italja

26

Hovione FarmaCiencia SA

Quinta de S. Pedro - Sete Casas

2674-506 Loures

Il-Portugall

27

Hugen Maintenance for Aircraft B.V.

Marketing 43

6921 Duiven

In-Netherlands

28

Hugen Reprocessing Company Dutch Halonbank bv

Marketing 43

6921 RE Duiven

In-Netherlands

29

I2 Analytical Limited sp. z o. o. Oddział w Polsce

Pionierów 39

41-711 Ruda Śląska

Il-Polonja

30

ICL Europe Cooperatief U.A.

Koningin Wilhelminaplein 30

1062 KR Amsterdam

In-Netherlands

31

Interscience B.V.

Tinstraat 16

4823AA Breda

In-Netherlands

32

L’Hotellier SAS

Rue Henri Poincaré 4

92160 Antony

Franza

33

Labmix24 GmbH

Industriestr. 18 A

46499 Hamminkeln

Il-Ġermanja

34

Laboratorios Miret S.A.

Geminis 4

08228 Terrassa

Spanja

35

Laboratory Supplies Ltd T/A Lennox

JFK Drive

D12FP79 Dublin

L-Irlanda

36

LGC Standards GmbH

Mercatorstr. 51

46485 Wesel

Il-Ġermanja

37

Lufthansa Technik AG

Weg beim Jäger 193

22335 Hamburg

Il-Ġermanja

38

Martec SpA

Via dell’industria 1

I-20060 Vignate

L-Italja

39

Mebrom NV

Suikerkaai 66

9060 Zelzate

Il-Belġju

40

Mebrom Technology NV

Antwerpsesteenweg 45

2830 Willebroek

Il-Belġju

41

Neochema GmbH

Uwe-Zeidler-Ring 10

55294 Bodenheim

Il-Ġermanja

42

P.U. Poz-Pliszka Sp. z o.o.

Mialki Szlak 52

80-717 Gdansk

Il-Polonja

43

Philipps-Universität Marburg

Biegenstrasse 10

35032 Marburg

Il-Ġermanja

44

R.P. Chem s.r.l.

Via San Michele 47

31032 Casale sul Sile (TV)

L-Italja

45

Restek France

Avenue du General de Gaulle 7

91090 Lisses

Franza

46

Restek GmbH

Schaberweg 23

Bad Homburg

Il-Ġermanja

47

Restek S.r.l.

Via G. Miglioli 2/A

20063 Cernusco sul Naviglio

L-Italja

48

Savi Technologie sp. z o.o. sp. k.

Psary Wolnosci 20

51-180 Wroclaw

Il-Polonja

49

Sigma Aldrich Chimie sarl

Rue de Luzais 80

38070 Saint Quentin Fallavier

Franza

50

Sigma-Aldrich Chemie GmbH

Riedstraße 2

89555 Steinheim

Il-Ġermanja

51

Societe Air France Industries

Aeroport de Paris

94290 Villeneuve le Roi

Franza

52

Solvay Fluor GmbH

Hans-Boeckler-Allee 20

30173 Hannover

Il-Ġermanja

53

Solvay France S.A

Rue des Cuirassiers, Immeuble Silex 2 Solvay 9

69003 Lyon

Franza

54

Solvay Specialty Polymers Italy SpA

Viale Lombardia 20

20021 Bollate

L-Italja

55

Sterling Chemical Malta Limited

Hal Far Industrial Estate HF 51

1504 Il-Furjana

Malta

56

Sterling SpA

Via della Carboneria 30

06073 Solomeo - Corciano (PG)

L-Italja

57

Tazzetti SAU

Calle Roma 2

28813 Torres de la Alameda

Spanja

58

Tazzetti SpA

Corso Europa 600/A

10088 Volpiano

L-Italja

59

Techlab SARL

La tannerie 4C

57072 Metz Cedex 3

Franza

60

TEGA - Technische Gase und Gasetechnik GmbH

Werner-von-Siemens-Str. 18

D-97076 Würzburg

Il-Ġermanja

61

Ultra Scientific Italia srl

Via emilia 51/D

40011 Anzola emilia

L-Italja

62

UTM Umwelt-Technik-Metallrecycling GmbH

Alt-Herrenwyk 12

23569 Lübeck

Il-Ġermanja

63

Valliscor Europa Limited

City Quay 13-18

D02 ED70 Dublin

L-Irlanda

64

Vatro-Servis d.o.o.

Dravska 61

42202 Trnovec Bartolovecki

Il-Kroazja

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President Eżekuttiv


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, (ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4).

(3)  ĠU C 104, 4.3.2022, p. 46.


ANNESS I

GRUPPI I u II

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi bħala aġenti ta’ proċess matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Abcr GmbH (DE)

Solvay Specialty Polymers Italy S.p.A. (IT)

Tazzetti SAU (ES)

Tazzetti S.p.A. (IT)

TEGA - Technische Gase und Gasetechnik GmbH (DE)


ANNESS II

GRUPP III

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi kritiċi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

A-Gas Deutschland GmbH (DE)

A-Gas Italia s.r.l. (IT)

Abcr GmbH (DE)

Arkema France (FR)

Ateliers Bigata SASU (FR)

BASF Agri-Production S.A.S. (FR)

BTC B.V. (NL)

EAF protect s.r.o. (CZ)

Gielle Industries di Luigi Galantucci (IT)

Hugen Maintenance for Aircraft B.V. (NL)

Hugen Reprocessing Company Dutch Halonbank bv (NL)

L’Hotellier SAS (FR)

Lufthansa Technik AG (DE)

Martec SpA (IT)

P.U. Poz-PLiszka Sp. z o.o. (PL)

Savi Technologie sp. z o.o. sp. k. (PL)

Societe Air France Industries (FR)

UTM Umwelt-Technik-Metallrecycling GmbH (DE)

Vatro-Servis d.o.o. (HR)


ANNESS III

GRUPP IV

Il-kwoti ta’ importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi bħala aġent ta’ proċess matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Abcr GmbH (DE)

Arkema France (FR)

Ceram Optec SIA (LV)


ANNESS IV

GRUPP V

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Arkema France (FR)


ANNESS V

GRUPP VI

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Abcr GmbH (DE)

Euroapi France (FR)

GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH (DE)

ICL Europe Cooperatief U.A. (NL)

Mebrom NV (BE)

Mebrom Technology NV (BE)

Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE)


ANNESS VI

GRUPP VII

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idrobromofluworokarburi allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Abcr GmbH (DE)

Euroapi France (FR)

Fermion oy (FI)

Hovione FarmaCiencia SA (PT)

R.P. Chem s.r.l. (IT)

Sterling Chemical Malta Limited (MT)

Sterling SpA (IT)

Valliscor Europa Limited (IE)


ANNESS VII

GRUPP VIII

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Abcr GmbH (DE)

Arkema France (FR)

Bayer AG (DE)

Chemours Netherlands B.V. (NL)

Dyneon GmbH (DE)

Solvay Fluor GmbH (DE)

Solvay France S.A (FR)

Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT)

Tazzetti SAU (ES)

Tazzetti SpA (IT)


ANNESS VIII

GRUPP IX

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Kumpanija

Albemarle Europe SPRL (BE)

ICL Europe Cooperatief U.A. (NL)

Laboratorios Miret S.A. (ES)

Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE)

Valliscor Europa Limited (IE)


ANNESS IX

(Tagħrif kummerċjalment sensittiv - kunfidenzjali - ma għandux jiġi ppubblikat)


ANNESS X

Impriżi intitolati li jipproduċu jew jimportaw għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi fl-2023

Il-kwota tas-sustanzi kontrollati li jistgħu jintużaw għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi huma allokati lil:

Kumpanija

Abcr GmbH (DE)

AGC Pharma Chemicals Europe (ES)

Agilent Technologies Deutschland GmbH (DE)

Airsense Analytics GmbH (DE)

Arkema France (FR)

Bayer AG (DE)

Biovit d.o.o. (HR)

CPAChem Ltd (BG)

Daikin Refrigerants Frankfurt GmbH (DE)

Fot LTD (BG)

Gedeon Richter Plc. (HU)

I2 Analytical Limited sp. z o. o. Oddział w Polsce (PL)

Interscience B.V. (NL)

Labmix24 GmbH (DE)

Laboratory Supplies Ltd T/A Lennox (IE)

LGC Standards GmbH (DE)

Neochema GmbH (DE)

Philipps-Universität Marburg (DE)

Restek France (FR)

Restek GmbH (DE)

Restek S.r.l. (IT)

Sigma Aldrich Chimie sarl (FR)

Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE)

Solvay Fluor GmbH (DE)

Solvay France S.A (FR)

Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT)

Techlab SARL (FR)

Ultra Scientific Italia srl (IT)

Valliscor Europa Limited (IE)


ANNESS XI

(Tagħrif kummerċjalment sensittiv - kunfidenzjali - ma għandux jiġi ppubblikat)