28.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/23 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2081
tal-25 ta’ Ottubru 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Ellenika biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Wara talba mingħand il-Greċja fis-6 ta’ Awwissu 2020, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346 (2), ta assistenza finanzjarja lill-Greċja fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 2 728 000 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, u b’perjodu ta’ disponibilità ta’ 18-il xahar bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tal-Greċja biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u jirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom. |
(2) |
Is-self kellu jintuża mill-Greċja biex jiġu ffinanzjati l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346. |
(3) |
Wara t-tieni talba mill-Greċja fid-9 ta’ Marzu 2021, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/679 (3) li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346, ta assistenza finanzjarja addizzjonali ta’ EUR 2 537 000 000 lill-Greċja billi żied l-ammont massimu ta’ self għal EUR 5 265 000 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, u b’perjodu ta’ disponibbiltà ta’ 18-il xahar, bil-ħsieb li jikkomplementa l-isforzi nazzjonali tal-Greċja biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirrispondi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema. |
(4) |
Is-self addizzjonali kellu jintuża mill-Greċja biex jiġu ffinanzjati l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/679. |
(5) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali mill-forza tax-xogħol fil-Greċja. Dan wassal għal żidied ripetuti għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika mill-Greċja fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (a) u (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346. |
(6) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Greċja fl-2020, l-2021 u l-2022 biex titrażżan dik it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku u l-impatt marbut mas-saħħa tagħha kellhom u għadu qed ikollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Fl-2020, il-Greċja kellha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 10,2 % u 206,3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament, li naqas għal 7,4 % u 193,3 % rispettivament fi tmiem l-2021. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2022 tal-Kummissjoni, il-Greċja kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 4,3 % u 185,7 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2022. Skont il-previżjoni interim tas-sajf 2022 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Greċja huwa previst li jiżdied b’4,0 % fl-2022. |
(7) |
Fl-1 ta’ Settembru 2022, il-Greċja talbet għal assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni ta’ EUR 900 000 000 bil-ħsieb li tkompli tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha li wettqet fl-2020, fl-2021 u fl-2022 biex tittratta l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema. B’mod partikolari, il-Greċja kompliet ittawwal l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili stabbiliti fil-premessi (8) u (9). |
(8) |
B’mod aktar speċifiku, it-talba tal-Greċja tappartjeni għall-“Att Legali tal-14 ta’ Marzu 2020” (4), kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346, li introduċa allokazzjoni speċjali għall-impjegati tas-settur privat li l-kuntratti tax-xogħol tagħhom ġew sospiżi. Dik il-miżura għandha l-għan li tipproteġi l-impjiegi f’kumpaniji li jwaqqfu l-operazzjonijiet tagħhom permezz ta’ ordni pubblika jew li jappartjenu għal setturi ekonomiċi li huma affettwati b’mod qawwi mit-tifqigħa tal-COVID-19, u tikkonċerna l-għoti ta’ allokazzjoni speċjali kull xahar ta’ EUR 534 lill-impjegati li l-kuntratti tax-xogħol tagħhom kienu ġew sospiżi. Il-prekundizzjoni biex wieħed jibbenefika mill-iskema hija li min iħaddem iżomm l-istess għadd ta’ impjegati, jiġifieri l-istess impjegati eżatti, għal perjodu li jkun daqs dak li għalih il-kuntratt tax-xogħol kien ġie sospiż. Il-miżura ġiet estiża sal-31 ta’ Jannar 2022. |
(9) |
L-awtoritajiet introduċew ukoll il-finanzjament mill-Istat tal-kopertura tas-sigurtà soċjali tal-impjegati li jibbenefikaw mill-allokazzjoni speċjali msemmija fil-premessa (8), kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (b), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346. Il-prekundizzjoni biex wieħed jibbenefika mill-iskema hija li min iħaddem iżomm l-istess għadd ta’ impjegati, jiġifieri l-istess impjegati eżatti, għal perjodu li jkun daqs dak li għalih il-kuntratt tax-xogħol kien ġie sospiż. |
(10) |
Il-Greċja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Greċja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 6 477 014 989 mill-1 ta’ Frar 2020 b’riżultat tal-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li hija relatata ma’ estensjoni ta’ miżuri nazzjonali eżistenti direttament relatati mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Greċja. Il-Greċja beħsiebha tiffinanzja EUR 312 014 989 permezz tal-finanzjament tagħha stess. |
(11) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Greċja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili msemmija fit-talba tal-1 ta’ Settembru 2022, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Greċja tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku qawwi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
(13) |
Minħabba li l-perjodu ta’ disponibbiltà indikat fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346 skada, huwa meħtieġ perjodu ta’ disponibbiltà ġdid għall-assistenza finanzjarja addizzjonali. Il-perjodu ta’ disponibbiltà għall-assistenza finanzjarja ta’ 18-il xahar mogħti bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346 jenħtieġ li jiġi estiż bi 21 xahar u, bħala konsegwenza l-perjodu ta’ disponibbiltà totali jenħtieġ li jkun ta’ 39 xahar li jibda mill-ewwel jum wara li tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346. |
(14) |
Jenħtieġ li l-Greċja u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim tas-self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. |
(15) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kull proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Din ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
(16) |
Jenħtieġ li l-Greċja tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Greċja tkun implimentat dik in-nefqa. |
(17) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Greċja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Il-Greċja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(1) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1346 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Ellenika biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 21).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/679 tat-23 ta’ April 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1346 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika Ellenika biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 144, 27.4.2021, p. 16).
(4) L-“Att Legali tal-14 ta’ Marzu 2020 ” (ĠU A΄ 64/2020) irratifikat mill-Artikolu 3 tal-“Liġi 4682/2020” (ĠU A΄ 76/2020); L-“Att Legali tal-1 ta’ Mejju 2020 ” (ĠU A΄ 90/2020) irratifikat mill-Artikolu 2 tal-Liġi 4690/2020 (ĠU A΄ 104/2020). “Il-liġi 4714/2020” (ĠU A 148/2020); “Il-liġi 4722/2020” (ĠU A 177/2020); “Il-liġi 4756/2020” (ĠU A 235/2020), “Il-liġi 4778/2021” (ĠU A 26/2021); “Deċiżjoni Ministerjali 12998/232/2020” (ĠU B 1078/2020), “Deċiżjoni Ministerjali 16073/287/2020” (ĠU B 1547/2020), “Deċiżjoni Ministerjali 17788/346/2020” (ĠU B 1779/2020), “Deċiżjoni Ministerjali 23102/477/2020” (ĠU B 2268/2020), “Deċiżjoni Ministerjali 49989/1266/2020” (ĠU B 5391/2020); “Deċiżjoni Ministerjali 45742/1748/2020” (ĠU B’ 5515/2020); “Deċiżjoni Ministerjali 3208/108” (ĠU B’ 234/2021); “Deċiżjoni Ministerjali 4374/131” (ĠU B’ 345); “Deċiżjoni Ministerjali 9500/322/2021” (ĠU B’ 821/2021); “Deċiżjoni Ministerjali 22547/2021” (ĠU B’ 1683/2021); “Deċiżjoni Ministerjali 28631” (ĠU B’ 2012/2021); “Deċiżjoni Ministerjali 47100/2021” (ĠU B’ 2975/2021); “Deċiżjoni Ministerjali 51320/2021” (ĠU B’ 3127/2021); “Deċiżjoni Ministerjali 58921/2021” (ĠU B’ 3637/2021); “Deċiżjoni Ministerjali 74831/2021” (ĠU B’ 4593/2021); “Deċiżjoni Ministerjali 105596/2021” (ĠU B’ 6076/2021); “Deċiżjoni Ministerjali 109412/2021” (ĠU B’ 6368/2021); u d- “Deċiżjoni Ministerjali 3512/2022” (ĠU B’ 103/2022).