5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/276


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1367

tal-4 ta’ Awwissu 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.

(2)

L-entrata għal persuna waħda, li l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi kontriha skadiet fil-31 ta’ Lulju 2022, kif ukoll l-informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża tagħha u d-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, jenħtieġ li titħassar.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2023.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”;

(2)

l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-taqsima A (“Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1”), titħassar l-entrata għall-persuna li ġejja:

“45.

Montassar Ben Habib Ben Bouali LTAIEF”;

(2)

fit-Taqsima B (“Drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina:”), titħassar l-entrata li ġejja:

“45.

Montassar Ben Habib Ben Bouali LTAIEF

L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li fl-2011 u fl-2013 is-Sur Montassar Ben Habib Ben Bouali LTAIEF instema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukati tiegħu.”.