27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1314

tas-26 ta' Lulju 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Lulju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu.

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tapplika sal-31 ta' Lulju 2022. Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu mġedda sal-31 ta' Lulju 2023.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Lulju 2023 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1277 tat-30 ta’ Lulju 2021 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu (ĠU L 277I, 2.8.2021, p. 16).