29.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/21 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1028
tas-27 ta’ Ġunju 2022
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2021/355 fir-rigward ta’ ċerti installazzjonijiet fid-Danimarka, fi Franza u fl-Iżvezja u inklużi fil-lista ta’ installazzjonijiet koperti mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni stabbilita fid-Direttiva 2003/87/KE
(notifikata bid-dokument C(2022) 4289)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,
Billi:
(1) |
Wara t-tressiq mill-Istati Membri tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali (NIMs) tagħhom, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni (UE) 2021/355 (2) dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Dik id-Deċiżjoni tiċħad l-iskrizzjoni ta’ ċerti installazzjonijiet u d-data korrispondenti tagħhom fil-listi ta’ installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, u b’hekk teskludihom mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni (EU ETS). |
(2) |
L-installazzjonijiet li jużaw biss il-bijomassa ġew esklużi mill-EU ETS, f’konformità mal-paragrafu 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE. Dik id-dispożizzjoni ġiet introdotta fid-Direttiva dwar l-ETS permezz tad-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u mill-applikazzjoni tagħha fl-1 ta’ Jannar 2013, iddeterminat kamp ta’ applikazzjoni ġdid għall-EU ETS. Għalhekk, l-iskrizzjoni tal-installazzjonijiet li użaw biss il-bijomassa għas-snin kollha tal-perjodu ta’ referenza għandha tiġi miċħuda minkejja li dawn huma elenkati f’konformità mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(3) |
Il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-Iżvezja bi żball kienet inkludiet fl-NIMs tagħha l-installazzjoni SE-207651. Dik l-installazzjoni tuża biss il-bijomassa u għal dik ir-raġuni kellha tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS. |
(4) |
Wara mistoqsija mill-Kummissjoni, id-Danimarka kkonfermat li l-installazzjonijiet DK-65, DK-66 u DK-135 ma kellhom l-ebda emissjonijiet fossili matul il-perjodu ta’ referenza 2014–2018. Dawk l-installazzjonijiet jużaw biss il-bijomassa u kellhom jiġu esklużi wkoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS. |
(5) |
Għalhekk jixraq li tiġi miċħuda l-iskrizzjoni tal-installazzjonijiet DK-65, DK-66, DK-135 u SE-207651 fil-listi ta’ installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE għas-snin kollha tal-perjodu ta’ referenza inkluż meta ġew elenkati f’konformità mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(6) |
Wara talba għal kjarifika mill-Kummissjoni, Franza infurmat lill-Kummissjoni li żewġ installazzjonijiet, FR-206164 u FR-206032, jipproduċu biss polimeri. Iż-żewġ installazzjonijiet għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 minħabba li jimportaw is-sħana meħtieġa għall-produzzjoni minn installazzjoni oħra tal-EU ETS. Fis-sentenza fil-Kawża C-577/16 (4), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li installazzjoni għall-produzzjoni ta’ polimeri li tixtri s-sħana neċessarja għal dik il-produzzjoni mingħand installazzjoni terza ma taqax taħt is-sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-EU ETS, peress li ma tiġġenerax emissjonijiet diretti ta’ CO2. Jenħtieġ għalhekk li l-iskrizzjoni ta’ dawk l-installazzjonijiet fil-listi ta’ installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE tiġi miċħuda. |
(7) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (UE) 2021/355 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/355 hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej: “6. L-iskrizzjoni tal-installazzjonijiet elenkati fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni inklużi fil-listi ta’ installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE u d-data korrispondenti dwar l-allokazzjoni bla ħlas għal dawk l-installazzjonijiet, ippreżentata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1) ta’ dik id-Direttiva, huma miċħuda.”; |
(2) |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
(3) |
It-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jiżdied bħala l-Anness IV. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/355 tal-25 ta’ Frar 2021 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali bla ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’konformità mal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 221).
(3) Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).
(4) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-28 ta’ Frar 2018, Trinseo Deutschland Anlagengesellschaft mbH vs Bundesrepublik Deutschland, C-577/16, ECLI:EU:C:2018:127.
ANNESS I
“ANNESS I
Installazzjonijiet li jużaw biss il-bijomassa
Identifikatur tal-installazzjonijiet fil-listi tal-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali
DK000000000000065 |
DK000000000000066 |
DK000000000000135 |
|
FI000000000000645 |
FI000000000207696 |
|
|
SE000000000000031 SE000000000000086 SE000000000000169 SE000000000000211 SE000000000000320 SE000000000000523 SE000000000000583 SE000000000000686 SE000000000000789 SE000000000000845 SE000000000205887 SE000000000209930 SE000000000000779 |
SE000000000000064 SE000000000000088 SE000000000000186 SE000000000000249 SE000000000000324 SE000000000000543 SE000000000000629 SE000000000000687 SE000000000000798 SE000000000000847 SE000000000206192 SE000000000211058 SE000000000207651 |
SE000000000000073 SE000000000000099 SE000000000000199 SE000000000000261 SE000000000000382 SE000000000000547 SE000000000000659 SE000000000000705 SE000000000000830 SE000000000202297 SE000000000208282 SE000000000000153 |
SE000000000000074 SE000000000000102 SE000000000000205 SE000000000000319 SE000000000000468 SE000000000000565 SE000000000000681 SE000000000000785 SE000000000000838 SE000000000205800 SE000000000209062 SE000000000000231 |
ANNESS II
“ANNESS IV
Installazzjonijiet li jipproduċu polimeri u li jimportaw is-sħana, b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2
Identifikatur tal-installazzjonijiet fil-lista tal-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali
FR000000000206164 |
FR000000000206032 |