24.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 167/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/995

tal-24 ta’ Ġunju 2022

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

(2)

Fit-3 ta' Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/884 (2), li emendat id-Deċiżjoni 2014/512/PESK u introduċiet aktar miżuri restrittivi biex jiġu sospiżi l-attivitajiet tax-xandir fl-Unjoni, jew diretti lejn l-Unjoni, ta' ċerti mezzi tal-media msemmija fil-punt (4) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2022/884. Skont l-Artikolu 1(14) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/884, l-applikabbiltà ta' tali miżuri fir-rigward ta' wieħed jew diversi minn dawk il-mezzi tal-media hija soġġetta għal deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.

(3)

Wara li eżamina l-każijiet rispettivi, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 4g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li japplikaw mill-25 ta' Ġunju 2022 fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fil-punt (4) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2022/884,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK għandhom japplikaw mill-25 ta' Ġunju 2022 fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fil-punt (4) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2022/884.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/884 tat-3 ta' Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 128).