3.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/128 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/884
tat-3 ta’ Ġunju 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1). |
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
(3) |
Fl-24 ta’ Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna, u l-forzi armati Russi bdew attakk kontra l-Ukrajna. Dak l-attakk huwa ksur sfaċċat tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
(4) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. Bl-azzjonijiet militari illegali tagħha, ir-Russja qed tikser b’mod serju d-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u qed iddgħajjef is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea u globali. Il-Kunsill Ewropew appella għat-tħejjija u l-adozzjoni urġenti ta’ pakkett ta’ sanzjonijiet individwali u ekonomiċi ulterjuri. |
(5) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni tibqa’ lesta li tagħlaq il-lakuni u tindirizza ċ-ċirkomvenzjoni attwali u possibbli tal-miżuri restrittivi diġà adottati kif ukoll li taġixxi bil-ħeffa b’aktar sanzjonijiet robusti kkoordinati kontra r-Russja u l-Belarussja biex ixxekkel il-kapaċitajiet tar-Russja li tkompli l-aggressjoni. |
(6) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, u b’risposta għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa xieraq li jiġu introdotti aktar miżuri restrittivi. |
(7) |
Huwa xieraq li jkunu pprojbiti l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment fl-Istati Membri ta’ żejt mhux maħdum u ta’ ċerti prodotti tal-petroleum mir-Russja. Barra minn hekk, huwa xieraq li jkunu pprojbiti l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tattrasport marittimu ta’ tali oġġetti lejn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li jiġu previsti perjodi ta’ tranżizzjoni xierqa. |
(8) |
Minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta’ diversi Stati Membri, li tiġġenera dipendenza speċifika fuq iż-żejt mhux maħdum importat permezz ta’ pipeline mir-Russja, mingħajr provvisti alternattivi vijabbli fuq medda qasira ta’ żmien, jenħtieġ li, temporanjament, sakemm il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor, il-projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni taż-żejt mhux maħdum mir-Russja ma japplikawx għall-importazzjonijiet ta’ żejt mhux maħdum permezz ta’ pipeline mir-Russja lejn dawk l-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiksbu provvisti alternattivi malajr kemm jista’ jkun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja u tiffaċilita l-progress mill-Istati Membri kkonċernati fil-kisba ta’ provvisti alternattivi. Jenħtieġ li, meta Stat Membru jkun għamel biżżejjed progress, ir-Rappreżentant Għoli bl-appoġġ tal-Kummissjoni jipproponi lill-Kunsill biex itemm din l-eċċezzjoni temporanja fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru. |
(9) |
Fil-laqgħa tiegħu fit-30 u l-31 ta’ Mejju 2022, il-Kunsill Ewropew qabel li ser jerġa’ lura għall-kwistjoni ta’ dik l-eċċezzjoni temporanja għal żejt mhux maħdum ikkonsenjat permezz ta’ pipeline malajr kemm jista’ jkun. |
(10) |
Huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti t-trasferiment ulterjuri, it-trasport jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ żejt mhux maħdum mir-Russja ikkonsenjat fi Stat Membru permezz ta’ pipeline lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi, kif ukoll li jiġu pprojbiti, wara perjodu tranżitorju ta’ tmien xhur, it-trasferiment ulterjuri, it-trasport jew il-bejgħ mill-ġdid lejn Stati Membri oħra ta’ prodotti tal-petroleum miksuba minn tali żejt mhux maħdum. Minħabba d-dipendenza speċifika taċ-Ċekja fuq tali prodotti tal-petroleum, jenħtieġ li jitħalla perjodu addizzjonali ta’ għaxar xhur biex din tikseb provvisti alternattivi. |
(11) |
Minħabba l-esponiment ġeografiku speċifiku tal-Bulgarija, jenħtieġ li tiġi prevista deroga speċjali mill-projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ żejt mhux maħdum permezz ta’ trasport marittimu (‘żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar’) u ta’ prodotti tal-petroleum għal perjodu limitat. Minħabba s-sitwazzjoni speċifika tal-Kroazja marbuta mal-ħtieġa li r-raffinerija tagħha tiżgura provvista regolari ta’ żejt tal-gass f’vakwu għall-funzjonament tagħha, jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtorità nazzjonali kompetenti li tawtorizza x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment taż-żejt tal-gass f’vakwu Russu għal perjodu speċifiku ta’ żmien taħt ċerti kondizzjonijiet. |
(12) |
Jekk il-provvista ta’ żejt mhux maħdum permezz ta’ pipeline mir-Russja lejn Stat Membru mingħajr kosta tiġi interrotta għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll ta’ dak l-Istat Membru, jenħtieġ li l-importazzjoni ta’ żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar mir-Russja lejn dak l-Istat Membru tkun permessa, permezz ta’ deroga temporanja eċċezzjonali, sakemm terġa’ tibda l-provvista permezz ta’ pipeline jew sakemm il-Kunsill jiddeċiedi li l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ żejt mhux maħdum ikkonsenjat permezz ta’ pipeline għandha tapplika fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru. |
(13) |
F’konformità mal-prinċipju tal-libertà ta’ tranżitu, jenħtieġ li l-projbizzjonijiet fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar u fuq ċerti prodotti tal-petroleum mir-Russja jkunu mingħajr preġudizzju għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ tali oġġetti li joriġinaw minn pajjiż terz u li jkunu biss għaddejjin mir-Russja. B’mod partikolari, jenħtieġ li dawk il-projbizzjonijiet ma japplikawx fis-sitwazzjoni fejn ir-Russja tiġi identifikata bħala l-Istat ta’ esportazzjoni fid-dikjarazzjonijiet doganali, jekk il-pajjiż ta’ oriġini għaż-żejt mhux maħdum u prodotti tal-petroleum oħra jkun identifikat f’dawk id-dikjarazzjonijiet bħala Stat terz. |
(14) |
Huwa xieraq li jkun projbit il-forniment lir-Russja ta’ servizzi ta’ kontabilità, ta’ awditjar, inkluż ta’ awditjar statutorju, ta’ żamma tal-kotba u servizzi ta’ konsulenza dwar it-taxxa, jew servizzi ta’ konsulenza dwar negozju u servizzi ta’ konsulenza maniġerjali u servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi. Huwa wkoll xieraq li jiġu emendati l-projbizzjonijiet li jikkonċernaw, rispettivament, id-depożiti, l-impriżi tat-trasport bit-triq stabbiliti fir-Russja, u s-servizzi fiduċjarji. Fl-aħħar nett, huwa xieraq li jinżdiedu ċerti entrati mal-listi ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li jinsabu fl-Annessi tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK. |
(15) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Artikolu 1j tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK, huwa xieraq li l-iskadenza għall-waqfien tal-attivitajiet prevista fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dak l-Artikolu tiġi estiża mill-10 ta’ Mejju 2022 sal-5 ta’ Lulju 2022. |
(16) |
Huwa xieraq li jiġi ċċarat li din id-Deċiżjoni ma timpedixxix ir-riċeviment ta’ pagamenti minn persuna ġuridika, entità jew korp inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru mill-kontroparti Russa tagħhom skont kuntratti relatati ma’ oġġetti u teknoloġiji kif elenkat fl-Artikolu 4c tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK li kienu konklużi qabel is-26 ta’ Frar 2022 u mwettqa qabel is-27 ta’ Mejju 2022. |
(17) |
Il-Federazzjoni Russa impenjat ruħha f’kampanja sistematika u internazzjonali ta’ manipulazzjoni tal-media u distorsjoni tal-fatti sabiex issaħħaħ l-istrateġija tagħha ta’ destabbilizzazzjoni tal-pajjiżi ġirien tagħha, u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. B’mod partikolari, il-propaganda mmirat ripetutament u konsistentement lill-partiti politiċi Ewropej, speċjalment matul il-perjodi elettorali, kif ukoll immirat lis-soċjetà ċivili, lil dawk il-persuni li jfittxu l-ażil, lill-minoranzi etniċi Russi, lill-minoranzi tal-ġeneru u lill-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha. |
(18) |
Sabiex tiġġustifika u tappoġġa l-aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, il-Federazzjoni Russa impenjat ruħha f’azzjonijiet ta’ propaganda kontinwi u miftiehma mmirati lejn is-soċjetà ċivili fl-Unjoni u l-pajjiżi ġirien, li jgħawwġu u jimmanipulaw b’mod gravi l-fatti. |
(19) |
Dawk l-azzjonijiet ta’ propaganda għaddew minn għadd ta’ mezzi tal-media taħt il-kontroll permanenti dirett jew indirett tat-tmexxija tal-Federazzjoni Russa. Tali azzjonijiet jikkostitwixxu theddida sinifikanti u diretta għall-ordni pubbliku u s-sigurtà tal-Unjoni. Dawk il-mezzi tal-media huma essenzjali u strumentali biex imexxu ‘l quddiem u jappoġġaw l-aggressjoni kontra l-Ukrajna, u għad-destabbilizzazzjoni tal-pajjiżi ġirien tagħha. |
(20) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, u b’reazzjoni għall-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huwa meħtieġ, b’mod konsistenti mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b’mod partikolari mad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni kif rikonoxxut fl-Artikolu 11 tagħha, li jiġu introdotti aktar miżuri restrittivi biex jiġu sospiżi l-attivitajiet tax-xandir ta’ tali mezzi tal-media fl-Unjoni, jew diretti lejn l-Unjoni. Il-miżuri jenħtieġ li jinżammu sakemm tintemm l-aggressjoni kontra l-Ukrajna, u sakemm il-Federazzjoni Russa, u l-mezzi tal-media assoċjati tagħha, jieqfu jwettqu azzjonijiet ta’ propaganda kontra l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. |
(21) |
B’mod konsistenti mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b’mod partikolari mad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà kif rikonoxxuti fl-Artikoli 11, 16 u 17 tagħha, dawk il-miżuri ma jżommux lill-mezzi tal-media u l-persunal tagħhom milli jwettqu attivitajiet fl-Unjoni minbarra x-xandir, bħar-riċerka u l-intervisti. B’mod partikolari, dawk il-miżuri ma jimmodifikawx l-obbligu li jiġu rrispettati d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri, fl-oqsma ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom. |
(22) |
Tenħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni biex ċerti miżuri jiġu implimentati. |
(23) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/512/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1aa huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 1b, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw li jiġi aċċettat tali depożitu jew il-forniment ta’ servizzi ta’ kartiera, kont jew kustodja, b’dawk il-kondizzjonijiet li huma jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-aċċettazzjoni ta’ tali depożitu jew forniment ta’ servizz ta’ kartiera, kont jew kustodja hija:
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont il-punti (a), (b), (c) jew (e) ta’ dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.”; |
(3) |
fl-Artikolu 1d, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal nazzjonali ta’ Stat Membru, ta’ pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Iżvizzera, jew għal persuni fiżiċi li jkollhom permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru, f’pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew fl-Iżvizzera.”; |
(4) |
l-Artikolu 1e huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1e 1. Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta’ servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li jintużaw għall-iskambju ta’ data finanzjarja, lill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness VIII jew lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fir-Russja li iktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom ikunu b’mod dirett jew indirett proprjetà ta’ entità elenkata fl-Anness VIII. 2. Għal kull persuna ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness VIII, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika mid-data msemmija għalihom f’dak l-Anness. Il-projbizzjoni għandha tapplika mill-istess data għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fir-Russja li iktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom ikunu b’mod dirett jew indirett proprjetà ta’ entità elenkata fl-Anness VIII.”; |
(5) |
fl-Artikolu 1h(2), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(6) |
l-Artikolu 1j huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1j 1. Għandu jkun ipprojbit li wieħed jirreġistra, jipprovdi uffiċċju reġistrat, indirizz tan-negozju jew amministrattiv kif ukoll servizzi ta’ ġestjoni lil trust jew lil kwalunkwe arranġament legali simili li jkollu bħala trustor jew benefiċjarju:
2. Għandu jkun ipprojbit mill-5 ta’ Lulju 2022 li wieħed jaġixxi, jew jagħmel arranġamenti biex persuna oħra taġixxi bħala, fiduċjarju, azzjonista mandatarju, direttur, segretarju jew pożizzjoni simili, għal trust jew arranġament legali simili kif imsemmi fil-paragrafu 1. 3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-operazzjonijiet li huma strettament neċessarji għat-terminazzjoni sal-5 ta’ Lulju 2022 ta’ kuntratti li mhumiex konformi ma’ dan l-Artikolu konklużi qabel id-9 ta’ April 2022 jew ta’ kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. 4. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw meta l-fiduċjarju jew il-benefiċjarju huwa nazzjonal ta’ Stat Membru jew persuna fiżika li għandha permess ta’ residenza temporanju jew permanenti fi Stat Membru. 5. B’deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, taħt tali kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, li s-servizzi msemmija fil-paragrafu 2 ikomplu lil hinn mill-5 ta’ Lulju 2022:
6. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw is-servizzi msemmija f’dawk il-paragrafi, taħt tali kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dawn huma neċessarji għal:
7. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 5 jew 6 fi żmien ġimagħtejn mit-tali awtorizzazzjoni.”; |
(7) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 1k 1. Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta’ kontabilità, awditjar, inkluż awditjar statutorju, żamma tal-kotba u servizzi ta’ konsulenza dwar it-taxxa, jew servizzi ta’ konsulenza dwar negozju u maniġerjali u servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi lil:
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-forniment ta’ servizzi li huma strettament neċessarji għat-terminazzjoni sal-5 ta’ Lulju 2022 ta’ kuntratti li mhumiex konformi ma’ dan l-Artikolu konklużi qabel l-4 ta’ Ġunju 2022, jew ta’ kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. 3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-forniment ta’ servizzi li huma strettament meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dritt tad-difiża fi proċedimenti ġudizzjarji u d-dritt għal rimedju legali effettiv. 4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-għoti ta’ servizzi maħsuba għall-użu esklużiv ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja li huma proprjetà ta’, jew ikkontrollati esklużivament jew b’mod konġunt minn, persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru. 5. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw is-servizzi msemmijin fihom, taħt tali kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dawn huma neċessarji għal:
|
(8) |
fl-Artikolu 4(3), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(9) |
fl-Artikolu 4a(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(10) |
fl-Artikolu 4g, jinżdied il-paragrafu li ġej: “3. Għandu jkun ipprojbit ir-reklamar ta’ prodotti jew servizzi fi kwalunkwe kontenut prodott jew imxandar mill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness IX, inkluż permezz ta’ trażmissjoni jew distribuzzjoni bi kwalunkwe wieħed mill-mezzi msemmija fil-paragrafu 1.”; |
(11) |
fl-Artikolu 4ha(5), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(12) |
l-Artikolu 4n(4) huwa emendat kif ġej:
|
(13) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 4o 1. Għandu jkun ipprojbit ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, ta’ żejt mhux maħdum jew ta’ prodotti tal-petroleum, jekk dawn joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja. 2. Għandu jiġi pprojbit il-forniment, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew ta’ assistenza finanzjarja jew kwalunkwe servizzi oħra relatati mal-projbizzjoni fil-paragrafu 1. 3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw:
4. Jekk il-provvista permezz ta’ pipeline ta’ żejt mhux maħdum mir-Russja lejn Stat Membru mingħajr kosta tiġi interrotta għal raġunijiet barra mill-kontroll ta’ dak l-Istat Membru, iż-żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar mir-Russja jista’ jiġi importat f’dak l-Istat Membru, permezz ta’ deroga temporanja eċċezzjonali mill-paragrafi 1 u 2, sakemm il-provvista terġa’ tibda jew sakemm id-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 3(d) tapplika fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru, skont liema tiġi l-ewwel. 5. Mill-5 ta’ Diċembru 2022, u permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel l-4 ta’ Ġunju 2022, jew ta’ kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ żejt mhux maħdum li jinġarr bil-baħar u ta’ prodotti tal-petroleum li joriġinaw fir-Russja jew ikunu esportati mir-Russja. 6. Mill-5 ta’ Frar 2023, u permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja jistgħu jawtorizzaw sal-31 ta’ Diċembru 2023 ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ żejt tal-gass f’vakwu li joriġina mir-Russja jew ikun esportat mir-Russja, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
7. L-oġġetti importati wara deroga mogħtija minn awtorità kompetenti skont il-paragrafu 5 jew 6 ma għandhomx jinbiegħu lil xerrejja li jinsabu fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz. 8. It-trasferiment jew it-trasport ta’ żejt mhux maħdum ikkonsenjat permezz ta’ pipeline lejn Stati Membri kif imsemmi fil-paragrafu 3(d) lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi, jew il-bejgħ tiegħu lil xerrejja fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi, għandu jkun ipprojbit. Il-kunsinni u l-kontenituri kollha ta’ tali żejt mhux maħdum għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar bħala “REBCO: esportazzjoni pprojbita”. Mill-5 ta’ Frar 2023, fejn żejt mhux maħdum ikun ġie kkonsenjat permezz ta’ pipeline fi Stat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 3(d), għandu jkun ipprojbit it-trasferiment jew it-trasport ta’ prodotti tal-petroleum li jinkisbu minn tali żejt mhux maħdum lil Stati Membri oħra jew lil pajjiżi terzi, jew il-bejgħ ta’ tali prodotti tal-petroleum lil xerrejja fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi. Permezz ta’ deroga temporanja, il-projbizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu għandhom japplikaw mill-5 ta’ Diċembru 2023 għall-importazzjoni u t-trasferiment fiċ-Ċekja, u għall-bejgħ lix-xerrejja fiċ-Ċekja, ta’ prodotti tal-petroleum miksuba minn żejt mhux maħdum li ġew ikkonsenjati permezz ta’ pipeline fi Stat Membru ieħor kif imsemmi fil-paragrafu 3(d). Jekk provvisti alternattivi għal tali prodotti tal-petroleum isiru disponibbli għaċ-Ċekja qabel dik id-data, il-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità, għandu jadotta deċiżjoni li ttemm dik id-deroga temporanja. Matul il-perjodu sal-5 ta’ Diċembru 2023, il-volumi ta’ tali prodotti tal-petroleum importati fiċ-Ċekja minn Stati Membri oħra ma għandhomx jaqbżu l-volumi medji importati fiċ-Ċekja minn dawk l-Istati Membri l-oħra għall-istess perjodu matul il-ħames snin preċedenti. 9. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal xiri fir-Russja ta’ żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li huma meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet essenzjali tax-xerrej fir-Russja jew ta’ proġetti umanitarji fir-Russja. 10. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b’dan l-Artikolu. Artikolu 4p 1. Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatat mat-trasport, inkluż dak permezz ta’ trasferimenti minn vapur għal vapur, lejn pajjiżi terzi ta’ żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li joriġinaw mir-Russja jew li jkunu ġew esportati mir-Russja. 2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika:
|
(14) |
l-Annessi huma emendati kif jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Dan il-punt għandu japplika fir-rigward ta’ entità waħda jew ta’ diversi entitajiet imsemmija fil-punt (4) ta’ Anness ta’ din id-Deċiżjoni mill-25 ta’ Ġunju 2022 u dment li l-Kunsill, wara li jkun eżamina l-każijiet rispettivi, jiddeċiedi hekk b’unanimità. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
C. COLONNA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).
ANNESS
(1) |
Fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK, jinżdiedu l-entrati li ġejjin: “46th TSNII Central Scientific Research Institute Alagir Resistor Factory All-Russian Research Institute of Optical and Physical Measurements All-Russian Scientific-Research Institute Etalon JSC Almaz JSC Arzam Scientific Production Enterprise Temp Avia Automated Procurement System for State Defense Orders, LLC Dolgoprudniy Design Bureau of Automatics (DDBA JSC) Electronic Computing Technology Scientific-Research Center JSC Electrosignal JSC Energiya JSC Engineering Center Moselectronproekt Etalon Scientific and Production Association Evgeny Krayushin Foreign Trade Association Mashpriborintorg Ineko LLC Informakustika JSC Institute of High Energy Physics Institute of Theoretical and Experimental Physics Inteltech PJSC ISE SO RAN Institute of High-Current Electronics Kaluga Scientific-Research Institute of Telemechanical Devices JSC Kulon Scientific-Research Institute JSC Lutch Design Office JSC Meteor Plant JSC Moscow Communications Research Institute JSC Moscow Order of the Red Banner of Labor Research Radio Engineering Institute JSC NPO Elektromechaniki JSC Omsk Production Union Irtysh JSC Omsk Scientific-Research Institute of Instrument Engineering JSC Optron JSC Pella Shipyard OJSC Polyot Chelyabinsk Radio Plant JSC Pskov Distance Communications Equipment Plant Radiozavod JSC Razryad JSC Research Production Association Mars Ryazan Radio-Plant Scientific Production Center Vigstar JSC Scientific Production Enterprise “Radiosviaz” Scientific Research Institute Ferrite-Domen Scientific Research Institute of Communication Management Systems Scientific-Production Association and Scientific-Research Institute of Radio-Components Scientific-Production Enterprise “Kant” Scientific-Production Enterprise “Svyaz” Scientific-Production Enterprise Almaz JSC Scientific-Production Enterprise Salyut JSC Scientific-Production Enterprise Volna Scientific-Production Enterprise Vostok JSC Scientific-Research Institute “Argon” Scientific-Research Institute and Factory Platan Scientific-Research Institute of Automated Systems and Communications Complexes Neptune JSC Special Design and Technical Bureau for Relay Technology Special Design Bureau Salute JSC Tactical Missile Company, Joint Stock Company “Salute” Tactical Missile Company, Joint Stock Company “State Machine Building Design Bureau ‘Vympel’ By Name I.I.Toropov” Tactical Missile Company, Joint Stock Company “URALELEMENT” Tactical Missile Company, Joint Stock Company “Plant Dagdiesel” Tactical Missile Company, Joint Stock Company “Scientific Research Institute of Marine Heat Engineering” Tactical Missile Company, Joint Stock Company PA Strela Tactical Missile Company, Joint Stock Company Plant Kulakov Tactical Missile Company, Joint Stock Company Ravenstvo Tactical Missile Company, Joint Stock Company Ravenstvo-service Tactical Missile Company, Joint Stock Company Saratov Radio Instrument Plant Tactical Missile Company, Joint Stock Company Severny Press Tactical Missile Company, Joint-Stock Company” “Research Center for Automated Design“ Tactical Missile Company, KB Mashinostroeniya Tactical Missile Company, NPO Electromechanics Tactical Missile Company, NPO Lightning Tactical Missile Company, Petrovsky Electromechanical Plant “Molot” Tactical Missile Company, PJSC “MBDB ‘ISKRA” Tactical Missile Company, PJSC ANPP Temp Avia Tactical Missile Company, Raduga Design Bureau Tactical Missile Corporation, “Central Design Bureau of Automation” Tactical Missile Corporation, 711 Aircraft Repair Plant Tactical Missile Corporation, AO GNPP “Region” Tactical Missile Corporation, AO TMKB “Soyuz” Tactical Missile Corporation, Azov Optical and Mechanical Plant Tactical Missile Corporation, Concern “MPO – Gidropribor” Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company “KRASNY GIDROPRESS” Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company Avangard Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company Concern Granit-Electron Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company Elektrotyaga Tactical Missile Corporation, Joint Stock Company GosNIIMash Tactical Missile Corporation, RKB Globus Tactical Missile Corporation, Smolensk Aviation Plant Tactical Missile Corporation, TRV Engineering Tactical Missile Corporation, Ural Design Bureau “Detal” Tactical Missile Corporation, Zvezda-Strela Limited Liability Company Tambov Plant (TZ) “October” United Shipbuilding Corporation “Production Association Northern Machine Building Enterprise” United Shipbuilding Corporation “5th Shipyard’”; |
(2) |
fl-Anness VII tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK, jinżdiedu l-entrati li ġejjin: “Renju Unit Korea t’Isfel”; |
(3) |
l-Anness VII tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS VIII LISTA TA’ PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1e
|
(4) |
fl-Anness IX tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK, jinżdiedu l-entrati li ġejjin: “Rossiya RTR / RTR Planeta Rossiya 24 / Russia 24 TV Centre International”. |