29.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/34


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/498

tal-22 ta’ Marzu 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 fir-rigward tal-istandards armonizzati għat-tagħmir tas-sinjal fil-valangi, għall-istazzjonijiet u għas-sistemi terrestri satellitari, għall-istazzjonijiet terrestri mobbli tal-art, għall-istazzjonijiet terrestri mobbli marittimi, għat-tagħmir tan-networks ċellulari IMT, tas-sistemi tar-radju fissi, għat-trażmettituri tat-televiżjoni diġitali terrestri, għas-sistemi tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru, għat-tagħmir tar-radju multi Gbps, għar-riċevituri tal-ħoss tax-xandir, għad-drivers tas-sistema tas-smigħ b’ingassa induttiva, għar-radars primarji tas-sorveljanza u għat-tagħmir tar-radju TETRA

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (2) it-tagħmir tar-radju li jkun f’konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li hu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 5376 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE (“it-talba”).

(3)

Abbażi tat-talba, l-ETSI abbozza l-istandards armonizzati ġodda li ġejjin: EN 300 718-1 V2.2.1 għat-tagħmir tas-sinjal fil-valangi, EN 303 345-3 V1.1.1 u EN 303 345-4 V1.1.1 għar-riċevituri tal-ħoss tax-xandir, EN 303 348 V1.2.1 għad-drivers tas-sistema tas-smigħ b’ingassa induttiva, EN 303 364-2 V1.1.1 għar-radars primarji tas-sorveljanza, EN 303 372-1 V1.2.1, EN 303 372-2 V1.2.1, EN 303 413 V1.2.1, EN 303 980 V1.2.1 u EN 303 981 V1.2.1 għall-istazzjonijiet u għas-sistemi satellitari u EN 303 758 V1.1.1 għat-tagħmir tar-radju TETRA.

(4)

Abbażi tat-talba, l-ETSI rreveda l-istandards armonizzati li ġejjin: EN 301 444 V2.1.2, EN 301 908-15 V11.1.2, EN 302 296-2 V1.2.1, EN 302 480 V2.1.2 u EN 302 567 V1.2.1, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 326/04 (4). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati reveduti li ġejjin: EN 301 444 V2.2.1 għall-istazzjonijiet u għas-sistemi satellitari, EN 301 908-15 V15.1.1 għan-networks ċellulari IMT, EN 302 296 V2.2.1 għat-trażmettituri tat-televiżjoni diġitali terrestri, EN 302 480 V2.2.1 għas-sistemi tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru u EN 302 567 V2.2.1 għat-tagħmir tar-radju multi Gbps.

(5)

Abbażi tat-talba, l-ETSI rreveda wkoll l-istandards armonizzati li ġejjin għan-networks ċellulari IMT: EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1 u EN 301 908-18 V13.1.1, li r-referenzi tagħhom żdiedu fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/167 (5). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati reveduti li ġejjin: EN 301 908-1 V15.1.1, EN 301 908-14 V15.1.1 u EN 301 908-18 V15.1.1. Barra minn hekk, l-ETSI rreveda l-istandard armonizzat EN 302 217-2 V3.2.2 għas-sistemi tar-radju fissi, li r-referenzi tagħhom żdiedu fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat revedut EN 302 217-2 V3.3.1.

(6)

Il-Kummissjoni, flimkien mal-ETSI, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati ġodda u reveduti jikkonformawx mat-talba.

(7)

L-istandards armonizzati EN 301 908-14 V15.1.1, EN 301 908-15 V15.1.1, EN 301 908-18 V15.1.1, EN 302 217-2 V3.3.1, EN 302 480 V2.2.1, EN 302 567 V2.2.1, EN 303 345-3 V1.1.1, EN 303 345-4 V1.1.1, EN 303 348 V1.2.1, EN 303 372-2 V1.2.1, EN 303 413 V1.2.1 u EN 303 758 V1.1.1 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/53/UE. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

L-istandard armonizzat EN 300 718-1 V2.2.1, fl-aħħar sentenza tal-klawżola 5.1.3.1, ma jispeċifikax il-kundizzjonijiet kollha għall-mekkaniżmi ta’ verifika, u jippermetti interpretazzjoni soġġettiva tal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fih. Barra minn hekk, ma jistabbilixxi l-ebda rekwiżit relatat mar-rifjut ta’ rispons falz, li huwa parametru ta’ riċevitur li jista’ jkun relatat mal-produzzjoni ta’ interferenzi dannużi. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(9)

L-istandard armonizzat EN 301 444 V2.2.1, fit-tieni paragrafu tal-klawżola 5.2.1, ma jipprevedi l-ebda kriterju ta’ verifika għall-issodisfar tal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fih, u jippermetti li jkun hemm inċertezza f’termini ta’ riżultati. Barra minn hekk, fil-klawżola 5.2.2.3.1 tiegħu jipprovdi speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-installazzjoni tat-tagħmir, li mhuwiex l-objettiv ta’ standard armonizzat. Fl-aħħar nett, fl-ewwel paragrafu tal-klawżola 5.2.3, fl-ewwel paragrafu tal-klawżola 5.2.4 u fl-ewwel paragrafu tal-klawżola 5.2.5, jippermetti lill-manifattur jimmodifika t-tagħmir bl-iskop tal-ittestjar, li jista’ jwassal għal riżultati mhux preċiżi u joħloq livell għoli ta’ inċertezza. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(10)

L-istandard armonizzat EN 301 908-1 V15.1.1, fin-nota 3 tal-klawżola 5.3.2.1, jippermetti lill-manifattur jagħżel metodoloġija tal-ittestjar alternattiva għal dik stabbilita f’dak l-istandard. Dan jista’ jwassal għal riżultati tal-ittestjar differenti u joħloq inċertezza legali. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(11)

L-istandard armonizzat EN 302 296 V2.2.1, fil-klawżola 5.4.2.5, jiddeskrivi konfigurazzjoni ta’ ttestjar mhux preċiża permezz ta’ mekkaniżmu tat-tqabbid, li joħloq livell għoli ta’ inċertezza fl-interpretazzjoni tar-riżultati. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(12)

L-istandard armonizzat EN 303 364-2 V1.1.1, fil-klawżoli 4.2.1.4 u 5.3.1.5, jiddeskrivi xenarju partikolari ta’ trasferiment tal-potenza bejn it-trażmettitur u l-antenna permezz ta’ gwidi tal-mewġ WR284/WG10/R32, li jfisser li jkopri biss parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali li huwa maħsub li jkopri. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(13)

L-istandard armonizzat EN 303 372-1 V1.2.1, fil-klawżola 4.3.5, jipprevedi li mhuwiex applikabbli taħt ċerti kundizzjonijiet tekniċi li għalihom mhi prevista l-ebda miżura ta’ mitigazzjoni fir-rigward tal-evitar ta’ interferenzi dannużi. Dan jista’ jwassal għal interferenza dannuża man-networks satellitari u ma’ servizzi oħra. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(14)

L-istandard armonizzat EN 303 980 V1.2.1, fit-tieni sentenza tal-klawżola 6.1.1, jippermetti lill-manifattur jagħżel metodoloġija tal-ittestjar alternattiva għal dik stabbilita f’dak l-istandard. Dan jista’ jwassal għal riżultati tal-ittestjar differenti u jista’ joħloq inċertezza legali. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(15)

L-istandard armonizzat EN 303 981 V1.2.1, fit-tieni sentenza tal-klawżola 6.1.1, jippermetti lill-manifattur jagħżel metodoloġija tal-ittestjar alternattiva għal dik stabbilita f’dak l-istandard. Dan jista’ jwassal għal riżultati tal-ittestjar differenti u jista’ joħloq inċertezza legali. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(16)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE li huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jelenka r-referenzi ta’ dawn l-istandards armonizzati ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(17)

Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE jiġu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 301 908-14 V15.1.1, EN 301 908-15 V15.1.1, EN 301 908-18 V15.1.1, EN 302 217-2 V3.3.1, EN 302 480 V2.2.1, EN 302 567 V2.2.1, EN 303 345-3 V1.1.1, EN 303 345-4 V1.1.1, EN 303 348 V1.2.1, EN 303 372-2 V1.2.1, EN 303 413 V1.2.1 u EN 303 758 V1.1.1 jiġu inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 u jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 300 718-1 V2.2.1, EN 301 444 V2.2.1, EN 301 908-1 V15.1.1, EN 302 296 V2.2.1, EN 303 364-2 V1.1.1, EN 303 372-1 V1.2.1, EN 303 980 V1.2.1 u EN 303 981 V1.2.1 jiġu inklużi fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(18)

L-istandards armonizzati EN 301 444 V2.2.1, EN 301 908-1 V15.1.1, EN 301 908-14 V15.1.1, EN 301 908-15 V15.1.1, EN 301 908-18 V15.1.1, EN 302 217-2 V3.3.1, EN 302 296 V2.2.1, EN 302 480 V2.2.1 u EN 302 567 V2.2.1 jissostitwixxu l-istandards armonizzati EN 301 444 V2.1.2, EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1, EN 301 908-15 V11.1.2, EN 301 908-18 V13.1.1, EN 302 217-2 V3.2.2, EN 302 296-2 V1.2.1, EN 302 480 V2.1.2 u EN 302 567 V1.2 rispettivament.

(19)

Għalhekk jenħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 301 444 V2.1.2, EN 301 908-15 V11.1.2, EN 302 296-2 V1.2.1, EN 302 480 V2.1.2 u EN 302 567 V1.2.1, mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6). L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(20)

Jeħtieġ ukoll li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1, EN 301 908-18 V13.1.1 u EN 302 217-2 V3.2.2 mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167.

(21)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN 301 444 V2.2.1, EN 301 908-1 V15.1.1, EN 301 908-14 V15.1.1, EN 301 908-15 V15.1.1, EN 301 908-18 V15.1.1, EN 302 217-2 V3.3.1, EN 302 296 V2.2.1, EN 302 480 V2.2.1 u EN 302 567 V2.2.1, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 301 444 V2.1.2, EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1, EN 301 908-15 V11.1.2, EN 301 908-18 V13.1.1, EN 302 217-2 V3.2.2, EN 302 296-2 V1.2.1, EN 302 480 V2.1.2 u EN 302 567 V1.2.1.

(22)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 tiġi emendata skont dan.

(23)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(2)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(3)

l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-22 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5376 tal-4 ta’ Awwissu 2015 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni rigward it-tagħmir tar-radju biex tappoġġja d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tat-telekomunikazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom u d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 326, 14.9.2018, p. 114).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/167 tal-5 ta’ Frar 2020 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 34, 6.2.2020, p. 46).

(6)  ĠU C 326, 14.9.2018, p. 114.


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 huwa emendat kif ġej:

(1)

titħassar l-entrata 4;

(2)

tiddaħħal l-entrata 4a li ġejja:

“4a.

EN 301 908-15 V15.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju; Parti 15: Ripetituri tal-Aċċess għar-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA FDD)”

(3)

titħassar l-entrata 6;

(4)

tiddaħħal l-entrata 6a li ġejja:

“6a.

EN 301 908-14 V15.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju; Parti 14: Stazzjonijiet Bażi (SB) tal-Aċċess għar-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA)”

(5)

titħassar l-entrata 7;

(6)

tiddaħħal l-entrata 7a li ġejja:

“7a.

EN 301 908-18 V15.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju; Parti 18: Stazzjon Bażi (SB) tar-Radju Multi-Standard (MSR) E-UTRA, UTRA u GSM/EDGE; Rilaxx 15”

(7)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“12.

EN 302 217-2 V3.3.1

Sistemi tar-Radju Fissi; Karatteristiċi u rekwiżiti għat-tagħmir u għall-antenni punt għal punt; Parti 2: Sistemi diġitali li joperaw f’baned ta’ frekwenzi minn 1 GHz sa 86 GHz; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju

13.

EN 302 480 V2.2.1

Sistemi tal-Komunikazzjoni Mobbli Abbord l-Inġenji tal-Ajru (MCOBA); Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju

14.

EN 302 567 V2.2.1

Tagħmir tar-radju ta’ Gigabits Multipli fis-sekonda li jopera fil-banda ta’ 60 GHz

15.

EN 303 345-3 V1.1.1

Riċevituri tal-Ħoss tax-Xandir; Parti 3: Servizz tal-ħoss tax-xandir FM

16.

EN 303 345-4 V1.1.1

Riċevituri tal-Ħoss tax-Xandir; Parti 4: Servizz tal-ħoss tax-xandir DAB

17.

EN 303 348 V1.2.1

Drivers tas-sistema tas-smigħ b’ingassa induttiva sa 45 ampere fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 10 Hz sa 9 kHz

18.

EN 303 372-2 V1.2.1

Stazzjonijiet u Sistemi Terrestri Satellitari (SES); Tagħmir li jirċievi x-xandir bis-satellita; Parti 2: Unità fuq ġewwa

19.

EN 303 413 V1.2.1

Stazzjonijiet u Sistemi Terrestri Satellitari (SES); Riċevituri tas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS); Tagħmir tar-radju li jopera fil-baned ta’ frekwenzi ta’ 1 164 MHz sa 1 300 MHz u ta’ 1 559 MHz sa 1 610 MHz

20.

EN 303 758 V1.1.1

Tagħmir tar-radju TETRA li juża modulazzjoni f’involukru mhux kostanti li jopera f’wisa’ tal-banda tal-kanali ta’ 25 kHz, 50 kHz, 100 kHz jew 150 kHz”.


ANNESS II

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 huwa emendat kif ġej:

(1)

titħassar l-entrata 5;

(2)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“14.

EN 300 718-1 V2.2.1

Tagħmir tas-Sinjal fil-Valangi li jopera f’457 kHz; Sistemi ta’ trażmettituri u riċevituri; Parti 1: Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju

Avviż 1: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma għandhiex tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk tiġi applikata l-aħħar sentenza tal-klawżola 5.1.3.1 ta’ dan l-istandard.

Avviż 2: Dan l-istandard armonizzat ma jikkonferixxix preżunzjoni ta’ konformità fir-rigward ta’ rifjut ta’ rispons falz.

15.

EN 301 444 V2.2.1

Stazzjonijiet u Sistemi Terrestri Satellitari (SES); Stazzjonijiet Terrestri Mobbli tal-Art (LMES) u Stazzjonijiet Terrestri Mobbli Marittimi (MMES) li jipprovdu komunikazzjoni bil-vuċi u/jew tad-data, li joperaw fil-baned ta’ frekwenzi ta’ 1,5 GHz u ta’ 1,6 GHz

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma għandhiex tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk jiġi applikat kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin.

(a)

it-tieni paragrafu tal-klawżola 5.2.1 ta’ dan l-istandard;

(b)

il-klawżola 5.2.2.3.1 ta’ dak l-istandard;

(c)

l-ewwel paragrafu tal-klawżola 5.2.3 ta’ dan l-istandard;

(d)

l-ewwel paragrafu tal-klawżola 5.2.4 ta’ dan l-istandard;

(e)

l-ewwel paragrafu tal-klawżola 5.2.5 ta’ dan l-istandard.

16.

EN 301 908-1 V15.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju; Parti 1: Introduzzjoni u rekwiżiti komuni

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma għandhiex tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk tiġi applikata n-nota 3 tal-klawżola 5.3.2.1 ta’ dan l-istandard.

17.

EN 302 296 V2.2.1

Trażmettituri tat-Televiżjoni Diġitali Terrestri

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma għandhiex tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk apparat tat-tqabbid jintuża fl-arranġament tat-test stabbilit fil-klawżola 5.4.2.5 ta’ dan l-istandard.

18.

EN 303 364-2 V1.1.1

Radar Primarju tas-Sorveljanza (PSR); Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju; Parti 2: Sensuri PSR tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (ATC) li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi 2 700 MHz sa 3 100 MHz (banda S)

Avviż: Fir-rigward tal-klawżoli 4.2.1.4 u 5.3.1.5 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma għandhiex tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE lil tagħmir li ma jużax il-gwidi tal-mewġ WR284/WG10/R32 biex jittrasferixxi l-potenza bejn it-trażmettitur u l-antenna.

19.

EN 303 372-1 V1.2.1

Stazzjonijiet u Sistemi Terrestri Satellitari (SES); Tagħmir li jirċievi x-xandir bis-satellita; Parti 1: Unità fuq barra li tirċievi l-frekwenzi mill-banda ta’ frekwenzi ta’ 10,7 GHz sa 12,75 GHz

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma għandhiex tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk tiġi applikata s-sentenza li ġejja tal-klawżola 4.3.5 ta’ dan l-istandard: “Dan ir-rekwiżit ma japplikax f’każ li l-ODU jkun iddisinjat għal network satellitari speċifiku li juża ż-żewġ polarizzazzjonijiet”.

20.

EN 303 980 V1.2.1

Stazzjonijiet u Sistemi Terrestri Satellitari (SES); Stazzjonijiet Terrestri Fissi u Jiċċaqilqu li jikkomunikaw ma’ sistemi satellitari mhux ġeostazzjonarji (NEST) fil-baned ta’ frekwenzi ta’ 11 GHz sa 14 GHz

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma għandhiex tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk tiġi applikata t-tieni sentenza li ġejja tal-klawżola 6.1.1 ta’ dan l-istandard.

21.

EN 303 981 V1.2.1

Stazzjonijiet u Sistemi Terrestri Satellitari (SES); Stazzjonijiet Terrestri Fissi u Jiċċaqilqu tal-Banda Wiesgħa li jikkomunikaw ma’ sistemi satellitari mhux ġeostazzjonarji (WBES) fil-baned ta’ frekwenzi ta’ 11 GHz sa 14 GHz

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma għandhiex tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk tiġi applikata t-tieni sentenza li ġejja tal-klawżola 6.1.1 ta’ dan l-istandard”.


ANNESS III

Fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“22.

EN 301 444 V2.1.2

Stazzjonijiet u Sistemi Terrestri Satellitari (SES); Standard Armonizzat għall-Istazzjonijiet Terrestri Mobbli tal-Art (LMES) li jipprovdu komunikazzjoni bil-vuċi u/jew tad-data, li joperaw fil-baned ta’ frekwenzi ta’ 1,5 GHz u ta’ 1,6 GHz, li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

Id-29 ta’ Settembru 2023

23.

EN 301 908-1 V13.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju; Parti 1: Introduzzjoni u rekwiżiti komuni

Id-29 ta’ Settembru 2023

24.

EN 301 908-14 V13.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju; Parti 14: Stazzjonijiet Bażi (SB) tal-Aċċess għar-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA)

Id-29 ta’ Settembru 2023

25.

EN 301 908-15 V11.1.2

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 15: Ripetituri tal-Aċċess għar-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA FDD)

Id-29 ta’ Settembru 2023

26.

EN 301 908-18 V13.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju; Parti 18: Stazzjon Bażi (SB) tar-Radju Multi-Standard (MSR) E-UTRA, UTRA u GSM/EDGE

Id-29 ta’ Settembru 2023

27.

EN 302 217-2 V3.2.2

Sistemi tar-Radju Fissi; Karatteristiċi u rekwiżiti għat-tagħmir u għall-antenni punt għal punt; Parti 2: Sistemi diġitali li joperaw f’baned ta’ frekwenzi minn 1 GHz sa 86 GHz; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi tar-radju

Id-29 ta’ Settembru 2023

28.

EN 302 296-2 V1.2.1

Kompatibbiltà elettromanjetika u Materji tal-Ispettru tal-Frekwenzi tar-Radju (ERM); Tagħmir tat-trażmissjoni għas-servizz tax-xandir tat-televiżjoni diġitali, Terrestri (DVB-T); Parti 2: EN Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva R&TTE

Id-29 ta’ Settembru 2023

29.

EN 302 480 V2.1.2

Sistemi tal-Komunikazzjoni Mobbli Abbord l-Inġenji tal-Ajru (MCOBA); Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

Id-29 ta’ Settembru 2023

30.

EN 302 567 V1.2.1

Networks tal-Aċċess għax-Xandir bir-Radju (BRAN); Sistemi WAS/RLAN ta’ Gigabits Multipli ta’ 60 GHz; EN Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva R&TTE

Id-29 ta’ Settembru 2023”.