28.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/55


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/493

tal-21 ta’ Marzu 2022

li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 u l-31 ta’ Lulju 2023 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/462

(notifikata bid-dokument C(2022) 1580)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (2), l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta’ għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (l-iskema għall-iskejjel), għandhom jippreżentaw it-talba tagħhom lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika li jmiss, u jekk applikabbli, jaġġornaw it-talba għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika attwali.

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-iskema għall-iskejjel, jenħtieġ li tiġi ffissata l-allokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri parteċipanti, abbażi tal-ammonti indikati fit-talba għall-għajnuna tal-Unjoni minn dawk l-Istati Membri u billi jitqiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi tal-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 23a(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

L-Istati Membri kollha nnotifikaw lill-Kummissjoni bit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 u l-31 ta’ Lulju 2023, billi speċifikaw l-ammont ta’ għajnuna mitluba għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel jew għall-ħalib fl-iskejjel, jew għaż-żewġ partijiet tal-iskema. Fil-każ tal-Belġju, ta’ Franza, ta’ Ċipru u tal-Iżvezja, l-ammonti mitluba qiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi.

(4)

Sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal sħiħ tal-fondi disponibbli, jenħtieġ li l-għajnuna tal-Unjoni li ma tiġix mitluba, tiġi allokata mill-ġdid lill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel, u li fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni jindikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva tagħhom, jekk ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali.

(5)

Fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 u l-31 ta’ Lulju 2023, l-Iżvezja talbet anqas mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel. Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja nnotifikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel. L-ebda Stat Membru ma talab anqas mill-allokazzjoni indikattiva għall-ħalib fl-iskejjel.

(6)

Abbażi tal-informazzjoni notifikata mill-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi ffissata l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 u l-31 ta’ Lulju 2023.

(7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/462 (4) tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2022. Xi Stati Membri aġġornaw it-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta ma’ dik is-sena skolastika. Il-Ġermanja, Spanja u n-Netherlands innotifikaw it-trasferimenti bejn l-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u l-allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel. Il-Belġju u n-Netherlands talbu anqas mill-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel. Iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, is-Slovakkja u l-Iżvezja nnotifikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex u/jew għall-ħalib fl-iskejjel.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/462 tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 u l-31 ta’ Lulju 2023 hija stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 2

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2021/462 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/462 tal-15 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2022 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/467 (ĠU L 92, 17.3.2021, p. 1).


ANNESS I

Is-sena skolastika 2022/2023

Stat Membru

Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel

f’EUR

Allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel

f’EUR

Il-Belġju

3 405 460

1 613 199

Il-Bulgarija

2 145 826

1 020 451

Iċ-Ċekja

3 209 788

1 600 707

Id-Danimarka

1 855 060

1 460 645

Il-Ġermanja

20 253 868

9 404 154

L-Estonja

450 380

700 309

L-Irlanda

1 811 303

900 398

Il-Greċja

3 218 885

1 550 685

Spanja

13 292 411

6 302 784

Franza

17 990 469

17 123 194

Il-Kroazja

1 390 541

800 354

L-Italja

17 117 780

8 003 535

Ċipru

390 044

400 177

Il-Latvja

648 466

700 309

Il-Litwanja

922 651

1 032 456

Il-Lussemburgu

295 111

193 000

L-Ungerija

3 099 021

1 756 776

Malta

293 504

193 000

In-Netherlands

5 570 944

2 401 061

L-Awstrija

2 301 768

1 100 486

Il-Polonja

11 941 071

10 204 507

Il-Portugall

3 283 397

2 220 981

Ir-Rumanija

6 866 848

10 399 594

Is-Slovenja

570 823

320 141

Is-Slovakkja

1 752 965

900 398

Il-Finlandja

1 599 047

3 824 689

L-Iżvezja

0

8 998 717

Totali

125 677 429

95 126 707


ANNESS II

“ANNESS I

Is-sena skolastika 2021/2022

Stat Membru

Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel

f’EUR

Allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel

f’EUR

Il-Belġju

3 230 459

1 203 200

Il-Bulgarija

2 145 718

1 020 451

Iċ-Ċekja

3 226 951

1 735 131

Id-Danimarka

1 855 734

1 534 837

Il-Ġermanja

20 366 688

9 383 750

L-Estonja

452 595

717 717

L-Irlanda

1 821 202

982 594

Il-Greċja

3 218 885

1 550 685

Spanja

13 201 323

6 515 747

Franza

17 990 469

17 123 194

Il-Kroazja

1 390 733

800 354

L-Italja

17 125 311

8 003 535

Ċipru

390 044

400 177

Il-Latvja

651 270

723 117

Il-Litwanja

926 264

1 065 344

Il-Lussemburgu

295 887

198 000

L-Ungerija

3 112 572

1 864 327

Malta

294 025

198 217

In-Netherlands

6 050 424

1 520 849

L-Awstrija

2 312 457

1 100 486

Il-Polonja

11 944 322

10 204 507

Il-Portugall

3 283 397

2 220 981

Ir-Rumanija

6 866 848

10 399 594

Is-Slovenja

570 670

320 141

Is-Slovakkja

1 760 660

967 713

Il-Finlandja

1 599 047

3 824 689

L-Iżvezja

0

9 140 844

Total

126 083 956

94 720 180