21.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/241
tal-21 ta’ Frar 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
(2) |
L-Unjoni Ewropea ma tirrikonoxxix u tibqa’ tikkundanna l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u għalhekk ma tirrikonoxxix l-hekk imsejħa elezzjonijiet li saru fil-peniżola annessa illegalment tal-Krimea. |
(3) |
Wara l-organizzazzjoni, mill-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa elezzjonijiet għad-Duma tal-Istat fir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’, annessa illegalment, u fil-Belt ta’ Sevastopol f’Settembru 2021, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu ħames individwi mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għar-rwol tagħhom fit-tqegħid fil-periklu jew fit-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
(4) |
Għalhekk l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“204. |
Aleksei Yurievich CHERNIAK (Алексей Юрьевич ЧЕРНЯК) |
Ġeneru: Raġel Data tat-twelid: 27.8.1973 Post tat-twelid: Alma-Ata, ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Każakistan (issa l-Każakistan) Nazzjonalità: Russa |
Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta’ Settembru 2021. Elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “kostitwenza ta’ Simferopol”. Membru tal-partit fil-gvern Russja Magħquda. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
21.2.2022 |
205. |
Leonid Ivanovich BABASHOV (Леонид Иванович БАБАШОВ) |
Ġeneru: Raġel Data tat-twelid: 31.1.1966 Post tat-twelid: Petrovka, l-Oblast tal-Krimea, ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna; (issa l-Ukrajna) |
Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta’ Settembru 2021. Elett mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “kostitwenza ta’ Yevpatoria”. Membru tal-partit fil-gvern Russja Magħquda. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
21.2.2022 |
206. |
Tatiana Georgievna LOBACH (Татьяна Георгиевна ЛОБАЧ) |
Ġeneru: Mara Data tat-twelid:8.1.1974 Post tat-twelid: Khmelnytskyi (ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna) (issa l-Ukrajna) |
Membru tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mid-19 ta’ Settembru 2021. Eletta mill-Belt ta’ Sevastopol, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “kostitwenza ta’ Sevastopol”. Membru tal-partit fil-gvern Russja Magħquda. Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, ħadmet għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-Belt ta’ Sevastopol, annessa illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
21.2.2022 |
207. |
Nina Sergeevna FAUSTOVA (Нина Сергеевна ФАУСТОВА) |
Ġeneru: Mara; Data tat-twelid: 11.7.1983 Post tat-twelid: Kyzyl, ir-Repubblika ta’ Tuva, ir-Repubblika Soċjalista Federattiva Sovjetika tar-Russja (issa l-Federazzjoni Russa) |
Kap tal-kummissjoni elettorali ta’ Sevastopol, li ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa elezzjonijiet fir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, u fil-Belt ta’ Sevastopol, li saru f’Settembru 2021. Billi assumiet u aġixxiet f’din il-kapaċità, hija appoġġat u implimentat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna. |
21.2.2022 |
208. |
Aleksandr Evgenevich CHMYHALOV (Александр Евгеньевич ЧМЫХАЛОВ) |
Ġeneru: Raġel Data tat-twelid: 13.6.1990; |
Viċi Kap tal-kummissjoni elettorali ta’ Sevastopol, li ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa elezzjonijiet fir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, annessa illegalment, u fil-Belt ta’ Sevastopol, li saru f’Settembru 2021. Membru tal-partit fil-gvern “Russja Magħquda”. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna. |
21.2.2022” |