7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/19


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/162

tal-4 ta’ Frar 2022

li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu, il-verifika u r-rapportar dwar it-tnaqqis fil-konsum ta’ ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jiksbu t-tali tnaqqis

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu, tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2019/904 tistabbilixxi obbligu fuq l-Istati Membri li jieħdu miżuri biex jinkiseb tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness ta’ dik id-Direttiva (“prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss”). Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika ta’ dak it-tnaqqis fil-konsum.

(2)

Id-Direttiva (UE) 2019/904 tistabbilixxi wkoll obbligu fuq l-Istati Membri li jirrapportaw, lill-Kummissjoni, id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jkunu tqiegħdu fis-suq kull sena u informazzjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex jitnaqqas il-konsum ta’ tali prodotti, inkluż rapport ta’ verifika tal-kwalità. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format għal dak ir-rapportar.

(3)

Id-Direttiva (UE) 2019/904 tagħti lill-Istati Membri marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni biex jiddeċiedu liema miżuri għandhom jadottaw sabiex jinkiseb tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw skont l-impatt ambjentali tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż meta jiġu mormija bl-addoċċ, u għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji.

(4)

Il-kejl tat-tnaqqis fil-konsum abbażi tal-piż tal-kontenut tal-plastik fi prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq huwa metodu ta’ kejl xieraq billi jirrifletti l-impatt ambjentali tat-tali prodotti f’termini ta’ tniġġis ambjentali mill-iskart tal-plastik. Dak il-metodu jqis ukoll il-metodi ta’ kejl u l-formati tar-rapportar għall-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE (2) li huma bbażati fuq il-piż u l-materjal.

(5)

Il-kejl tat-tnaqqis fil-konsum abbażi tan-numru ta’ oġġetti ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq huwa wkoll metodoloġija xierqa biex jiġi mmonitorjat l-impatt, fil-livell tal-prodott, tat-tnaqqis tal-konsum fuq il-prevenzjoni tal-iskart u għalhekk it-tnaqqis potenzjali tat-tniġġis tal-plastik fl-ambjent.

(6)

Meta jitqies il-marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni mogħti lill-Istati Membri permezz tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/904, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw l-għażla bejn il-kalkolu tat-tnaqqis tal-konsum abbażi jew tal-piż totali tal-plastik li jinsab fil-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq jew tan-numru tat-tali prodotti mqiegħda fis-suq. Peress li ż-żewġ metodoloġiji jipprovdu data xierqa għall-monitoraġġ tax-xejriet u l-impatt tal-miżuri meħuda fuq il-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart kif ukoll fuq is-sostituzzjoni tal-prodotti b’alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw jew li ma fihomx plastik, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw l-għażla li jagħżlu minn dawk iż-żewġ metodoloġiji l-metodoloġija li hija kompatibbli mal-politiki u l-miżuri tagħhom għat-tnaqqis tal-konsum meħuda skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/904.

(7)

Meta f’ċertu Stat Membru, l-għadd jew il-piż ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq ma jkunx rappreżentattiv għall-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss f’dak l-Istat Membru minħabba movimenti sinifikanti fi ħdan l-Unjoni ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-livell bl-ingrossa, l-Istat Membru jenħtieġ li jitħalla jaġġusta l-piż jew in-numru sabiex iqis dawn il-movimenti.

(8)

Meta Stat Membru jagħżel li japplika l-metodoloġija bbażata fuq il-piż, jenħtieġ li huwa jirrapporta wkoll id-data dwar il-piż totali ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss magħmula parzjalment mill-plastik li tqiegħdu fis-suq, peress li t-tali informazzjoni tikkontribwixxi għall-komparabbiltà tad-data u tagħmilha possibbli li tinkiseb ħarsa ġenerali usa’ tal-impatt tar-rekwiżit tat-tnaqqis tal-konsum stabbilit fid-Direttiva (UE) 2019/904.

(9)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-ħarsa ġenerali tal-Kummissjoni lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jinkiseb tnaqqis fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/904, il-format tar-rapportar jenħtieġ li jkun fih lista indikattiva ta’ kategoriji differenti ta’ tali miżuri. Madankollu, l-Istati Membri huma mitluba jirrapportaw il-miżuri kollha meħuda anke jekk ma jkunux imsemmija b’mod espliċitu fil-lista indikattiva.

(10)

Sabiex jiġu żgurati l-preċiżjoni u l-verifika tad-data, il-format tar-rapportar jenħtieġ li jiżgura li jiġu identifikati l-parametri kollha rilevanti għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis fil-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għar-rapportar tad-data dwar it-tali prodotti li jkunu tqiegħdu fis-suq u għar-rapportar tal-miżuri meħuda biex jinkiseb it-tnaqqis tal-konsum, u jenħtieġ li tiġi stabbilita l-metodoloġija li għandha tiġi applikata għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis tal-konsum.

(11)

Il-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis fil-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imsemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2019/904, u l-formati għar-rapportar tad-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri, imsemmija fl-Artikolu 13(4) ta’ dik id-Direttiva, huma marbuta mill-qrib minħabba s-suġġett tagħhom. Għalhekk ikun xieraq li jiġi adottat dan l-att abbażi ta’ dawk iż-żewġ dispożizzjonijiet sabiex tiġi żgurata koerenza bejn ir-regoli dwar il-kalkolu, il-verifika u r-rapportar tat-tnaqqis tal-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dawk ir-regoli.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Metodoloġija għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss

1.   L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw it-tnaqqis fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss abbażi ta’ wieħed mill-parametri li ġejjin:

(a)

il-piż totali ta’ plastik fil-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja;

(b)

In-numru ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw it-tnaqqis fil-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja skont il-formuli stabbiliti fl-Anness I.

3.   Meta jkun hemm esportazzjonijiet jew importazzjonijiet jew movimenti oħra sinifikanti fl-Unjoni ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss qabel ma jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur jew tal-utent finali, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-piż jew in-numru ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq, kif imsemmi fil-paragrafu 1, sabiex jitqiesu dawn il-movimenti.

Artikolu 2

Rapportar tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq imsemmija fl-Artikolu 13(1), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/904, kif ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, fil-format stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni dwar il-miżuri għat-tnaqqis tal-konsum imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva (UE) 2019/904 fil-format stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità fir-rigward tad-data u l-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu fil-format stabbilit fl-Anness IV.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data rrapportata mill-Istati Membri sakemm, fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fir-rapporti ta’ verifika tal-kwalità, l-Istat Membru ma jkunx ipprovda rikjesta ġustifikata biex ma tiġix ippubblikata ċerta data.

5.   Sa fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw reġistri elettroniċi biex jiġbru u jirrapportaw id-data lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE tat-22 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-dejta skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 86, 5.4.2005, p. 6), kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/665 tas-17 ta’ April 2019 (ĠU L 112, 26.4.2019, p. 26).

(3)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).


ANNESS I

Formuli għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss

Għal tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom imsemmija fil-Parti A, il-punt (1), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 (“tazzi għax-xorb”):

Image 1

Għal kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-Parti A, il-punt (2), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 (“kontenituri tal-ikel”):

Image 2

fejn:

CfB tfisser tazzi tax-xorb;

FC tfisser kontenituri tal-ikel;

ConRed tfisser tnaqqis fil-konsum fi Stat Membru għal kull sena kalendarja;

PoMCfB tfisser:

(a)

il-piż totali tal-plastik (tunnellati) li jinsab fit-tazzi tax-xorb imqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja partikolari, fejn rilevanti aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3), fejn il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), tiġi applikata għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum, jew

(b)

l-għadd totali ta’ tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja partikolari, fejn rilevanti aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3), fejn tiġi applikata l-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum;

PoMFC tfisser

(i)

il-piż totali tal-plastik (tunnellati) li jinsab f’kontenituri tal-ikel imqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja partikolari, fejn rilevanti aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3), fejn il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), tiġi applikata għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum, jew

(ii)

l-għadd totali ta’ kontenituri tal-ikel mqiegħda fis-suq fi Stat Membru f’sena kalendarja partikolari, fejn rilevanti aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3), fejn il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), tiġi applikata għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum;

t2022 tfisser is-sena ta’ referenza li hija s-sena kalendarja 2022

t tfisser is-sena ta’ referenza (is-sena li għaliha tinġabar u tiġi rrapportata d-data).


ANNESS II

Format għar-rapportar tad-data dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq

 

Piż tal-plastik (1) (tunnellati)

Piż totali (2) (tunnellati)

Prodotti (3)

(eluf ta’ unitajiet)

Tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom imsemmija fil-Parti A, il-punt(1), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 magħmula kompletament mill-plastik

 

 

 

Kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-parti A, il-punt(2), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 magħmula kompletament mill-plastik

 

 

 

Tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom imsemmija fil-Parti A, il-punt (1), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 magħmula parzjalment mill-plastik

 

 

 

Kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-parti A, il-punt (2), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 magħmula parzjalment mill-plastik

 

 

 


(1)  Il-forniment tad-data huwa obbligatorju jekk Stat Membru japplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), u jista’ jiġi aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3). Il-forniment tad-data huwa volontarju jekk Stat Membru japplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-punt (b).

(2)  Il-forniment tad-data huwa obbligatorju jekk Stat Membru japplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), u jista’ jiġi aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3). Il-forniment tad-data huwa volontarju jekk Stat Membru japplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-punt (b).

(3)  Il-forniment tad-data huwa obbligatorju jekk Stat Membru japplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), u jista’ jiġi aġġustat f’konformità mal-Artikolu 1(3). Il-forniment tad-data huwa volontarju jekk Stat Membru japplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-punt (a).


ANNESS III

Format għar-rapportar tal-informazzjoni dwar il-miżuri għat-tnaqqis tal-konsum

1.   Miżuri biex jinkiseb tnaqqis fil-konsum tat-tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom, imsemmija fil-Parti A, il-punt (1), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 (SUP CfB)

Miżuri għat-tnaqqis tal-konsum

Speċifikazzjoni tal-miżura (subkategoriji)

Deskrizzjoni kwantitattiva/kwalitattiva tal-miżura

Dħul fis-seħħ tal-miżura

Natura ġuridika tal-miżura (volontarja/obbligatorja)

Kopertura tal-miżura (lokali, reġjonali, nazzjonali jew oħrajn)

Il-grupp fil-mira tal-miżura (produtturi, importaturi, bejjiegħa, konsumaturi)

Miri kwantitattivi

Miri kwantitattivi għat-tnaqqis tas-sehem ta’ SUP CfB imqiegħda fis-suq u magħmula disponibbli għall-konsumaturi.

Miri kwantitattivi biex jiżdied is-sehem ta’ alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw għal SUP CfB imqiegħda fis-suq u magħmula disponibbli għall-konsumaturi

 

 

 

 

 

Promozzjoni ta’ alternattivi sostenibbli għal SUP CfB (inkluż plastik CfB li jista’ jerġa’ jintuża)

Miżuri li jippromwovu alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw għal SUP CfB fl-amministrazzjonijiet pubbliċi

Miżuri li jistabbilixxu obbligi jew inċentivi għall-operaturi ekonomiċi biex jagħmlu alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw għal SUP CfB disponibbli għall-konsumaturi f’avvenimenti pubbliċi kbar

Miżuri li jistabbilixxu sistemi ta’ “ġib tiegħek stess” li jippermettu lill-konsumaturi jġibu t-tazzi tax-xorb tagħhom.

Promozzjoni ta’ mudelli ta’ negozju li jipprovdu alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw għal SUP CfB

Miżuri li jistabbilixxu obbligi jew inċentivi għall-operaturi ekonomiċi biex jipprovdu CFB alternattiv sostenibbli fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali

Il-promozzjoni ta’ sorsi pubbliċi b’xejn ta’ ilma tax-xorb li jħeġġu lin-nies iġibu tazza li tista’ terġa’ timtela jew li jixorbu mill-vit.

 

 

 

 

 

Strumenti ekonomiċi

Imposti applikati fuq l-operaturi ekonomiċi meta jqiegħdu SUP CfB fis-suq

Akkwist Pubbliku Ekoloġiku

Skemi ta’ Rifużjoni tad-Depożitu

Sussidji jew imposti mnaqqsa għall-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq alternattivi għal SUP CfB li jistgħu jerġgħu jintużaw

Strumenti li jiżguraw skontijiet għall-konsumaturi li jixtru jew iġibu alternattivi tagħhom stess għal SUP CfB li jistgħu jerġgħu jintużaw

Obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għall-produtturi ta’ SUP CfB

 

 

 

 

 

Restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta’ SUP CfB sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu sostitwiti b’alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw jew li ma fihomx plastik jew li fihom inqas plastik kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2019/904

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ SUP CfB f’ċerti postijiet speċifiċi (eż. bajjiet jew parks pubbliċi) jew minn ċerti operaturi ekonomiċi u amministrazzjonijiet pubbliċi

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ SUP CfB meta jiġi servut ix-xorb lill-konsumaturi.

 

 

 

 

 

Ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva (UE) 2019/904

Ftehimiet li fihom miri kwantitattivi biex jitnaqqas l-għadd ta’ SUP CfB imqiegħda fis-suq.

Ftehimiet li fihom miri kwantitattivi biex jitqiegħdu fis-suq alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw jew prodotti mingħajr plastik.

Ftehimiet li fihom obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi [tas-setturi ekonomiċi rilevanti] biex jinfurmaw lill-konsumaturi jew jinkoraġġixxu lill-konsumaturi jużaw alternattivi għal SUP CfB jew sistemi ta’ użu mill-ġdid

 

 

 

 

Is-settur ikkonċernat u l-ammont ta’ atturi li jissottoskrivu għall-ftehimiet

Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni [iffukati fuq SUP CfB]

Kampanji biex titqajjem kuxjenza dwar l-impatti ambjentali negattivi ta’ SUP CfB minħabba r-rimi taż-żibel u rimi mhux xieraq ieħor tal-iskart, inkluż bħala parti minn kampanji ta’ tindif taż-żibel

Promozzjoni ta’ alternattivi sostenibbli għal SUP CfB (eż. tazzi tax-xorb li jistgħu jerġgħu jintużaw)

Promozzjoni ta’ postijiet konnessi ma’ skemi ta’ użu mill-ġdid (eż. skemi “ġib it-tazza tiegħek”)

 

 

 

 

 

Miżuri oħrajn

Jekk jogħġbok speċifika

 

 

 

 

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.

 

2.   Miżuri biex jinkiseb tnaqqis fil-konsum ta’ kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-Parti A, il-punt (2), tal-Anness għad-Direttiva (UE) 2019/904 (SUP FC)

Miżura għat-tnaqqis tal-konsum

Speċifikazzjoni tal-miżura (subkategoriji)

Deskrizzjoni kwantitattiva/kwalitattiva tal-miżura

Dħul fis-seħħ tal-miżura

Natura ġuridika tal-miżura (volontarja/obbligatorja)

Kopertura tal-miżura (lokali, reġjonali, nazzjonali jew oħrajn)

Il-grupp fil-mira tal-miżura (produtturi, importaturi, bejjiegħa, konsumaturi)

Mira kwantitattiva

Miri kwantitattivi għat-tnaqqis tas-sehem ta’ SUP FC imqiegħda fis-suq u magħmula disponibbli għall-konsumaturi

Miri kwantitattivi biex jiżdied is-sehem ta’ alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw għal SUP FC imqiegħda fis-suq u magħmula disponibbli għall-konsumaturi

 

 

 

 

 

Promozzjoni ta’ alternattivi sostenibbli għal SUP FC (inkluż plastik li jista’ jerġa’ jintuża)

Miżuri li jippromwovu alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw għal SUP FC fl-amministrazzjonijiet pubbliċi

Miżuri li jistabbilixxu obbligi jew inċentivi għall-operaturi ekonomiċi biex jagħmlu alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw għal SUP FC disponibbli għall-konsumaturi f’avvenimenti pubbliċi kbar

Miżuri li jistabbilixxu sistemi ta’ “ġib tiegħek stess” li jippermettu lill-konsumaturi jġibu l-kontenitur tal-ikel tagħhom stess

Promozzjoni ta’ mudelli ta’ negozju li jipprovdu alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw għal SUP FC, bħal sistemi ta’ depożitu. Miżuri li jistabbilixxu obbligi jew inċentivi għall-operaturi ekonomiċi biex jipprovdu alternattiv sostenibbli għal SUP FC fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali

Promozzjoni ta’ mudelli ta’ negozju li jipprevedu alternattivi sostenibbli għal SUP FC

 

 

 

 

 

Strumenti ekonomiċi

Imposti fuq l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu l-SUP FC fis-suq

Sussidji jew imposti mnaqqsa għall-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw għal SUP FC.

Akkwist Pubbliku Ekoloġiku

Skemi ta’ Depożitu fuq ir-Ritorn

Strumenti li jiżguraw skontijiet għall-konsumaturi li jixtru alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw għal SUP FC.

 

 

 

 

 

Restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta’ SUP FC sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu sostitwiti b’alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw jew li ma fihomx plastik jew li fihom inqas plastik kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2019/904.

Restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ SUP FC f’ċerti postijiet speċifiċi (eż. bajjiet jew parks pubbliċi) jew minn ċerti operaturi ekonomiċi u amministrazzjonijiet pubbliċi

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ SUP FC meta jiġi pprovdut l-ikel lill-konsumaturi.

 

 

 

 

 

Ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva (UE) 2019/904

Ftehimiet li fihom miri kwantitattivi biex jitnaqqas l-għadd ta’ SUP FC imqiegħda fis-suq

Ftehimiet li fihom miri kwantitattivi biex jitqiegħdu fis-suq alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw jew prodotti mingħajr plastik

Ftehimiet li fihom obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi [tas-setturi ekonomiċi rilevanti] biex jinfurmaw lill-konsumaturi jew jinkoraġġixxu lill-konsumaturi jużaw alternattivi għal SUP FC jew sistemi ta’ użu mill-ġdid

 

 

 

 

Is-settur ikkonċernat u l-ammont ta’ atturi li jissottoskrivu għall-ftehimiet

Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni [iffukati fuq SUP FC]

Kampanji biex titqajjem kuxjenza dwar l-impatt ambjentali negattiv ta’ SUP FC minħabba r-rimi taż-żibel u rimi mhux xieraq ieħor tal-iskart, inkluż bħala parti minn kampanji ta’ tindif taż-żibel

Il-promozzjoni ta’ alternattivi sostenibbli għal SUP FC (eż. kontenituri tal-ikel li jistgħu jerġgħu jintużaw)

Promozzjoni ta’ postijiet konnessi ma’ skemi ta’ użu mill-ġdid (eż. skemi ta’ “ġib il-kontenitur tal-ikel tiegħek stess”)

 

 

 

 

 

Miżuri oħrajn

Jekk jogħġbok speċifika

 

 

 

 

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.

 


ANNESS IV

Format għar-rapport ta’ verifika tal-kwalità:

1.   Informazzjoni ġenerali

1.1.

L-Istat Membru:

1.2.

Organizzazzjoni li qed tibgħat id-data u d-deskrizzjoni:

1.3.

Persuna ta’ kuntatt / dettalji ta’ kuntatt:

1.4.

Sena ta’ referenza:

1.5.

Data tal-konsenja / verżjoni:

1.6

Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm):

2.   Deskrizzjoni tal-partijiet involuti fil-ġbir tad-data:

Isem l-istituzzjoni

Deskrizzjoni tar-responsabbiltajiet ewlenin

 

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.

3.   Deskrizzjoni tal-metodi użati.

a.   Sorsi ta’ data għall-kalkolu tad-data dwar tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom imsemmija fil-Parti A, il-punt (1), tal-Anness għad-Direttiva (UE) 2019/904 mqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru

Sorsi tad-data

Sors tad-data użat (iva/le)

Deskrizzjoni tal-metodi applikati

Sehem mid-data totali

Data mill-iskemi ta’ rifużjoni tad-depożitu

 

 

 

Data tal-iskema tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR). Data mill-produtturi, jew minn organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-obbligi ta’ EPR f’isimhom

 

 

 

Data mir-reġistri ċentrali dwar tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq

 

 

 

Data mill-muniċipalitajiet

 

 

 

Stħarriġ

 

 

 

Reġistru elettroniku

 

 

 

Rapportar amministrattiv

 

 

 

Statistika tal-produzzjoni — kodiċijiet nazzjonali

 

 

 

Statistika tat-taxxa

 

 

 

Statistika tal-industrija

 

 

 

Sorsi oħrajn (speċifika)

 

 

 

b.   Sorsi ta’ data għall-kalkolu tad-data dwar il-kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-Parti A, il-punt (2), tal-Anness għad-Direttiva (UE) 2019/904 mqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru.

Sorsi tad-data

Sors tad-data użat (iva/le)

Deskrizzjoni tal-metodi applikati

Sehem mid-data totali

Data mill-iskemi ta’ rifużjoni tad-depożitu

 

 

 

Data tal-iskema tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR). Data mill-produtturi, jew minn organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-obbligi ta’ EPR f’isimhom

 

 

 

Data mir-reġistri ċentrali dwar il-kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq

 

 

 

Data mill-muniċipalitajiet

 

 

 

Stħarriġ

 

 

 

Analiżi tal-kompożizzjoni

 

 

 

Reġistru elettroniku

 

 

 

Rapportar amministrattiv

 

 

 

Statistika tal-produzzjoni — kodiċijiet nazzjonali

 

 

 

Statistika tat-taxxa

 

 

 

Statistika tal-industrija

 

 

 

Sorsi oħrajn (speċifika)

 

 

 

c.   Meta d-data tiġi rrapportata abbażi tal-piż bl-użu tal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), jekk jogħġbok indika jekk intużatx stima għall-piż tal-plastik li jinsab fi prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru, u għall-piż totali tat-tali prodotti, fejn il-ġbir tad-data ma jkoprix is-suq kollu. Jekk iva, jekk jogħġbok indika l-piż miżjud tal-plastik f’% tal-piż totali rrapporat

Kwistjonijiet speċifiċi kkunsidrati

Deskrizzjoni tal-metodi applikati biex jiġu ddeterminati l-istimi (5)

%

 

Opportunisti  (1)

 

 

 

Movimenti privati fi ħdan l-Unjoni, importazzjonijiet/esportazzjonijiet  (2)

 

 

 

Bejgħ online  (3)

 

 

 

Regoli de-minimis  (4)

 

 

 

Oħrajn (speċifika)

 

 

 

d.   Meta d-data tiġi rrapportata abbażi tan-numru ta’ prodotti bl-użu tal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), jekk jogħġbok indika jekk intużatx stima tan-numru ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru, fejn il-ġbir tad-data ma jkoprix is-suq kollu. Jekk iva, jekk jogħġbok indika n-numru miżjud ta’ prodotti f’% tan-numru totali rrapporat

Kwistjonijiet speċifiċi kkunsidrati

Deskrizzjoni tal-metodi applikati biex jiġu ddeterminati l-istimi (5)

%

Opportunisti  (5)

 

 

Movimenti privati intra-UE, importazzjonijiet/esportazzjonijiet  (6)

 

 

Bejgħ online  (7)

 

 

Regoli de-minimis  (8)

 

 

Oħrajn (speċifika)

 

 

4.   Sistema għall-verifika u għall-kontroll tad-data

a.   Verifika tad-data dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru

Proċeduri ta’ verifika u ta’ kontroll

Applikat għad-data rilevanti kollha dwar

Kummenti addizzjonali, jekk rilevanti

Tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom imsemmija fil-Parti A, il-punt (1), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 mqiegħda fis-suq (iva/le)

Kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-Parti A, il-punt (2), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 mqiegħda fis-suq (iva/le)

Verifiki tal-kompletezza tad-data

 

 

 

Kontroverifiki

 

 

 

Verifiki tas-serje kronoloġika

 

 

 

Verifiki tal-awditi

 

 

 

Oħrajn (speċifika)

 

 

 

b.   Deskrizzjoni tal-fatturi ewlenin li jaffettwaw l-akkuratezza tad-data dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru

Fatturi li jistgħu jaffettwaw l-affidabbiltà [akkuratezza] tad-data

Fatturi rilevanti għal kwalunkwe data dwar

Deskrizzjoni ta’ kif tiġi affettwata l-akkuratezza tad-data u liema metodi jiġu applikati biex jiġi minimizzat impatt bħal dan

Tazzi tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom imsemmija fil-Parti A, il-punt (1), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 mqiegħda fis-suq (iva/le)

Kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmija fil-Parti A, il-punt (2), tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 mqiegħda fis-suq (iva/le)

Erruri tal-kampjunar  (9)

(eż. koeffiċjenti tal-varjazzjoni)

 

 

 

Erruri tal-kopertura  (10)

(eż. regoli de minimis, kopertura reġjonali)

 

 

 

Erruri tal-kejl  (11)

 

 

 

Strumenti tat-test għall-ġbir tad-data  (12)

(eż. kwestjonarji)

 

 

 

Erruri tal-ipproċessar  (13)

 

 

 

Erruri marbuta ma’ nuqqas ta’ tweġib  (14)

 

 

 

Erruri fl-għażla tal-mudell  (15)

 

 

 

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

 

 

 

 

c.   Spjegazzjoni tal-ambitu u l-validità tal-istħarriġ biex tinġabar data dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru

Żid ir ringieli skont kif meħtieġ.

d.   Differenzi mid-data rrapportata għas-snin ta' rapportar preċedenti

Bidliet metodoloġiċi sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu użat għas-sena ta’ referenza attwali meta mqabbel mal-metodu tal-kalkolu użat għas-snin ta’ referenza preċedenti, jekk hemm (jekk jogħġbok inkludi b’mod partikolari r-reviżjonijiet retrospettivi, in-natura tagħhom u jekk huwiex meħtieġ break-flag għal sena speċifika).

Żid ir ringieli skont kif meħtieġ.

e.   Meta l-piż tal-plastik li jinsab fi u l-piż totali ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jitqiegħdu fis-suq ta’ Stat Membru jew in-numru tat-tali prodotti mqiegħda fis-suq ta’ Stat Membru jkun żdied b’aktar minn 10 % meta mqabbel mas-sena ta’ rapportar preċedenti, spjegazzjoni tar-raġunijiet għal dawk id-differenzi.

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq

Varjazzjoni (%)

Raġuni ewlenija għall-varjazzjoni

 

 

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.

5.   Kunfidenzjalità

Ġustifikazzjoni biex ma jiġux ippubblikati partijiet speċifiċi ta’ dan ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità skont l-Artikolu 2(4) u lista tal-partijiet li huma mitluba biex jinżammu.

Żid ir ringieli skont kif meħtieġ.

6.   Siti web, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet nazzjonali ewlenin

Jekk jogħġbok ipprovdi l-isem u url tas-siti, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet ewlenin relatati ma’ dan il-ġbir ta’ data.

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.


(1)  Opportunist huwa produttur jew distributur li jqiegħed fis-suq prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss iżda ma jissodisfax ir-responsabbiltajiet tal-EPR tiegħu b’mod individwali jew kollettiv ma’ produtturi oħra.

(2)  Movimenti fi ħdan l-Unjoni u importazzjonijiet/esportazzjonijiet ta’ prodotti wara li jkunu nbiegħu lill-utenti aħħarija.

(3)  Id-data dwar it-tqegħid fis-suq għandha tinkludi l-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod.

(4)  Regoli de-minimis applikati għar-rapportar dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq.

(5)  Opportunist huwa produttur jew distributur li jqiegħed fis-suq prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss iżda ma jissodisfax ir-responsabbiltajiet tal-EPR tiegħu b’mod individwali jew kollettiv ma’ produtturi oħra.

(6)  Movimenti fi ħdan l-Unjoni u importazzjonijiet/esportazzjonijiet ta’ prodotti wara li jkunu nbiegħu lill-utenti aħħarija.

(7)  Id-data dwar it-tqegħid fis-suq għandha tinkludi l-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod.

(8)  Regoli de-minimis applikati għar-rapportar dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq.

(9)  Iddeskrivi l-koeffiċjenti stmati tal-varjazzjoni u l-metodoloġiji applikati għall-istima tal-varjanza.

(10)  Iddeskrivi t-tip u d-daqs tal-erruri tal-kopertura.

(11)  Iddeskrivi l-istrumenti biex jitnaqqsu r-riskji potenzjali u jiġu evitati l-erruri.

(12)  Iddeskrivi l-istrumenti u l-metodoloġiji applikati biex jiġu żgurati l-kwalità u r-rilevanza tal-istrumenti għall-ġbir tad-data.

(13)  Iddeskrivi l-passi tal-ipproċessar bejn il-ġbir tad-data u l-produzzjoni tal-istatistika u elenka l-erruri tal-ipproċessar identifikati u l-firxa tagħhom.

(14)  Iddeskrivi r-rati ta’ nuqqas ta’ tweġib għall-varjabbli ewlenin u l-metodi ta’ imputazzjoni (jekk hemm).

(15)  Iddeskrivi t-tip u d-daqs tal-erruri fl-għażla tal-mudell.