28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/72


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/120

tas-26 ta’ Jannar 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel

(notifikata bid-dokument C(2022) 367)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza (1), u partikolarment Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 1999/2/KE tipprevedi li oġġett tal-ikel ittrattat b’radjazzjoni jonizzanti ma jistax jiġi importat minn pajjiż terz sakemm ma jkunx ġie ttrattat f’faċilità ta’ tneħħija ta’ radjazzjoni approvata mill-Unjoni Ewropea.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE (2) stabbiliet lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni.

(3)

Fil-31 ta’ Awwissu 2021, ir-Renju Unit ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-faċilità għat-tneħħija ta’ radjazzjoni “Synergy Health” li tinsab fi Swindon, ir-Renju Unit.

(4)

Ir-Renju Unit ipprovda evidenza adegwata li s-sorveljanza uffiċjali ta’ dik il-faċilità għat-tneħħija ta’ radjazzjoni tiggarantixxi l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 1999/2/KE.

(5)

Jenħtieġ li l-faċilità għat-tneħħija ta’ radjazzjoni “Synergy Health” tiġi inkluża fil-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2002/840/KE tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/840/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE tat-23 ta’ Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40).


ANNESS

ANNESS

Lista ta’ faċilitajiet f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni approvati mill-Unjoni

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 01-2002

HEPRO Cape (Pty) Ltd

6 Ferrule Avenue

Montague Gardens

Milnerton 7441

Western Cape

Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

Tel. (27-21) 551 24 40

Fax (27-21) 551 17 66

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 02-2002

GAMMASTER South Africa (Pty) Ltd

PO Box 3219

5 Waterpas Street

Isando Extension 3

Kempton Park 1620

Johannesburg

Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

Tel. (27-11) 974 88 51

Fax (27-11) 974 89 86

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 03-2002

GAMWAVE (Pty) Ltd

PO Box 26406

Isipingo Beach

Durban 4115

Kwazulu-Natal

Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

Tel. (27-31) 902 88 90

Faks (27-31) 912 17 04

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 05-2004

GAMMA-PAK AS

Yünsa Yolu N: 4 OSB

Cerkezköy/TEKIRDAG

TR-59500

It-Turkija

Tel. (90-282) 726 57 90

Faks (90-282) 726 51 78

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 06-2004

STUDER AGG WERK HARD

Hogenweidstrasse 2

Däniken

CH-4658

L-Iżvizzera

Tel. (41-062) 288 90 60

Faks (41-062) 288 90 70

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 07-2006

THAI IRRADIATION CENTER

Thailand Institute of Nuclear Technology (Organizzazzjoni Pubblika)

37 Moo 3, TECHNOPOLIS

Klong 5, Klong Luang

Pathumthani 12120

It-Tajlandja

Tel. (662) 577 4167 to 71

Faks (662) 577 1945

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 08-2006

Synergy Health (Thailand) Ltd

700/465 Amata Nakorn Industrial

Moo 7, Tambon Donhuaroh

Amphur Muang

Chonburi 20000

It-Tajlandja

Tel. (66) (0) 38 458431 sa 3 u (66) (0) 38 450092 sa 3

Faks (66) (0) 38 458435 u (66) (0) 38 717146

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 09-2010

Board of Radiation and Isotope Technology

Department of Atomic Energy

BRIT/BARC Vashi Complex

Sector 20, Vashi

Navi Mumbai — 400 705 (Maharashtra)

L-Indja

Tel. +91 2227840000/+91 2227887000

Faks +91 2227840005

Posta elettronika: chief@britatom.gov.in cebrit@vsnl.net

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 10-2010

Board of Radiation and Isotope Technology

ISOMED

Bhabha Atomic Research Centre

South Site Gate, Refinery Road

Next to TATA Power Station, Trombay

Mumbai — 400 085 (Maharashtra)

L-Indja

Tel. +91 2225595684/+91 2225594751

Faks +91 2225505338

Posta elettronika: chief@britatom.gov.in cebrit@vsnl.net

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 11-2010

Microtrol Sterilisation Services Pvt. Ltd

Plot No 14 Bommasandra- Jigani Link Road Industrial Area

KIADB, Off Hosur Road

Hennagarra Post

Bengalooru — 562 106 (Karnataka)

L-Indja

Tel. +91 8110653932/+91 8110414030

Faks +91 8110414031

Posta elettronika: vikram@microtrol-india.com

Nru ta’ Referenza: EU-AIF 12-2021

Synergy Health

Moray Road

Elgin Industrial Estate

Swindon

SN2 8XS

Ir-Renju Unit

Tel. + 44 (0) 1793-601004

Posta elettronika: ast_info@steris.com