30.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 473/131


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2281

tas-16 ta’ Diċembru 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 fir-rigward taż-żieda ta’ kodiċi tas-sors ġdid għall-pjanti minn produzzjoni assistita u t-tibdiliet relatati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (1) u partikolarment l-Artikolu 19(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 (2) ikun allinjat mal-kontenut ta’ riżoluzzjonijiet rilevanti addottati jew emendati fit-tmintax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (“il-Konvenzjoni”) li saret mis-17 sat-28 ta’ Awwissu 2019 (CoP 18).

(2)

B’mod partikolari, is-CoP 18 emendat ir-Riżoluzzjoni Conf. 12.3 billi żiedet kodiċi ġdid biex jindika s-sors ta’ ċerti kampjuni tal-pjanti li ma jikkonformaw mal-ebda kodiċijiet eżistenti. Dak il-kodiċi tas-sors il-ġdid jenħtieġ li jiddaħħal fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012.

(3)

Sabiex jittejjeb ir-rappurtar u tiġi ffaċilitata l-analiżi tal-kummerċ, il-formola ta’ notifikazzjoni ta’ importazzjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jenħtieġ li tiżgura l-inklużjoni tal-informazzjoni dwar is-sors tal-kampjuni nnegozjati. Biex jiġi ffaċilitat l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jkunu jistgħu jagħmlu użu minn stokks eżistenti ta’ formuli ta’ notifikazzjoni ta’ importazzjoni għal perjodu tranżitorju limitat.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jiġi emendat skont dan.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jiżgura l-implimentazzjoni uniformi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (3), b’mod partikolari billi jfassal mudelli li jikkorrispondu għalihom il-permessi, iċ-ċertifikati u dokumenti oħrajn previsti f’dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament emendatorju jiġi applikat flimkien mar-Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (4), u ż-żewġ Regolamenti emendatorji jenħtieġ li japplikaw mill-istess jum.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ tal-Fawna u l-Flora Selvaġġi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(2), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Sal-19 ta’ Jannar 2023, in-notifiki ta’ importazzjoni jistgħu, minflok, jimtlew billi jintużaw il-formoli stabbiliti fl-Anness II fil-verżjoni fis-seħħ fl-18 ta’ Jannar 2022.”

(2)

L-Annessi I, III u V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 huma emendati skont l-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 huwa sostitwit bit-test fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/2280 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS 1

L-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 huma emendati kif ġej:

(1)

Anness I, “Permess/Ċertifikat”, huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 13 ta’ “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li jirreferu għall-“1– Oriġinal”, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“Y

Kampjuni tal-pjanti miksuba minn produzzjoni assistita, li jitqiesu li mhumiex ‘imnisslin artifiċjalment’ kif stabbilit fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 (1), u ma jitqisux li jkunu ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom minħabba li jkunu tnisslu jew tħawlu f’ambjent b’xi livell ta’ intervent uman għall-fini tal-produzzjoni tal-pjanti”.

(b)

fil-punt 13 ta’ “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li jirreferu għal “2– Kopja għad-detentur”, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“Y

Kampjuni tal-pjanti miksuba minn produzzjoni assistita, li jitqiesu li mhumiex ‘imnisslin artifiċjalment’ kif stabbilit fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, u ma jitqisux li jkunu ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom minħabba li jkunu tnisslu jew tħawlu f’ambjent b’xi livell ta’ intervent uman għall-fini tal-produzzjoni tal-pjanti”.

(c)

fil-punt 13 ta’ “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li jirreferu għal “3 — il-Kopja li għandha tiġi rritornata mid-dwana lill-awtorità tal-ħruġ”, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“Y

Kampjuni tal-pjanti miksuba minn produzzjoni assistita, li jitqiesu li mhumiex ‘imnisslin artifiċjalment’ kif stabbilit fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, u ma jitqisux li jkunu ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom minħabba li jkunu tnisslu jew tħawlu f’ambjent b’xi livell ta’ intervent uman għall-fini tal-produzzjoni tal-pjanti”.

(d)

fil-punt 13 ta’ “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li jirreferu għal “4 — il-Kopja għall-awtorità tal-ħruġ”, u għal “5 — l-Applikazzjoni”, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“Y

Kampjuni tal-pjanti miksuba minn produzzjoni assistita, li jitqiesu li mhumiex ‘imnisslin artifiċjalment’ kif stabbilit fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, u ma jitqisux li jkunu ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom minħabba li jkunu tnisslu jew tħawlu f’ambjent b’xi livell ta’ intervent uman għall-fini tal-produzzjoni tal-pjanti”.

(2)

Anness III, “Ċertifikat tal-wirja li tivvjaġġa”, huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 14 ta’ “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li jirreferu għall-“Oriġinal”, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“Y

Kampjuni tal-pjanti miksuba minn produzzjoni assistita, li jitqiesu li mhumiex ‘imnisslin artifiċjalment’ kif stabbilit fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, u ma jitqisux li jkunu ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom minħabba li jkunu tnisslu jew tħawlu f’ambjent b’xi livell ta’ intervent uman għall-fini tal-produzzjoni tal-pjanti”.

(b)

fil-punt 14 ta’ “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li jirreferu għall-“Kopja għall-awtorità tal-ħruġ”, u għall-“Applikazzjoni”, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“Y

Kampjuni tal-pjanti miksuba minn produzzjoni assistita, li jitqiesu li mhumiex ‘imnisslin artifiċjalment’ kif stabbilit fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, u ma jitqisux li jkunu ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom minħabba li jkunu tnisslu jew tħawlu f’ambjent b’xi livell ta’ intervent uman għall-fini tal-produzzjoni tal-pjanti”.

(3)

Anness V, “Ċertifikat — Mhux għall-użu barra l-Unjoni Ewropea”, huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 9 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li jirreferu għall-“Oriġinal”, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“Y

Kampjuni tal-pjanti miksuba minn produzzjoni assistita, li jitqiesu li mhumiex ‘imnisslin artifiċjalment’ kif stabbilit fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, u ma jitqisux li jkunu ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom minħabba li jkunu tnisslu jew tħawlu f’ambjent b’xi livell ta’ intervent uman għall-fini tal-produzzjoni tal-pjanti”.

(b)

fil-punt 9 ta’ “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li jirreferu għall-“Kopja għall-awtorità tal-ħruġ”, u għall-“Applikazzjoni”, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“Y

Kampjuni tal-pjanti miksuba minn produzzjoni assistita, li jitqiesu li mhumiex ‘imnisslin artifiċjalment’ kif stabbilit fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, u ma jitqisux li jkunu ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom minħabba li jkunu tnisslu jew tħawlu f’ambjent b’xi livell ta’ intervent uman għall-fini tal-produzzjoni tal-pjanti”.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1).


ANNESS 2

“ANNESS II

Image 1

Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet

1.

Niżżel l-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4.

Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew ippropagati artifiċjalment.

5.

Tapplika biss meta l-pajjiż li minnu jiġu importati l-kampjuni ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini.

6.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun.

9.

Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:

W

Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom

R

Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sa ma jsiru adulti

D

Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, f’konformità mar-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati tiegħu

A

Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

C

Annimali mrobbija fi-magħluq f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu.

F

Annimali mrobbija fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

I

Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda  (1)

O

Qabel il-konvenzjoni  (1)

U

Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat)

X

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ xi Stat

Y

Kampjuni tal-pjanti miksuba minn produzzjoni assistita, li jitqiesu li mhumiex ‘imnisslin artifiċjalment’ kif stabbilit fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, u ma jitqisux li jkunu ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom minħabba li jkunu tnisslu jew tħawlu f’ambjent b’xi livell ta’ intervent uman għall-fini tal-produzzjoni tal-pjanti.

10.

L-isem xjentifiku għandu jkun l-isem użat fl-Anness C jew D tar-Regolament (KE) Nru 338/97.

11.

Niżżel III għall-ispeċi elenkat fl-Appendiċi III għal CITES.

13.

Niżżel l-ittra (C jew D) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 338/97 li fih huwa elenkat l-ispeċi.

14.

L-importatur għandu jibgħat l-oriġinal iffirmat (il-formola 1) u l-‘kopja għall-importatur’ (il-formola 2), u meta jkun il-każ jibgħathom flimkien mad-dokumenti tal-Appendiċi III tas-CITES mill-pajjiż (ri)esportatur lill-uffiċċju doganali tal-introduzzjoni fl-Unjoni.

15.

L-uffiċċju doganali għandu jibgħat l-oriġinal ittimbrat (il-formola 1) lill-awtorità amministrattiva tal-pajjiż tiegħu u jirritorna l-‘kopja għall-importatur’ ittimbrata (il-formola 2) lill-importatur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.”

Image 2

Struzzjonijiet u Spjegazzjonijiet

1.

Niżżel l-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4.

Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew ippropagati artifiċjalment.

5.

Tapplika biss meta l-pajjiż li minnu jiġu importati l-kampjuni ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini.

6.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun.

9.

Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors

W

Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom

R

Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sa ma jsiru adulti

D

Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, f’konformità mar-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati tiegħu

A

Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

C

Annimali mrobbija fi-magħluq f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati tiegħu

F

Annimali mrobbija fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

I

Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda  (2)

O

Qabel il-konvenzjoni  (2)

U

Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat)

X

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ xi Stat

Y

Kampjuni tal-pjanti miksuba minn produzzjoni assistita, li jitqiesu li mhumiex “imnisslin artifiċjalment” kif stabbilit fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, u ma jitqisux li jkunu ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom minħabba li jkunu tnisslu jew tħawlu f’ambjent b’xi livell ta’ intervent uman għall-fini tal-produzzjoni tal-pjanti.

10.

L-isem xjentifiku għandu jkun l-isem użat fl-Anness C jew D tar-Regolament (KE) Nru 338/97.

11.

Niżżel III għall-ispeċi elenkat fl-Appendiċi III għal CITES.

13.

Niżżel l-ittra (C jew D) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 338/97 li fih huwa elenkat l-ispeċi.

14.

L-importatur għandu jibgħat l-oriġinal iffirmat (il-formola 1) u l-“kopja għall-importatur” (il-formola 2), u meta jkun il-każ jibgħathom flimkien mad-dokumenti tal-Appendiċi III tas-CITES mill-pajjiż (ri)esportatur lill-uffiċċju doganali tal-introduzzjoni fl-Unjoni.

15.

L-uffiċċju doganali għandu jibgħat l-oriġinal ittimbrat (il-formola 1) lill-awtorità amministrattiva tal-pajjiż tiegħu u jirritorna l-‘kopja għall-importatur’ ittimbrata (il-formola 2) lill-importatur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


(1)  Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.

(2)  Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.