6.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 435/1 |
REGOLAMENT (UE) 2021/2115 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Diċembru 2021
li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-Att tal-Adeżjoni tal-1979, u b’mod partikolari l-paragrafu 6 tal-Protokoll Nru 4 dwar il-qoton mehmuż miegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (4),
Billi:
(1) |
Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2017 intitolata “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” tistipula l-isfidi, l-objettivi u l-orjentazzjonijiet għall-politika agrikola komuni (“PAK”) wara l-2020. Dawk l-objettivi jinkludu li l-PAK tkun immexxija aktar mir-riżultati u orjentata lejn is-suq, issaħħaħ il-modernizzazzjoni u s-sostenibbiltà, inkluż is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali u klimatika tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali u tgħin biex tnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-benefiċjarji. |
(2) |
Sabiex jiġu indirizzati d-dimensjoni globali u l-implikazzjonijiet tal-PAK, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-koerenza mal-politiki u l-istrumenti esterni tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-kummerċ. L-impenn tal-Unjoni għall-koerenza tal-politika għall-iżvilupp jirrikjedi l-kunsiderazzjoni tal-għanijiet u l-prinċipji tal-iżvilupp fit-tfassil tal-politiki. |
(3) |
Peress li l-PAK jeħtieġ li ttejjeb ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet kif ifiġġu fil-livell internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali, lokali u f’dak tal-azjendi agrikoli, jeħtieġ li tiġi ssimplifikata l-governanza tal-PAK u li din tagħti riżultati aħjar skont l-objettivi tal-Unjoni, u li l-piż amministrattiv jitnaqqas b’mod sinifikanti. Il-PAK jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni (“il-mudell ta’ implimentazzjoni”). Għalhekk l-Unjoni jenħtieġ tistabbilixxi l-parametri bażiċi ta’ politika, bħal pereżempju, l-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi tagħha, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ jerfgħu responsabbiltà akbar għal kif jilħqu dawk l-objettivi u kif jiksbu l-miri. Permezz ta’ aktar sussidjarjetà, ikun possibbli li jitqiesu aħjar il-kondizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali u n-natura partikulari tal-attività agrikola, li tirriżulta mill-istruttura soċjali tal-agrikoltura u mid-differenzi strutturali u naturali bejn id-diversi reġjuni agrikoli, u li l-appoġġ jitfassal biex jagħti l-akbar kontribut għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni. |
(4) |
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (ir-”Regolament Finanzjarju”) u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. |
(5) |
Ir-regoli dwar miżuri li jorbtu l-effettività tal-fondi tal-Unjoni ma’ governanza ekonomika għaqlija, dwar l-iżvilupp territorjali u dwar il-viżibbiltà tal-appoġġ mill-fondi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali skont dan ir-Regolament biex tiġi żgurata l-koerenza mal-fondi tal-Unjoni kkonċernati fir-rigward ta’ dawn l-aspetti. |
(6) |
Is-sinerġiji bejn il-FAEŻR u Orizzont Ewropa, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jenħtieġ li jħeġġu lill-FAEŻR biex juża bl-aħjar mod ir-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari dawk li ġejjin minn proġetti ffinanzjati minn Orizzont Ewropa u s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli (EIP), li jwasslu għall-innovazzjonijiet fis-settur tal-biedja u fiż-żoni rurali. |
(7) |
Minħabba l-importanza li jiġi indirizzat it-telf drammatiku tal-bijodiversità, l-appoġġ skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni dwar il-bijodiversità fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-ambizzjoni ġenerali li 7,5 % tal-infiq annwali skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2024 u 10 % tal-infiq annwali skont il-QFP jiġi ddedikat għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u l-2027. |
(8) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-flessibbiltà biex jispeċifikaw ċerti definizzjonijiet u kondizzjonijiet fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Madankollu, sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti komuni, irid jiġi stabbilit qafas fil-livell tal-Unjoni li jikkostitwixxi l-elementi komuni meħtieġa li jridu jiġu inklużi f’dawk id-definizzjonijiet u kondizzjonijiet (“id-definizzjonijiet qafas”). |
(9) |
Sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-agrikoltura fil-forniment ta’ beni pubbliċi, jeħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni qafas xierqa ta’ “attività agrikola”. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tista’ tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha dwar l-appoġġ domestiku kif stabbiliti fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, u b’mod partikolari li l-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà u t-tipi ta’ intervent relatati jkomplu jiġu notifikati bħala appoġġ tal-”Kaxxa l-Ħadra” li jew ma jħalli l-ebda effett, jew iħalli biss effett minimu ta’ distorsjoni tal-kummerċ jew fuq il-produzzjoni, jenħtieġ li d-definizzjoni qafas ta’ “attività agrikola” tipprevedi lit-tnejn, il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli u l-manutenzjoni taż-żona agrikola, filwaqt li l-bdiewa ikollhom l-għażla bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ attività. Sabiex jaġġustaw għall-kondizzjonijiet lokali, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu d-definizzjoni reali ta’ “attività agrikola” u l-kondizzjonijiet rilevanti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. |
(10) |
Sabiex jinżammu l-elementi essenzjali fl-Unjoni kollha biex tiġi żgurata l-komparabbiltà bejn id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri, iżda mingħajr ma l-Istati Membri jiġu limitati milli jilħqu l-objettivi tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata definizzjoni qafas ta’ “żona agrikola”. Id-definizzjonijiet qafas relatati ta’ “raba’ li jinħadem”, “għelejjel permanenti” u “bur permanenti” jenħtieġ li jingħataw b’mod wiesa’ sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw aktar id-definizzjonijiet skont il-kondizzjonijiet lokali tagħhom. |
(11) |
Id-definizzjoni qafas ta’ “raba’ li jinħadem” jenħtieġ li tiġi stabbilita b’tali mod li tippermetti lill-Istati Membri jkopru forom differenti ta’ produzzjoni u dak jeħtieġ l-inklużjoni ta’ żoni ta’ art mistrieħa sabiex tiġi żgurata n-natura diżakkoppjata tal-interventi. |
(12) |
Id-definizzjoni qafas ta’ “għelejjel permanenti” jenħtieġ li tinkludi ż-żoni li realment jintużaw għall-produzzjoni u dawk li ma jintużawx għall-produzzjoni, kif ukoll l-imxietel u l-imsajġar b’newba qasira li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri. |
(13) |
Id-definizzjoni qafas ta’ “bur permanenti” jenħtieġ li tiġi stabbilita b’tali mod li, f’każijiet fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti, ma teskludix speċijiet oħra li jistgħu jintużaw għar-ragħa. Jenħtieġ ukoll li tippermetti lill-Istati Membri jispeċifikaw aktar kriterji u tippermettilhom jinkludu speċijiet għajr il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor li jistgħu jipproduċu għalf għall-annimali, kemm jekk jintuża għall-produzzjoni reali u kemm jekk le. Dan jista’ jinkludi speċijiet li minnhom partijiet tal-pjanta, bħal weraq, fjuri, zkuk jew frott, jistgħu jintużaw għar-ragħa direttament jew meta jaqgħu fl-art. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu wkoll jekk jillimitawx l-art fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor ma jkunux predominanti jew assenti f’żoni tar-ragħa, inkluż li jillimitawha għal art li tifforma parti minn prattiki lokali stabbiliti. |
(14) |
Id-definizzjonijiet qafas ta’ “żona agrikola” jenħtieġ li jiżguraw li l-Istati Membri jkopru sistemi tal-agroforestrija, fejn is-siġar jitkabbru f’biċċiet raba’ li fuqhom jitwettqu attivitajiet agrikoli biex jitjieb l-użu sostenibbli tal-art. |
(15) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali li l-appoġġ jitħallas għal żona agrikola li tkun għad-dispożizzjoni tal-bidwi u fejn titwettaq attività agrikola, jenħtieġ li tingħata definizzjoni qafas ta “ettaru eliġibbli” bl-elementi essenzjali. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-kondizzjonijiet biex jiġi determinat jekk l-art hijiex għad-dispożizzjoni tal-bidwi. Meta titqies il-possibbiltà tal-użu okkażjonali u temporanju tal-art agrikola għal attività li mhijiex strettament agrikola, u fid-dawl tal-potenzjal ta’ ċerti attivitajiet mhux agrikoli li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-azjendi agrikoli, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu kondizzjonijiet xierqa biex jinkludu żoni li jintużaw wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli bħala ettari eliġibbli. |
(16) |
Minħabba l-ambizzjoni ambjentali għolja tal-PAK, jenħtieġ li ż-żona eliġibbli ma titnaqqasx bl-implimentazzjoni ta’ ċerti regoli ta’ kundizzjonalità u tal-iskemi għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali (“ekoskemi”) skont pagamenti diretti. Iż-żoni agrikoli jenħtieġ li ma jsirux eliġibbli għall-pagamenti diretti meta fuqhom jitkabbru prodotti mhux agrikoli permezz tal-kultivazzjoni tal-għadajjar skont l-iskemi tal-Unjoni jew nazzjonali li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ objettiv wieħed jew aktar tal-Unjoni marbut mal-ambjent jew il-klima. Barra minn hekk, iż-żoni agrikoli għandhom jibqgħu eliġibbli għal pagamenti diretti meta jkunu soġġetti għal ċerti rekwiżiti tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni ambjentali, jew imsaġġra skont miżuri ta’ żvilupp rurali, inkluż dawk imsaġġra skont l-iskemi nazzjonali konformi, jew żoni taħt ċerti impenji ta’ serħan l-art. |
(17) |
B’kont meħud tal-ħtieġa għas-simplifikazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jiddeċiedu li l-karatteristiċi tal-pajsaġġ li ma jfixklux b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-attività agrikola fuq biċċa raba’ jibqgħu parti miż-żona eliġibbli. Fil-kalkolu taż-żona eliġibbli ta’ bur permanenti, filwaqt li jnaqqsu ż-żoni okkupati minn bdiewa li mhumiex eliġibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw metodoloġija simplifikata. |
(18) |
Fir-rigward taż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb, sabiex tiġi preservata s-saħħa pubblika u biex tiġi żgurata l-koerenza ma’ korpi oħra ta’ leġiżlazzjoni, jenħtieġ li l-użu tal-varjetajiet taż-żerriegħa tal-qanneb b’kontenut ta’ tetraidrokannabinol ta’ inqas minn 0,3 % ikun inkluż fid-definizzjoni ta’ “ettaru eliġibbli”. |
(19) |
Bil-ħsieb li titjieb il-prestazzjoni tal-PAK, l-appoġġ għall-introjtu jenħtieġ li jkun immirat lejn il-bdiewa attivi. Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata definizzjoni qafas ta’”bidwi attiv” li turi l-elementi essenzjali. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeterminaw, abbażi ta’ kondizzjonijiet oġġettivi, liema bdiewa jqisu bħala bdiewa attivi. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jagħtu pagamenti diretti lill-bdiewa iżgħar li jikkontribwixxu wkoll għall-vitalità taż-żoni rurali u li jistabbilixxu lista negattiva ta’ attivitajiet mhux agrikoli li meta mqabbla magħhom l-attivitajiet agrikoli huma tipikament marġinali. Jenħtieġ li l-lista negattiva ma tkunx l-uniku mod li bih tiġi ddeterminata d-definizzjoni iżda jenħtieġ li tintuża bħala għodda komplementari biex tgħin l-identifikazzjoni ta’ attivitajiet mhux agrikoli bħal dawn, mingħajr preġudizzju għall-persuni kkonċernati biex jagħtu prova li jissodisfaw il-kriterji tad-definizzjoni ta’ “bidwi attiv”. Sabiex jiġi żgurat introjtu aħjar, tissaħħaħ in-nisġa soċjo-ekonomika taż-żoni rurali jew biex jintlaħqu objettivi relatati, id-definizzjoni ta’ “bidwi attiv” jenħtieġ li ma tipprekludix l-għoti ta’ appoġġ lil bdiewa pluriattivi jew part-time, li minbarra l-biedja huma involuti wkoll f’attivitajiet mhux agrikoli. |
(20) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-interventi tat-tipi għall-pagament dirett u l-interventi tat-tipi għall-iżvilupp rurali meta jkun qed jiġi indirizzat l-objettiv tat-tiġdid ġenerazzjonali, jenħtieġ li tingħata definizzjoni qafas fil-livell tal-Unjoni ta’ “bidwi żagħżugħ” bl-elementi essenzjali. |
(21) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-interventi tat-tipi għall-pagament dirett u l-interventi tat-tipi għall-iżvilupp rurali meta jkun qed jiġi indirizzat l-objettiv tal-faċilitazzjoni tal-iżvilupp tan-negozju f’żoni rurali, jenħtieġ li tingħata definizzjoni qafas fil-livell tal-Unjoni ta’ “bidwi ġdid” bl-elementi komuni. |
(22) |
Sabiex tingħata sustanza lill-objettivi tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-Unjoni tindirizza b’mod xieraq l-aktar sfidi reċenti tagħha, huwa xieraq li jiġi previst sett ta’ objettivi ġenerali li jirriflettu l-orjentazzjonijiet mogħtija fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”. Jenħtieġ li sett ta’ objettivi speċifiċi jiġi definit aktar fil-livell tal-Unjoni u jiġi applikat mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, waqt li jitqies il-fatt li fl-Istati Membri l-agrikoltura tikkostitwixxi settur marbut mill-qrib mal-ekonomija kollha kemm hi. Filwaqt li jżommu bilanċ bejn id-dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli, f’konformità mal-valutazzjoni tal-impatt, dawk l-objettivi speċifiċi jenħtieġ li jittraduċu l-objettivi ġenerali tal-PAK fi prijoritajiet aktar konkreti u jqisu l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-klima, l-enerġija u l-ambjent. |
(23) |
PAK aktar intelliġenti, modernizzata u aktar sostenibbli trid tħaddan ir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex isservi lill-multifunzjonalità tas-sistemi tal-agrikoltura, tal-forestrija u tal-ikel tal-Unjoni, filwaqt li tinvesti fl-iżvilupp teknoloġiku u fid-diġitalizzazzjoni, kif ukoll ittejjeb l-adozzjoni u l-użu effikaċi ta’ teknoloġiji, speċjalment it-teknoloġiji diġitali, u l-aċċess għal għarfien imparzjali, tajjeb, rilevanti u ġdid u li dan jiġi kondiviż aktar. |
(24) |
L-Unjoni għandha bżonn trawwem settur agrikolu modern, kompetittiv, reżiljenti u diversifikat li jgawdi l-benefiċċji ta’ produzzjoni ta’ kwalità għolja u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, u li jiżgura sigurtà tal-ikel fit-tul bħala parti minn settur agroalimentari kompetittiv u produttiv waqt li jitħares il-mudell ta’ razzett tal-familja. |
(25) |
Sabiex jiġu appoġġati l-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tas-settur agrikolu madwar l-Unjoni għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel fit-tul, hemm il-bżonn li titjieb il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur, b’mod partikolari billi jiġu inkoraġġuti forom ta’ kooperazzjoni li jinvolvu lill-bdiewa u jkunu ta’ benefiċċju għalihom, kif ukoll billi jiġu promossi ktajjen tal-valur iqsar u titjieb it-trasparenza tas-suq. |
(26) |
L-Unjoni teħtieġ li ttejjeb ir-rispons għad-domandi soċjetali dwar l-ikel u s-saħħa, inkluż għal ikel ta’ kwalità għolja, sikur u nutrittiv prodott b’mod sostenibbli. Sabiex timxi ’l quddiem f’dik id-direzzjoni, hemm bżonn li jiġu promossi prattiki tal-biedja sostenibbli speċifiċi, bħall-biedja organika, il-ġestjoni integrata tal-pesti, l-agroekoloġija, l-agroforestrija jew il-biedja ta’ preċiżjoni. Bl-istess mod, jenħtieġ ukoll li jiġu stimulati azzjonijiet li jippromwovu livelli ogħla ta’ trattament xieraq tal-annimali u inizjattivi li jiġġieldu r-reżistenza għall-antimikrobiċi. |
(27) |
Jenħtieġ li l-mudell tal-implimentazzjoni ma jwassalx għal sitwazzjoni li fiha jkun hemm 27 politika agrikola nazzjonali differenti, u b’hekk tiġi pperikolata n-natura komuni tal-PAK u tas-suq intern. Madankollu, jenħtieġ li tħalli lill-Istati Membri ċerta flessibbiltà f’qafas regolatorju komuni b’saħħtu. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-objettivi tal-Unjoni u jistabbilixxi t-tipi ta’ intervent kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, biex b’hekk jiżgura n-natura komuni tal-PAK. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli biex isarrfu l-qafas regolatorju tal-Unjoni f’arranġamenti ta’ appoġġ applikabbli għall-benefiċjarji bl-użu ta’ livell ogħla ta’ flessibbiltà. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jaġixxu b’mod konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u jiżguraw li l-qafas legali għall-għoti tal-appoġġ tal-Unjoni lill-benefiċjarji huwa bbażat fuq il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u huwa konformi mal-prinċipji u mar-rekwiżiti stabbiliti skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Jenħtieġ ukoll li jimplimentaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif approvati mill-Kummissjoni. |
(28) |
Sabiex jitrawwem settur agrikolu intelliġenti u reżiljenti, il-pagamenti diretti jibqgħu jikkostitwixxu parti essenzjali biex jiġi garantit appoġġ ġust għall-introjtu tal-bdiewa. B’mod simili, l-investimenti fir-ristrutturar, il-modernizzazzjoni, l-innovazzjoni, id-diversifikazzjoni u l-adozzjoni ta’ prattiki u teknoloġiji ġodda fl-azjendi agrikoli huma neċessarji biex il-bdiewa jmorru aħjar fis-suq. |
(29) |
Fil-kuntest ta’ PAK aktar orjentata lejn is-suq, kif deskritt fil-komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”, l-iskopertura tas-suq, it-tibdil fil-klima u l-frekwenza u s-severità ta’ avvenimenti estremi tat-temp assoċjati ma’ dan it-tibdil, kif ukoll il-kriżijiet sanitarji u fitosanitarji, jistgħu jwasslu għal riskji ta’ volatilità tal-prezzijiet u pressjonijiet dejjem akbar fuq l-introjtu, b’mod partikolari fuq il-produtturi primarji. Għalhekk, għalkemm il-bdiewa huma finalment responsabbli għat-tfassil tal-istrateġiji tagħhom fl-azjenda agrikola u biex itejbu r-reżiljenza tal-azjendi agrikoli tagħhom, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas sod biex tiġi żgurata ġestjoni xierqa tar-riskju. |
(30) |
L-appoġġ u t-titjib tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-azzjoni klimatika u l-kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni marbuta mal-ambjent u l-klima hija prijorità għolja ħafna fil-ġejjieni tal-agrikoltura u l-forestrija tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-PAK taqdi rwol kemm fit-tnaqqis tal-impatti negattivi fuq l-ambjent u l-klima, inkluż il-bijodiversità, u fiż-żieda tal-provvista ta’ beni pubbliċi ambjentali fuq it-tipi kollha ta’ art agrikola u art forestali (inkluż żoni ta’ valur naturali għoli) u f’żoni rurali b’mod ġenerali. Għalhekk jenħtieġ li l-arkitettura tal-PAK tirrifletti ambizzjoni akbar fir-rigward ta’ dawk l-objettivi. Jenħtieġ li tinkludi elementi li jappoġġaw jew b’xi mod ieħor iwasslu għal firxa wiesgħa ta’ azzjoni biex jintlaħqu l-objettivi fl-agrikultura, il-produzzjoni tal-ikel, il-forestrija u ż-żoni rurali fl-intier tagħhom. |
(31) |
L-aħjar mod kif tipi ta’ azzjoni differenti jintużaw flimkien biex jiġu indirizzati dawk l-objettivi ser ivarja minn Stat Membru għal ieħor. Flimkien mal-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ż-żieda fis-sekwestru tal-karbonju huma t-tnejn importanti biex jittaffa t-tibdil fil-klima. Il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija appoġġati permezz tal-PAK jenħtieġ li jikkonċernaw l-enerġija li turi b’mod ċar il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà, inkluż fir-rigward tal-gassijiet serra. Fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi naturali, tista’ tkun ta’ għajnuna b’mod partikolari, anqas dipendenza fuq is-sustanzi kimiċi bħall-fertilizzanti artifiċjali u pestiċidi, inkluż għall-protezzjoni tal-bijodiversità, fejn hemm bżonn f’ħafna partijiet tal-Unjoni tat-tnaqqis f’waqtu tad-dipendenza fuq il-pestiċidi u l-azzjoni biex jitwaqqaf u jitreġġa’ lura t-tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-pollinaturi. |
(32) |
Billi ħafna żoni rurali fl-Unjoni jbatu minn problemi strutturali bħal nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ xogħol attraenti, nuqqasijiet ta’ ħiliet, nuqqas ta’ investiment fil-konnettività u l-broadband, fl-infrastruttura u fis-servizzi essenzjali diġitali u oħrajn, kif ukoll eżodu taż-żgħażagħ, huwa fundamentali li tissaħħaħ in-nisġa soċjo-ekonomika f’dawk l-oqsma, f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Cork 2.0. “Ħajja Aħjar fiż-Żoni Rurali”, b’mod partikolari permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tiġdid ġenerazzjonali, billi l-aġenda tal-Kummissjoni dwar l-impjiegi u t-tkabbir tinġieb fiż-żoni rurali, bil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-appoġġ liż-żgħażagħ, it-tiġdid ġenerazzjonali u l-iżvilupp ta’ “irħula intelliġenti” fil-kampanja Ewropea, u billi jikkontribwixxu biex tittaffa d-depopolazzjoni. |
(33) |
L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni u l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi hija għodda importanti fl-integrazzjoni ta’ dan il-prinċipju fil-PAK. Jenħtieġ għalhekk li l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-iżvilupp soċjo-ekonomiku taż-żoni rurali titqiegħed taħt il-lenti, b’attenzjoni speċjali lill-biedja, waqt li jiġi appoġġat ir-rwol ewlieni tan-nisa. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jivvalutaw is-sitwazzjoni tan-nisa fil-biedja u jindirizzaw l-isfidi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. L-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tkun parti integrali mit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-interventi tal-PAK. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jsaħħu l-kapaċità tagħhom fl-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u fil-ġbir ta’ data diżaggregata skont is-sessi. |
(34) |
Bil-ħsieb li l-ekonomija rurali tiġi stabbilizzata u diversifikata, jenħtieġ li jiġu appoġġati l-iżvilupp, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ intrapriżi mhux agrikoli. Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja”, il-ktajjen ta’ valur rurali ġodda bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, il-bijoekonomija emerġenti, l-ekonomija ċirkolari u l-ekoturiżmu jistgħu joffru potenzjal tajjeb għat-tkabbir u għall-impjiegi fiż-żoni rurali waqt li jikkonservaw ir-riżorsi naturali. F’dan il-kuntest, l-istrumenti finanzjarji u l-użu tal-garanzija tal-UE taħt InvestEU, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jistgħu jaqdu rwol kruċjali biex jiġi żgurat aċċess għall-finanzjament u biex tissaħħaħ il-kapaċità tat-tkabbir tal-azjendi agrikoli u tal-intrapriżi. Hemm il-potenzjal għal opportunitajiet ta’ xogħol fiż-żoni rurali għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz residenti legalment, u b’hekk tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tagħhom speċjalment fil-qafas tal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità. |
(35) |
Jenħtieġ li l-PAK tkompli tiżgura s-sigurtà tal-ikel, li jenħtieġ li tinftiehem bħala aċċess għal ikel biżżejjed, sikur u nutrittiv f’kull ħin. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkompli tgħin li ttejjeb ir-rispons tal-agrikoltura tal-Unjoni għal talbiet soċjetali ġodda fl-ikel u s-saħħa, inkluż il-produzzjoni agrikola sostenibbli, nutrizzjoni aktar tajba għas-saħħa, it-trattament xieraq tal-annimali u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel. Jenħtieġ li l-PAK tkompli tippromwovi l-produzzjoni b’karatteristiċi speċifiċi u ta’ valur filwaqt li tgħin lill-bdiewa biex jaġġustaw b’mod proattiv il-produzzjoni tagħhom skont is-sinjali tas-suq u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi. |
(36) |
Minħabba l-wisa’ tar-riforma meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi mixtieqa u jiġi indirizzat it-tħassib imqajjem, huwa xieraq li jiġi previst qafas legali ġdid f’Regolament wieħed li jkopri l-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jissostitwixxi l-arranġamenti attwalment stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
(37) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li japplikaw għall-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u l-FAEŻR u mogħti fil-forma ta’ tipi ta’ intervent speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imfassla mill-Istati Membri u approvati mill-Kummissjoni. |
(38) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tista’ tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha dwar l-appoġġ domestiku kif stabbiliti fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, ċerti tipi ta’ intervent previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu jiġu notifikati bħala appoġġ tal-”Kaxxa l-Ħadra” li jew ma jħalli l-ebda effett, jew iħalli biss effett minimu ta’ distorsjoni tal-kummerċ jew fuq il-produzzjoni, jew jiġu notifikati bħala appoġġ tal-”Kaxxa Blu” skont programmi li jillimitaw il-produzzjoni u għalhekk ikun eżentat mill-impenji tat-tnaqqis. Filwaqt li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għat-tipi ta’ intervent bħal dawn diġà huma konformi mar-rekwiżiti tal-”Kaxxa l-Ħadra” stipulati fl-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura jew ir-rekwiżiti tal-”Kaxxa Blu” stipulati fl-Artikolu 6.5 tiegħu, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-interventi ppjanati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għal dawk it-tipi ta’ intervent ikomplu jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti. “B’mod partikolari, jenħtieġ li l-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton taħt dan ir-Regolament jibqa’ mfassal biex jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-”Kaxxa Blu”. |
(39) |
Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-interventi, inkluż l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu, jikkonformaw mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Dan jinkludi r-rekwiżiti tal-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka fuq iż-żrieragħ żejtnin skont il-GATT (12), kif applikabbli sussegwentement għal bidliet fiż-żona bażi separata tal-Unjoni għaż-żrieragħ żejtnin wara bidliet fil-kompożizzjoni tal-Unjoni. |
(40) |
L-informazzjoni dwar, u l-valutazzjoni ta’, il-prestazzjoni tal-PAK abbażi tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ser jitqiesu fil-valutazzjonijiet regolari mill-Kummissjoni tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp Sostenibbli, stabbiliti abbażi tal-Aġenda għal Żvilupp Sostenibbli 2030. |
(41) |
Filwaqt li tkompli tibni fuq is-sistema preċedenti ta’ kundizzjonalità implimentata sal-2022, is-sistema tal-kundizzjonalità ġdida torbot il-ħlas sħiħ tal-appoġġ tal-PAK mal-konformità tal-bdiewa u ta’ benefiċjarji oħra ma’ standards bażiċi rigward l-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti u t-trattament xieraq tal-annimali. L-istandards bażiċi jinkludu f’forma simplifikata lista ta’ rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni (SMRs) u standards ta’ kondizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba tal-art (standards tal-KAAT). Dawk l-istandards bażiċi jenħtieġ li jqisu aħjar l-isfidi ambjentali u klimatiċi u l-arkitettura ambjentali l-ġdida tal-PAK, u b’hekk jagħtu ambizzjoni ambjentali u klimatika ta’ livell ogħla kif imniżżel fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” u l-QFP għas-snin 2021 sa 2027, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (13). |
(42) |
Il-kundizzjonalità għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ agrikoltura sostenibbli b’għarfien aħjar min-naħa tal-benefiċjarji dwar il-ħtieġa li jiġu ssodisfati dawk l-istandards bażiċi. Għandha l-għan ukoll li tagħmel lill-PAK aktar kompatibbli mal-aspettattivi tas-soċjetà permezz tat-titjib tal-konsistenza tal-PAK mal-objettivi dwar l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti u t-trattament xieraq tal-annimali. Jenħtieġ li l-kundizzjonalità tifforma parti integrali tal-arkitettura ambjentali tal-PAK, bħala parti mil-linja bażi għal impenji marbuta mal-ambjent u mal-klima aktar ambizzjużi, u jenħtieġ li tkun applikata b’mod komprensiv fl-Unjoni kollha. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jiġu applikati penali proporzjonali, effettivi u dissważivi f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2116 għal dawk il-bdiewa u benefiċjarji oħra li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti. |
(43) |
Il-qafas tal-istandards tal-KAAT għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, jindirizza l-isfidi marbuta mal-ilma, il-protezzjoni u l-kwalità tal-ħamrija u l-protezzjoni u l-kwalità tal-bijodiversità. Il-qafas jeħtieġ jissaħħaħ sabiex iqis b’mod partikolari l-prattiki stabbiliti sal-2022 skont l-ekoloġizzazzjoni tal-pagamenti diretti, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-bijodiversità. Huwa rikonoxxut li kull standard tal-KAAT jikkontribwixxi għall-kisba ta’ diversi objettivi. Sabiex jiġi implimentat il-qafas, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu standard nazzjonali għal kull wieħed mill-istandards stabbilit fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żona kkonċernata, inkluż il-kondizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, il-kondizzjonijiet eżistenti tal-biedja, il-prattiki tal-biedja, id-daqs tal-azjendi agrikoli u l-istrutturi tal-azjendi agrikoli, l-użu tal-art, u l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu standards nazzjonali oħrajn relatati mal-objettivi prinċipali tal-istandards tal-KAAT sabiex itejbu l-attwazzjoni fil-livell ta’ ambjent u ta’ klima tal-qafas tal-istandards tal-KAAT. Minħabba l-prattiki eżistenti skont is-sistema tal-biedja organika, jenħtieġ li ma jiġi impost l-ebda rekwiżit ieħor fuq il-bdiewa organiċi fir-rigward tan-newba tal-għelejjel. Barra minn hekk, fir-rigward tal-istandards dwar in-newba tal-għelejjel u s-sehem minimu tar-raba’ li jinħadem għall-bijodiversità, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jqisu ċertu eċċezzjonijiet biex jiġi evitat piż eċċessiv fuq l-azjendi agrikoli żgħar jew biex jiġu esklużi xi azjendi agrikoli li diġà jkunu ssodisfaw l-objettiv tal-istandards tal-KAAT minħabba li parti sinifikanti minnhom tkun bur permanenti, tkun raba’ mistrieħ jew tkun b’għelejjel tal-legumi. Jenħtieġ ukoll li tiġi prevista eċċezzjoni għar-rekwiżit tal-bijodiversità tas-sehem minimu ta’ raba’ li jinħadem fil-każ ta’ Stati Membri b’kisja predominanti ta’ foresti. |
(44) |
L-SMRs jeħtieġ li jkunu implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri sabiex isiru operattivi fil-livell tal-azjendi agrikoli u sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-regoli dwar il-kundizzjonalità fit-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-politika, jenħtieġ li l-SMRs jinkludu l-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni dwar l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti u t-trattament xieraq tal-annimali, kif implimentata fil-livell nazzjonali, li timponi obbligi preċiżi għall-bdiewa individwali u benefiċjarji oħrajn, inkluż l-obbligi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (14) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jew id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (16). Sabiex tagħti segwitu lid-dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill mehmuża mar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) jenħtieġ li jiġu nklużi bħala SMRs fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kundizzjonalità u l-lista tal-istandards tal-KAAT jenħtieġ li tiġi adatta kif meħtieġ. |
(45) |
Sabiex jingħata kontribut għall-iżvilupp ta’ agrikoltura soċjalment sostenibbli permezz ta’ sensibilizzazzjoni aħjar, min-naħa tal-benefiċjarji tal-appoġġ tal-PAK, tal-istandards tal-impjiegi u dawk soċjali, jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu ġdid li jintegra t-tħassib soċjali. |
(46) |
Mekkaniżmu bħal dan għandu jorbot il-ħlas sħiħ tal-pagamenti diretti tal-PAK kif ukoll il-pagamenti għal impenji ta’ ġestjoni ambjentali, marbuta mal-klima u impenji oħrajn ta’ ġestjoni, il-pagamenti għal restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona u l-pagamenti għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji mal-konformità tal-bdiewa u ta’ benefiċjarji oħra mal-istandards bażiċi li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg għall-ħaddiema tal-azjendi agrikoli u s-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari ċerti standards skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE (20) u d-Direttivi 2009/104/KE (21) u (UE) 2019/1152 (22) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sal-2025, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-fattibbiltà tal-inklużjoni tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u, jekk ikun xieraq, jenħtieġ li tipproponi leġiżlazzjoni għal dak il-għan. |
(47) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jiġu applikati penali proporzjonali, effettivi u dissważivi f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2116 għal bdiewa u benefiċjarji oħra li ma jikkonformawx ma’ dawk l-istandards. Minħabba l-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja, mhuwiex possibbli li jiġu imposti fuq is-sistemi ġudizzjarji rekwiżiti speċifiċi dwar kif isiru d-deċiżjonijiet u l-kundanni għajr dak li hu previst fil-leġiżlazzjoni li fuqha huma bbażati dawk id-deċiżjonijiet u kundanni. |
(48) |
Meta jiġi stabbilit il-mekkaniżmu ta’ kondizzjonalità soċjali, sabiex jiġi rispettat id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistemi soċjali u tax-xogħol tagħhom, jenħtieġ li jitqiesu l-oqfsa nazzjonali differenti. Għalhekk, jenħtieġ li jitqiesu l-għażla tal-Istat Membru dwar il-metodi ta’ infurzar, in-negozjati kollettivi u r-rwol tas-sħab soċjali, inkluż, fejn applikabbli, fl-implimentazzjoni tad-direttivi fil-qasam soċjali u tal-impjiegi. Il-mudelli tas-suq tax-xogħol nazzjonali u l-awtonomija tas-sħab soċjali jenħtieġ li jiġu rispettati. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jimponi l-ebda obbligu fuq is-sħab soċjali jew fuq l-Istati Membri rigward l-infurzar jew il-kontrolli f’oqsma li skont il-mudelli tas-suq tax-xogħol nazzjonali huma r-responsabbiltà tas-sħab soċjali. |
(49) |
Minħabba l-kumplessità tal-istabbiliment ta’ sistemi fil-livell nazzjonali li jirrispettaw l-awtonomija u l-ispeċifiċità tas-sistemi nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jimplimentaw il-kundizzjonalità soċjali f’data aktar tard iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025. |
(50) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli li jkunu mfassla apposta għad-diversi tipi ta’ produzzjoni bl-iskop li jittejbu l-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni ġenerali tal-azjendi agrikoli u tan-negozji rurali, filwaqt li jkopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali, li jiġi identifikat it-titjib meħtieġ fir-rigward tal-miżuri kollha fil-livell tal-azjendi agrikoli previsti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, inkluża d-diġitalizzazzjoni. Jenħtieġ li is-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli jgħinu lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra tal-appoġġ tal-PAK biex isiru aktar konxji tar-relazzjoni bejn il-ġestjoni tal-azjenda agrikola u l-ġestjoni tal-art minn naħa, u ċerti standards, rekwiżiti u informazzjoni inkluż dawk ambjentali u klimatiċi, min-naħa l-oħra. Il-lista ta’ dawn tal-aħħar tinkludi standards li japplikaw, jew huma neċessarji, għall-bdiewa u għal benefiċjarji oħra tal-PAK, inkluż il-kooperattivi, u li jinsabu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif ukoll dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, dwar il-ġestjoni tan-nutrijenti kif ukoll l-inizjattivi għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi. Jenħtieġ li jkun hemm disponibbli pariri dwar il-ġestjoni tar-riskji u l-appoġġ għall-innovazzjoni għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti li qed ifiġġu tal-gruppi operazzjonali tal-EIP, filwaqt li jadottaw u jagħmlu użu minn ideat innovattivi fil-livell bażiku. Sabiex tissaħħaħ il-kwalità u l-effettività tal-pariri, jenħtieġ li l-Istati Membri jintegraw il-konsulenti u n-networks ta’ konsulenza kollha pubbliċi u privati fis-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), sabiex ikunu jistgħu jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni. |
(51) |
Sabiex jiġu appoġġati kemm il-prestazzjoni agronomika kif ukoll dik ambjentali tal-azjendi agrikoli, l-informazzjoni dwar il-ġestjoni tan-nutrijenti, b’enfasi fuq in-nitroġenu u l-fosfat li huma n-nutrijenti li minn perspettiva ambjentali jistgħu joħolqu sfidi partikolari u għalhekk jistħoqqilhom attenzjoni partikolari, jenħtieġ li tiġi pprovduta bl-għajnuna ta’ Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli elettronika apposta li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-bdiewa individwali. Jenħtieġ li l-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli tagħti appoġġ għad-deċiżjonijiet fl-azjendi agrikoli. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti bejn il-bdiewa u fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fit-tfassil tal-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli. |
(52) |
Sabiex il-bdiewa jiġu infurmati u jingħataw pariri aħjar dwar l-obbligi tagħhom lejn il-ħaddiema tagħhom fir-rigward tad-dimensjoni soċjali tal-PAK, jenħtieġ li s-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli jinfurmaw bil-miktub dwar ir-rekwiżiti li tingħata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/1152 u dwar l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza li huma applikabbli fl-azjendi agrikoli. |
(53) |
Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni aktar ġusta tal-appoġġ għall-introjtu, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jillimitaw jew inaqqsu l-ammonti tal-pagamenti diretti ’l fuq minn ċertu limitu massimu u l-prodott jenħtieġ li jew jintuża għall-pagamenti diretti diżakkoppjati u bi prijorità għall-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà, jew jiġi trasferit lill-FAEŻR. Sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq l-impjieg, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jqisu l-manodopera meta japplikaw il-mekkaniżmu. |
(54) |
Sabiex jiġi evitat il-piż amministrattiv eċċessiv ikkawżat mill-ġestjoni ta’ għadd kbir ta’ pagamenti ta’ ammonti żgħar u biex jiġi żgurat kontribut effettiv tal-appoġġ għall-kisba tal-objettivi tal-PAK li għalihom jikkontribwixxu l-pagamenti diretti, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti f’termini ta’ erja minima jew ammont minimu relatat mal-appoġġ biex jirċievu pagamenti diretti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħtu appoġġ għall-introjtu relatat mal-annimali li jitħallas għal kull annimal, jenħtieġ li dejjem jistabbilixxu livell limitu f’termini ta’ ammont minimu biex jevitaw li jippenalizzaw lill-bdiewa, li huma eliġibbli għal dan l-appoġġ, iżda li l-erja tagħhom tkun taħt il-livell limitu. Minħabba l-istruttura agrikola speċifika ħafna fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew, jenħtieġ li l-Greċja tkun tista’ tiddeċiedi jekk għandhiex tapplika xi limitu minimu f’dik iż-żona. |
(55) |
Meta titqies l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-bdiewa fl-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jassenjaw ċertu perċentwal ta’ pagamenti diretti biex jappoġġaw il-kontribuzzjonijiet tal-bdiewa għal għodod bħal dawn. |
(56) |
Sabiex jiġi garantit livell minimu ta’ appoġġ għall-introjtu agrikolu għall-bdiewa attivi kollha, kif ukoll għall-konformità mal-objettiv li jiġi żgurat standard ta’ għajxien ġust għall-komunità agrikola stipulat fl-Artikolu 39(1), punt (b), TFUE, jenħtieġ li jiġi stabbilit pagament diżakkoppjat annwali abbażi tal-erja bħala t-tip ta’ intervent “appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà”. Sabiex dak l-appoġġ jiġi mmirat aħjar, jenħtieġ li jkun possibbli li l-ammonti ta’ pagament jiġu differenzjati, għal kull grupp ta’ territorji, abbażi tal-kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi jew agronomiċi, jew li jitnaqqsu b’kont meħud ta’ interventi oħra. Bil-għan li jiġu evitati effetti li jfixklu l-introjtu tal-bdiewa, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jimplimentaw l-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà abbażi tal-intitolamenti għall-pagamenti. F’dak il-każ, jenħtieġ li l-valur tal-intitolamenti għall-pagamenti qabel kwalunkwe konverġenza jkun proporzjonali għall-valur tagħhom kif stabbilit skont l-iskemi ta’ pagament bażiku skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, filwaqt li jitqiesu l-pagamenti għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiksbu aktar konverġenza sabiex ikomplu jimxu progressivament lil hinn mill-valuri storiċi. |
(57) |
Meta jiġu pprovduti pagamenti diretti diżakkoppjati bbażati fuq is-sistema tal-intitolamenti għal pagament, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jamministraw riżerva jew riżervi nazzjonali għal kull grupp ta’ territorji. Riżervi bħal dawn jenħtieġ li jintużaw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, għall-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda. Huma meħtieġa wkoll regoli dwar l-użu u t-trasferimenti tal-intitolamenti għal pagament biex jiġi garantit funzjonament bla xkiel tas-sistema. |
(58) |
L-azjendi agrikoli żgħar jibqgħu l-qofol tal-agrikoltura tal-Unjoni billi jaqdu rwol kruċjali fl-appoġġ tal-impjiegi rurali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp territorjali. Sabiex tiġi promossa distribuzzjoni aktar bilanċjata tal-appoġġ u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji ta’ ammonti żgħar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jfasslu intervent speċifiku għall-bdiewa b’azjendi żgħar li jissostitwixxu l-interventi l-oħra ta’ pagamenti diretti. Sabiex dak l-appoġġ jiġi mmirat aħjar, jenħtieġ li tkun tista’ ssir differenzjar tal-pagamenti. Sabiex il-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar ikunu jistgħu jagħżlu s-sistema li hija l-aktar adattata għall-ħtiġijiet tagħhom, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-bdiewa fl-intervent tkun fakultattiva. |
(59) |
Minħabba l-bżonn magħruf għall-promozzjoni viżibbli u li tista’ titkejjel ta’ appoġġ aktar bilanċjat għall-azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà u jiddedikaw mill-anqas 10 % tal-pakkett ta’ pagamenti diretti għal tali appoġġ. Sabiex jippermettu li dan l-appoġġ komplementari jiġi mmirat aħjar u fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi tal-azjendi agrikoli madwar l-Unjoni huma rikonoxxuti, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jipprevedu ammonti differenti tal-appoġġ komplementari għal firxiet differenti ta’ ettari kif ukoll li jiddifferenzjaw l-appoġġ skont il-livell reġjonali jew skont l-istess gruppi ta’ territorji kif jinsab fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà. |
(60) |
Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jipprevedu distribuzzjoni mmirata tal-pagamenti diretti u li jsaħħu l-appoġġ għall-introjtu għal dawk li l-aktar għandhom bżonnu. Diversi strumenti disponibbli għall-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-kisba ta’ dak l-objettiv, inkluż limiti massimi u digressività, kif ukoll interventi bħall-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà u l-pagament għall-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar. Jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tingħata ħarsa ġenerali tal-isforzi tal-Istati Membri f’dak ir-rigward. Abbażi tal-ħtiġijiet f’termini ta’ distribuzzjoni aktar ġusta tal-pagamenti diretti, inkluż il-ħtiġijiet ibbażati fuq struttura speċifika tal-azjendi agrikoli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu jew l-applikazzjoni ta’ pagament ridistributtiv obbligatorju u l-perċentwal minimu korrispondenti, jew għal miżuri xierqa oħra, inkluż il-pagament ridistributtiv b’perċentwal aktar baxx. |
(61) |
Il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attività ekonomika ġdida fis-settur agrikolu minn bdiewa żgħażagħ finanzjarjament mhix faċli u tikkostitwixxi element li jenħtieġ li jitqies waqt it-tfassil tal-istrateġija ta’ intervent fl-allokazzjoni u fil-mira tal-pagamenti diretti. Dak l-iżvilupp huwa essenzjali għall-kompetittività tas-settur agrikolu fl-Unjoni, u, għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ. Dak it-tip ta’ intervent jenħtieġ li jipprovdi introjtu addizzjonali lill-bdiewa żgħażagħ wara t-twaqqif inizjali tal-azjenda. Abbażi tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu dwar metodu ta’ kalkolu għall-pagament, jew għal kull ettaru jew bħala somma f’daqqa, u possibbilment limitat għal għadd massimu ta’ ettari. Peress li dan jenħtieġ li jkopri biss il-perijodu inizjali tal-ħajja tan-negozju, pagament bħal dan jenħtieġ li jingħata biss għal perijodu ta’ żmien massimu wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna u ftit wara t-twaqqif inizjali tal-azjenda. Fejn it-tul ta’ żmien tal-pagament imur lil hinn mis-sena 2027, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li ma tinħoloq l-ebda aspettattiva legali tal-benefiċjarji għall-perijodu wara dik is-sena. |
(62) |
Jenħtieġ li l-PAK tiżgura li l-Istati Membri jtejbu r-riżultati ambjentali billi jirrispettaw il-ħtiġijiet lokali u ċ-ċirkostanzi reali tal-bdiewa. Skont il-pagamenti diretti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu ekoskemi li huma volontarji għall-bdiewa, u li jenħtieġ li jkunu koordinati bis-sħiħ mal-interventi rilevanti l-oħra. Dawn jenħtieġ li jiġu ddeterminati mill-Istati Membri bħala pagament li jingħata jew bħala inċentiv jew remunerazzjoni għall-provvista ta’ beni pubbliċi mill-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent u l-klima, jew bħala kumpens talli twettqu dawk il-prattiki. Fiż-żewġ każijiet, jenħtieġ li l-għan tagħhom ikun li tissaħħaħ il-prestazzjoni marbuta mal-ambjent u l-klima tal-PAK u konsegwentement jenħtieġ li jkunu maħsuba li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji diġà preskritti mis-sistema ta’ kundizzjonalità. |
(63) |
Sabiex jiżguraw l-effiċjenza, jenħtieġ li l-ekoskemi, bħala regola ġenerali, ikopru mill-inqas żewġ oqsma ta’ azzjoni għall-klima, l-ambjent, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi. Għall-istess skop, filwaqt li jenħtieġ li l-kumpens ikun ibbażat fuq l-ispejjeż imġarrba, fuq it-telf ta’ introjtu u fuq l-ispejjeż ta’ tranżazzjoni li jirriżultaw mill-impenji għall-prattiki agrikoli, waqt li jitqiesu l-miri skont l-ekoskemi, il-pagamenti b’żieda mal-appoġġ bażiku għall-introjtu jeħtieġ li jirriflettu l-livell ta’ ambizzjoni tal-impenji għall-prattiki. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jistabbilixxu ekoskemi għal prattiki agrikoli mwettqa minn bdiewa fuq żoni agrikoli, b’mod partikolari attivitajiet agrikoli iżda wkoll ċerti prattiki li jmorru lil hinn mill-attivitajiet agrikoli. Dawk il-prattiki jistgħu jinkludu l-ġestjoni aħjar ta’ mergħat permanenti u ta’ karatteristiċi tal-pajsaġġ, it-tixrib mill-ġdid ta’ torbiera, il-kultivazzjoni tal-għadajjar u l-biedja organika. |
(64) |
Il-biedja organika, irregolata mir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), hija sistema ta’ biedja li għandha l-potenzjal li tagħti kontribut sostanzjali għall-kisba ta’ diversi objettivi speċifiċi tal-PAK u b’mod partikolari għall-objettivi speċifiċi tagħha marbuta mal-ambjent u mal-klima. Billi l-biedja organika tħalli effetti pożittivi fuq l-ambjent u l-klima, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu b’mod partikolari jqisu l-biedja organika meta jistabbilixxu ekoskemi għall-prattiki agrikoli u, f’dak il-kuntest, jivvalutaw il-livell ta’ appoġġ meħtieġ għar-raba’ ġestit skont skema ta’ biedja organika. |
(65) |
Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jistabbilixxu ekoskemi bħala “skemi fil-livell tal-bidu” bħala kondizzjoni għall-bdiewa sabiex jieħdu impenji aktar ambizzjużi rigward l-ambjent, il-klima u t-trattament xieraq tal-annimali taħt l-iżvilupp rurali. Biex jiżguraw is-simplifikazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistabbilixxu ekoskemi mtejba. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll jistabbilixxu ekoskemi għall-appoġġ ta’ prattiki dwar it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi. |
(66) |
Sabiex jiġi żgurat livell ta’ kondizzjonijiet ekwivalenti bejn il-bdiewa, jenħtieġ li tiġi stabbilita allokazzjoni massima għall-appoġġ akkoppjat għall-introjtu taħt il-pagamenti diretti li l-Istati Membri huma permessi jagħtu sabiex itejbu l-kompetittività, is-sostenibbiltà jew il-kwalità f’ċerti setturi u produzzjonijiet li huma partikolarment importanti għal raġunijiet soċjali, ekonomiċi jew ambjentali u li jiltaqgħu minn ċerti diffikultajiet. Meta jfasslu dawk l-interventi, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-suq intern. |
(67) |
Peress li huwa magħruf sew li l-produzzjoni tal-għelejjel li fihom l-proteini qed tiltaqa’ ma’ diffikultajiet serji fl-Unjoni, ma hemmx bżonn li dawn id-diffikultajiet jintwerew fil-każ ta’ interventi ta’ appoġġ akkoppjati għall-introjtu mmirati lejn dawk l-għelejjel. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw parti addizzjonali tal-limitu massimu finanzjarju tagħhom disponibbli għall-pagamenti diretti biex jagħtu l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu speċifikament għall-appoġġ tal-produzzjoni tal-għelejjel li fihom il-proteini sabiex jitnaqqas id-defiċit tal-Unjoni f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jappoġġaw taħlita ta’ legumi u ħaxix taħt appoġġ akkoppjat għall-introjtu dment li l-legumi jibqgħu predominanti fit-taħlita. |
(68) |
Skont l-objettivi li jinsabu fil-Protokoll Nru 4 dwar il-qoton, mehmuż mal-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, huwa meħtieġ li jitkompla “pagament speċifiku għall-għelejjel” għal kull ettaru eliġibbli marbut mal-kultivazzjoni tal-qoton, kif ukoll l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali fir-reġjuni li jipproduċu l-qoton. Madankollu, peress li l-allokazzjoni baġitarja għall-qoton hija fissa u ma tistax tintuża għal skopijiet oħra u billi l-implimentazzjoni ta’ dak il-pagament speċifiku għall-għelejjel jkollu bażi legali fit-Trattati, il-pagament għall-qoton jenħtieġ li ma jkunx parti mill-interventi approvati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u jenħtieġ li ma jkunx soġġett għall-approvazzjoni tal-prestazzjoni u għar-rieżami tal-prestazzjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi kif ukoll derogi minn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2021/2116 skont dan. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li jsir hekk f’dan ir-Regolament. |
(69) |
Huma meħtieġa tipi ta’ intervent f’ċerti setturi biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-PAK u jsaħħu s-sinerġiji ma’ strumenti oħra tal-PAK. F’konformità mal-mudell ta’ implimentazzjoni, ir-rekwiżiti minimi dwar il-kontenut u l-objettivi għat-tali tipi ta’ intervent f’ċerti setturi jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti fis-suq intern u jiġu evitati kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux ugwali u inġusta. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġġustifikaw l-inklużjoni tagħhom fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jiżguraw il-konsistenza ma’ interventi oħra fuq il-livell settorjali. It-tipi wiesgħa ta’ intervent li jridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, l-inbid, il-prodotti tal-apikultura, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u tal-ħops, kif ukoll għal setturi oħra fost is-setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) u s-setturi li jkopru l-prodotti li jridu jiġu elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament, li l-istabbiliment ta’ interventi speċifiċi għalihom huwa meqjus li jħalli effetti ta’ benefiċċju fuq il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-PAK, kollha jew xi wħud minnhom, ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, minħabba d-defiċit tal-Unjoni fuq il-proteini tal-pjanti u l-benefiċċji ambjentali li l-produzzjoni tagħhom iġġib magħha, jenħtieġ li l-legumi jiġu inklużi fost il-prodotti elenkati f’dak l-Anness filwaqt li tiġi rrispettata l-iskeda tad-WTO tal-UE dwar iż-żrieragħ żejtnin, u dawk il-benefiċċji jenħtieġ li jiġu promossi lill-bdiewa permezz, fost l-oħrajn, tas-servizz ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli. |
(70) |
Il-pakketti finanzjarji nazzjonali jew limitazzjonijiet oħra fil-forma ta’ limiti massimi huma meħtieġa sabiex tinżamm l-ispeċifiċità tal-interventi u tiffaċilita l-ipprogrammar tal-interventi għall-prodotti tal-apikultura, għall-inbid, għaż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, għall-ħops u għal setturi oħra li jridu jiġu definiti f’dan ir-Regolament. Madankollu, sabiex ma tiddgħajjifx il-kisba tal-objettivi tat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-frott u l-ħaxix, jenħtieġ li ma tkun tapplika l-ebda limitazzjoni finanzjarja f’konformità mal-approċċ attwali. Fejn l-Istati Membri jintroduċu appoġġ għal tipi ta’ intervent f’setturi oħra fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-allokazzjoni finanzjarja korrispondenti titnaqqas mill-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex tibqa’ finanzjarjament newtrali. Meta Stat Membru jagħżel li ma jimplimentax l-interventi speċifiċi għas-settur tal-ħops jew għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, l-allokazzjoni relatati għal dak l-Istat Membru jenħtieġ li jkunu disponibbli bħala allokazzjonijiet addizzjonali għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti. |
(71) |
Għall-interventi għall-iżvilupp rurali, il-prinċipji huma stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi biex l-Istati Membri japplikaw il-kriterji ta’ għażla. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni wiesgħa biex jistipulaw kondizzjonijiet speċifiċi skont il-ħtiġijiet tagħhom. It-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali jinkludu pagamenti għall-impenji ta’ ġestjoni ambjentali, marbuta mal-klima u impenji oħrajn ta’ ġestjoni li l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw fit-territorji tagħhom kollha, skont il-ħtiġijiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu pagamenti lill-bdiewa u lill-ġestjonarji oħra tal-art li, fuq bażi volontarja, jieħdu impenji ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u għall-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent inkluż il-kwalità u l-kwantità tal-ilma, il-kwalità tal-arja, il-ħamrija, il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema inkluż impenji volontarji f’Natura 2000 u appoġġ għad-diversità ġenetika. L-appoġġ skont il-pagamenti għall-impenji ta’ ġestjoni jista’ wkoll jingħata fil-forma ta’ approċċi mmexxija lokalment, integrati jew kooperattivi u interventi bbażati fuq ir-riżultati. |
(72) |
L-appoġġ għall-impenji ta’ ġestjoni jistgħu b’mod partikolari jinkludu premiums tal-biedja organika għall-konverżjoni ta’ art f’art organika u għall-manutenzjoni tagħha. Jenħtieġ li l-Istati Membri, abbażi ta’ analiżi fil-fond tagħhom tas-settur organiku u waqt li jqisu l-objettivi li beħsiebhom jiksbu fir-rigward tal-produzzjoni organika, iqisu l-biedja organika għall-impenji ta’ ġestjoni skont il-bżonnijiet territorjali speċifiċi tagħhom, jallokaw l-appoġġ biex iżidu s-sehem tal-art agrikola ġestita skont skema ta’ biedja organika u jiżguraw li l-baġits allokati jaqblu mat-tkabbir mistenni mill-produzzjoni organika. L-appoġġ għall-impenji ta’ ġestjoni jista’ jinkludi wkoll il-pagamenti għal tipi oħra ta’ interventi li jappoġġaw sistemi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bħall-agroekoloġija, l-agrikoltura ta’ konservazzjoni u l-produzzjoni integrata; is-servizzi forestali ambjentali u klimatiċi u l-konservazzjoni tal-foresti; il-premiums għall-foresti u l-istabbiliment tas-sistemi tal-agroforestrija; it-trattament xieraq tal-annimali; Il-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp ta’ riżorsi ġenetiċi, b’mod partikolari permezz ta’ metodi ta’ tnissil tradizzjonali. Jenħtieġ li -Istati Membri jitħallew jiżviluppaw skemi oħra taħt dak it-tip ta’ intervent abbażi tal-ħtiġijiet tagħhom. Jenħtieġ li dak it-tip ta’ pagament ikopri biss l-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf li jirriżultaw mill-impenji li jmorru lil hinn mil-linja bażi tal-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali, kif ukoll il-kundizzjonalità, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-impenji relatati ma’ dak it-tip ta’ intervent jistgħu jittieħdu għal perijodu annwali jew pluriennali prestabbilit u jmorru lil hinn minn seba’ snin fejn dan ikun debitament ġustifikat. |
(73) |
L-interventi tal-forestrija jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2021 intitolata “L-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030” u, fejn xieraq, għat-twessigħ tal-użu tas-sistemi tal-agroforestrija. Jeħtieġ li jkunu bbażati fuq il-programmi nazzjonali u subnazzjonali tal-Istati Membri jew fuq strumenti ekwivalenti, li għandhom jibnu fuq l-impenji li joħorġu mir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) u dawk magħmula mill-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa. L-interventi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq pjanijiet ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti jew fuq strumenti ekwivalenti li debitament iqisu l-ħżin effettiv tal-karbonju u s-sekwestru mill-atmosfera waqt li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-bijodiversità u jistgħu jinkludu l-iżvilupp taż-żona tal-foresta u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, inkluż l-afforestazzjoni tal-art, il-prevenzjoni ta’ nirien u l-ħolqien u r-riġenerazzjoni ta’ sistemi tal-agroforestrija; il-protezzjoni, ir-restawr u t-titjib tar-riżorsi tal-foresti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-adattament; l-investimenti biex jiġu garantiti u msaħħa l-konservazzjoni u reżiljenza tal-foresti, u l-provvista ta’ servizzi dwar il-klima u l-ekosistema tal-foresti; u miżuri u investimenti għall-appoġġ tal-enerġija rinnovabbli u tal-bijoekonomija. |
(74) |
Sabiex jiġi żgurat introjtu ġust u settur agrikolu reżiljenti fit-territorju kollu tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jagħtu appoġġ lill-bdiewa f’żoni li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona, fosthom żoni muntanjużi u gżejjer. Fir-rigward tal-pagamenti għaż-żoni b’restrizzjonijiet naturali jew b’restrizzjonijiet speċifiċi oħra, l-identifikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jenħtieġ li tibqa’ tapplika. |
(75) |
Biex il-PAK tagħti valur miżjud imsaħħaħ tal-Unjoni fuq l-ambjent u ssaħħaħ is-sinerġiji tagħha mal-finanzjament tal-investimenti fin-natura u l-bijodiversità, jeħtieġ li jkun hemm miżura separata li l-mira tagħha tkun li l-benefiċjarji jiġu kkumpensati għall-iżvantaġġi relatati mal-implimentazzjoni ta’ Natura 2000, stabbilita bid-Direttiva 92/43/KEE, u d-Direttiva/2000/60/KE. Għalhekk jenħtieġ li jibqa’ jingħata l-appoġġ lill-bdiewa u lid-detenturi tal-foresti biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-iżvantaġġi speċifiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE u sabiex jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tas-siti ta’ Natura 2000. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għall-bdiewa biex jgħinhom jindirizzaw l-iżvantaġġi fiż-żoni tal-baċiri idrografiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE. L-appoġġ jenħtieġ li jkun marbut ma’ rekwiżiti speċifiċi deskritti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jmorru lil hinn mill-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji rilevanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-pagamenti lill-bdiewa ma jwasslux għal finanzjament doppju mal-ekoskemi waqt li jippermettu biżżejjed flessibbiltà fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK biex tiġi ffaċilitata l-komplementarjetà bejn interventi differenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali taż-żoni ta’ Natura 2000 mill-Istati Membri fit-tfassil kumplessiv tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. |
(76) |
Jenħtieġ li l-objettivi tal-PAK jinkisbu wkoll permezz ta’ appoġġ għall-investimenti, produttivi kif ukoll mhux produttivi, kemm fl-azjenda agrikola kif ukoll barra minnha. Investimenti bħal dawn jistgħu jikkonċernaw, fost l-oħrajn, l-infrastrutturi relatati mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-agrikoltura u tal-forestrija għat-tibdil fil-klima, inkluż l-aċċess għall-art tal-azjendi agrikoli u tal-foresti, il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, il-prattiki agroforestali u l-provvista u l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma. Tista’ tkopri wkoll investimenti fir-restawr ta’ potenzjal agrikolu jew tal-forestrija wara diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi, inkluż nirien, maltemp, għargħar, pesti u mard. Sabiex tiġi żgurata aħjar il-konsistenza tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mal-objettivi tal-Unjoni, kif ukoll kondizzjonijiet ekwivalenti bejn l-Istati Membri, lista negattiva ta’ suġġetti ta’ investiment jenħtieġ li tkun inkluża f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw il-fondi disponibbli għall-investimenti bl-aħjar mod billi jallinjaw l-appoġġ għall-investimenti mar-regoli rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali. |
(77) |
Il-bdiewa żgħażagħ b’mod partikolari għandhom bżonn li jimmodernizzaw l-azjendi agrikoli tagħhom sabiex jagħmluhom vijabbli fit-tul. Madankollu, huma ta’ spiss jesperjenzaw dħul baxx matul l-ewwel snin ta’ negozju. Għalhekk huwa importanti li l-Istati Membri jiffaċilitaw u jagħtu prijorità lill-interventi ta’ investiment imwettqa minn bdiewa żgħażagħ. Għal dak il-għan, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu rati ogħla ta’ appoġġ u kondizzjonijiet preferenzjali oħra għall-investimenti fl-azjendi tal-bdiewa żgħażagħ. Stat Membru jenħtieġ li jitħalla jżid l-appoġġ għall-investiment mogħti lill-azjendi agrikoli żgħar. |
(78) |
Meta jipprovdu l-appoġġ għall-investiment, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu kont partikolari tal-objettiv trażversali tal-modernizzazzjoni tal-agrikoltura u taż-żoni rurali billi jitrawmu u jiġu kondiviżi l-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali, u tiġi mħeġġa l-adozzjoni tagħhom. L-appoġġ għall-investiment fl-installazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali, bħall-investiment f’biedja ta’ preċiżjoni, irħula intelliġenti, negozji rurali u infrastrutturi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, jenħtieġ li jiġi inkluż fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK fid-deskrizzjoni tal-kontribut ta’ dawk il-pjanijiet għall-objettiv trasversali. |
(79) |
Filwaqt li jitqies l-objettiv tal-Unjoni għal status tajjeb għall-korpi tal-ilma u l-bżonn li l-investimenti jkunu konformi ma’ dak l-objettiv, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tal-appoġġ għall-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-irrigazzjoni sabiex l-użu tal-ilma fl-agrikoltura ma jipperikolax dak l-objettiv. |
(80) |
Billi hemm bżonn li tiġi indirizzata d-diskrepanza tal-investiment fis-settur agrikolu tal-Unjoni u sabiex jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-gruppi prijoritarji, b’mod partikolari għall-bdiewa żgħażagħ u l-bdiewa ġodda bi profili ta’ riskju ogħla, jenħtieġ li jitħeġġu l-użu tal-garanzija tal-UE taħt InvestEU u taħlita ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji flimkien. Peress li l-użu tal-istrumenti finanzjarji fl-Istati Membri kollha jvarja b’mod konsiderevoli bħala riżultat tad-differenza f’termini tal-aċċess għall-finanzi, l-iżvilupp tas-settur bankarju, il-preżenza ta’ kapital ta’ riskju, il-familjarità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-firxa potenzjali ta’ benefiċjarji, jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistabbilixxu miri xierqa, benefiċjarji u kondizzjonijiet preferenzjali, u regoli ta’ eliġibbiltà oħra possibbli. |
(81) |
Il-bdiewa żgħażagħ, il-bdiewa ġodda u parteċipanti ġodda oħra għad għandhom quddiemhom ostakli sinifikanti rigward l-aċċess għall-art, prezzijiet għolja jew l-aċċess għall-kreditu. In-negozji tagħhom huma aktar mhedda mill-volatilità tal-prezzijiet kemm għall-inputs kif ukoll għall-prodotti u l-ħtiġijiet tagħhom f’termini ta’ taħriġ fil-ħiliet intraprenditorjali, il-prevenzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju huma għoljin. Għalhekk huwa essenzjali li jitkompla l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ negozji u ta’ azjendi agrikoli ġodda. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ukoll jistabbilixxu kondizzjonijiet preferenzjali għal strumenti finanzjarji għal bdiewa żgħażagħ, bdiewa ġodda u parteċipanti ġodda oħra. L-ammont massimu tal-għajnuna għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u negozji ġodda rurali jenħtieġ li jiżdied sa EUR 100 000, li jista’ jiġi aċċessat wkoll permezz ta’ forma ta’ appoġġ bi strument finanzjarju jew flimkien miegħu. |
(82) |
Billi hemm bżonn li jiġu żgurati għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju, l-appoġġ lill-bdiewa biex jimmaniġġaw il-produzzjoni tagħhom u r-riskji għall-introjtu jenħtieġ li jinżamm u jitwessa’ skont il-FAEŻR. B’mod speċifiku, il-premiums tal-assigurazzjoni u l-fondi mutwi, inkluż l-għodda għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu, jenħtieġ li jibqgħu possibbli, iżda l-appoġġ jenħtieġ li jkun disponibbli wkoll għal għodod oħra ta’ ġestjoni tar-riskju. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tat-tipi kollha ta’ għodda għall-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li jkopri r-riskji tal-produzzjoni jew tal-introjtu, kif ukoll ikunu jistgħu jiġu applikati għas-setturi agrikoli jew iż-żoni territorjali fejn meħtieġ. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw simplifikazzjonijiet proċedurali, bħad-dipendenza fuq indiċi għall-kalkolu tal-produzzjoni u tal-introjtu tal-bdiewa, waqt li jiġi żgurat livell ta’ rispons tal-għodod li jkun xieraq għall-prestazzjoni individwali tal-bdiewa u jiġi evitat il-kumpens żejjed għat-telf. |
(83) |
Jenħtieġ li l-appoġġ jippermetti l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni bejn mill-inqas żewġ entitajiet bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-PAK. Jenħtieġ li jkun possibbli li tali appoġġ jinkludi l-aspetti kollha ta’ kooperazzjoni bħal din, bħall-istabbiliment ta’ skemi ta’ kwalità u ta’ attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għal skemi ta’ kwalità; azzjoni ambjentali u klimatika kollettiva; il-promozzjoni ta’ katina ta’ provvista qasira u swieq lokali; proġetti pilota; il-proġetti tal-grupp operazzjonali fi ħdan il-proġetti ta’ żvilupp lokali tal-EIP, l-irħula intelliġenti, il-klabbs tax-xerrejja u l-assoċjazzjonijiet għall-użu kollettiv tal-makkinarju agrikolu; sħubijiet tal-azjendi agrikoli; pjanijiet tal-ġestjoni tal-foresti; networks u raggruppamenti; biedja soċjali; agrikultura appoġġata mill-komunità; azzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ LEADER; u l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi, kif ukoll forom oħra ta’ kooperazzjoni li jitqiesu meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi tal-PAK. |
(84) |
Huwa importanti li tiġi appoġġata t-tħejjija ta’ ċertu tip ta’ kooperazzjoni, b’mod partikolari għall-gruppi operazzjonali tal-EIP, gruppi ta’ LEADER, u l-istrateġiji tal-irħula intelliġenti. |
(85) |
Il-komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” ssemmi l-iskambju tal-għarfien u l-enfasi fuq l-innovazzjoni bħala objettiv trasversali għall-PAK il-ġdida. Il-PAK jenħtieġ li tkompli tappoġġa il-mudell ta’ innovazzjoni interattiva, li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-atturi biex isir l-aħjar użu ta’ għarfien komplementari bil-ħsieb ta’ tixrid ta’ soluzzjonijiet lesti għall-prattika. Is-servizzi ta’ konsulenza tal-azjendi agrikoli jenħtieġ li jissaħħu fi ħdan l-AKIS. Il-Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li jipprovdi informazzjoni dwar kif il-konsulenti, ir-riċerkaturi u n-network nazzjonali tal-PAK ser jaħdmu flimkien. Kull Stat Membru jew reġjun, skont kif xieraq, sabiex tissaħħaħ l-AKIS tiegħu u f’konformità mal-approċċ strateġiku tal-AKIS tiegħu jenħtieġ li jkun jista’ jiffinanzja għadd ta’ azzjonijiet immirati lejn l-iskambju tal-għarfien u l-innovazzjoni, kif ukoll jiffaċilita l-iżvilupp mill-bdiewa ta’ strateġiji fil-livell tal-azjenda agrikola biex iżidu r-reżiljenza tal-azjenda agrikola tagħhom, billi jintużaw it-tipi ta’ intervent żviluppati f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, kull Stat Membru jenħtieġ li jistabbilixxi strateġija għall-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali u għall-użu ta’ dawk it-teknoloġiji biex juri kif id-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali ser tingħata spinta. |
(86) |
Jenħtieġ li l-FAEG ikompli jiffinanzja t-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti u t-tipi ta’ intervent f’ċerti setturi, filwaqt li l-FAEŻR jenħtieġ li jkompli jiffinanzja t-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali. Jenħtieġ li r-regoli għall-ġestjoni finanzjarji tal-PAK jiġu stabbiliti separatament għaż-żewġ fondi u għall-attivitajiet appoġġati minn kull wieħed minnhom, filwaqt li jitqies li l-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid jagħti aktar flessibbiltà u sussidjarjetà biex l-Istati Membri jilħqu l-objettivi tagħhom. It-tipi ta’ intervent skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopru l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
(87) |
L-appoġġ għall-pagamenti diretti skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li jingħata fil-limitu tal-allokazzjonijiet nazzjonali li jridu jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawk l-allokazzjonijiet nazzjonali jenħtieġ li jirriflettu kontinwazzjoni tal-bidliet fejn l-allokazzjonijiet lill-Istati Membri bl-aktar livell baxx ta’ appoġġ għal kull ettaru jiżdiedu b’mod gradwali biex jagħlqu 50 % tad-diskrepanza lejn 90 % tal-medja tal-Unjoni. Sabiex jitqies il-mekkaniżmu tat-tnaqqis tal-pagamenti u l-użu tal-prodott tiegħu fl-Istat Membru, l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi totali kull sena fil-Pjan Strateġiku tal-PAK ta’ Stat Membru jenħtieġ li jkun jista’ jaqbeż l-allokazzjoni nazzjonali. |
(88) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-fondi tal-FAEŻR, jenħtieġ li tiġi stabbilita rata ta’ kontribuzzjoni unika għall-appoġġ mill-FAEŻR b’rabta man-nefqa pubblika fl-Istati Membri. Sabiex jitqiesu l-importanza partikolari jew in-natura ta’ ċerti tipi ta’ operazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati ta’ kontribuzzjoni speċifiċi b’rabta magħhom. Sabiex jiġu mitigati r-restrizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mil-livell ta’ żvilupp, mid-distanza jew l-insularità tagħhom, jenħtieġ li tiġi stabbilita rata ta’ kontribuzzjoni xierqa tal-FAEŻR għar-reġjuni inqas żviluppati, għar-reġjuni ultraperiferiċi, u għall-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew, u għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni. |
(89) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għall-kategorizzazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni fil-livell tal-Unjoni għall-appoġġ mill-FAEŻR. Għal dak il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27). L-aħħar klassifikazzjonijiet u data jenħtieġ li jintużaw biex jiġi żgurat appoġġ adegwat, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati reġjuni li waqgħu lura u d-disparitajiet interreġjonali fi Stat Membru. |
(90) |
Jenħtieġ li l-FAEŻR ma jipprovdix appoġġ għall-investimenti li jagħmlu ħsara lill-ambjent. Għalhekk huwa meħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu previsti għadd ta’ regoli ta’ esklużjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-FAEŻR ma jiffinanzjax l-investimenti fl-irrigazzjoni li ma jikkontribwux lejn il-kisba, jew il-preservazzjoni tal-istatus tajjeb tal-korp tal-ilma jew korpi tal-ilma assoċjati, u jenħtieġ li ma jiffinanzjax l-investimenti fl-afforestazzjoni li mhumiex konsistenti mal-objettivi ambjentali u marbuta mal-klima f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti. |
(91) |
Għall-fini li jiġi żgurat finanzjament xieraq għal ċerti prijoritajiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji minimi u massimi għal dawn il-prijoritajiet. L-Istati Membri jenħtieġ li b’mod partikolari jirriżervaw mill-inqas ammont li jikkorrispondi għal 3 % tal-pakkett tal-pagamenti diretti annwali tagħhom qabel kwalunkwe trasferiment għal interventi mmirati lejn it-tiġdid ġenerazzjonali. Interventi bħal dawn jistgħu jinkludu appoġġ imtejjeb għall-introjtu u appoġġ għall-istabbiliment. Meta titqies l-importanza tal-appoġġ għall-investiment għall-bdiewa żgħażagħ biex l-azjendi agrikoli tagħhom isiru vijabbli fit-tul u biex is-settur isir aktar attraenti, sehem min-nefqa għall-interventi ta’ investiment b’rata ogħla ta’ appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ jenħtieġ li jgħodd ukoll għall-ammont minimu li għandu jiġi riżervat għall-kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettiv speċifiku li jiġu attirati u sostnuti l-bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tan-negozju sostenibbli fiż-żoni rurali. |
(92) |
Bil-għan li jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed finanzjament disponibbli skont il-PAK biex jitwettqu l-objettivi marbuta mal-ambjent, il-klima u t-trattament xieraq tal-annimali f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni, ċertu sehem kemm tal-appoġġ mill-FAEŻR, inkluż l-investimenti, kif ukoll tal-pagamenti diretti jenħtieġ li jkun riżervat għal dawk l-għanijiet. Billi l-iskemi għall-klima, għall-ambjent u għat-trattament xieraq tal-annimali huma introdotti għall-ewwel darba taħt il-pagamenti diretti, jenħtieġ li jingħataw ċerti flessibbiltajiet f’termini ta’ ppjanar u implimentazzjoni, b’mod partikolari fl-ewwel sentejn, biex l-Istati Membri u l-bdiewa jkunu jistgħu jiksbu esperjenza u jiżguraw implimentazzjoni bla xkiel u b’suċċess, filwaqt li jitqies ukoll il-livell tal-ambizzjonijiet marbuta mal-ambjent u l-klima skont il-FAEŻR. Bil-ħsieb li tiġi rispettata l-ambizzjoni ġenerali marbuta mal-ambjent u l-klima, din il-flessibbiltà jenħtieġ li tingħata qafas u tkun soġġetta għal kumpens f’ċerti limiti. |
(93) |
L-approċċ LEADER għall-iżvilupp lokali ta prova tal-effettività tiegħu fil-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ żoni rurali billi qies b’mod sħiħ il-ħtiġijiet multisettorjali għal żvilupp rurali endoġenu permezz tal-approċċ tiegħu minn isfel għal fuq. Għaldaqstant jenħtieġ li LEADER jitkompla fil-futur u l-applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li tibqa’ obbligatorja b’allokazzjoni minima skont il-FAEŻR. |
(94) |
Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-PAK jenħtieġ li tikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta’ mira ġenerali fejn 30 % tan-nefqiet tal-baġit tal-Unjoni b’appoġġ għall-objettivi marbuta mal-klima. L-azzjonijiet skont il-PAK huma mistennija li jikkontribwixxu għal 40 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-PAK għall-kisba tal-objettivi marbuta mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti jenħtieġ li jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u jerġgħu jiġu vvalutati fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta’ rieżami rilevanti. |
(95) |
Fejn l-ammonti unitarji ma jkunux ibbażati fuq spejjeż reali jew introjtu mitluf, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-livell xieraq ta’ appoġġ ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom. L-ammont unitarju xieraq jista’ jkun firxa ta’ ammonti unitarji xierqa minflok ammont unitarju wieħed uniformi jew medju. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu wkoll, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, ammont unitarju massimu jew minimu ġustifikat għal ċerti interventi mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati mal-livell ta’ pagamenti għall-interventi rilevanti. |
(96) |
It-trasferiment tar-responsabbiltà lill-Istati Membri għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u għall-kisba tal-miri jmur id f’id ma’ żieda fil-flessibbiltà biex jiġi stabbilit il-mod kif jintużaw flimkien it-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, it-tipi ta’ intervent f’ċertu setturi u t-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali. Dan jenħtieġ li jiġi appoġġat b’ċerta flessibbiltà biex jiġu aġġustati l-allokazzjonijiet nazzjonali rilevanti tal-fondi. Meta l-istima tal-Istati Membri għall-pakkett allokat minn qabel tkun baxxa wisq biex ikun hemm post għall-miżuri kollha maħsuba, ċertu livell ta’ flessibbiltà huwa għalhekk ġustifikat, filwaqt li jiġu evitati fluttwazzjonijiet konsiderevoli fil-livell tal-appoġġ għall-introjtu dirett annwali kontra l-ammonti disponibbli għall-interventi pluriennali skont il-FAEŻR. |
(97) |
Sabiex jissaħħaħ il-valur miżjud tal-Unjoni u biex jiġi ppreservat suq intern agrikolu li jiffunzjona, kif ukoll biex jinkisbu l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-PAK, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiħdux deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament b’mod iżolat iżda fil-qafas ta’ proċess strutturat li jenħtieġ li jimmaterjalizza fi Pjan Strateġiku tal-PAK. Jenħtieġ li r-regoli minn fuq għal isfel tal-Unjoni jistabbilixxu l-objettivi speċifiċi tal-PAK fl-Unjoni kollha, it-tipi ta’ intervent ewlenin, il-qafas ta’ prestazzjoni u l-istruttura ta’ governanza. Distribuzzjoni tal-kompiti bħal din għandha l-għan li tiżgura korrispondenza sħiħa bejn ir-riżorsi finanzjarji investiti u r-riżultati miksuba. |
(98) |
Sabiex tiġi żgurata natura strateġika ċara ta’ dawn il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u biex jiġu ffaċilitati r-rabtiet ma’ politiki oħra tal-Unjoni, u b’mod partikolari ma’ miri nazzjonali stabbiliti fit-tul li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mill-ftehimiet internazzjonali bħal dawk relatati mat-tibdil fil-klima, mal-foresti, mal-bijodiversità u mal-ilma, huwa xieraq li jenħtieġ li jkun hemm Pjan Strateġiku tal-PAK wieħed għal kull Stat Membru, waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali u istituzzjonali tiegħu. Il-Pjan Strateġiku tal-PAK jista’, fejn xieraq, jinkludi interventi reġjonalizzati. |
(99) |
Fil-proċess ta’ żvilupp tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri janalizzaw is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jistabbilixxu miri marbuta mal-kisba tal-objettivi tal-PAK u jfasslu l-interventi li jippermettu l-ilħuq ta’ dawk il-miri, filwaqt li jiġu adattati għall-kuntesti nazzjonali u reġjonali speċifiċi, inkluż dawk tar-reġjuni ultraperiferiċi. Proċess bħal dan jenħtieġ li jippromwovi aktar sussidjarjetà f’qafas komuni tal-Unjoni, filwaqt li l-konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u l-objettivi tal-PAK jenħtieġ li jiġu żgurati. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar l-istruttura u l-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. |
(100) |
Sabiex jiġi żgurat li l-istabbiliment tal-miri mill-Istati Membri u li t-tfassil tal-interventi huwa xieraq u li jagħti l-akbar kontribut għall-kisba tal-objettivi tal-PAK, huwa meħtieġ li l-istrateġija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tiġi bbażata fuq analiżi minn qabel tal-kuntesti lokali u valutazzjoni tal-ħtiġijiet b’rabta mal-objettivi tal-PAK. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jistgħu jirriflettu b’mod adegwat il-bidliet fil-kondizzjonijiet, fl-istrutturi (kemm interni kif ukoll esterni) u fis-sitwazzjonijiet tas-suq tal-Istati Membri u li jistgħu, għalhekk, ikunu aġġustati maż-żmien biex jirriflettu dan it-tibdil. |
(101) |
Jenħtieġ li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ikollhom l-għan li jiżguraw koerenza msaħħa fost il-bosta għodod tal-PAK, peress li dawn jenħtieġ li jkopru t-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, it-tipi ta’ intervent f’ċertu setturi u t-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali. Jenħtieġ ukoll li jiżguraw u juru l-allinjament u l-adegwatezza tal-għażliet li jkunu għamlu l-Istati Membri għall-prijoritajiet u l-objettivi tal-Unjoni. F’dik il-perspettiva, il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li jinkludu ħarsa ġenerali u spjegazzjoni tal-għodod li jiżguraw distribuzzjoni aktar ġusta u appoġġ għall-introjtu b’miri aktar effettiva u effiċjenti. Għalhekk huwa xieraq li jkun fihom strateġija ta’ intervent orjentata lejn ir-riżultati u strutturata fuq l-objettivi speċifiċi tal-PAK, inkluż miri kwantifikati b’rabta ma’ dawk l-objettivi. Sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ tagħhom fuq bażi annwali, huwa xieraq li dawk il-miri jkunu bbażati fuq l-indikaturi tar-riżultat. |
(102) |
Jenħtieġ li din l-istrateġija ta’ intervent tenfasizza l-komplementarjetà kemm bejn l-għodod tal-PAK kif ukoll mal-politiki l-oħra tal-Unjoni. B’mod partikolari, kull Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li jqis il-leġiżlazzjonijiet rilevanti dwar l-ambjent u l-klima, u jenħtieġ li jiġu deskritti l-pjanijiet nazzjonali li jirriżultaw minn dik il-leġiżlazzjoni bħala parti mill-analiżi tas-sitwazzjoni attwali (“analiżi SWOT”). Huwa xieraq li jiġu elenkati l-atti leġiżlattivi li jenħtieġ li jiġu msemmija b’mod speċifiku fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
(103) |
Minħabba li jenħtieġ li tingħata flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-għażla li parti mit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom tiġi ddelegata fil-livell reġjonali abbażi ta’ qafas nazzjonali, sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni fost ir-reġjuni fl-indirizzar ta’ sfidi madwar in-nazzjon kollu, huwa xieraq li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jipprovdu deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u reġjonali. |
(104) |
Peress li jenħtieġ li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jippermettu lill-Kummissjoni tassumi r-responsabbiltà tagħha għall-ġestjoni tal-baġit tal-Unjoni u tipprovdi lill-Istati Membri b’ċertezza legali dwar ċerti elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, huwa xieraq li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ikun fihom deskrizzjoni speċifika tal-interventi individwali, inkluż il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, l-allokazzjonijiet baġitarji, l-outputs ippjanati u l-kostijiet ta’ unità. Huwa meħtieġ pjan finanzjarju biex jagħti ħarsa ġenerali dwar l-aspetti baġitarji kollha u għal kull intervent, flimkien ma’ pjan tal-miri. |
(105) |
Sabiex jiġu żgurati l-bidu immedjat u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, l-appoġġ mill-FAEG u mill-FAEŻR jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-eżistenza ta’ kondizzjonijiet ta’ qafas amministrattiv sod. Għalhekk jenħtieġ li kull Pjan Strateġiku tal-PAK jinkludi l-identifikazzjoni tal-istrutturi ta’ governanza u ta’ koordinazzjoni kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż is-sistemi ta’ kontrolli u ta’ penali, u l-istruttura ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar. |
(106) |
Meta titqies l-importanza tal-objettiv speċifiku li jiġu mmodernizzati l-agrikoltura u ż-żoni rurali, u minħabba n-natura trasversali tiegħu, huwa xieraq li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jinkludu deskrizzjoni dedikata tal-kontribut li dawk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK ser jagħti lill-kisba ta’ dak l-objettiv, inkluż il-kontribut tiegħu għat-tranżizzjoni diġitali. |
(107) |
Fid-dawl tat-tħassib relatat mal-piż amministrattiv taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li s-simplifikazzjoni tkun ukoll soġġetta għal attenzjoni speċifika fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
(108) |
Minħabba li mhuwiex xieraq li l-Kummissjoni tapprova informazzjoni li tista’ titqies bħala informazzjoni ta’ sfond jew storika jew li tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tingħata bħala Annessi għall-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
(109) |
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Inter istituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (28), il-fondi tal-Unjoni jeħtieġ li jiġu vvalutati abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni żejda u piż amministrattiv, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-fondi fuq il-post. |
(110) |
L-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Kummissjoni hija pass kruċjali biex jiġi żgurat li l-politika hija implimentata skont l-objettivi komuni. Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri gwida xierqa dwar il-preżentazzjoni ta’ loġiki ta’ intervent koerenti u ambizzjużi. |
(111) |
Huwa meħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà tal-ipprogrammar u r-reviżjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(112) |
Jenħtieġ li awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ kull Pjan Strateġiku tal-PAK u jenħtieġ li tkun l-ewwel punt ta’ kuntatt għall-Kummissjoni. Madankollu, fejn elementi marbuta mal-politika tal-iżvilupp rurali jiġu trattati fuq bażi reġjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkunu jistgħu jiddelegaw parti mill-kompiti tagħhom filwaqt li jżommu r-responsabbiltà għall-effiċjenza u l-korrettezza tal-ġestjoni filwaqt li jiżguraw il-koerenza u l-konsistenza tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-koordinazzjoni bejn l-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li, fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) 2021/2116. |
(113) |
Ir-responsabbiltà għall-monitoraġġ tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li tinqasam bejn l-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali u kumitat ta’ monitoraġġ nazzjonali stabbilit għal dak il-għan. Jenħtieġ li l-kumitat ta’ monitoraġġ nazzjonali jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-effettività tal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Għal dak il-għan, jenħtieġ li r-responsabbiltajiet tiegħu jiġu speċifikati. Fejn il-Pjan Strateġiku tal-PAK ikun fih elementi li huma stabbiliti mir-reġjuni, jenħtieġ li l-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati jkunu jistgħu jistabbilixxu u jiffurmaw kumitati ta’ monitoraġġ reġjonali. F’dak il-każ, ir-regoli dwar il-koordinazzjoni mal-kumitat ta’ monitoraġġ nazzjonali jenħtieġ li jiġu ċċarati. |
(114) |
Jenħtieġ li l-FAEŻR, permezz ta’ assistenza teknika u fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jappoġġa l-azzjonijiet relatati mat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Tista’ tingħata wkoll assistenza teknika, fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, biex jitwettqu l-kompiti meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-appoġġ fir-rigward tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Żieda fl-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri hija disponibbli biss għall-Istati Membri li l-allokazzjoni tal-FAEŻR tagħhom mhijiex ogħla minn EUR 1,1 biljun. L-appoġġ tal-FAEŻR għall-assistenza teknika jenħtieġ li jqis iż-żieda fil-bini tal-kapaċità amministrattiva fir-rigward tas-sistemi l-ġodda ta’ governanza u kontroll fl-Istati Membri. |
(115) |
F’kuntest fejn l-Istati Membri ser ikollhom ħafna aktar flessibbiltà u sussidjarjetà fit-tfassil tal-interventi biex jiksbu objettivi komuni, in-networks huma għodda ewlenija għat-tmexxija u l-orjentazzjoni tal-politika u biex jippromwovu l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-bini tal-kapaċità għall-Istati Membri u atturi oħra. L-ambitu tal-attivitajiet ta’ networking ser jiġi estiż mill-iżvilupp rurali biex jinkludi ż-żewġ pilastri tal-PAK. Network wieħed tal-PAK fil-livell tal-Unjoni għandu jiżgura koordinazzjoni aħjar bejn l-attivitajiet tan-networking fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali u dak reġjonali. In-networks Ewropej u nazzjonali tal-PAK jenħtieġ li jieħdu post in-Network Ewropew attwali għall-Iżvilupp Rurali u n-Network u n-Network EIP-AGRI fil-livell tal-Unjoni, u n-networks rurali nazzjonali, rispettivament. In-network Ewropew tal-PAK jenħtieġ li jikkontribwixxi kemm jista’ jkun għall-attivitajiet tan-networks nazzjonali tal-PAK. In-networks jenħtieġ li jipprovdu pjattaforma għall-promozzjoni ta’ aktar skambju tal-għarfien sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u jinqabdu r-riżultati u l-valur miżjud tal-politika fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-politika ta’ Orizzont Ewropa u l-proġetti tagħha b’atturi diversi. Fl-istess perspettiva tat-titjib tal-iskambju tal-għarfien u l-innovazzjoni, l-EIP megħjun min-networks Ewropej u nazzjonali tal-PAK jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-mudell ta’ innovazzjoni interattiv skont il-metodoloġija deskritta f’dan ir-Regolament. |
(116) |
Kull Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li jkun soġġett għal monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni u tal-progress lejn il-miri stabbiliti. Tali qafas ta’ prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-PAK jenħtieġ li jiġi stabbilit bl-iskop li jintwera l-progress u jiġu vvalutati l-impatt u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-politika. |
(117) |
L-orjentazzjoni lejn ir-riżultati li jġib miegħu l-mudell ta’ implimentazzjoni teħtieġ qafas ta’ prestazzjoni b’saħħtu, b’mod partikolari billi l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi ġenerali wiesgħa għal politiki oħra ġestiti b’mod konġunt. Politika bbażata fuq il-prestazzjoni timplika valutazzjoni annwali u pluriennali abbażi ta’ outputs magħżula, indikaturi tar-riżultat u tal-impatt, kif definit fil-qafas ta’ prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jingħażel sett limitat u mmirat ta’ indikaturi b’mod li jirrifletti kemm jista’ jkun jekk l-intervent appoġġat jikkontribwix għall-kisba tal-objettivi ppjanati. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-indikaturi marbuta mal-objettivi speċifiċi marbuta mal-ambjent u l-klima jkopru interventi li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-impenji li jirriżultaw mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni rilevanti. |
(118) |
Bħala parti mill-qafas ta’ prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrappurtaw il-progress li sar lill-Kummissjoni kull sena. L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri hija l-bażi li fuqha jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi fil-perijodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, bl-użu ta’ sett ewlieni ta’ indikaturi għal dak l-iskop. |
(119) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi fis-seħħ sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’każ li l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tiddevja b’mod sinifikanti mill-miri stabbiliti. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li l-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri li jippreżentaw pjanijiet ta’ azzjoni fil-każ ta’ prestazzjoni insuffiċjenti sinifikanti u mhux ġustifikata. Dan jista’ jwassal għal sospensjonijiet u, fl-aħħar, tnaqqis tal-fondi tal-Unjoni jekk ir-riżultati ppjanati ma jinkisbux. |
(120) |
Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istati Membri, waqt li fejn rilevanti jiżguraw l-involviment tar-reġjuni fit-tfassil tal-pjan ta’ valutazzjoni u fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-interventi reġjonali tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, ikunu responsabbli għall-evalwazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, filwaqt li l-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għas-sinteżi fil-livell tal-Unjoni tal-evalwazzjonijiet ex ante tal-Istati Membri u għat-twettiq tal-evalwazzjonijiet interim u ex post fil-livell tal-Unjoni. |
(121) |
Sabiex tiżgura evalwazzjoni komprensiva u sinifikattiva tal-PAK fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddependi fuq l-indikaturi tal-kuntest u tal-impatt. Dawk l-indikaturi jenħtieġ li jkunu bbażati primarjament fuq sorsi ta’ data stabbiliti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw biex jiżguraw u jtejbu aktar ir-robustezza tad-data meħtieġa għall-indikaturi tal-kuntest u tal-impatt. |
(122) |
Meta tivvaluta l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK proposti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-konsistenza u l-kontribut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK proposti għall-leġiżlazzjoni u l-impenji ambjentali u tal-klima u, b’mod partikolari, għall-miri tal-Unjoni għall-2030 li jinsabu fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bl-isem “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (“Strateġija mill-Għalqa sal-Platt”) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bl-isem “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” (“Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità”). |
(123) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa juru, permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, ambizzjoni ġenerali akbar meta mqabbla mal-passat fir-rigward tal-objettivi speċifiċi tal-PAK marbuta mal-ambjent u l-klima. Jenħtieġ li ambizzjoni bħal din titqies li tikkonsisti minn firxa ta’ elementi relatati ma’, fost l-oħrajn, l-indikaturi tal-impatt, il-miri li jridu jintlaħqu skont l-indikaturi tar-riżultat, it-tfassil tal-interventi, l-implimentazzjoni maħsuba tas-sistema ta’ kundizzjonalità, u l-ippjanar finanzjarju. Jenħtieġ li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jintalbu jispjegaw kif qed juru l-ambizzjoni ġenerali akbar meħtieġa, b’referenza għad-diversi elementi rilevanti. Dik l-ispjegazzjoni jenħtieġ li tinkludi kontributi nazzjonali biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni għall-2030 li jinsabu fl-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità. |
(124) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji rapport fil-qosor dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri biex tivvaluta l-isforz konġunt u l-ambizzjoni kollettiva tal-Istati Membri li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi tal-PAK fil-bidu tal-perijodu ta’ implimentazzjoni, filwaqt li tqis il-miri tal-Unjoni għall-2030 li jinsabu fl-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità. |
(125) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tivvaluta t-tħaddim mill-Istati Membri tal-mudell ta’ implimentazzjoni l-ġdid u l-kontributi magħduda flimkien tal-interventi stipulati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri biex jintlaħqu l-impenji tal-Unjoni marbuta mal-ambjent u l-klima, partikolarment dawk li jirriżultaw mill-Patt Ekoloġiku Ewropew. |
(126) |
Jenħtieġ li l-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE japplikaw għall-appoġġ tat-tipi ta’ intervent skont dan ir-Regolament. Madankollu, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur agrikolu, dawk id-dispożizzjonijiet tat-TFUE jenħtieġ li ma japplikawx għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti u t-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali li jikkonċernaw l-operazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE u li jitwettqu skont dan ir-Regolament u f’konformità miegħu, jew għal pagamenti magħmula mill-Istati Membri maħsuba biex jipprovdu finanzjament nazzjonali addizzjonali għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali li għalihom jingħata l-appoġġ tal-Unjoni u li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE. |
(127) |
Sabiex jiġi evitat tnaqqis f’daqqa u sostanzjali fl-appoġġ f’ċerti setturi fl-Istati Membri li jkunu taw għajnuna nazzjonali tranżitorja fil-perijodu 2015-2022, jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jitħallew jagħtu din l-għajnuna skont ċerti kondizzjonijiet u limitazzjonijiet. Meta titqies in-natura tranżitorja ta’ dik l-għajnuna, huwa xieraq li titkompla l-eliminazzjoni gradwali tagħha billi jitnaqqsu gradwalment, fuq bażi annwali, il-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-settur għal dik l-għajnuna. |
(128) |
Id-data personali miġbura għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni stabbilit f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pproċessata b’mod li huwa kompatibbli ma’ dawk il-finijiet. Jenħtieġ li din ssir anonima meta tiġi pproċessata għall-finijiet ta’ monitoraġġ jew evalwazzjoni, u tkun protetta skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30). Is-suġġetti tad-data jenħtieġ li jiġu infurmati dwar tali pproċessar u dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data. |
(129) |
Huma meħtieġa notifiki mill-Istati Membri biex jiġi applikat dan ir-Regolament, u għall-monitoraġġ, l-analiżi u l-ġestjoni tal-intitolamenti finanzjarji. |
(130) |
Sabiex ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament jiġu ssupplimentati jew emendati, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Inter istituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
(131) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jiġu protetti d-drittijiet tal-bdiewa u jiġu ggarantiti kondizzjonijiet ekwivalenti bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti u l-indikaturi komuni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tal-indikaturi komuni relatati mal-output, ir-riżultat, l-impatt u l-kuntest biex jiġu indirizzati problemi tekniċi mal-implimentazzjoni tagħhom; u regoli fir-rigward tal-proporzjon tal-istandard 1 tal-KAAT. |
(132) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jiġu protetti d-drittijiet tal-bdiewa u jiġi ggarantit funzjonament bla xkiel, koerenti u effiċjenti tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-użu ta’ żerriegħa ċertifikata ta’ ċerti varjetajiet ta’ qanneb u l-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet ta’ qanneb u l-verifika tal-kontenut ta’ tetraidrokannabinol tagħhom; ir-regoli li jistabbilixxu bażi armonizzata għall-kalkolu tat-tnaqqis tal-pagamenti fil-qafas tal-limiti massimi u digressività; il-miżuri biex jiġi evitat li l-benefiċjarji tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu jbatu minn żbilanċi strutturali tas-suq f’settur, inkluż id-deċiżjoni li t-tali appoġġ jista’ jkompli jitħallas sal-2027 abbażi tal-unitajiet ta’ produzzjoni li għalihom ingħata f’perijodu referenzjarju fil-passat; ir-regoli u l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ art u ta’ varjetajiet għall-finijiet ta’ pagamenti speċifiċi għall-għelejjel tal-qoton u r-regoli dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ dak il-pagament u dwar ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u prattiċi agronomiċi relatati magħhom; ir-regoli fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali u regoli li jirregolaw il-konsegwenzi fejn l-organizzazzjoni approvata interprofessjonali ma tissodisfax dawn il-kriterji u l-obbligi tal-produtturi. |
(133) |
Sabiex jiġi żgurat li tipi ta’ intervent f’ċerti setturi jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-PAK u jsaħħu s-sinerġiji ma’ strumenti oħra tal-PAK u sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti għas-suq intern u tiġi evitata l-kompetizzjoni mhux ugwali u inġusta, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ ċerti atti delegati tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli għall-funzjonament tajjeb ta’ tipi ta’ intervent f’ċertu setturi, tat-tip ta’ nefqa li trid tiġi koperta u l-ispejjeż partikolari tal-amministrazzjoni u tal-persunal, tal-bażi għall-kalkolu tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni, inkluż il-perijodi ta’ referenza u l-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata u tal-grad tal-organizzazzjoni tal-produtturi f’ċerti reġjuni, u tal-livell massimu tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti interventi mmirati lejn il-prevenzjoni tal-kriżijiet fis-suq u lejn il-ġestjoni tar-riskju f’ċerti setturi; regoli għall-istabbiliment ta’ limitu massimu għan-nefqa fuq it-tħawwil mill-ġdid tas-siġar tal-frott, siġar taż-żebbuġ jew tal-vinji; regoli li skonthom il-produtturi għandhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, u dwar l-eċċezzjonijiet għal dak l-obbligu sabiex jiġi evitat piż amministrattiv addizzjonali u regoli għaċ-ċertifikazzjoni volontarja tad-distillaturi, u regoli għall-forma differenti ta’ appoġġ u l-perijodu minimu ta’ żmien li jistgħu jdumu l-investimenti appoġġati f’ċerti setturi kif ukoll dwar tal-finanzjament imħallat għal xi interventi fis-settur tal-inbid. B’mod partikolari, sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni għall-interventi fis-settur tal-apikultura, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċerti atti tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ rekwiżiti addizzjonali dwar l-obbligu ta’ notifika u l-istabbiliment ta’ kontribut minimu tal-Unjoni għan-nefqa biex jiġu implimentati dawk it-tipi ta’ intervent. |
(134) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex jiġi garantit li l-interventi għall-iżvilupp rurali jiksbu l-objettivi tagħhom, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ ċerti atti jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-appoġġ għall-impenji ta’ ġestjoni rigward riżorsi ġenetiċi u t-trattament xieraq tal-annimali u għall-iskemi ta’ kwalità. |
(135) |
Sabiex jittieħed kont ta’ tibdil futur fl-allokazzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri jew biex jiġu indirizzati l-problemi esperjenzati mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati ċertu atti tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, li jimmodifikaw il-ponderazzjonijiet applikati għall-appoġġ abbażi tal-kontribuzzjoni ta’ dan għall-kisba tal-objettivi marbuta mat-tibdil tal-klima, u tar-regoli dwar il-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
(136) |
Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ ċerti atti jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri għall-protezzjoni ta’ kwalunkwe dritt miksub u l-aspettattivi leġittimi tal-bdiewa. |
(137) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta jew diskriminazzjoni bejn il-bdiewa, jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni jiġu ddelegati lill-Kummissjoni rigward l-iffissar ta’ żoni ta’ referenza għall-appoġġ għaż-żrieragħ żejtnin, ir-regoli għall-awtorizzazzjoni tal-art u l-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel tal-qoton u n-notifiki relatati, il-kalkolu tat-tnaqqis meta l-erja eliġibbli tal-qoton taqbeż l-erja bażi, l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-elementi li jridu jiġu inklużi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, il-kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-informazzjoni u r-reklamar relatati mal-possibbiltajiet offruti mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, li jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-network Ewropew tal-PAK, ir-regoli relatati mal-qafas ta’ prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, ir-regoli għall-preżentazzjoni tal-kontenut tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, ir-regoli dwar l-informazzjoni li trid tintbagħat mill-Istati Membri għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni mill-Kummissjoni u r-regoli dwar il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn is-sorsi potenzjali tad-data, u r-regoli għall-operat ta’ sistema għall-iskambju sigur tad-data ta’ interess komuni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31). |
(138) |
Minħabba l-fatt li l-indikaturi diġà huma stabbiliti fl-Anness I għall-fini tal-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar annwali dwar il-prestazzjoni, l-adozzjoni ta’ indikaturi oħra għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK jenħtieġ li tiġi ppreżentata għal skrutinju addizzjonali mill-Istati Membri. Bl-istess mod, l-informazzjoni addizzjonali li l-Istati Membri huma rikjesti jipprovdu lill-Kummissjoni għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK jenħtieġ li tkun soġġetta għal opinjoni pożittiva tal-Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni ma titħalliex tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex jipprovdu indikaturi u informazzjoni addizzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-PAK għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK jekk il-Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni ma jsibx maġġoranza kwalifikata favur jew kontra l-proposta tal-Kummissjoni u għalhekk ma jkun jista’ jesprimi l-ebda opinjoni. |
(139) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li japprova l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-emendi għalih. |
(140) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih meta, f’każijiet debitament ġustifikati relatati mas-soluzzjoni ta’ problemi speċifiċi filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tas-sistema tal-pagamenti diretti fil-każ ta’ ċirkostanzi straordinarji, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jirrikjedu hekk. Barra minn hekk, sabiex jissolvew il-problemi urġenti f’xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tas-sistema ta’ pagamenti diretti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih meta, f’każijiet debitament iġġustifikati, ċirkostanzi eċċezzjonali jaffettwaw l-għoti ta’ appoġġ u jipperikolaw l-implimentazzjoni effettiva tal-pagamenti skont l-iskemi ta’ appoġġ elenkati f’dan ir-Regolament. |
(141) |
Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) u r-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) jenħtieġ li jibqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ħlief fejn uħud mid-dispożizzjonijiet tagħhom ma jissemmewx b’mod espliċitu. |
(142) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba d-differenzi bejn iż-żoni rurali diversi u r-riżorsi finanzjarji limitati tal-Istati Membri, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni permezz tal-garanzija pluriennali ta’ finanzjament mill-Unjoni u permezz ta’ konċentrazzjoni fuq prijoritajiet identifikati b’mod ċar, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(143) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 jitħassru. |
(144) |
Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti u bħala kwistjoni ta’ urġenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
SUĠĠETT U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:
(a) |
l-objettivi ġenerali u speċifiċi li jridu jintlaħqu permezz tal-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont il-politika agrikola komuni (PAK) kif ukoll l-indikaturi relatati; |
(b) |
it-tipi ta’ intervent u r-rekwiżiti komuni biex l-Istati Membri jilħqu dawk l-objettivi kif ukoll l-arranġamenti finanzjarji relatati; |
(c) |
il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri u li jistabbilixxu l-miri, jispeċifikaw il-kondizzjonijiet tal-interventi u jallokaw ir-riżorsi finanzjarji, f’konformità mal-objettivi speċifiċi u l-ħtiġijiet identifikati; |
(d) |
il-koordinazzjoni u l-governanza kif ukoll il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni. |
2. Dan ir-Regolament japplika għall-appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-interventi speċifikati fi Pjan Strateġiku tal-PAK imfassal minn Stat Membru u approvat mill-Kummissjoni, li jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027 (“il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK”).
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet applikabbli
1. Ir-Regolament (UE) 2021/2116 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dak ir-Regolament japplikaw għall-appoġġ ipprovdut skont dan ir-Regolament.
2. L-Artikolu 19, il-Kapitolu II tat-Titolu III bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 28, l-ewwel subparagrafu, punt (c), u l-Artikoli 46 u 48 tar-Regolament (UE) 2021/1060 japplikaw għall-appoġġ iffinanzjat mill-FAEŻR skont dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“bidwi” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, irrispettivament mill-istatus ġuridiku mogħti lil tali grupp u lill-membri tiegħu bil-liġi nazzjonali, li l-azjenda tagħhom tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif definit fl-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikoli 349 u 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u li jeżerċitaw attività agrikola kif determinata mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament; |
(2) |
“azjenda” tfisser l-unitajiet kollha użati għall-attivitajiet agrikoli u taħt il-ġestjoni ta’ bidwi li jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru; |
(3) |
“intervent” tfisser strument ta’ appoġġ b’sett ta’ kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà speċifikat minn Stat Membru fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu abbażi tat-tip ta’ intervent previst f’dan ir-Regolament; |
(4) |
“operazzjoni” tfisser:
|
(5) |
“nefqa pubblika” tfisser kwalunkwe kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet li s-sors tagħhom huwa l-baġit ta’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali, il-baġit tal-Unjoni disponibbli għall-FAEG u l-FAEŻR, il-baġit ta’ korpi rregolati bil-liġi pubblika jew il-baġit ta’ assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi jew ta’ korpi rregolati bil-liġi pubblika; |
(6) |
“stadji importanti” tfisser il-valuri intermedji stabbiliti minn qabel, iffissati mill-Istati Membri fil-qafas tal-istrateġiji tal-intervent tagħhom imsemmija fl-Artikolu 107(1), punt (b), għal sena finanzjarja speċifika li jridu jintlaħqu f’punt speċifiku ta’ żmien matul il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK biex jiġi żgurat progress f’waqtu b’rabta mal-indikaturi tar-riżultat; |
(7) |
“miri” tfisser il-valuri stabbiliti minn qabel, iffissati mill-Istati Membri fil-qafas tal-istrateġiji tal-intervent tagħhom imsemmija fl-Artikolu 107(1), punt (b) li jridu jintlaħqu fi tmiem il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b’rabta mal-indikaturi tar-riżultat; |
(8) |
“reġjuni ultraperiferiċi” tfisser ir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 TFUE; |
(9) |
“AKIS” tfisser l-organizzazzjoni flimkien mal-fluss tal-għarfien bejn il-persuni, l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li jużaw u li jipproduċu l-għarfien għall-qasam tal-agrikoltura u oqsma interrelatati (Sistema tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli); |
(10) |
“il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew” tfisser il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013; |
(11) |
“fond mutwu” tfisser skema akkreditata minn Stat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex il-bdiewa affiljati jassiguraw lilhom infushom, li permezz tiegħu jsiru pagamenti ta’ kumpens lill-bdiewa affiljati li jesperjenzaw telf ekonomiku; |
(12) |
“reġjuni inqas żviluppati” tfisser reġjuni inqas żviluppati skont it-tifsira tal-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/1060; |
(13) |
“benefiċjarju” fir-rigward tat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 69 tfisser:
|
(14) |
“rata ta’ appoġġ” tfisser ir-rata tan-nefqa pubblika għal operazzjoni; fil-kuntest ta’ strumenti finanzjarji tirreferi għall-ekwivalenti tal-għotja gross tal-appoġġ kif definit fl-Artikolu 2, punt (20), tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 (34); |
(15) |
“LEADER” tfisser żvilupp lokali mmexxi mill-komunità msemmi fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/1060; |
(16) |
“korp intermedjarju” tfisser kwalunkwe korp irregolat bil-liġi pubblika jew privata, inkluż korpi reġjonali jew lokali, korpi għall-iżvilupp reġjonali jew organizzazzjonijiet mhux governattivi, li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali jew reġjonali, jew li jwettaq kompiti f’isem tali awtorità; |
(17) |
“sena finanzjarja” tfisser sena finanzjarja agrikola f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/2116. |
Artikolu 4
Definizzjonijiet u kondizzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
1. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jipprevedu d-definizzjonijiet għal “attività agrikola”, “żona agrikola”, “ettaru eliġibbli”, “bidwi attiv”, “bidwi żagħżugħ” u “bidwi ġdid”, kif ukoll il-kondizzjonijiet rilevanti f’konformità ma’ dan l-Artikolu:
2. “Attività agrikola” għandha tiġi ddeterminata b’tali mod li tippermetti l-kontribut għall-provvista ta’ beni privati u pubbliċi permezz ta’ waħda minn dawn li ġejjin jew mit-tnejn li huma:
(a) |
il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli li tinkludi azzjonijiet bħat-trobbija tal-bhejjem jew il-kultivazzjoni inkluż dik tal-għadajjar, fejn prodotti agrikoli tfisser prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, kif ukoll il-qoton u l-imsajġar b’newba qasira; |
(b) |
iż-żamma taż-żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, mingħajr azzjoni ta’ tħejjija li tmur lil hinn mill-użu ta’ metodi u l-makkinarju agrikoli tas-soltu. |
3. “Żona agrikola” għandha tiġi ddeterminata b’tali mod li tinkludi raba’ li jinħadem, l-għelejjel permanenti u l-bwar permanenti, inkluż meta jiffurmaw sistemi tal-agroforestrija f’dik iż-żona. It-termini “raba’ li jinħadem”, “għelejjel permanenti” u “bur permanenti” għandhom jiġu speċifikati aktar mill-Istati Membri fil-qafas li ġej:
(a) |
“raba’ li jinħadem” għandu jkun art ikkultivata għall-produzzjoni tal-għelejjel jew iż-żoni disponibbli għall-produzzjoni tal-għelejjel iżda li jinsabu mistrieħa; barra minn hekk, għandu, għaż-żmien kemm idum l-impenn, ikun raba’ kkultivat għall-produzzjoni tal-għelejjel jew żoni disponibbli għall-produzzjoni tal-għelejjel iżda li tħallew mistrieħa li kienu twarrbu skont l-Artikolu 31 jew l-Artikolu 70 jew l-istandard 8 tal-KAAT elenkat fl-Anness III għal dan ir-Regolament, jew mal-Artikoli 22, 23 jew 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (35), jew mal-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (36), jew mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37); |
(b) |
“għelejjel permanenti” għandhom ikunu għelejjel li ma jitnewbux ħlief bwar permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew aktar, u li jagħtu prodott b’mod ripetut, inkluż l-imxietel u l-imsajġar b’newba qasira; |
(c) |
“bur permanenti u mergħa permanenti” (flimkien imsejħa “bwar permanenti”) għandhom ikunu art li tkun użata għat-tkabbir tal-ħaxix jew ta’ foraġġ erbaċew ieħor b’mod naturali (li jżarra’) jew ikkultivat (miżrugħa) u li ma tkunx ġiet inkluża fin-newba tal-għelejjel tal-azjenda għal ħames snin jew aktar u, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, ikunu art li għal ħames snin jew aktar ma tkunx inħartet, jew ma tkunx inħadmet, jew ma tkunx inżergħet mill-ġdid b’tipi differenti ta’ ħaxix jew b’foraġġ erbaċew ieħor. Tista’ tinkludi speċijiet oħra bħal arbuxxelli jew siġar, tajbin għar-ragħa u, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, speċijiet oħra bħal arbuxxelli jew siġar li jipproduċu għalf tal-bhejjem, sakemm il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jqisu it-tipi ta’ art li ġejjin bħala bur permanenti:
|
4. Għall-fini tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, “ettaru eliġibbli” għandu jiġi determinat b’tali mod li jkun ikopri żoni li huma għad-dispożizzjoni tal-bidwi u li jikkonsisti minn:
(a) |
kwalunkwe żona agrikola tal-azjenda li, matul is-sena li għaliha qed jintalab appoġġ, tintuża għal attività agrikola jew, meta ż-żona tintuża wkoll għall-attivitajiet mhux agrikoli, tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli; fejn ikun debitament ġustifikat għal raġunijiet ambjentali, ta’ bijodiversità u marbuta mal-klima, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ettari eliġibbli jinkludu wkoll ċerti żoni użati għal attivitajiet agrikoli kull sentejn biss; |
(b) |
kwalunkwe żona tal-azjenda li hija:
Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, ‘ettaru eliġibbli’ jista’ jkun fih karatteristiċi oħra tal-pajsaġġ, sakemm dawn ma jkunux predominanti u ma jfixklux b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-attività agrikola minħabba d-daqs taż-żona li jokkupaw fuq il-biċċa raba’. Fl-implimentazzjoni ta’ dak il-prinċipju, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw id-daqs massimu tal-parti mill-biċċa raba’ li tkun miksija b’dawk il-karatteristiċi l-oħra tal-pajsaġġ. Fir-rigward tal-bwar permanenti b’elementi ineliġibbli mferrxa, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw koeffiċjenti ta’ tnaqqis fissi biex tiġi ddeterminata l-erja meqjusa eliġibbli; |
(c) |
kwalunkwe żona tal-azjenda li tat dritt għall-pagamenti skont it-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, Subtaqsima 2, ta’ dan ir-Regolament jew skont l-iskema ta’ pagament bażiku jew l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stabbilita fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, u li mhijiex “ettaru eliġibbli” kif iddeterminat mill-Istati Membri abbażi tal-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu:
|
Iż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandhom ikunu ettari eliġibbli biss jekk il-varjetajiet użati jkollhom kontenut ta’ tetraidrokannabinol ta’ mhux aktar minn 0,3 %.
5. “Bidwi attiv” għandu jiġi ddeterminat b’tali mod li jiġi żgurat li l-appoġġ jingħata biss lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lill-gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, involuti f’minn tal-anqas livell minimu ta’ attività agrikola, filwaqt li bdiewa pluriattivi jew part-time ma jiġux neċessarjament preklużi mill-għoti ta’ appoġġ.
Meta jiddeterminaw min għandu jkun “bidwi attiv”, l-Istati Membri għandhom japplikaw kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, bħal testijiet tal-introjtu, inputs ta’ xogħol fl-azjenda agrikola, l-għanijiet tal-kumpannija u l-inklużjoni tal-attivitajiet agrikoli tagħhom fir-reġistri nazzjonali jew reġjonali. Tali kriterji jistgħu jiġu introdotti f’forma waħda jew aktar magħżula mill-Istati Membri, inkluż permezz ta’ lista negattiva li tiskwalifika bidwi milli jitqies bħala bidwi attiv. Jekk Stat Membru jikkunsidra bħala “bdiewa attivi” dawk il-bdiewa li ma rċevewx pagamenti diretti li qabżu ċertu ammont għas-sena preċedenti, dan l-ammont m’għandux ikun ogħla minn EUR 5 000.
6. “Bidwi żagħżugħ” għandu jiġi ddeterminat b’tali mod li jinkludi:
(a) |
limitu massimu ta’ età stabbilit bejn 35 u 40 sena; |
(b) |
il-kondizzjonijiet biex wieħed ikun “il-kap tal-azjenda”; |
(c) |
it-taħriġ jew il-ħiliet xierqa meħtieġa, kif iddeterminati mill-Istati Membri. |
7. “Bidwi ġdid” għandu jiġi ddeterminat b’tali mod li jirreferi għal bidwi li mhux bidwi żagħżugħ u li huwa “l-kap tal-azjenda” għall-ewwel darba. L-Istati Membri għandhom jinkludu aktar rekwiżiti oġġettivi u nondiskriminatorji rigward it-taħriġ u l-ħiliet xierqa.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet ta’ qanneb u tal-proċedura għad-determinazzjoni tal-varjetajiet tal-qanneb, kif ukoll il-verifika tal-kontenut tagħhom ta’ tetraidrokannabinol imsemmi fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, biex tiġi ppreservata s-saħħa pubblika.
TITOLU II
OBJETTIVI U INDIKATURI
Artikolu 5
Objettivi ġenerali
F’konformità mal-objettivi tal-PAK li jinsabu fl-Artikolu 39 TFUE, mal-objettiv li jinżamm il-funzjonament tas-suq intern u kondizzjonijiet ekwivalenti bejn il-bdiewa fl-Unjoni u mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-appoġġ mill-FAEG u mill-FAEŻR għandu jkollu l-għan li jtejjeb aktar l-iżvilupp sostenibbli tal-biedja, tal-ikel u taż-żoni rurali u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali li ġejjin fl-isfera ekonomika, ambjentali u dik soċjali, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli:
(a) |
li jitrawwem settur agrikolu intelliġenti, kompetittiv, reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà tal-ikel fit-tul; |
(b) |
li jappoġġa u jsaħħaħ il-ħarsien tal-ambjent, inkluż il-bijodiversità, u l-azzjoni klimatika u li jingħata kontribut biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni marbuta mal-ambjent u l-klima, inkluż l-impenji meħuda skont it-Trattat ta’ Pariġi; |
(c) |
li tissaħħaħ in-nisġa soċjo-ekonomika taż-żoni rurali. |
Artikolu 6
Objettivi speċifiċi
1. Il-kisba tal-objettivi ġenerali għandha tiġi segwita permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:
(a) |
l-appoġġ tal-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tas-settur agrikolu fl-Unjoni kollha sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-ikel fit-tul u d-diversità agrikola kif ukoll tiġi żgurata s-sostenibbiltà ekonomika tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni; |
(b) |
it-tisħiħ tal-orjentazzjoni lejn is-suq u tiżdied il-kompetittività tal-azjendi agrikoli kemm fuq terminu qasir kif ukoll fit-tul, inkluż permezz ta’ aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni; |
(c) |
it-titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur; |
(d) |
il-kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, billi fost l-oħrajn jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jissaħħaħ is-sekwestru tal-karbonju, kif ukoll il-promozzjoni tal-enerġija sostenibbli; |
(e) |
it-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja, fosthom bit-tnaqqis tad-dipendenza fuq is-sustanzi kimiċi; |
(f) |
il-kontribuzzjoni għall-waqfien u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, it-tisħiħ tas-servizzi tal-ekosistema u l-preservazzjoni tal-ħabitats u l-pajsaġġi; |
(g) |
il-bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda jiġu mħajra u jingħataw appoġġ u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tan-negozju f’żoni rurali; |
(h) |
il-promozzjoni tal-impjiegi, it-tkabbir, ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-biedja, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija ċirkolari u l-forestrija sostenibbli; |
(i) |
it-titjib tar-rispons tal-agrikoltura tal-Unjoni għad-domanda soċjetali għall-ikel u għas-saħħa, inkluż ikel sikur u nutrittiv ta’ kwalità għolja prodott b’mod sostenibbli, it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel, kif ukoll it-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi. |
2. L-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomplementati mill-objettiv trażversali tal-modernizzazzjoni tal-oqsma agrikoli u rurali u interkonnessi miegħu billi jitrawmu u jiġu kondiviżi l-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali, u billi jitħeġġeġ l-użu tagħhom mill-bdiewa, permezz ta’ aċċess aħjar għar-riċerka, l-innovazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u t-taħriġ.
3. Filwaqt li jaħdmu lejn l-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex inaqqsu l-piż amministrattiv u jiżguraw is-simplifikazzjoni fl-implementazzjoni tal-PAK.
Artikolu 7
Indikaturi
1. Il-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikoli 5 u fl-Artikolu 6(1) u (2) għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ indikaturi komuni relatati mal-output, mar-riżultat, mal-impatt u mal-kuntest kif stipulat fl-Anness I. Dawk l-indikaturi komuni għandhom jinkludu:
(a) |
l-indikaturi tal-output relatati mal-output imwettaq tal-interventi appoġġati; |
(b) |
indikaturi tar-riżultat relatati mal-objettivi speċifiċi kkonċernati msemmija fl-Artikolu 6(1) u (2), u li jintużaw għall-istabbiliment ta’ stadji importanti kwantifikati u miri fir-rigward ta’ dawk l-objettivi speċifiċi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u għall-valutazzjoni tal-progress lejn dawk il-miri; l-indikaturi tar-riżultat marbuta mal-objettivi marbuta mal-ambjent u l-klima jistgħu jkopru interventi li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-impenji li jirriżultaw mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni elenkati fl-Anness XIII; |
(c) |
l-indikaturi tal-impatt relatati mal-objettivi stipulati fl-Artikoli 5 u fl-Artikolu 6(1) u (2) u li jintużaw fil-kuntest tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u fil-kuntest tal-PAK; |
(d) |
l-indikaturi tal-kuntest imsemmija fl-Artikolu 115(2) u elenkati fl-Anness I. |
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 li jemendaw l-Anness I sabiex tadatta l-indikaturi komuni tal-output, tar-riżultat, tal-impatt u tal-kuntest. Dak l-atti delegati għandhom ikunu limitati strettament biex jiġu indirizzati problemi tekniċi esperjenzati mill-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dawk l-indikaturi.
TITOLU III
REKWIŻITI KOMUNI U TIPI TA’ INTERVENT
KAPITOLU I
REKWIŻITI KOMUNI
Artikolu 8
Approċċ strateġiku
L-Istati Membri għandhom isegwu l-objettivi stabbiliti fit-Titolu II billi jispeċifikaw l-interventi abbażi tat-tipi ta’ intervent stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV ta’ dan it-Titolu skont il-valutazzjoni tagħhom tal-ħtiġijiet u r-rekwiżiti komuni stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
Artikolu 9
Prinċipji ġenerali
L-Istati Membri għandhom ifasslu l-interventi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u l-istandards tal-KAAT imsemmija fl-Artikolu 13 f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi u l-istandards tal-KAAT imsemmija fl-Artikolu 13 ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, li jkunu kompatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-qafas legali li jirregola l-għoti tal-appoġġ mill-Unjoni lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK kif approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 118 u 119 ta’ dan ir-Regolament u l-prinċipji u r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2021/2116. Huma għandhom jimplimentaw dawk il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK kif approvati mill-Kummissjoni.
Artikolu 10
Appoġġ domestiku tad-WTO
L-Istati Membri għandhom ifasslu l-interventi abbażi tat-tipi ta’ intervent elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, inkluż id-definizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4, b’tali mod li jikkwalifikaw skont il-kriterji tal-Anness 2 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura.
B’mod partikolari, l-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà, l-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà, l-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ u l-iskemi għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali għandhom jikkwalifikaw skont il-kriterji tal-paragrafi fl-Anness 2 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura indikati fl-Anness II għal dan ir-Regolament għal dawk l-interventi. Għal interventi oħra, il-paragrafi fl-Anness 2 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikultura indikati fl-Anness II għal dan ir-Regolament huma indikattivi u dawk l-interventi jistgħu minflok jikkonformaw ma’ paragrafu differenti tal-Anness 2 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikultura jekk dak ikun speċifikat u spjegat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Artikolu 11
Implimentazzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil dwar iż-żrieragħ żejtnin
1. Meta l-Istati Membri jipprevedu interventi bbażati fuq l-erja, għajr dawk li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 għall-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, inkluż l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu skont it-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1, ta’ dan ir-Regolament, u meta dawk l-interventi jikkonċernaw iż-żrieragħ żejtnin kollha jew xi wħud minnhom imsemmija fl-Anness għall-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar iż-żrieragħ żejtnin skont il-GATT, it-total tal-erja tal-appoġġ abbażi tal-outputs ippjanati inklużi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri kkonċernati ma għandux jaqbeż l-erja massima ta’ appoġġ għall-Unjoni kollha għall-iskop li tkun żgurata l-konformità mal-impenji internazzjonali tagħha.
2. Sat-8 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu erja ta’ appoġġ ta’ referenza indikattiva għal kull Stat Membru, ikkalkulata abbażi tas-sehem ta’ kull Stat Membru mill-medja tal-erja ta’ kultivazzjoni fl-Unjoni matul is-snin 2016 sa 2020. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).
3. Kull Stat Membru li għandu l-intenzjoni li jagħti l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jindika l-outputs ippjanati korrispondenti f’termini ta’ ettari fil-proposta tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu msemmi fl-Artikolu 118(1).
Jekk, wara n-notifika tal-outputs ippjanati kollha mill-Istati Membri, l-erja massima ta’ appoġġ għall-Unjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tinqabeż, il-Kummissjoni għandha tikkalkula, għal kull Stat Membru li jkun innotifika eċċess meta mqabbel mal-erja ta’ referenza koeffiċjent ta’ tnaqqis li jkun proporzjonat mal-eċċess tal-outputs ippjanati tiegħu sabiex l-erja massima ta’ appoġġ għall-Unjoni kollha tinżamm. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jkun infurmat dwar dak il-koeffiċjent tat-tnaqqis fl-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku tal-PAK skont l-Artikolu 118(3). Il-koeffiċjent tat-tnaqqis għal kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 118(6) li permezz tagħha l-Kummissjoni tapprova l-Pjan Strateġiku tal-PAK.
L-Istati Membri ma għandhomx jemendaw l-erja ta’ appoġġ tagħhom fuq inizjattiva tagħhom stess wara d-data msemmija fl-Artikolu 118(1).
4. Jekk Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jżid l-outputs ippjanati tiegħu msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu kif stipulat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu approvat mill-Kummissjoni, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-outputs ippjanati riveduti permezz ta’ talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu skont l-Artikolu 119 qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel is-sena tat-talba kkonċernata.
5. Fejn xieraq, sabiex jiġi evitat li tinqabeż l-erja massima ta’ appoġġ għall-Unjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi koeffiċjenti ta’ tnaqqis, jew tirrevedi l-koeffiċjenti tat-tnaqqis eżistenti fejn tali koeffiċjenti kienu stabbiliti skont il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, għall-Istati Membri kollha li jaqbżu l-erja ta’ appoġġ ta’ referenza tagħhom fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-koeffiċjenti tat-tnaqqis sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel is-sena tat-talba kkonċernata.
Kull Stat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba korrispondenti għall-emendar għall-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu bil-koeffiċjent tat-tnaqqis imsemmi fit-tieni subparagrafu sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ qabel is-sena tat-talba kkonċernata. Il-koeffiċjent tat-tnaqqis għal dak l-Istat Membru għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 119(10) li permezz tagħha l-Kummissjoni tapprova l-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
6. Fir-rigward taż-żrieragħ żejtnin ikkonċernati mill-Memorandum ta’ Qbil imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom, fir-rapporti tal-prestazzjoni annwali imsemmija fl-Artikolu 134, jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-total ta’ ettari li għalihom ikun realment tħallas l-appoġġ.
7. L-Istati Membri għandhom jeskludu l-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-ġirasol użata għall-ħlewwiet minn kull intervent ibbażat fuq l-erja msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 12
Prinċipju u kamp ta’ applikazzjoni
1. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema ta’ kondizzjonalità, li skontha l-bdiewa u benefiċjarji oħra li jkunu qed jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II jew il-pagamenti annwali skont l-Artikoli 70, 71 u 72 huma soġġetti għal penali amministrattiva jekk ma jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni skont il-liġi tal-Unjoni u l-istandards tal-KAAT stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, kif elenkati fl-Anness III, fir-rigward tal-oqsma speċifiċi li ġejjin:
(a) |
il-klima u l-ambjent, inkluż l-ilma, il-ħamrija u l-bijodiversità tal-ekosistemi; |
(b) |
is-saħħa pubblika u s-saħħa tal-pjanti; |
(c) |
it-trattament xieraq tal-annimali. |
2. Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jinkludu regoli dwar sistema effettiva u proporzjonata ta’ penali amministrattivi. Dawk ir-regoli għandhom jikkonformaw b’mod partikolari mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2116.
3. L-atti legali msemmija fl-Anness III b’rabta mar-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni għandhom japplikaw fil-verżjoni li tkun applikabbli u, fil-każ tad-Direttivi, kif implimentati mill-Istati Membri.
4. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “rekwiżit statutorju ta’ ġestjoni” tfisser kull rekwiżit statutorju individwali ta’ ġestjoni skont il-liġi tal-Unjoni elenkat fl-Anness III f’att legali speċifiku, li jvarja fis-sustanza minn kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-istess att.
Artikolu 13
Obbligi tal-Istati Membri relatati mal-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żoni agrikoli kollha, inkluż art li ma tkunx għadha tintuża għal finijiet ta’ produzzjoni, jinżammu f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, standards minimi għal bdiewa u benefiċjarji oħra għal kull standard tal-KAAT elenkat fl-Anness III f’konformità mal-għan ewlieni ta’ dawk l-istandards kif imsemmi f’dak l-Anness. Fl-istabbiliment tal-istandards tagħhom, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, fejn rilevanti, tal-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni kkonċernati inkluż il-kondizzjoni tal-ħamrija u tal-klima, is-sistemi eżistenti tal-biedja, il-prattiki tal-biedja, id-daqs tal-azjenda agrikola u l-istrutturi tagħha, l-użu tal-art, u l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi.
2. Fir-rigward tal-objettivi ewlenin stabbiliti fl-Anness III, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu standards addizzjonali ma’ dawk stabbiliti f’dak l-Anness rigward dawk l-objettivi ewlenin. Tali standards addizzjonali għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati u għandhom jikkorrispondu mal-ħtiġijiet identifikati.
L-Istati Membri ma għandhomx jistabbilixxu standards minimi għal objettivi ewlenin għajr l-objettivi ewlenin stabbiliti fl-Anness III.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli li jiżguraw kondizzjonijiet ekwivalenti fir-rigward tal-proporzjon tal-istandard 1 tal-KAAT.
Artikolu 14
Prinċipju u kamp ta’ applikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jindikaw fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025, il-bdiewa u benefiċjarji oħra li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II jew il-pagamenti annwali skont l-Artikoli 70, 71 u 72 għandhom ikunu soġġetti għal penali amministrattiva jekk ma jikkonformawx mar-rekwiżiti relatati mal-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg applikabbli jew mal-obbligi tal-impjegatur li jirriżultaw mill-atti legali msemmija fl-Anness IV.
2. Meta jinkludu sistema ta’ penali amministrattivi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mad-dispożizzjonijiet istituzzjonali tagħhom, jikkonsultaw mas-sħab soċjali nazzjonali rilevanti li jirrappreżentaw lit-tmexxija u lill-ħaddiema fis-settur agrikolu u għandhom jirrispettaw bis-sħiħ l-awtonomija tagħhom, kif ukoll id-dritt tagħhom li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi. Dik is-sistema ta’ penali amministrattivi ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi tas-sħab soċjali meta jkunu f’konformità mal-oqfsa nazzjonali legali u ta’ negozjar kollettiv, responsabbli għall-implimentazzjoni jew l-infurzar tal-atti legali msemmija fl-Anness IV.
3. Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jinkludu regoli dwar sistema effikaċi u proporzjonata ta’ penali amministrattivi. Dawk ir-regoli għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu V, tar-Regolament (UE) 2021/2116.
4. L-atti legali msemmija fl-Anness IV li fihom dispożizzjonijiet li għandhom ikunu koperti mis-sistema ta’ penali amministrattivi imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw fil-verżjoni li hija applikabbli, u kif implimentata mill-Istati Membri.
Artikolu 15
Servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli
1. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkludu sistema għall-provvista ta’ servizzi biex il-bdiewa u benefiċjarji oħra tal-appoġġ tal-PAK jingħataw pariri dwar il-ġestjoni tal-art u l-ġestjoni tal-azjenda agrikola (“servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli”). L-Istati Membri jistgħu jkomplu jibnu fuq sistemi eżistenti.
2. Is-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli għandhom ikopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali, filwaqt li jqisu l-prattiki eżistenti tal-biedja, u jwasslu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata permezz tar-riċerka u ta’ proġetti tal-innovazzjoni, inkluż fir-rigward tal-provvista ta’ beni pubbliċi.
Permezz tas-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli, għandha tiġi offruta assistenza xierqa matul iċ-ċiklu tal-iżvilupp tal-azjenda agrikola, inkluż dwar l-istabbiliment għall-ewwel darba, il-konverżjoni tal-mudelli tal-produzzjoni lejn id-domanda tal-konsumatur, il-prattiki innovattivi, it-tekniki agrikoli għar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, fosthom l-agroforestrija u l-agroekoloġija, it-titjib fit-trattament xieraq tal-annimali, u fejn meħtieġ l-istandards tas-sikurezza u l-appoġġ soċjali.
Is-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli għandhom jiġu integrati fis-servizzi interrelatati ta’ konsulenti għall-azjendi agrikoli, riċerkaturi, organizzazzjonijiet tal-bdiewa u partijiet ikkonċernati oħra li jiffurmaw l-AKIS.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parir mogħti jkun imparzjali u li l-konsulenti jkunu kwalifikati tajjeb, imħarrġa kif xieraq u ma jkollhom l-ebda kunflitt ta’ interess.
4. Is-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli għandhom jiġu adattati għad-diversi tipi ta’ produzzjoni u ta’ azjendi agrikoli u għandhom ikopru mill-inqas dan li ġej:
(a) |
ir-rekwiżiti, il-kondizzjonijiet u l-impenji ta’ ġestjoni kollha li japplikaw għall-bdiewa u għall-benefiċjarji l-oħra stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż ir-rekwiżiti u l-istandards skont il-kondizzjonalità u l-kondizzjonijiet għall-interventi, kif ukoll informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji u l-pjanijiet ta’ negozju stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK; |
(b) |
ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2000/60/KE, l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38), id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39), id-Direttiva 2009/128/KE, id-Direttiva 2009/147/KE, ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40), ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) u d-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42); |
(c) |
il-prattiki tal-azjendi agrikoli li jipprevjenu l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi kif jinsab fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2017 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew ‘Saħħa Waħda’ kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR)”; |
(d) |
il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju; |
(e) |
l-appoġġ għall-innovazzjoni, b’mod partikolari għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-gruppi operazzjonali tal-EIP imsemmija fl-Artikolu 127(3); |
(f) |
l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali kif imsemmi fl-Artikolu 114, punt (b); |
(g) |
il-ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti, inkluż l-użu sa mhux aktar tard mill-2024, tal-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli għan-Nutrijenti, li hija kwalunkwe applikazzjoni diġitali li tal-inqas tipprovdi:
|
(h) |
il-kondizzjonijiet tal-impjieg, l-obbligi tal-impjegaturi, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-appoġġ soċjali fil-komunitajiet tal-biedja. |
KAPITOLU II
TIPI TA’ INTERVENT FIL-FORMA TA’ PAGAMENTI DIRETTI
Artikolu 16
Tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti
1. It-tipi ta’ intervent skont dan il-Kapitolu jistgħu jieħdu l-forma ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati u akkoppjati.
2. Il-pagamenti diretti diżakkoppjati għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
l-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà; |
(b) |
l-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà; |
(c) |
l-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ; |
(d) |
l-iskemi għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali. |
3. Il-pagamenti diretti akkoppjati għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu; |
(b) |
il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton. |
Artikolu 17
Limiti massimi u digressività tal-pagamenti
1. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà li għandu jingħata lil bidwi għal sena kalendarja speċifika. L-Istati Membri li jagħżlu li jintroduċu limiti massimi għandhom inaqqsu b’100 % l-ammont li jaqbeż EUR 100 000.
2. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-ammont tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà li għandu jingħata lil bidwi għal sena kalendarja speċifika li jaqbeż EUR 60 000 sa massimu ta’ 85 %.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu segmenti addizzjonali ikbar minn EUR 60 000 u jispeċifikaw il-perċentwali ta’ tnaqqis għal dawk is-segmenti addizzjonali. Huma għandhom jiżguraw li t-tnaqqis għal kull segment ikun daqs jew ogħla mis-segment preċedenti.
3. Qabel ma japplikaw il-paragrafu 1 jew 2, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu mill-ammont tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà li għandu jingħata lil bidwi f’sena kalendarja speċifika:
(a) |
is-salarji kollha marbuta ma’ attività agrikola ddikjarata mill-bidwi, inkluż it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjiegi; |
(b) |
l-ispiża ekwivalenti ta’ xogħol regolari u mhux imħallas marbut ma’ attività agrikola pprattikata minn persuni li jaħdmu fl-azjenda agrikola kkonċernata li ma jirċevux salarju, jew li jirċievu inqas rimunerazzjoni mill-ammont normalment imħallas għas-servizzi mogħtija, iżda jiġu ppremjati permezz tar-riżultat ekonomiku tan-negozju agrikolu; |
(c) |
l-element tal-ispiża ta’ xogħol tal-ispejjeż kontraenti marbuta ma’ attività agrikola ddikjarata mill-bidwi. |
Biex jikkalkulaw l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (a), l-Istati Membri għandhom jużaw l-ispejjeż tas-salarji effettivament imġarrba mill-bidwi. F’każijiet debitament ġustifikati, il-bdiewa jistgħu jitolbu li jużaw spejjeż standard li jridu jiġu ddeterminati mill-Istat Membru kkonċernat skont metodu li jrid jiġi speċifikat aktar fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, abbażi tal-medja tas-salarji standard marbuta ma’ attività agrikola fil-livell nazzjonali jew reġjonali mmultiplikata bl-għadd ta’ unitajiet tax-xogħol annwali ddikjarati mill-bidwi kkonċernat.
Sabiex jikkalkulaw l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (b), l-Istati Membri għandhom jużaw spejjeż standard li jridu jiġu ddeterminati mill-Istat Membru kkonċernat skont metodu li jrid jiġi speċifikat aktar fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, abbażi tal-medja tas-salarji standard marbuta ma’ attività agrikola fil-livell nazzjonali jew reġjonali mmultiplikata bl-għadd ta’ unitajiet tax-xogħol ddikjarati mill-bidwi kkonċernat.
4. Fil-każ ta’ persuna ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 fil-livell tal-membri ta’ dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli għal dawk ta’ bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta’ kap ta’ azjenda, b’mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u tat-tassazzjoni, bil-kondizzjoni li huma jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.
5. L-istima tal-prodott tat-tnaqqis tal-pagamenti għandha tintuża primarjament biex tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà, jekk ikun stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK rilevanti, u wara għall-finanzjament ta’ interventi oħra li jappartjenu għall-pagamenti diretti diżakkoppjati.
L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw il-prodott kollu jew parti minnu biex jiffinanzjaw it-tipi ta’ intervent skont il-FAEŻR kif speċifikat fil-Kapitolu IV permezz ta’ trasferiment. Trasferiment lill-FAEŻR bħal dan għandu jkun parti mit-tabelli finanzjarji tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u jista’ jiġi rieżaminat fl-2025 skont l-Artikolu 103. Dan ma għandux ikun soġġett għal-limiti massimi għat-trasferimenti ta’ fondi mill-FAEG għall-FAEŻR stabbiliti skont dak l-Artikolu.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli li jistabbilixxu bażi armonizzata għall-kalkolu tat-tnaqqis tal-pagamenti stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu biex jipprovdu regoli dettaljati għad-distribuzzjoni ta’ fondi lil bdiewa.
Artikolu 18
Rekwiżiti minimi
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu erja minima u mhux jagħtu pagamenti diretti lill-bdiewa attivi li l-erja eliġibbli tal-azjenda tagħhom li għaliha qed jintalbu l-pagamenti diretti tkun inqas minn dik l-erja minima.
Alternattivament, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu ta’ pagamenti diretti li jistgħu jitħallsu lil bidwi.
2. Fejn Stat Membru jkun iddeċieda li jistabbilixxi erja minima skont il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandu madankollu jistabbilixxi l-ammont minimu skont il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, għal dawk il-bdiewa li jkunu jirċievu appoġġ marbut mal-annimali li għandu jitħallas għal kull annimal fil-forma ta’ pagamenti diretti u li jkollhom anqas ettari minn dik l-erja minima.
Meta jistabbilixxu l-erja minima jew l-ammont minimu, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiżguraw li l-pagamenti diretti jingħata biss lil bdiewa attivi jekk:
(a) |
il-ġestjoni tal-pagamenti korrispondenti ma tikkawżax piż amministrattiv eċċessiv, u |
(b) |
l-ammonti korrispondenti jagħtu kontribut effettiv għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) li għalihom jikkontribwixxu l-pagamenti diretti diżakkoppjati. |
3. Il-Greċja tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax dan l-Artikolu għall-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew.
Artikolu 19
Kontribuzzjoni għall-għodod tal-ġestjoni tar-riskju
B’deroga mill-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jassenja sa 3 % tal-pagamenti diretti li jridu jitħallsu lil bidwi għall-kontribuzzjoni tal-bidwi għall-għodda tal-ġestjoni tar-riskju.
L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom japplikawha għall-bdiewa kollha li jirċievu pagamenti diretti f’sena partikolari.
Artikolu 20
Rekwiżiti ġenerali għall-għoti ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati
L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti diretti diżakkoppjati lill-bdiewa attivi skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
Artikolu 21
Regoli ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà (“appoġġ bażiku għall-introjtu”) bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu appoġġ bażiku għall-introjtu fil-forma ta’ pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 23 sa 27, l-appoġġ għall-introjtu bażiku għandu jingħata għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat minn bidwi attiv.
Artikolu 22
Ammont ta’ appoġġ għal kull ettaru
1. Sakemm l-Istati Membri ma jiddeċidux li jagħtu l-appoġġ bażiku għall-introjtu abbażi ta’ intitolamenti għal pagament kif imsemmi fl-Artikolu 23, l-appoġġ għandu jitħallas bħala ammont uniformi għal kull ettaru.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddistingwu l-ammont tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għal kull ettaru fost il-gruppi ta’ territorji differenti li jiffaċċjaw kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi jew agronomiċi simili, inkluż il-forom tradizzjonali ta’ agrikoltura kif determinat mill-Istati Membri, bħar-ragħa alpin tradizzjonali fil-miftuħ. F’konformità mal-Artikolu 109(2), punt (d), l-ammont tal-appoġġ bażiku għall-introjtu għal kull ettaru jista’ jitnaqqas, b’kont meħud tal-appoġġ skont interventi oħra fil-Pjan Strateġiku tal-PAK kkonċernat.
Artikolu 23
Intitolamenti għall-pagament
1. L-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament bażiku kif stabbilit fit-Titolu III, Kapitolu I, Taqsima 1, tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-appoġġ bażiku għall-introjtu abbażi ta’ intitolamenti għal pagament skont l-Artikoli 24 sa 27 ta’ dan ir-Regolament.
2. Meta l-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament bażiku kif stabbilit fit-Titolu III, Kapitolu I, Taqsima 1, tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jiddeċiedu li ma jibqgħux jagħtu l-appoġġ bażiku għall-introjtu abbażi ta’ intitolamenti għal pagament, l-intitolamenti għal pagament allokati skont dak ir-Regolament għandhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti għas-sena li minnha għandha tapplika d-deċiżjoni.
Artikolu 24
Valur tal-intitolamenti għal pagament u l-konverġenza
1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-valur ta’ unità għall-intitolamenti għal pagament qabel il-konverġenza skont dan l-Artikolu billi jaġġustaw il-valur tal-intitolamenti għal pagament b’mod proporzjonali għall-valur tagħhom kif stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għas-sena tat-talba 2022 u l-pagament relatat għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent previsti fit-Titolu III, Kapitolu III, ta’ dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2022.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddistingwu l-valur tal-intitolamenti għal pagament skont l-Artikolu 22(2).
3. Kull Stat Membru għandu, sa mhux aktar tard mis-sena tat-talba 2026, jistabbilixxi l-livell massimu tal-valur tal-intitolamenti għal pagament individwali għall-Istat Membru jew għal kull grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2).
4. Fejn il-valur tal-intitolamenti għal pagament kif iddeterminat skont il-paragrafu 1 ma jkunx uniformi fi Stat Membru jew fi grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2), l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura konverġenza tal-valur tal-intitolamenti għal pagament lejn valur ta’ unità uniformi sa mhux aktar tard mis-sena tat-talba 2026.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, kull Stat Membru għandu jiżgura li, sa mhux aktar tard mis-sena tat-talba 2026, l-intitolamenti għal pagament kollha jkollhom valur ta’ mill-inqas 85 % tal-ammont unitarju medju ppjanat imsemmi fl-Artikolu 102(1) għall-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sena tat-talba 2026, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu għall-Istat Membru jew għall-grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2).
6. L-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw iż-żidiet fil-valur tal-intitolamenti għal pagament meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu billi jużaw kwalunkwe ammont possibbli li jsir disponibbli permezz tal-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u, fejn meħtieġ, billi jnaqqsu d-differenza bejn il-valur ta’ unità tal-intitolamenti għal pagament determinat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-ammont unitarju ppjanat imsemmi fl-Artikolu 102(1), għall-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sena tat-talba 2026, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-Istat Membru jew għall-grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2).
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw it-tnaqqis lill-intitolamenti għal pagament kollha jew parti minnhom b’valur determinat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li jaqbeż l-ammont unitarju ppjanat imsemmi fl-Artikolu 102(1), għall-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sena tat-talba 2026, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-Istat Membru jew għall-grupp ta’ territorji msemmija fl- Artikolu 22(2).
7. It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Mingħajr preġudizzju għall-valur minimu stabbilit skont il-paragrafu 5, it-tali kriterji jistgħu jinkludu l-iffissar ta’ tnaqqis massimu li ma jistax ikun aktar baxx minn 30 %.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġġustament tal-valuri tal-intitolamenti għall-pagament skont il-paragrafi 3 sa 7 jibda mis-sena 2023.
Artikolu 25
Attivazzjoni tal-intitolamenti għal pagament
1. L-Istati Membri li ddeċidew li jagħtu appoġġ abbażi tal-intitolamenti għal pagament għandhom jagħtu appoġġ bażiku għall-introjtu lill-bdiewa attivi li jkollhom intitolamenti għal pagament li jkunu proprjetà tagħhom jew imwellija lilhom hekk kif jiġu attivati dawk l-intitolamenti għal pagament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-fini tal-attivazzjoni tal-intitolamenti għal pagament, il-bdiewa attivi jiddikjaraw l-ettari eliġibbli li jakkumpanjaw kwalunkwe intitolament ta’ pagament.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intitolamenti għal pagament, inkluż fil-każ ta’ wirt proprju jew antiċipat, ikunu attivati biss fl-Istat Membru jew fil-grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2) fejn kienu allokati.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intitolamenti għal pagament attivati jagħtu dritt għal pagament abbażi tal-ammont stabbilit hemmhekk.
Artikolu 26
Riżervi għall-intitolamenti għal pagament
1. Kull Stat Membru li jiddeċiedi li jagħti l-appoġġ bażiku għall-introjtu abbażi tal-intitolamenti għal pagament għandu jamministra riżerva nazzjonali.
2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta Stat Membru jiddeċiedi li jiddistingwi l-appoġġ bażiku għall-introjtu skont l-Artikolu 22(2), huwa jista’ jiddeċiedi li jkollu riżerva għal kull grupp ta’ territorji msemmija f’dak l-Artikolu.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intitolamenti għal pagament mir-riżerva jiġu allokati lill-bdiewa attivi biss.
4. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva tagħhom bħala prijorità biex jallokaw l-intitolamenti għal pagament lill-bdiewa li ġejjin:
(a) |
bdiewa żgħażagħ li jkunu għadhom kif stabbilew azjenda għall-ewwel darba; |
(b) |
bdiewa ġodda. |
5. Stat Membru għandu jalloka intitolamenti għal pagament lil, jew iżid il-valur tal-intitolamenti għal pagament eżistenti tal-bdiewa attivi li huma intitolati permezz ta’ deċiżjoni finali tal-qorti jew permezz ta’ att amministrattiv finali tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Huwa għandu jiżgura li dawk il-bdiewa attivi jirċievu l-għadd u l-valur tal-intitolamenti għal pagament stabbiliti f’dik id-deċiżjoni jew l-att f’data li trid tiġi stabbilita minn dak l-Istat Membru.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżerva timtela mill-ġdid minn tnaqqis lineari tal-valur tal-intitolamenti għal pagament kollha meta r-riżerva ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-allokazzjoni tal-intitolamenti għal pagament skont il-paragrafi 4 u 5.
7. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali għall-użu tar-riżerva, inkluż kategoriji addizzjonali ta’ bdiewa li għandhom jingħataw mir-riżerva dment li l-gruppi ta’ prijorità msemmija fil-paragrafi 4 u 5 jkunu ngħataw, u għall-każijiet li jattivaw il-mili mill-ġdid tar-riżerva. Fejn ir-riżerva timtela mill-ġdid permezz ta’ tnaqqis lineari tal-valur tal-intitolamenti għal pagament, tali tnaqqis lineari għandu japplika għall-intitolamenti għal pagament kollha fil-livell nazzjonali jew, fejn l-Istati Membri japplikaw id-deroga prevista fil-paragrafu 2, fil-livell tal-grupp ta’ territorji rilevanti msemmija fl-Artikolu 22(2).
8. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur tal-intitolamenti għal pagament ġodda allokati mir-riżerva għall-valur medju nazzjonali tal-intitolamenti għal pagament fis-sena tal-allokazzjoni jew għall-valur medju tal-intitolamenti għal pagament għal kull grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2) fis-sena ta’ allokazzjoni.
9. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-valur tal-intitolamenti għal pagament eżistenti sal-valur medju nazzjonali fis-sena tal-allokazzjoni jew sal-valur medju għal kull grupp ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2).
Artikolu 27
Trasferimenti ta’ intitolamenti għal pagament
1. Ħlief fil-każ ta’ trasferiment permezz ta’ wirt proprju jew antiċipat, l-intitolamenti għal pagament għandhom jiġu trasferiti biss lill-bidwi attiv stabbilit fl-istess Stat Membru.
2. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jiddistingwu l-appoġġ bażiku għall-introjtu skont l-Artikolu 22(2), l-intitolamenti għal pagament għandhom jiġu trasferiti biss fi ħdan il-grupp ta’ territorji fejn ġew allokati.
Artikolu 28
Pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira
L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagament lill-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira, kif determinat mill-Istati Membri, permezz ta’ somma f’daqqa jew permezz ta’ ammonti kull ettaru li jissostitwixxu l-pagamenti diretti taħt din it-Taqsima u t-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-intervent korrispondenti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK bħala wieħed fakultattiv għall-bdiewa.
Il-pagament annwali għal kull bidwi ma għandux jaqbeż EUR 1 250.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu somom f’daqqa jew ammonti differenti għal kull ettaru skont il-limiti massimi tal-erja differenti.
Artikolu 29
Appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà (“appoġġ ridistributtiv għall-introjtu”) bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew mill-Artikolu 98, l-Istati Membri jistgħu jindirizzaw il-ħtieġa għal ridistribuzzjoni tal-appoġġ għall-introjtu bi strumenti u interventi oħra ffinanzjati mill-FAEG li jsegwu l-objettiv ta’ distribuzzjoni aktar ġusta u b’appoġġ għall-introjtu aktar effettiv u effiċjenti fil-miri tiegħu, dment li jkunu jistgħu juru fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li tali ħtieġa hija suffiċjentement indirizzata.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-ridistribuzzjoni tal-pagamenti diretti minn azjendi kbar għal dawk iżgħar jew ta’ daqs medju billi jipprevedu appoġġ ridistributtiv għall-introjtu fil-forma ta’ pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli lill-bdiewa li huma intitolati għal pagament skont l-appoġġ bażiku għall-introjtu msemmi fl-Artikolu 21.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-livell nazzjonali jew reġjonali, li jista’ jkun il-livell tal-gruppi ta’ territorji msemmija fl-Artikolu 22(2), ammont għal kull ettaru jew ammonti differenti għal firxiet differenti ta’ ettari, kif ukoll l-għadd massimu ta’ ettari għal kull bidwi li għalih għandu jitħallas l-appoġġ ridistributtiv għall-introjtu.
4. L-ammont għal kull ettaru ppjanat għal sena tat-talba partikolari ma għandux jaqbeż l-ammont medju nazzjonali tal-pagamenti diretti għal kull ettaru għal dik is-sena tat-talba.
5. L-ammont medju nazzjonali tal-pagamenti diretti għal kull ettaru huwa definit bħala l-proporzjon tal-limitu massimu nazzjonali għall-pagamenti diretti għal sena tat-talba partikolari stabbiliti fl-Anness V u t-total tal-outputs ippjanati għall-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sena tat-talba partikolari, espress fl-għadd ta’ ettari.
6. Fil-każ ta’ persuna ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-għadd massimu ta’ ettari msemmija fil-paragrafu 3 fil-livell tal-membri ta’ dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi komparabbli ma’ dawk ta’ bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta’ kap ta’ azjenda, b’mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u fiskali tagħhom, dment li huma jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati.
Fil-każ ta’ bdiewa li huma parti minn grupp ta’ entitajiet ġuridiċi affiljati, kif iddeterminat mill-Istati Membri, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-għadd massimu ta’ ettari msemmija fil-paragrafu 3 fil-livell ta’ dak il-grupp taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati minnhom.
Artikolu 30
Appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ
1. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ iddeterminat skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(6) bil-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
2. Bħala parti mill-obbligi tagħhom biex jattiraw bdiewa żgħażagħ f’konformità mal-objettiv li jinsab fl-Artikolu 6(1), punt (g), u biex skont l-Artikolu 95, jiddedikaw għal dan l-objettiv ammont li mill-anqas ikun kif jinsab fl-Anness XII, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ li jistabbilixxu l-azjenda tagħhom għall-ewwel darba u li huma intitolati għal pagament skont l-appoġġ bażiku għall-introjtu msemmi fl-Artikolu 21.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-appoġġ skont dan l-Artikolu lil bdiewa li jkunu rċevew appoġġ skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għall-bqija tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu.
3. L-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ għandu jibqa’ jingħata għal żmien massimu ta’ ħames snin, li jibda mill-ewwel sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ, u soġġett għall-kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati mill-qafas legali tal-PAK applikabbli għall-perijodu wara l-2027 meta ż-żmien ta’ ħames snin idum aktar mill-2027. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tinħoloq l-ebda aspettattiva legali tal-benefiċjarji għall-perijodu wara l-2027.
Dak l-appoġġ għandu jieħu l-forma jew ta’ pagament diżakkoppjat annwali għal kull ettaru eliġibbli jew ta’ pagament ta’ somma f’daqqa għal kull bidwi żagħżugħ.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-appoġġ skont dan l-Artikolu biss għal għadd massimu ta’ ettari għal kull bidwi żagħżugħ.
4. Fil-każ ta’ persuna ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi bħal grupp ta’ bdiewa, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew kooperattivi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-għadd massimu ta’ ettari msemmi fil-paragrafu 3 fil-livell tal-membri ta’ dawk il-persuni jew gruppi ġuridiċi:
(a) |
li jikkonformaw mad-definizzjoni u l-kondizzjonijiet għal “bidwi żagħżugħ” iddeterminat skont l-Artikolu 4(6); u |
(b) |
fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi paragunabbli ma’ dawk ta’ bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta’ kap tal-azjenda, b’mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u fiskali tagħhom, dment li jkunu kkontribwew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni jew gruppi ġuridiċi kkonċernati. |
Artikolu 31
Skemi għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, u jipprevedu appoġġ, għall-iskemi volontarji għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali (“ekoskemi”) bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw, skont dan l-Artikolu, lill-bdiewa jew lill-gruppi ta’ bdiewa attivi li jieħdu impenji li josservaw prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista tal-prattiki ta’ benefiċċju għall-klima, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi msemmija fil-paragrafu 2. Dawk il-prattiki għandhom jitfasslu biex jissodisfaw wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward tat-titjib fit-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi, fl-Artikolu 6(1), punt (i).
4. Kull ekoskema għandha fil-prinċipju tkopri mill-inqas tnejn mill-oqsma ta’ azzjoni li ġejjin għall-klima, l-ambjent, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi:
(a) |
il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-prattiki agrikoli, kif ukoll iż-żamma tal-ħażniet eżistenti tal-karbonju u t-titjib tas-sekwestru tal-karbonju; |
(b) |
l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż azzjonijiet biex tittejjeb ir-reżiljenza tas-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel u d-diversità tal-annimali u tal-pjanti għal reżistenza aqwa għall-mard u t-tibdil fil-klima; |
(c) |
il-protezzjoni jew it-titjib tal-kwalità tal-ilma u t-tnaqqis tal-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma; |
(d) |
il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija, ir-restawr tal-ħamrija, it-titjib tal-fertilità tal-ħamrija u tal-ġestjoni tan-nutrijenti u l-bijota tal-ħamrija; |
(e) |
il-protezzjoni tal-bijodiversità, il-konservazzjoni jew ir-restawr ta’ ħabitats jew speċijiet, inkluż iż-żamma u l-ħolqien ta’ karatteristiċi tal-pajsaġġ jew żoni mhux produttivi; |
(f) |
azzjonijiet għal użu sostenibbli u mnaqqas tal-pestiċidi, b’mod partikolari pestiċidi li jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent; |
(g) |
azzjonijiet biex jitjieb it-trattament xieraq tal-annimali jew biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi. |
5. Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jipprevedu biss pagamenti li jkopru l-impenji li:
(a) |
imorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni rilevanti u l-istandards tal-KAAT stabbiliti fil-Kapitolu I, Taqsima 2; |
(b) |
imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi rilevanti għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-liġi nazzjonali u mil-liġi tal-Unjoni; |
(c) |
imorru lil hinn mill-kondizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola skont l-Artikolu 4(2), punt (b); |
(d) |
huma differenti mill-impenji li fir-rigward tagħhom jingħataw il-pagamenti skont l-Artikolu 70. |
Għall-impenji msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (b), fejn il-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, l-appoġġ jista’ jingħata għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti għal massimu ta’ 24 xahar mid-data li fiha jsiru obbligatorji għall-azjenda.
6. F’konformità mal-paragrafu 5, l-Istati Membri, għad-deskrizzjoni tal-impenji li jridu jiġu ssodisfati mill-benefiċjarju tal-ekoskemi msemmija f’dan l-Artikolu, jistgħu jibnu fuq ir-rekwiżiti u l-istandards, wieħed jew aktar, stabbiliti skont il-Kapitolu I, Taqsima 2, dment li l-obbligi tal-ekoskemi jmorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni rilevanti u l-istandards minimi għall-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art stabbiliti mill-Istati Membri skont il-Kapitolu I, Taqsima 2.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, bdiewa attivi jew gruppi ta’ bdiewa attivi li jipparteċipaw f’ekoskemi stabbiliti skont l-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti u l-istandards rilevanti msemmija fl-Anness III, dment li jissodisfaw l-impenji skont l-ekoskema kkonċernata.
L-Istati Membri li jistabbilixxu ekoskemi skont l-ewwel subparagrafu jistgħu ta’ dan il-paragrafu jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom ma jidduplikawx il-kontrolli fejn l-istess rekwiżiti u standards japplikaw kemm skont dawk l-ekoskemi kif ukoll skont l-obbligi stabbiliti fl-Anness III.
7. L-appoġġ għal ekoskema partikolari għandu jieħu l-forma ta’ pagament annwali għall-ettari eliġibbli kollha koperti mill-impenji. Il-pagamenti għandhom jingħataw jew:
(a) |
bħala pagamenti addizzjonali għall-appoġġ għall-introjtu bażiku kif jinsab fis-Subtaqsima 2; jew |
(b) |
bħala pagamenti li jikkumpensaw lil bdiewa attivi jew gruppi ta’ bdiewa attivi għall-ispejjeż addizzjonali u għall-introjtu mitluf, kollha jew parti minnhom b’riżultat tal-impenji meħuda, li għandhom jiġu kkalkolati skont l-Artikolu 82 u b’kont meħud tal-miri għall-ekoskemi; dawk il-pagamenti jistgħu jkopru ukoll l-ispejjeż tat-tranżazzjoni. |
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-pagamenti mogħtija skont il-punt (b) tiegħu għal impenji dwar it-trattament xieraq tal-annimali, impenji li jiġġieldu r-reżistenza għall-antimikrobiċi u, jekk debitament ġustifikati, impenji għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima jistgħu wkoll jieħdu l-forma ta’ pagament annwali għall-unitajiet ta’ bhejjem.
8. L-Istati Membri għandhom juru kif il-prattiki agrikoli mwettqa skont l-ekoskemi jwieġbu għall-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 108 u kif dawn jikkontribwixxu għall-arkitettura ambjentali u dik marbuta mal-klima msemmija fl-Artikolu 109(2), punt (a), u għat-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi. Huma għandhom jużaw sistema ta’ klassifikazzjoni jew ta’ punteġġ jew kwalunkwe metodoloġija xierqa oħra biex jiżguraw l-effettività u l-effiċjenza tal-ekoskemi biex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Meta jistabbilixxu l-livell ta’ pagamenti għal impenji differenti skont l-ekoskemi skont il-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu, punt (a) ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-livell ta’ sostenibbiltà u ambizzjoni ta’ kull ekoskema, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti.
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma’ dawk ibbażati fuq l-Artikolu 70.
Artikolu 32
Regoli ġenerali
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat għall-introjtu lill-bdiewa attivi bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
2. L-interventi tal-Istati Membri għandhom jgħinu lis-setturi u lill-produzzjonijiet appoġġati jew it-tipi speċifiċi ta’ biedja tagħhom elenkati fl-Artikolu 33 biex jindirizzaw id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom billi jtejbu l-kompetittività, is-sostenibbiltà jew il-kwalità. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa juru d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fir-rigward tal-għelejjel li fihom il-proteini.
3. L-appoġġ akkoppjat għall-introjtu għandu jieħu l-forma ta’ pagament annwali għal kull ettaru jew għal kull annimal.
Artikolu 33
Kamp ta’ applikazzjoni
L-appoġġ akkoppjat għall-introjtu jista’ biss jingħata lis-setturi u lill-produzzjonijiet li ġejjin jew lil tipi speċifiċi ta’ biedja fihom fejn dawn ikunu importanti għal raġunijiet soċjo-ekonomiċi jew ambjentali:
(a) |
ċereali; |
(b) |
żrieragħ żejtnin minbarra żerriegħa tal-ġirasol użata għall-ħlewwiet kif stabbilit fl-Artikolu 11(7); |
(c) |
għelejjel li fihom il-proteini, inkluż legumi u taħlita ta’ legumi u ħaxix sakemm il-legumi jibqgħu predominanti fit-taħlita, |
(d) |
kittien; |
(e) |
qanneb; |
(f) |
ross; |
(g) |
ġewż; |
(h) |
patata tal-lamtu; |
(i) |
ħalib u prodotti tal-ħalib; |
(j) |
żrieragħ; |
(k) |
laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż; |
(l) |
ċanga u vitella; |
(m) |
żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda; |
(n) |
dud tal-ħarir; |
(o) |
għalf niexef; |
(p) |
ħops; |
(q) |
pitravi zokkrija, kannamiela u għeruq taċ-ċikwejra; |
(r) |
frott u ħxejjex; |
(s) |
msajġar b’newba qasira. |
Artikolu 34
Eliġibbiltà
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat għall-introjtu fil-forma ta’ pagament għal kull ettaru biss għaż-żoni li jkunu ddeterminaw bħala ettari eliġibbli.
2. Fejn l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu jikkonċerna l-annimali bovini jew in-nagħaġ u l-mogħoż, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bħala kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà għall-appoġġ ir-rekwiżiti li l-annimali jiġu identifikati u rreġistrati skont il-Parti IV, it-Titolu I, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, tar-Regolament (UE) 2016/429. Madankollu, mingħajr preġudizzju għal kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà applikabbli oħra, l-annimali bovini jew in-nagħaġ u l-mogħoż għandhom jitqiesu li huma eliġibbli għall-appoġġ sakemm ir-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni jkunu ġew issodisfati sa ċertu data fis-sena tat-talba kkonċernata li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.
Artikolu 35
Setgħat delegati fil-każ ta’ żbilanċi strutturali tas-suq f’settur
F’konformità mal-Artikolu 152, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’miżuri li jevitaw it-tbatija għall-benefiċjarji tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu minn żbilanċi strutturali tas-suq f’settur. Dawk l-atti delegati jistgħu jippermettu lill-Istati Membru jiddeċiedu li l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu jista’ jkompli jitħallas sal-2027 abbażi tal-unitajiet tal-produzzjoni li għalihom ingħata tali appoġġ f’perijodu ta’ referenza fl-imgħoddi.
Artikolu 36
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja u l-Portugall għandhom jagħtu pagament speċifiku għall-għelejjel tal-qoton lill-bdiewa attivi li jipproduċu l-qoton skont il-kodiċi 5201 00 tan-NM bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima.
Artikolu 37
Regoli ġenerali
1. Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton għandu jingħata għal kull ettaru ta’ żona eliġibbli ta’ qoton. Iż-żona għandha tkun eliġibbli biss jekk tkun tinsab fuq art agrikola awtorizzata mill-Istat Membru għall-produzzjoni tal-qoton, miżrugħa b’varjetajiet awtorizzati mill-Istat Membru u l-qoton effettivament miġbur minnha f’kondizzjonijiet normali ta’ tkabbir.
2. Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton għandu jitħallas għal qoton ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli.
3. Il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja u l-Portugall għandhom jawtorizzaw l-art u l-varjetajiet imsemmija fil-paragrafu 1 skont kwalunkwe regola u kondizzjoni adottata skont il-paragrafu 5.
4. Għall-interventi koperti minn din is-Subtaqsima:
(a) |
l-eliġibbiltà tan-nefqa mġarrba għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-Artikolu 37, punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116; |
(b) |
għall-finijiet tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116, l-opinjoni li għandha tingħata mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandha tkopri l-punti (a), (b) u (d) tiegħu, kif ukoll id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni. |
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli u kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-art u tal-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-art u tal-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u dwar in-notifiki għall-produtturi relatati ma’ din l-awtorizzazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).
Artikolu 38
Żoni bażi, rendimenti fissi u ammonti ta’ referenza
1. Iż-żoni bażi nazzjonali li ġejjin huma stabbiliti:
— |
Bulgarija: 3 342 ha, |
— |
Greċja: 250 000 ha, |
— |
Spanja: 48 000 ha, |
— |
Portugall: 360 ha. |
2. Ir-rendimenti fissi għall-perijodi ta’ referenza li ġejjin huma stabbiliti:
— |
Bulgarija: 1,2 tunnellata/ha, |
— |
Greċja: 3,2 tunnellata/ha, |
— |
Spanja: 3,5 tunnellata/ha, |
— |
Portugall: 2,2 tunnellata/ha. |
3. L-ammont tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għal kull ettaru ta’ żona eliġibbli għandu jkun ikkalkulat billi r-rendimenti stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu mmultiplikati bl-ammonti ta’ referenza li ġejjin:
— |
Bulgarija: EUR 636,13, |
— |
Greċja: EUR 229,37, |
— |
Spanja: EUR 354,73, |
— |
Portugall: EUR 223,32. |
4. Jekk iż-żona eliġibbli għall-qoton fi Stat Membru partikolari u f’sena partikolari taqbeż iż-żona bażi stabbilita fil-paragrafu 1, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 għal dak l-Istat Membru għandu jitnaqqas proporzjonalment mar-rendiment żejjed taż-żona bażi.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton, dwar ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u dwar il-prattiki agronomiċi.
6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-kalkolu tat-tnaqqis previst fil-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).
Artikolu 39
Organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati
1. Għall-fini ta’ din is-Subtaqsima, “organizzazzjoni interprofessjonali approvata” tfisser entità ġuridika magħmula minn bdiewa li jipproduċu l-qoton u mill-inqas ħallieġ wieħed, li jwettqu attivitajiet bħal:
(a) |
jgħinu biex ikun ikkoordinat aħjar il-mod ta’ kif il-qoton jitqiegħed fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ studji ta’ riċerka u stħarriġ tas-suq; |
(b) |
ifasslu forom standard ta’ kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni; |
(c) |
jorjentaw il-produzzjoni lejn prodotti li jkunu adattati aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq u għad-domanda tal-konsumaturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u l-protezzjoni tal-konsumaturi; |
(d) |
jaġġornaw il-metodi u l-mezzi biex titjieb il-kwalità tal-prodott; |
(e) |
jiżviluppaw strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-promozzjoni tal-qoton permezz ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità. |
2. L-Istat Membru tal-istabbiliment tal-ħallieġa għandu japprova organizzazzjonijiet interprofessjonali li jissodisfaw kwalunkwe kriterju stabbilit skont il-paragrafu 3.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar:
(a) |
il-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali; |
(b) |
l-obbligi għall-produtturi; |
(c) |
il-konsegwenzi fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tissodisfax il-kriterji msemmija fil-punt (a). |
Artikolu 40
Għoti tal-pagament
1. Il-bdiewa għandhom jingħataw il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton għall-ettari li huma eliġibbli kif stabbilit fl-Artikolu 38.
2. Fil-każ ta’ bdiewa li jkunu membri ta’ organizzazzjoni interprofessjonali approvata, il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton għall-ettari li huma eliġibbli fl-erja bażi stabbilita fl-Artikolu 38(1) għandu jiżdied b’ammont ta’ EUR 2.
Artikolu 41
Derogi
1. L-Artikoli 101 u 102 u t-Titolu VII, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu III tiegħu, ma għandhomx japplikaw għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton stabbilit f’din is-Subtaqsima.
2. Il-pagament speċifiku għall-qoton ma għandu jiġi inkluż fl-ebda waħda mit-taqsimiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikoli 108 sa 114, ħlief fir-rigward tal-Artikolu 112(2), punt (a), relatat mal-pjan finanzjarju.
3. L-Artikolu 55(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi tar-Regolament (UE) 2021/2116 ma għandhomx japplikaw għall-interventi msemmija f’din is-Subtaqsima.
KAPITOLU III
TIPI TA’ INTERVENT F’ĊERTI SETTURI
Artikolu 42
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli li jikkonċernaw it-tipi ta’ intervent:
(a) |
fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), punt (i), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(b) |
fis-settur tal-prodotti tal-apikultura, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), punt (v),tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (is-”settur tal-apikultura”); |
(c) |
fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), punt (l), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(d) |
fis-settur tal-ħops, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(e) |
fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(f) |
fis-setturi l-oħra stipulati fl-Artikolu 1(2), punti (a) sa (h), (k), (m), (o) sa (t) u (w), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u setturi li jkopru prodotti elenkati fl-Anness VI għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 43
Tipi ta’ intervent obbligatorji u fakultattivi
1. It-tipi ta’ intervent fis-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 42, punt (a), għandhom ikunu obbligatorji għall-Istati Membri b’organizzazzjonijiet tal-produtturi f’dak is-settur rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Meta Stat Membru mingħajr organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex fil-mument tal-preżentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu jirrikonoxxi organizzazzjoni tal-produtturi f’dak is-settur skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 matul il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, dak l-Istat Membru għandu jressaq talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu skont l-Artikolu 119 sabiex jinkludi interventi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.
2. It-tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura msemmija fl-Artikolu 42, punt (b), għandhom ikunu obbligatorji għal kull Stat Membru.
3. It-tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 42, punt (c), għandhom ikunu obbligatorji għall-Istati Membri elenkati fl-Anness VII.
4. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 42, punti (d), (e) u (f).
5. Il-Ġermanja tista’ timplimenta t-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 42, punt (f), fis-settur tal-ħops, biss jekk hija tiddeċiedi fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħha li ma timplimentax it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 42, punt (d).
6. Il-Greċja, Franza u l-Italja jistgħu jimplimentaw it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 42, punt (f) fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, biss jekk dawn jiddeċiedu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li ma jimplimentawx it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 42, punt (e).
Artikolu 44
Forom ta’ appoġġ
1. Fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, l-appoġġ jista’ jieħu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
(a) |
rimborż ta’ spejjeż eliġibbli realment imġarrba minn benefiċjarju; |
(b) |
kostijiet ta’ unità; |
(c) |
somom f’daqqa; |
(d) |
finanzjament b’rata fissa. |
2. L-ammonti għall-forom ta’ appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, punti (b), (c) u (d), għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ wieħed mill-modi li ġejjin:
(a) |
metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq:
|
(b) |
abbozzi ta’ baġits stabbiliti skont il-każ u maqbula ex ante mill-korp li jagħżel l-operazzjoni fil-każ ta’ interventi fis-settur tal-inbid u tal-apikultura jew mill-korp li japprova l-programmi operazzjonali msemmija fl-Artikolu 50 fil-każ ta’ interventi fis-setturi l-oħra eliġibbli; |
(c) |
f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni tal-kostijiet ta’ unità, tas-somom f’daqqa u tar-rati fissi korrispondenti applikabbli fil-politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ intervent; |
(d) |
f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ kostijiet ta’ unità, somom f’daqqa u rati fissi korrispondenti applikati skont skemi ta’ appoġġ iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip ta’ intervent simili. |
Artikolu 45
Setgħat delegati għal rekwiżiti addizzjonali għal tipi ta’ intervent
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’rekwiżiti addizzjonali minbarra dawk stabbiliti f’dan il-Kapitolu fir-rigward:
(a) |
tal-iżgurar tat-tipi ta’ intervent stabbiliti f’dan il-Kapitolu, b’mod partikolari billi jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern; |
(b) |
tat-tip ta’ nefqa koperta mill-interventi inklużi f’dan il-Kapitolu, inkluż, b’deroga mill-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116, l-eliġibbiltà tal-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew ta’ benefiċjarji oħra meta jimplimentaw dawk l-interventi; |
(c) |
tal-bażi għall-kalkolu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni msemmija f’dan il-Kapitolu, inkluż il-perijodi ta’ referenza u l-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, u għall-kalkolu tal-grad tal-organizzazzjoni tal-produtturi għall-fini tal-assistenza finanzjarja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 53; |
(d) |
tal-livell massimu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punti (a), (c), (f), (g), (h) u (i) u għat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punti (c), (d) u (l), inkluż ir-rati tal-imballaġġ u tat-trasport għall-prodotti rtirati għad-distribuzzjoni mingħajr ħlas u għall-ispejjeż tal-ipproċessar qabel ma jitwasslu għal dak il-għan; |
(e) |
tar-regoli għall-iffissar ta’ limitu massimu għan-nefqa u għall-kejl tal-erja eliġibbli għall-fini tat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punt (d), u fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a); |
(f) |
tar-regoli li permezz tagħhom il-produtturi jkollhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, tar-regoli dwar l-eċċezzjonijiet għal dak l-obbligu sabiex ikun evitat piż amministrattiv addizzjonali, u tar-regoli għaċ-ċertifikazzjoni volontarja tad-distillaturi; |
(g) |
tal-kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-użu ta’ forom ta’ appoġġ elenkati fl-Artikolu 44(1). |
(h) |
tar-regoli dwar ir-rekwiżit ta’ durabbiltà minima għal investimenti produttivi u mhux produttivi appoġġati minn interventi inklużi f’dan il-Kapitolu; |
(i) |
tar-regoli dwar il-kombinament ta’ finanzjament għal investimenti skont l-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b), u għall-promozzjoni skont l-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (k). |
Artikolu 46
Objettivi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, is-settur tal-ħops, is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u fis-setturi l-oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f)
L-objettivi fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f), għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
l-ippjanar u l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, l-aġġustament tal-produzzjoni għad-domanda, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità, l-ottimizzazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni u r-redditi fuq l-investiment, u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (a), (b), (c) u (i); |
(b) |
il-konċentrazzjoni tal-provvista u l-introduzzjoni fis-suq tal-prodotti, inkluż permezz tal-kummerċjalizzazzjoni diretta; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (a), (b) u (c); |
(c) |
it-titjib tal-kompetittività fuq terminu medju u twil, b’mod partikolari permezz tal-modernizzazzjoni; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (c); |
(d) |
ir-riċerka f’metodi ta’ produzzjoni sostenibbli u l-iżvilupp tagħhom, inkluż ir-reżiljenza għall-pesti, ir-reżistenza għall-mard tal-annimali u l-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prattiki innovattivi u t-tekniki ta’ produzzjoni li jagħtu spinta lill-kompetittività ekonomika u jsaħħu l-iżviluppi tas-suq; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (a), (b), (c) u (i); |
(e) |
il-promozzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’:
Dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (e), (f) u (i); |
(f) |
il-kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, kif jinsab fl-Artikolu 6(1), punt (d); |
(g) |
l-ispinta fil-valur kummerċjali u l-kwalità tal-prodotti, inkluż it-titjib tal-kwalità tal-prodotti u l-iżvilupp ta’ prodotti b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew b’indikazzjoni ġeografika protetta jew koperti minn skemi tal-kwalità tal-Unjoni jew nazzjonali rikonoxxuti mill-Istati Membri; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettiv speċifiku li jinsab fl-Artikolu 6(1), punt (b); |
(h) |
il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (b), (c) u (i); |
(i) |
iż-żieda fil-konsum tal-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, fil-forma friska jew ipproċessata; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku li jinsab fl-Artikolu 6(1), punt (i); |
(j) |
il-prevenzjoni tal-kriżijiet u l-ġestjoni tar-riskju, immirati biex jevitaw u jindirizzaw disturbi fis- swieq tas-setturi rilevanti; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (a), (b) u (c); |
(k) |
it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-impjieg u l-infurzar tal-obbligi tal-impjegaturi kif ukoll tar-rekwiżiti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol f’konformità mad-Direttivi 89/391/KEE, 2009/104/KE u (UE) 2019/1152. |
Artikolu 47
Tipi ta’ intervent fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, is-settur tal-ħops, is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u fis- setturi l-oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f)
1. Għal kull objettiv magħżul minn fost dawk imsemmija fl-Artikolu 46, punti (a) sa (i) u (k), l-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għandhom jagħżlu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ intervent li ġejjin fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f):
(a) |
Investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli, riċerka u metodi ta’ produzzjoni sperimentali u innovattivi u azzjonijiet oħra, f’oqsma bħal:
|
(b) |
servizzi ta’ konsulenza u assistenza teknika, b’mod partikolari dwar tekniki sostenibbli għall-kontroll ta’ pesti u mard, l-użu sostenibbli ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għas-saħħa tal-annimali, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, il-kondizzjonijiet tal-impjieg, l-obbligi tal-impjegatur u s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; |
(c) |
it-taħriġ, inkluż l-ikkowċjar u l-iskambju tal-aħjar prattiki, b’mod partikolari dwar tekniki sostenibbli għall-kontroll ta’ pesti u mard, l-użu sostenibbli ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għas-saħħa tal-annimali, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, kif ukoll l-użu ta’ pjattaformi organizzati ta’ negozjar u swieq għan-negozju ta’ prodotti bażiċi fuq il-post u suq tal-futuri; |
(d) |
il-produzzjoni organika jew integrata; |
(e) |
azzjonijiet biex tiżdied is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tat-trasport u tal-ħżin tal-prodotti; |
(f) |
il-promozzjoni, il-komunikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni inkluż azzjonijiet u attivitajiet immirati b’mod partikolari lejn is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni u l-importanza tad-dieti tajbin għas-saħħa, u lejn id-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq; |
(g) |
l-implimentazzjoni ta’ skemi tal-Unjoni u dawk nazzjonali ta’ kwalità; |
(h) |
l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ traċċabbiltà u ċertifikazzjoni, b’mod partikolari l-monitoraġġ tal-kwalità tal-prodotti mibjugħa lill-konsumaturi finali; |
(i) |
l-azzjonijiet għall-mitigazzjoni u għall-adattament tat-tibdil fil-klima. |
2. Fir-rigward tal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 46, punt (j), fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jagħżlu tip ta’ intervent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f):
(a) |
l-istabbiliment, il-mili u l-mili mill-ġdid tal-fondi mutwi mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 67(7) ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
l-investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi kkummerċjalizzati aktar effiċjenti inkluż għall-ħżin kollettiv; |
(c) |
il-ħżin kollettiv tal-prodotti magħmula mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri tagħha, inkluż fejn meħtieġ l-ipproċessar kollettiv biex ikun iffaċilitat dan il-ħżin; |
(d) |
it-tħawwil mill-ġdid ta’ siġar tal-frott jew taż-żebbuġ f’imsaġar fejn dak ikun meħtieġ wara li s-siġar ikollhom jinqalgħu għal raġunijiet ta’ saħħa jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima; |
(e) |
ripopolazzjoni tal-bhejjem wara qtil obbligatorju għal raġunijiet ta’ saħħa jew minħabba telf li jirrizulta minn diżastri naturali; |
(f) |
l-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni ħielsa jew għal destinazzjonijiet oħra, inkluż fejn meħtieġ l-ipproċessar biex jitħaffef tali rtirar; |
(g) |
il-ħsad bikri, li jikkonsisti mit-total tal-ġbir f’żona partikolari ta’ prodotti mhux misjura u mhux kummerċjabbli li ma tkunx saritilhom ħsara qabel il-ħsad bikri, kemm għal raġunijiet klimatiċi, mard jew raġunijiet oħra; |
(h) |
in-nuqqas ta’ ħsad, li jikkonsisti fi tmiem iċ-ċiklu ta’ produzzjoni attwali fiż-żona kkonċernata fejn il-prodott ikun żviluppat sew u jkun ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli, eskluż il-qerda ta’ prodotti minħabba avveniment klimatiku jew mard; |
(i) |
l-assigurazzjoni fuq il-prodott miġbur u fuq l-produzzjoni li tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-introjti tal-produtturi meta jkun hemm telf bħala konsegwenza ta’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet mill-pesti filwaqt li tiżgura li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri meħtieġa ta’ prevenzjoni tar-riskju; |
(j) |
l-ikkowċjar lill-organizzazzjonijiet oħra tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 67(7) ta’ dan ir-Regolament, jew lil produtturi individwali; |
(k) |
l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ rekwiżiti sanitarji u fitosanitarji ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi terzi; |
(l) |
azzjonijiet ta’ komunikazzjoni li għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza u jinfurmaw lill-konsumaturi. |
Artikolu 48
Ippjanar, rappurtar u approvazzjoni tal-prestazzjoni fil-livell tal-programm operazzjonali
L-Artikolu 7(1), punt (a), l-Artikolu 102, l-Artikolu 111, punti (g) u (h), l-Artikolu 112(3), punt (b), u l-Artikolu 134 għandhom japplikaw għat-tipi ta’ intervent fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f), fil-livell tal-programmi operazzjonali, minflok fil-livell ta’ intervent. L-ippjanar, ir-rappurtar u l-approvazzjoni tal-prestazzjoni għal dawk it-tipi ta’ intervent għandhom jitwettqu wkoll fil-livell tal-programmi operazzjonali.
Artikolu 49
Objettivi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex
L-Istati Membri għandhom isegwu wieħed jew aktar mill-objettivi li jinsabu fl-Artikolu 46 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmi fl-Artikolu 42, punt (a). L-objettivi li jinsabu fl-Artikolu 46, punti (g), (h), (i) u (k), għandhom ikopru l-prodotti kemm jekk f’forma friska kif ukoll jekk ipproċessata, filwaqt li l-objettivi li jinsabu fil-punti l-oħra ta’ dak l-Artikolu għandhom ikopru biss prodotti f’forma friska.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi jikkorrispondu mat-tipi ta’ intervent magħżula skont l-Artikolu 47.
Artikolu 50
Programmi operazzjonali
1. L-objettivi msemmija fl-Artikolu 46 u l-interventi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex stipulati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għandhom ikunu implimentati permezz ta’ programmi operazzjonali approvati tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jew it-tnejn, bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-programmi operazzjonali għandhom idumu minn tal-anqas tliet snin u mhux aktar minn seba’ snin.
3. Il-programmi operazzjonali għandhom mill-anqas jilħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (b), (e) u (f).
4. Għal kull objettiv magħżul, il-programmi operazzjonali għandhom jiddeskrivu l-interventi magħżula minn fost dawk stabbiliti mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
5. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jippreżentaw programmi operazzjonali lill-Istati Membri għall-approvazzjoni u, jekk jiġu approvati, għandhom jimplimentawhom.
6. Il-programmi operazzjonali tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma għandhomx ikopru l-istess interventi bħal dawk tal-programmi operazzjonali tal-organizzazzjonijiet membri. L-Istati Membri għandhom iqisu l-programmi operazzjonali tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi flimkien mal-programmi operazzjonali tal-organizzazzjonijiet membri.
Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
l-interventi skont il-programmi operazzjonali ta’ assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu ffinanzjati fl-intier tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(1), punt (b), mill-kontribuzzjonijiet tal-organizzazzjonijiet membri ta’ dik l-assoċjazzjoni u li tali finanzjament jinġabar mill-fondi operazzjonali ta’ dawk l-organizzazzjonijiet membri; |
(b) |
l-interventi u s-sehem finanzjarju korrispondenti tagħhom ikunu identifikati fil-programm operazzjonali ta’ kull organizzazzjoni membru; |
(c) |
ma jkun hemm ebda duplikazzjoni tal-finanzjament. |
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal kull programm operazzjonali:
(a) |
mill-inqas 15 % tan-nefqa tkopri l-interventi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (e) u (f); |
(b) |
il-programm operazzjonali jinkludi tliet azzjonijiet jew aktar marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (e) u (f); |
(c) |
mill-inqas 2 % tan-nefqa tkopri l-interventi marbuta mal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 46, punt (d); u |
(d) |
in-nefqa għall-interventi fit-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punti (f), (g) u (h), ma taqbiżx terz tan-nefqa totali. |
Fejn mill-inqas 80 % tal-membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jkunu soġġetti għal impenji identiċi, wieħed jew aktar, agroambjentali-klimatiċi jew tal-biedja organika previsti fil-Kapitolu IV, kull wieħed minn dawn l-impenji għandu jgħodd bħala azzjoni għall-minimu ta’ tlieta msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (b).
8. Fil-programmi operazzjonali jista’ jkun hemm l-azzjonijiet proposti biex jiżguraw li l-ħaddiema fis-settur igawdu minn kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti u sikuri.
Artikolu 51
Fondi operazzjonali
1. Kull organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex jew l-assoċjazzjoni ta’ tali organizzazzjonijiet ta’ produtturi tista’ tistabbilixxi fond operazzjonali. Il-fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta’:
(a) |
kontribuzzjonijiet finanzjarji minn:
|
(b) |
l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, li tista’ tingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew lill-assoċjazzjonijiet tagħhom meta dawk l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet jippreżentaw programm operazzjonali. |
2. Il-fondi operazzjonali għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw il-programmi operazzjonali li jkunu ġew approvati mill-Istati Membri.
Artikolu 52
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni għas-settur tal-frott u l-ħxejjex
1. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun ugwali għall-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 51(1), punt (a), attwalment imħallsa u limitata għal 50 % tan-nefqa reali mġarrba.
2. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun limitata għal:
(a) |
4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi; |
(b) |
4,5 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi; |
(c) |
5 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali. |
Dawk il-limiti jistgħu jiżdiedu b’0,5 punt perċentwali dment li l-ammont li jaqbeż il-perċentwal rilevanti stabbilit fl-ewwel subparagrafu jintuża biss għal interventi wieħed jew aktar li jkunu marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (d), (e), (f), (h), (i) u (j). Fil-każ tal-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, inkluż l-assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, dawk l-interventi jistgħu jiġu implimentati mill-assoċjazzjoni f’isem il-membri tagħha.
3. Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 60 % f’każ ta’ programm operazzjonali jew parti minn programm operazzjonali jekk mill-anqas tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
l-organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali jimplimentaw fi żewġ Stati Membri jew f’aktar l-interventi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (b), (e) u (f); |
(b) |
organizzazzjoni tal-produttur jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, waħda jew aktar, ikunu impenjati f’interventi mħaddma fuq bażi interprofessjonali; |
(c) |
il-programm operazzjonali jkun ikopri biss appoġġ speċifiku għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti mir-Regolament (UE) 2018/848; |
(d) |
l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuta skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 timplimenta programm operazzjonali għall-ewwel darba; |
(e) |
l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 20 % tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex fi Stat Membru; |
(f) |
l-organizzazzjoni tal-produtturi topera f’wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi; |
(g) |
il-programm operazzjonali jinkludi l-interventi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (d), (e), (f), (i) u (j); |
(h) |
il-programm operazzjonali jkun implimentat għall-ewwel darba minn organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta li tkun ir-riżultat ta’ fużjoni bejn żewġ organizzazzjonijiet rikonoxxuti, jew aktar, tal-produtturi. |
4. Il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 80 % għan-nefqa marbuta mal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 46, punt (d), jekk dik in-nefqa tkopri mill-inqas 5 % tan-nefqa skont il-programm operazzjonali.
5. Il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 80 % għan-nefqa marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (e) u (f), jekk dik in-nefqa tkopri mill-inqas 20 % tan-nefqa skont il-programm operazzjonali.
6. Il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 100 % fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
l-irtirar mis-suq tal-frott u l-ħxejjex li ma jaqbżux il-5 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi u li jitneħħew permezz ta’:
|
(b) |
l-azzjonijiet relatati mal-ikkowċjar ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi oħra rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sakemm dawk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu minn reġjuni tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 53(2) ta’ dan ir-Regolament, jew ta’ produtturi individwali. |
Artikolu 53
Assistenza finanzjarja nazzjonali
1. Fir-reġjuni tal-Istati Membri fejn il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex ikun taħt il-medja tal-Unjoni b’mod sinifikanti, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-organizzazzjonijiet ta-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 assistenza finanzjarja nazzjonali li ma taqbiżx 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 51(1), punt (a) ta’ dan ir-Regolament u sa mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kwalunkwe tali organizzazzjoni tal-produtturi. L-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha tkun addizzjonali għall-fond operazzjonali.
2. Il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi f’reġjun ta’ Stat Membru għandu jitqies li huwa sinifikament taħt il-medja tal-Unjoni fejn il-livell medju ta’ organizzazzjoni kien inqas minn 20 % għal tliet snin konsekuttivi qabel l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali. Il-livell ta’ organizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat bħala l-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li nkiseb fir-reġjun ikkonċernat u kkummerċjalizzat mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, diviż bil-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li nkiseb f’dak ir-reġjun.
3. L-Istati Membri li jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali skont il-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-reġjuni li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u dwar l-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’dawk ir-reġjuni.
Artikolu 54
Objettivi fis-settur tal-apikultura
L-Istati Membri għandhom isegwu mill-inqas wieħed mill-objettivi speċifiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) fis-settur tal-apikultura.
Artikolu 55
Tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura u assistenza finanzjarja mill-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għal kull objettiv speċifiku magħżul stabbilit fl-Artikolu 6(1) wieħed jew aktar mit-tipi ta’ intervent li ġejjin fis-settur tal-apikultura:
(a) |
servizzi ta’ konsulenza, assistenza teknika, taħriġ, informazzjoni u skambju tal-aħjar prattiki, inkluż permezz ta’ networking, għal dawk li jrabbu n-naħal u l-organizzazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu n-naħal; |
(b) |
investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli, kif ukoll azzjonijiet oħra, fosthom għal:
|
(c) |
azzjonijiet li jappoġġaw il-laboratorji għall-analiżi tal-prodotti tal-apikultura, it-telf tan-naħal jew it-tnaqqis fil-produttività, u sustanzi potenzjalment tossiċi għan-naħal; |
(d) |
azzjonijiet biex jiġi ppreservat jew jiżdied l-għadd eżistenti ta’ kaxxi tan-naħal fl-Unjoni, inkluż it-tnissil tan-naħal; |
(e) |
il-kooperazzjoni ma’ korpi speċjalizzati għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u l-prodotti tal-apikultura; |
(f) |
il-promozzjoni, il-komunikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni inkluż azzjonijiet ta’ monitoraġġ tas-suq u attivitajiet immirati b’mod partikolari lejn is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar il-kwalità tal-prodotti tal-apikultura; |
(g) |
azzjonijiet għat-titjib tal-kwalità tal-prodotti. |
2. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jissostanzjaw l-għażla tagħhom tal-objettivi speċifiċi u t-tipi ta’ intervent. Fi ħdan it-tipi ta’ intervent magħżula, huma għandhom jispeċifikaw l-interventi.
3. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-finanzjament ipprovdut minnhom għat-tipi ta’ intervent magħżula fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu mill-inqas l-istess ammont ta’ finanzjament bħall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni li jużaw abbażi tal-Artikolu 88(2) għall-appoġġ tat-tipi ta’ intervent imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
5. L-assistenza finanzjarja totali pprovduta mill-Unjoni u l-Istati Membri ma għandhiex taqbeż in-nefqa mġarrba mill-benefiċjarju.
6. Meta jfasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-qasam tat-trobbija tan-naħal.
7. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ kaxxi tan-naħal fit-territorju tagħhom.
Artikolu 56
Setgħat delegati addizzjonali għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’rekwiżiti addizzjonali għal dawk stabbiliti f’din it-Taqsima rigward:
(a) |
l-obbligu tal-Istati Membri li kull sena jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ kaxxi tan-naħal fit-territorju tagħhom stabbilit fl-Artikolu 55(7); |
(b) |
definizzjoni ta’ kaxxa tan-naħal u l-metodi għall-kalkolu tal-għadd ta’ kaxxi tan-naħal; |
(c) |
il-kontribuzzjoni minima tal-Unjoni għan-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tat-tipi ta’ intervent u l-interventi msemmija fl-Artikolu 55. |
Artikolu 57
Objettivi fis-settur tal-inbid
L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandu jkollhom objettiv wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin fis-settur tal-inbid:
(a) |
it-titjib tas-sostenibbiltà ekonomika u l-kompetittività tal-produtturi tal-inbid tal-Unjoni; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi li jinsabu fl-Artikolu 6(1), punti (a), (b), (c) u (h); |
(b) |
il-kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u għat-titjib fis-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ produzzjoni u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, billi fost l-oħrajn jingħata appoġġ lil dawk li jkabbru d-dwieli għall-inbid biex inaqqsu l-użu tal-mezzi ta’ produzzjoni u jimplimentaw metodi u prattiki ta’ kultivazzjoni li jkunu aktar sostenibbli għall-ambjent; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi li jinsab fl-Artikolu 6(1), punti (d) sa (f) u (i); |
(c) |
it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-impjieg u l-infurzar tal-obbligi tal-impjegaturi kif ukoll tar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol f’konformità mad-Direttivi 89/391/KEE, 2009/104/KE u (UE) 2019/1152; |
(d) |
it-titjib tal-prestazzjoni tal-intrapriżi tal-inbid tal-Unjoni u l-adattament tagħhom għad-domandi tas-suq, kif ukoll iż-żieda tal-kompetittività tagħhom fit-tul fil-produzzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tad-dwieli, inkluż l-iffrankar fl-enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija globali u l-proċessi sostenibbli; dawk l-objettivi huma relatati mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (a) sa (e), (g) u (h); |
(e) |
il-kontribut għar-restawr tal-bilanċ tal-provvista u d-domanda fis-suq tal-inbid tal-Unjoni sabiex jiġu evitati l-kriżijiet fis-suq; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (a); |
(f) |
il-kontribut għas-salvagwardja tal-introjti tal-produtturi tal-Unjoni meta jġarrbu telf bħala konsegwenza ta’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet ta’ pesti; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (a); |
(g) |
iż-żieda tal-kummerċjabbiltà u l-kompetittività tal-prodotti tad-dwieli tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji innovattivi, u ż-żieda tal-valur fi kwalunkwe stadju tal-katina ta’ provvista; dak l-objettiv jista’ jinkludi t-trasferiment tal-għarfien u huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (a), (b), (c), (e) u (i); |
(h) |
is-sostenn għall-użu tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid għal skopijiet industrijali u tal-enerġija sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni filwaqt li jitħares l-ambjent; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d) u (e); |
(i) |
il-kontribut għas-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar il-konsum responsabbli tal-inbid u dwar l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni għall-inbid; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (b) u (i); |
(j) |
it-titjib tal-kompetittività tal-prodotti tad-dwieli tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, inkluż il-ftuħ u d-diversifikazzjoni tas-swieq tal-inbid; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (b) u (h); |
(k) |
il-kontribut għaż-żieda tar-reżiljenza tal-produtturi kontra ċ-ċaqliq ekonomiku; dak l-objettiv huwa relatat mal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (a). |
Artikolu 58
Tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid
1. Għal kull objettiv magħżul minn fost dawk stabbiliti fl-Artikolu 57, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jagħżlu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom wieħed jew aktar mit-tipi ta’ intervent li ġejjin:
(a) |
ir-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji, li huwa proċess li jikkonsisti minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli f’sistemi agrikoli ta’ vinikultura, minbarra operazzjonijiet rilevanti għat-tip ta’ intervent previst fil-punt (a), fil-faċilitajiet tal-ipproċessar u fl-infrastruttura għall-fabbriki tal-inbid, kif ukoll fl-istrutturi u l-għodod ta’ kummerċjalizzazzjoni; |
(c) |
il-qtugħ bikri, li jfisser il-qerda jew it-tneħħija totali ta’ għenieqed tal-għeneb waqt li jkunu għadhom fl-istadju immatur tagħhom, u b’hekk jitnaqqas ir-rendiment taż-żona rilevanti għal żero, u eskluż in-nuqqas ta’ qtugħ, jiġifieri li l-għeneb kummerċjali jitħallew fuq il-pjanti fi tmiem iċ-ċiklu normali ta’ produzzjoni; |
(d) |
l-assigurazzjoni fuq il-prodott miġbur kontra telf fl-introjtu li jirriżulta minn avvenimenti klimatiċi avversi assimilati ma’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, ħsara kkawżata mill-annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet mill-pesti; |
(e) |
investimenti tanġibbli u intanġibbli fl-innovazzjoni li jikkonsistu fl-iżvilupp ta’ prodotti innovattivi, inkluż prodotti mill-produzzjoni tal-inbid u prodotti sekondarji tagħha, proċessi u teknoloġiji innovattivi għall-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid u d-diġitalizzazzjoni ta’ dawk il-proċessi u t-teknoloġiji, kif ukoll investimenti oħra li jżidu l-valur fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-provvista, inkluż għall-iskambju tal-għarfien u l-kontribut għall-adattament għat-tibdil fil-klima; |
(f) |
servizzi ta’ konsulenza, b’mod partikolari dwar il-kondizzjonijiet tal-impjieg, l-obbligi tal-impjegaturi u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; |
(g) |
id-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji mill-produzzjoni tal-inbid imwettqa skont ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-Parti II, Taqsima D, tal-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(h) |
azzjonijiet ta’ informazzjoni dwar l-inbejjed tal-Unjoni mwettqa fl-Istati Membri li jinkoraġġixxu l-konsum responsabbli tal-inbid jew li jippromwovu l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni li jkopru d-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi; |
(i) |
azzjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti mill-Istati Membri fis-settur tal-inbid skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għandhom l-għan li jtejbu r-reputazzjoni tal-vinji tal-Unjoni billi jippromwovu t-turiżmu tal-inbid fir-reġjuni tal-produzzjoni; |
(j) |
azzjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti mill-Istati Membri fis-settur tal-inbid skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bil-għan li jittejjeb l-għarfien tas-suq; |
(k) |
il-promozzjoni u l-komunikazzjoni mwettqa f’pajjiżi terzi, li tikkonsisti f’waħda jew aktar mill-azzjonijiet u l-attivitajiet li ġejjin immirati lejn it-titjib tal-kompetittività tas-settur tal-inbid, u l-ftuħ, id-diversifikazzjoni jew il-konsolidazzjoni tas-swieq:
|
(l) |
assistenza temporanja u digressiva biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment ta’ fondi mutwi; |
(m) |
investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli li għandhom l-għan li jtejbu s-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-inbid billi:
|
L-ewwel subparagrafu, punt (k), għandu japplika biss għal inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew b’indikazzjoni ġeografika protetta jew għal inbejjed b’indikazzjoni tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid. L-operazzjonijiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni mmirati lejn il-konsolidazzjoni tas-swieq disponibbli għandhom ikunu limitati għal tul massimu ta’ tliet snin, li ma jistax jiġi estiż, u għandhom jikkonċernaw biss l-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni li jkopru d-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi.
2. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jissostanzjaw l-għażla tagħhom tal-objettivi u tat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid. Fit-tipi ta’ intervent magħżula, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-interventi.
L-Istati Membri li għażlu t-tipi ta’ intervent previsti fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (k) ta’ dan l-Artikolu għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-azzjonijiet u l-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tat-tul ta’ żmien massimu tagħhom.
3. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu V, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jagħtu skeda ta’ implimentazzjoni għat-tipi ta’ intervent magħżula, l-interventi u tabella finanzjarja ġenerali li turi r-riżorsi li jridu jintużaw u l-allokazzjoni prevista tar-riżorsi bejn it-tipi ta’ intervent magħżula u bejn l-interventi skont l-allokazzjoni finanzjarji stabbiliti fl-Anness VII.
Artikolu 59
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni għas-settur tal-inbid
1. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż reali għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, jew il-75 % tal-ispejjeż reali tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji fir-reġjuni inqas żviluppati.
Madankollu dik l-assistenza finanzjarja tista’, għal art wieqfa u art imtarrġa f’żoni fejn l-inklinazzjoni tkun akbar minn 40 %, tasal sa 60 % tal-ispejjeż reali tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, jew sa 80 % tal-ispejjeż reali tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji f’reġjuni inqas żviluppati.
L-assistenza tista’ tieħu biss il-forma ta’ kumpens għall-produtturi għat-telf fid-dħul minħabba l-implimentazzjoni tal-intervent u kontribuzzjoni għall-ispejjeż tar-ristrutturar u l-konverżjoni. Il-kumpens għall-produtturi għat-telf fid-dħul minħabba l-implimentazzjoni tal-intervent jista’ jkopri sa 100 % tat-telf rilevanti u jieħu waħda mill-forom li ġejjin:
(a) |
il-permess li dwieli qodma u ġodda jikkoeżistu għal perijodu massimu li ma għandux jaqbeż it-tliet snin; |
(b) |
kumpens finanzjarju għal perijodu massimu li ma għandux jaqbeż it-tliet snin. |
2. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-investimenti msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b), ma għandhiex taqbeż:
(a) |
50 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni anqas żviluppati; |
(b) |
40 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni għajr ir-reġjuni inqas żviluppati; |
(c) |
75 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
(d) |
65 % tal-ispejjeż ta’ investimenti eliġibbli fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew. |
L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni bir-rata massima stabbilita fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata biss lill-intrapriżi mikro, żgħar u medji skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (43). Madankollu, tista’ tingħata lill-intrapriżi kollha fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew.
Għall-intrapriżi mhux koperti mill-Artikolu 2(1) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE b’anqas minn 750 impjegat jew bi dħul annwali ta’ anqas minn EUR 200 miljun, il-livelli massimi tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitnaqqsu bin-nofs.
L-ebda assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandha tingħata lill-intrapriżi f’diffikultà skont it-tifsira tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ntitolata “Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà” (44).
3. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-qtugħ bikri tal-għeneb imsemmi fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c), ma għandhiex taqbeż il-50 % tas-somma tal-ispejjeż diretti tal-qerda jew tat-tneħħija tal-għenieqed tal-għeneb u t-telf tad-dħul relatat mat-tali qerda jew tneħħija.
4. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-interventi msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punti (i), (j) u (m), ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż diretti jew eliġibbli.
5. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-assigurazzjoni fuq il-prodott miġbur imsemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (d), ma għandhiex taqbeż:
(a) |
80 % tal-ispiża tal-premiums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għall-assigurazzjoni kontra t-telf li jirriżulta minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma’ diżastri naturali; |
(b) |
50 % tal-ispiża tal-premiums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għall-assigurazzjoni kontra:
|
L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-assigurazzjoni fuq il-prodott miġbur tista’ tingħata jekk il-pagamenti tal-assigurazzjoni inkwistjoni ma jikkumpensawx lill-produtturi għal aktar minn 100 % tat-telf tal-introjtu li jkunu ġarrbu, filwaqt li jittieħed kont ta’ kwalunkwe kumpens li l-produtturi jkunu setgħu kisbu minn skemi oħra ta’ appoġġ relatati mar-riskju assigurat. Il-kuntratti tal-assigurazzjoni għandhom jeħtieġu li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri meħtieġa ta’ prevenzjoni tar-riskju.
6. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-innovazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (e), ma għandhiex taqbeż:
(a) |
50 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni anqas żviluppati; |
(b) |
40 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni għajr ir-reġjuni inqas żviluppati; |
(c) |
80 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
(d) |
65 % tal-ispejjeż ta’ investimenti eliġibbli fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew. |
L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni bir-rata massima tagħha stabbilita fl-ewwel subparagrafu, għandha tingħata biss lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE; madankollu, tista’ tingħata lill-intrapriżi kollha fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew.
Għall-intrapriżi mhux koperti mill-Artikolu 2(1) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, b’anqas minn 750 impjegat jew bi dħul annwali ta’ anqas minn EUR 200 miljun, il-livelli massimi tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jitnaqqas bin-nofs.
7. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-azzjonijiet ta’ informazzjoni u għall-promozzjoni msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punti (h) u (k), ma għandhiex taqbeż il-50 % tan-nefqa eliġibbli.
Barra minn hekk, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) jistgħu jagħtu pagamenti nazzjonali sa 30 % tan-nefqa eliġibbli, iżda l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni u l-pagamenti tal-Istati Membri flimkien ma għandhomx jaqbżu 80 % tan-nefqa eliġibbli.
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji mill-produzzjoni tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (g), skont ir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 60(3). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).
Artikolu 60
Regoli speċifiċi dwar l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għas-settur tal-inbid
1. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jiżguraw li l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-assigurazzjoni fuq il-prodott miġbur ma tikkawżax distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni.
2. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jistabbilixxu sistema bbażata fuq kriterji oġġettivi biex jiġi żgurat li l-qtugħ bikri tal-għeneb ma jwassalx għal kumpens ta’ produtturi individwali li jkun aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 59(3).
3. L-ammont tal-assistenza mill-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, punt (g), għandu jkun stabbilit għal kull % tal-volum u għal kull ettolitru ta’ alkoħol prodott. L-ebda assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandha titħallas għall-volum ta’ alkoħol li jkun hemm fil-prodotti sekondarji li jkunu ser jiġu ddistillati li jkun aktar minn 10 % relattivament mal-volum ta’ alkoħol li jkun hemm fl-inbid prodott.
L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jiżguraw li l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji mill-produzzjoni tal-inbid titħallas lid-distillaturi li jipproċessaw il-prodotti sekondarji mill-produzzjoni tal-inbid ikkonsenjati għall-finijiet tad-distillazzjoni f’alkoħol mhux raffinat li jkollu saħħa alkoħolika ta’ mill-inqas 92 % skont il-volum.
L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tinkludi somma f’daqqa biex tikkumpensa għall-ispejjeż tal-ġbir tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid. Dak l-ammont għandu jiġi ttrasferit mid-distillatur għall-produttur f’każijiet fejn dan tal-aħħar jerfa’ l-ispejjeż rilevanti.
L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jiżguraw li l-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid li għalih tkun ingħatat assistenza finanzjarja mill-Unjoni jintuża esklużivament għal skopijiet industrijali jew ta’ enerġija li ma jikkawżawx distorsjoni tal-kompetizzjoni.
4. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 88(1) għandhom jiżguraw li mill-anqas 5 % tan-nefqa tkun allokata minn qabel u li mill-anqas azzjoni waħda tiġi adottata biex jintlaħqu l-objettivi favur il-protezzjoni tal-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima, it-titjib tas-sostenibbiltà tas-sistemi u l-proċessi tal-produzzjoni, it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, l-iffrankar tal-enerġija u t-titjib fl-effiċjenza enerġetika globali fis-settur tal-inbid, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 57, punti (b), (d) u (h).
Artikolu 61
Objettivi u tipi ta’ intervent fis-settur tal-ħops
1. Il-Ġermanja għandu jkollha fis-settur tal-ħops objettiv wieħed jew aktar mill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 46, punti (a) sa (h), (j) u (k).
2. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħha, il-Ġermanja għandha tagħżel wieħed jew aktar mit-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47 biex twettaq l-objettivi magħżula kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Fit-tipi ta’ intervent magħżula, il-Ġermanja għandha tispeċifika l-interventi. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħha, hija għandha tissostanzja l-għażla tal-objettivi, tat-tipi ta’ intervent u l-interventi biex tissodisfa dawk l-objettivi.
3. L-interventi speċifikati mill-Ġermanja għandhom jiġu implimentati permezz ta’ programmi operazzjonali approvati tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tagħhom rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
4. Il-programmi operazzjonali msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 50(2), (4), (5), (6) u (8).
5. Il-Ġermanja għandha tiżgura li l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni pprovduta lil kull organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi skont dan l-Artikolu għat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punti (f), (g) u (h), ma taqbiżx, bħala medja fuq tliet snin konsekuttivi, terz tat-total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni li jkunu rċevew għall-programm operazzjonali rispettiv tagħhom matul l-istess perijodu.
Artikolu 62
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni
1. Fl-allokazzjoni finanzjarja stabbilita fl-Artikolu 88(3), il-Ġermanja għandha talloka l-assistenza finanzjarja massima mill-Unjoni lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew lill-assoċjazzjonijiet tagħhom li jimplimentaw il-programmi operazzjonali msemmija fl-Artikolu 61(3) b’mod proporzjonali għall-għadd ettari kkultivati bil-ħops irrappreżentati minn kull organizzazzjoni tal-produtturi.
2. Fl-ammonti massimi allokati lil kull organizzazzjoni tal-produtturi jew għal kull assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi skont il-paragrafu 1, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi operazzjonali msemmija fl-Artikolu 61 għandha tkun limitata għal 50 % tan-nefqa reali mġarrba għat-tipi ta’ intervent imsemmija f’dak l-Artikolu. Il-parti li jifdal tan-nefqa għandha tiġġarrab mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-assoċjazzjoni li tibbenefika mill-assistenza finanzjarja mill-Unjoni.
L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha titħallas lill-fondi operazzjonali stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jimplimentaw il-programmi operazzjonali. Għal dan il-fini, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 2 għandu jiżdied għal 100 %:
(a) |
għat-tipi ta’ intervent marbuta ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (d), (e), (f) u (h); |
(b) |
għall-interventi ta’ ħżin kollettiv, servizzi ta’ konsulenza, assistenza teknika, taħriġ u skambju tal-aħjar prattiki marbuta ma’ objettiv wieħed jew maż-żewġ objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (a) u (j). |
Artikolu 63
Objettivi fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda
Il-Greċja, Franza u l-Italja għandu jkollhom fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, objettiv wieħed jew aktar mill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 46, punti (a) sa (h), (j) u (k).
Artikolu 64
Tipi ta’ intervent fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda
1. Sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 63, il-Greċja, Franza u l-Italja għandhom fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jagħżlu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47. Fi ħdan it-tipi ta’ intervent magħżula, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-interventi.
2. L-interventi speċifikati mill-Greċja, Franza u l-Italja għandhom jiġu implimentati permezz ta’ programmi operazzjonali approvati tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Għal dan il-fini, l-Artikolu 50(2), (4), (5), (6) u (8) u l-Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65(3).
Artikolu 65
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni
1. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-ispejjeż eliġibbli ma għandhiex taqbeż:
(a) |
75 % tan-nefqa reali mġarrba għall-interventi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 46, punti (a) sa (f), (h) u (k); |
(b) |
75 % tan-nefqa reali mġarrba għall-investimenti ta’ assi fissi u 50 % għal interventi oħra marbuta mal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 46, punt (g); |
(c) |
50 % tan-nefqa reali mġarrba għall-interventi marbuta mal-objettiv imsemmi fl-Artikolu 46, punt (j); |
(d) |
75 % tan-nefqa reali mġarrba għat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(1), punti (f) u (h), fejn il-programm operazzjonali huwa implimentat f’mill-anqas tliet pajjiżi terzi jew Stati Membri mhux produtturi permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi minn mill-anqas żewġ Stati Membri produtturi, jew 50 % meta dik il-kondizzjoni ma tiġix issodisfata. |
2. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun limitata għal 30 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata minn kull organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-2023 u l-2024, 15 % fl-2025 u l-2026 u 10 % mill-2027 ’il quddiem.
3. Il-Greċja, Franza u l-Italja jistgħu jipprovdu finanzjament komplementari tal-fondi operazzjonali msemmija fl-Artikolu 51 sa 50 % tal-ispejjeż mhux koperti mill-assistenza finanzjarja mill-Unjoni.
4. Il-Greċja, Franza u l-Italja għandhom jiżguraw li n-nefqa fuq it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punti (f), (g) u (h), ma jaqbiżx terz tan-nefqa totali taħt kull programm operazzjonali kif stabbilit fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
Artikolu 66
Objettivi f’setturi oħra
Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu dawk is-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punt (f), li fihom jimplimentaw it-tipi ta’ intervent stabbiliti fl-Artikolu 47. Għal kull settur li l-Istati Membri jagħżlu, huma għandu jaħdmu biex jiksbu objettiv wieħed, jew aktar, mill-objettivi kif jinsabu fl-Artikolu 46, punti (a) sa (h), (j) u (k). L-Istati Membri għandhom jissostanzjaw l-għażla tagħhom ta’ setturi u objettivi.
Artikolu 67
Tipi ta’ intervent f’ setturi oħra
1. Għal kull settur magħżul f’konformità mal-Artikolu 66, l-Istati Membri għandhom jagħżlu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47 biex jiġu implimentati permezz ta’ programmi operazzjonali mfassla minn:
(a) |
organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu; jew |
(b) |
kooperattivi, kif ukoll forom oħra ta’ kooperazzjoni bejn il-produtturi li jkunu magħmula fuq l-inizjattiva tal-produtturi u kkontrollati minnhom, li ġew identifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru bħala gruppi ta’ produtturi, għal perijodu tranżizzjonali sa erba’ snin mill-bidu ta’ programm operazzjonali approvat li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027. |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji biex gruppi jiġu identifikati bħala gruppi ta’ produtturi u għandhom jiddeterminaw l-attivitajiet u l-objettivi tal-gruppi ta’ produtturi msemmija fil-paragrafu 1, punt (b), bil-għan li dawk il-gruppi ta’ produtturi jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi skont l-Artikoli 152 sa 154 jew 161 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
3. Il-gruppi tal-produtturi msemmija fil-paragrafu 1, punt (b), minbarra l-programm operazzjonali, għandhom ifasslu u jippreżentaw pjan ta’ rikonoxximent bil-għan li fil-perijodu tranżizzjonali msemmi f’dak il-punt, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 152 sa 154 jew 161 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu għar-rikonoxximent bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi.
Il-pjan ta’ rikonoxximent għandu jistabbilixxi l-attivitajiet u l-miri biex jiżgura l-progress lejn il-kisba ta’ rikonoxximent bħal dan.
L-appoġġ mogħti lil grupp tal-produtturi li mhuwiex rikonoxxut bħala organizzazzjoni tal-produtturi sa tmiem il-perijodu tranżizzjonali għandu jkun soġġett għal irkupru.
4. L-Istati Membri għandhom jissostanzjaw l-għażla tagħhom ta’ tipi ta’ intervent imsemmija fil-paragrafu 1.
L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw it-tipi ta’ intervent previsti f’din it-Taqsima għall-prodotti elenkati fl-Anness VI għandhom jispeċifikaw, għal kull settur li jagħżlu, il-lista ta’ prodotti koperti minn dak is-settur.
5. It-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punti (c) u (f) sa (i), ma għandhomx japplikaw għall-qoton, iż-żerriegħa tal-lift u tal-kolza, iż-żerriegħa tal-ġirasol u l-fażola tas-sojja inklużi fl-Anness VI.
6. Il-programmi operazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 50(2), (4), (5), (6) u (8).
7. L-Istati Membri li jagħżlu li jimplimentaw it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 42, punt (f), fis-settur tal-qoton għandhom jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’dak is-settur u l-assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’konformità mar-rekwiżiti u bl-użu tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 152(1) u fl-Artikoli 153 sa 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Il-gruppi tal-produtturi tal-qoton u l-federazzjonijiet ta’ tali gruppi tal-produtturi rikonoxxuti mill-Istati Membri f’konformità mal-Protokoll Nru 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-1979 tar-Repubblika Ellenika qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, jitqiesu li huma organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, rispettivament.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-nefqa fuq it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 47(2), punti (f), (g) u (h) ma jaqbiżx terz tan-nefqa totali taħt kull programm operazzjonali kif stabbilit fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
Artikolu 68
Assistenza finanzjarja mill-Unjoni
1. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun limitata għal 50 % tan-nefqa reali mġarrba għat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 67. Il-benefiċjarji għandhom jagħmlu tajjeb għall-parti tan-nefqa li jifdal.
L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha titħallas lill-fondi operazzjonali stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 67(7) ta’ dan ir-Regolament jew mill-gruppi tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 67(1), punt (b) ta’ dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, għandhom japplikaw mutatis mutandis l-Artikolu 51 u l-Artikolu 52(1) ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-limitu ta’ 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 60 % għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 67(7) ta’ dan ir-Regolament għall-ewwel ħames snin wara s-sena tar-rikonoxximent.
3. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun limitata għal 6 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’:
(a) |
kull organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 67(1), punt (a); jew |
(b) |
Kull grupp ta’ produtturi msemmi fl- Artikolu 67(1), punt (b). |
KAPITOLU IV
TIPI TA’ INTERVENT GĦALL-IŻVILUPP RURALI
Artikolu 69
Tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali
It-tipi ta’ intervent skont dan il-Kapitolu għandhom jikkonsistu f’pagamenti jew f’appoġġ fir-rigward ta’:
(a) |
impenji ta’ ġestjoni ambjentali, marbuta mal-klima u impenji oħrajn ta’ ġestjoni; |
(b) |
restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħra tar-reġjun; |
(c) |
żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji; |
(d) |
investimenti, inkluż investimenti fl-irrigazzjoni; |
(e) |
l-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u ta’ bdiewa ġodda u l-bidu tan-negozji rurali; |
(f) |
għodod għall-ġestjoni tar-riskju; |
(g) |
kooperazzjoni; |
(h) |
skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni. |
Artikolu 70
Impenji ta’ ġestjoni ambjentali, marbuta mal-klima u impenji oħrajn ta’ ġestjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinkludu impenji agroambjentali klimatiċi fost l-interventi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u jistgħu jinkludu fihom impenji oħra ta’ ġestjoni. Il-pagamenti għal dawk l-impenji għandhom jingħataw skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.
2. L-Istati Membri għandhom jagħtu pagamenti biss lill-bdiewa jew benefiċjarji oħra li, fuq bażi volontarja, jieħdu impenji ta’ ġestjoni meqjusa ta’ benefiċċju għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).
3. Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jipprevedu pagamenti biss għal impenji li:
(a) |
imorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni rilevanti u l-istandards tal-KAAT stabbiliti fil-Kapitolu I, Taqsima 2; |
(b) |
imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi rilevanti għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew għat-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-liġi nazzjonali u mil-liġi tal-Unjoni; dak ir-rekwiżit ma japplikax għal impenji marbuta mas-sistemi tal-agroforestrija u ż-żamma taż-żoni msaġġra; |
(c) |
imorru lil hinn mill-kondizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola skont l-Artikolu 4(2); |
(d) |
huma differenti mill-impenji li fir-rigward tagħhom jingħataw il-pagamenti skont l-Artikolu 31. |
Għall-impenji msemmija fl-ewwel subparagrafu, punt (b), fejn il-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, l-appoġġ jista’ jingħata għall-impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti għal massimu ta’ 24 xahar mid-data li fiha jsiru obbligatorji għall-azjenda.
4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-pagamenti li għadhom isiru abbażi tal-ispejjeż addizzjonali mġarrba u l-introjtu mitluf minħabba l-impenji meħuda, b’kont meħud tal-miri stabbiliti. Dawk il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena u jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż tat-tranżazzjoni. Fil-każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ bħala pagament ta’ darba għal kull unità.
5. L-Istati Membri jistgħu jippromwovu u jappoġġaw l-iskemi kollettivi u l-iskemi ta’ pagament bbażati fuq ir-riżultati sabiex iħeġġu lill-bdiewa jew lil benefiċjarji oħra jwettqu titjib sinifikanti fil-kwalità tal-ambjent fuq skala akbar jew b’mod li jista’ jitkejjel.
6. L-impenji għandhom jittieħdu għal perijodu ta’ minn ħames sa seba’ snin.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jiddeterminaw:
(a) |
perijodu itwal għal tipi ta’ impenji partikolari, inkluż billi tiġi prevista l-estensjoni annwali tagħhom wara t-terminazzjoni tal-perijodu inizjali, fejn tali perijodu itwal ikun neċessarju jinkisbu jew jinżammu ċerti benefiċċji ambjentali jew għat-trattament xieraq tal-annimal; |
(b) |
perijodu iqsar ta’ mill-anqas sena għal impenji għat-trattament xieraq tal-annimali, għal impenji għall-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp tar-riżorsi ġenetiċi, għall-konverżjoni għall-biedja organika, għal impenji ġodda li jittieħdu eżatt wara l-impenn imwettaq fil-perijodu inizjali jew f’każijiet oħra debitament ġustifikati. |
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi prevista klawżola ta’ reviżjoni għal operazzjonijiet implimentati skont it-tip ta’ intervent imsemmi f’dan l-Artikolu sabiex jiġi żgurat l-aġġustament tagħhom bħala konsegwenza ta’ emendi għall-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti jew l-obbligi rilevanti msemmija fil-paragrafu 3 li l-impenji għandhom imorru lil hinn minnhom jew li tiġi żgurata l-konformità mal-ewwel subparagrafu, punt (d), ta’ dak il-paragrafu. Jekk tali aġġustament ma jiġix aċċettat mill-benefiċjarju, l-impenn għandu jiskadi u ma jkun meħtieġ ebda rimborż tal-pagamenti taħt dan l-Artikolu fir-rigward tal-perijodu li matulu l-impenn kien effettiv.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li tiġi prevista klawżola ta’ reviżjoni għal operazzjonijiet implimentati skont it-tip ta’ intervent imsemmija f’dan l-Artikolu li jestendu lil hinn mill-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK sabiex jippermettu l-aġġustament tagħhom fil-qafas legali applikabbli fil-perijodu sussegwenti.
8. Meta l-appoġġ skont dan l-Artikolu jingħata għall-impenji agroambjentali-klimatiċi jew għall-impenji għall-konverżjoni jew għaż-żamma tal-prattiki u l-metodi tal-biedja organika kif stipulat fir-Regolament (UE) 2018/848, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pagament għal kull ettaru. Għal impenji oħra, l-Istati Membri jistgħu japplikaw unitajiet oħra minflok ettari. F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu bħala somma f’daqqa.
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jwettqu operazzjonijiet f’dan it-tip ta’ intervent ikollhom aċċess għall-għarfien u l-informazzjoni rilevanti meħtieġa biex jimplimentaw tali operazzjonijiet, u li, sabiex jiġu megħjuna l-bdiewa li jieħdu l-impenn li jibdlu s-sistemi ta’ produzzjoni tagħhom, taħriġ xieraq ikun disponibbli għal dawk li jeħtiġuh, kif ukoll aċċess għal għarfien espert.
10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interventi skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti ma’ dawk ibbażati fuq l-Artikolu 31.
Artikolu 71
Restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikati aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(1) u (2).
2. Il-pagamenti skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw lil bdiewa attivi fir-rigward taż-żoni indikati skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
3. L-Istati Membri jistgħu jwettqu eżerċizzju ta’ rfinar f’konformità mal-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 32(3), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti skont dan l-Artikolu biss sabiex jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati mar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona kkonċernata.
5. L-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandhom jiġu kkalkulati fir-rigward tar-restrizzjonijiet naturali jew ir-restrizzjonijiet speċifiċi għaż-żona, b’kuntrast ma’ żoni li mhumiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħra speċifiċi għaż-żona.
6. Il-pagamenti skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru taż-żona agrikola.
Artikolu 72
Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti għall-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona imposti minn rekwiżiti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE jew 2000/60/KE bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikati aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).
2. Il-pagamenti skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw lill-bdiewa, lis-sidien tal-foresti u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom kif ukoll lil ġestjonarji oħra tal-art.
3. Meta jiddeterminaw iż-żoni bi żvantaġġi l-Istati Membri jistgħu jinkludu waħda jew aktar miż-żoni li ġejjin:
(a) |
żoni agrikoli u forestali tan-Natura 2000 identifikati skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE; |
(b) |
żoni ta’ protezzjoni tan-natura delimitati oħra b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-biedja jew għall-forestrija li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE, dment li dawn iż-żoni ma jaqbżux 5 % taż-żoni deżinjati tan-Natura 2000 koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ kull Pjan Strateġiku tal-PAK; |
(c) |
żoni agrikoli inklużi fil-pjanijiet ta’ mmaniġġar tal-baċir tax-xmara skont id-Direttiva 2000/60/KE. |
4. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu pagamenti skont dan l-Artikolu sabiex jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati mal-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona kkonċernata, inkluż l-ispejjeż tat-tranżazzjoni.
5. L-ispejjeż addizzjonali u l-introjtu mitluf kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandhom jiġu kkalkolati:
(a) |
fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, b’rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-istandards rilevanti tal-KAAT stabbiliti skont il-Kapitolu I, Taqsima 2, ta’ dan it-Titolu kif ukoll il-kondizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f’konformità mal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttiva 2000/60/KE, b’rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni rilevanti, għajr għar-RSĠ 1 elenkati fl-Anness III għal dan ir-Regolament, u mill-istandards tal-KAAT stabbiliti fil-Kapitolu I, Taqsima 2, ta’ dan it-Titolu kif ukoll il-kondizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f’konformità mal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament. |
6. Il-pagamenti skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru.
Artikolu 73
Investimenti
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-investimenti bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
2. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu lil dawk l-investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi li jinsabu fl-Artikolu 6(1) u (2).
Fir-rigward ta’ azjendi li huma akbar minn ċertu daqs, li għandu jiġi ffissat mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-appoġġ għas-settur tal-forestrija għandu jkun bil-kondizzjoni tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan għall-ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti f’konformità mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit fil-Linji Gwida Ġenerali għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti fl-Ewropa, adottati fit-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa li sar f’Helsinki fis-16 u s-17 ta’ Ġunju 1993.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ investimenti u kategoriji ta’ nefqa mhux eliġibbli, inkluż mill-inqas dawn li ġejjin:
(a) |
ix-xiri ta’ drittijiet għall-produzzjoni agrikola; |
(b) |
ix-xiri ta’ intitolamenti għal pagament; |
(c) |
ix-xiri ta’ art għal ammont li jaqbeż 10 % tan-nefqa eliġibbli totali għall-operazzjoni kkonċernata, bl-eċċezzjoni tax-xiri ta’ art għall-konservazzjoni ambjentali u għall-preservazzjoni ta’ ħamrija b’livell għoli ta’ karbonju jew art mixtrija minn bdiewa żgħażagħ permezz tal-użu ta’ strumenti finanzjarji; fil-każ ta’ strumenti finanzjarji, dak il-limitu massimu għandu japplika għan-nefqa pubblika eliġibbli mħallsa lir-riċevitur finali jew, fil-każ tal-garanziji, għall-ammont tas-self sottostanti; |
(d) |
ix-xiri ta’ annimali, u x-xiri ta’ pjanti annwali u t-tħawwil tagħhom, għal skop ieħor għajr:
|
(e) |
ir-rata tal-imgħax fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta’ għotjiet mogħtija fil-forma ta’ sussidju għar-rata tal-imgħax jew sussidju għat-tariffa ta’ garanzija; |
(f) |
investimenti f’infrastruttura fuq skala kbira, kif iddeterminat mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, li mhix parti mill-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ħlief għall-broadband u għal azzjonijiet preventivi kontra l-għargħar jew biex jipproteġu l-kosta mmirati biex inaqqsu l-konsegwenzi ta’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew avvenimenti katastrofiċi probabbli; |
(g) |
l-investimenti fl-afforestazzjoni li ma jkunux konsistenti mal-objettivi marbuta mal-ambjent u l-klima f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kif żviluppati fil-Linji Gwida Pan-Ewropej għall-Afforestazzjoni u għar-Riforestazzjoni. |
L-ewwel subparagrafu, punti (a), (b), (d) u (f), ma għandhomx japplikaw fejn jiġi provdut appoġġ permezz ta’ strumenti finanzjarji.
4. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal rata waħda jew aktar li ma jaqbżux 65 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Ir-rati massimi tal-appoġġ jistgħu jiżdiedu:
(a) |
sa 80 % għall-investimenti li ġejjin:
|
(b) |
sa 85 % għall-investimenti ta’ azjendi agrikoli żgħar, kif iddeterminat mill-Istati Membri; |
(c) |
sa 100 % għall-investimenti li ġejjin:
|
5. Meta l-liġi tal-Unjoni tirriżulta fl-impożizzjoni ta’ rekwiżiti ġodda fuq il-bdiewa, jista’ jingħata appoġġ biex l-investimenti jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti għal mhux aktar minn 24-il xahar mid-data meta jsiru obbligatorji għall-azjenda.
Artikolu 74
Investimenti fl-irrigazzjoni
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għal investimenti fl-irrigazzjoni f’żoni ta’ irrigazzjoni ġodda u eżistenti, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 73 f’dan l-Artikolu.
2. L-investimenti fl-irrigazzjoni għandhom jiġu appoġġati biss fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun bagħat lill-kummissjoni pjan ta’ ġestjoni tal-baċir ta’ xmara, kif previst fid-Direttiva 2000/60/KE għaż-żona kollha li fiha ser isir l-investiment, kif ukoll għal kwalunkwe żona oħra fejn l-ambjent tagħha jista’ jiġi affettwat mill-investiment. Il-miżuri li jidħlu fis-seħħ skont il-pjan ta’ ġestjoni tal-baċir ta’ xmara skont l-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva u li jkunu ta’ rilevanza għas-settur agrikolu għandhom ikunu speċifikati fil-programm rilevanti ta’ miżuri.
3. Fil-post għandu jkun hemm arloġġi tal-ilma li jippermettu l-kejl tal-użu tal-ilma fil-livell tal-investiment appoġġat jew għandhom jitqiegħdu fil-post bħala parti mill-investiment.
4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għal investiment f’titjib għal installazzjoni ta’ irrigazzjoni jew element ta’ infrastruttura ta’ irrigazzjoni eżistenti biss jekk:
(a) |
jiġi vvalutat ex ante bħala li joffri ffrankar potenzjali tal-ilma li jirrifletti l-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew l-infrastruttura eżistenti; |
(b) |
fejn l-investiment jaffettwa korpi tal-ilma ta’ taħt l-art jew tal-wiċċ li l-istatus tagħhom ġie identifikat bħala inqas minn tajjeb fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara rilevanti għal raġunijiet relatati mal-kwantità tal-ilma, għandu jinkiseb tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma li jikkontribwixxi għall-kisba ta’ status tajjeb ta’ dawk il-korpi tal-ilma, kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60/KE. |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perċentwali għall-iffrankar potenzjali tal-ilma u għat-tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma bħala kondizzjoni ta’ eliġibbiltà fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom skont l-Artikolu 111, punt (d). Dan l-iffrankar tal-ilma għandu jirrifletti l-ħtiġijiet stabbiliti fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara li jirriżultaw mid-Direttiva 2000/60/KE elenkati fl-Anness XIII għal dan ir-Regolament.
Ebda waħda mill-kondizzjonijiet f’dan il-paragrafu ma għandha tapplika għal investiment f’installazzjoni eżistenti li taffettwa biss l-effiċjenza enerġetika jew għal investiment fil-ħolqien ta’ ġiebja jew għal investiment fl-użu ta’ ilma reklamat li ma jaffettwax massa ta’ ilma ta’ taħt l-art jew ta’ ilma tal-wiċċ.
5. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għal investimenti fl-użu tal-ilma reklamat bħala provvista alternattiva tal-ilma biss jekk il-forniment u l-użu ta’ tali ilma jkunu konformi mar-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46).
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għal investiment li jirriżulta f’żieda netta taż-żona ta’ raba’ saqwi li taffettwa korp partikolari ta’ ilma ta’ taħt l-art jew tal-wiċċ biss jekk:
(a) |
l-istatus tal-korp ta’ ilma ma jkunx ġie identifikat bħala anqas minn tajjeb fil-pjan ta’ ġestjoni rilevanti tal-baċir ta’ xmara għal raġunijiet marbutin mal-kwantità tal-ilma; u |
(b) |
analiżi tal-impatt ambjentali turi li mhux ser ikun hemm impatt ambjentali negattiv sinifikanti mill-investiment; dik analiżi tal-impatt ambjentali għandha titwettaq jew tkun approvata mill-awtorità kompetenti u tista’ wkoll tirreferi għal gruppi ta’ azjendi. |
7. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għal investiment fil-ħolqien jew l-espansjoni ta’ ġibjun għall-fini ta’ irrigazzjoni biss dment dan ma jwassalx għal impatt ambjentali negattiv sinifikanti.
8. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal rata waħda jew aktar li ma taqbiżx:
(a) |
80 % tal-ispejjeż eliġibbli għal investimenti tal-irrigazzjoni f’azjendi agrikoli li jsiru skont il-paragrafu 4; |
(b) |
100 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-investimenti f’infrastruttura fl-agrikoltura mhux fl-azjendi agrikoli li għandhom jintużaw għall-irrigazzjoni; |
(c) |
65 % tal-ispejjeż eliġibbli għal investimenti oħra tal-irrigazzjoni f’azjendi agrikoli. |
Artikolu 75
L-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u ta’ bdiewa ġodda u l-bidu tan-negozji rurali
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-istabbiliment tal-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozji rurali, inkluż l-istabbiliment ta’ bdiewa ġodda, bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).
2. L-Istati Membri jistgħu biss jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu biex jgħinu:
(a) |
l-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ li jissodisfaw il-kondizzjonijiet previsti mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom f’konformità mal-Artikolu 4(6); |
(b) |
il-bidu ta’ negozji rurali marbuta mal-agrikoltura jew il-forestrija inkluż l-istabbiliment ta’ bdiewa ġodda, jew id-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi agrikoli f’attivitajiet mhux agrikoli; |
(c) |
il-bidu tan-negozju ta’ attivitajiet mhux agrikoli fiż-żoni rurali relatati mal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060. |
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-preżentazzjoni u l-kontenut ta’ pjan tan-negozju li l-benefiċjarji jridu jipprovdu biex jirċievu l-appoġġ skont dan l-Artikolu.
4. L-Istati Membri għandhom jagħtu appoġġ fil-forma ta’ somom f’daqqa jew strumenti finanzjarji jew taħlita tat-tnejn. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu ta’ għajnuna ta’ EUR 100 000 u jista’ jkun differenzjat skont kriterji oġġettivi.
Artikolu 76
Għodod għall-ġestjoni tar-riskju
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-għodod għall-ġestjoni tar-riskju bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
2. Appoġġ taħt dan l-Artikolu jista’ jingħata biex jippromwovu l-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, li jgħinu lill-bdiewa attivi jiġġestixxu r-riskji tal-produzzjoni u tal-introjtu marbuta mal-attività agrikola tagħhom li jmorru lil hinn mill-kontroll tagħhom u li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).
3. L-Istati Membri jistgħu, f’konformità mal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom, jagħtu appoġġ għal tipi differenti ta’ strumenti ta’ ġestjoni tar-riskju, inkluż għodod għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu, u b’mod partikolari:
(a) |
kontribuzzjonijiet finanzjarji bħala premiums għal skemi ta’ assigurazzjoni; |
(b) |
kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fondi mutwi, inkluż għall-ispiża amministrattiva għall-istabbiliment. |
4. Meta jipprovdu l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li ġejjin:
(a) |
it-tipi u l-kopertura tal-għodod għall-ġestjoni tar-riskju eliġibbli; |
(b) |
il-metodoloġija għall-kalkolu tat-telf u l-fatturi ta’ attivazzjoni għall-kumpens; |
(c) |
ir-regoli għall-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi u, fejn rilevanti, għodod eliġibbli oħra għall-ġestjoni tar-riskju. |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ jingħata biss biex jiġi kopert it-telf li jmur lil hinn minn limitu ta’ mill-inqas 20 % tal-produzzjoni annwali medja jew tal-introjtu annwali medju tal-bidwi fil-perijodu preċedenti ta’ tliet snin, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta’ ħames snin eskluż l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa. L-għodod tal-ġestjoni tar-riskju tal-produzzjoni settorjali għandhom jikkalkulaw it-telf fil-livell tal-azjenda jew fil-livell tal-attività tal-azjenda fis-settur ikkonċernat.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ fil-forma ta’ finanzjament tal-kapital operatorju awtonomu taħt l-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 80(3) għall-kumpens tat-telf imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lil bdiewa li ma jipparteċipawx f’għodda għall-ġestjoni tar-riskju.
6. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal rata waħda jew aktar li ma taqbiżx is-70 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed li jirriżulta meta l-interventi skont dan l-Artikolu jingħaqdu ma’ skemi għall-ġestjoni tar-riskju pubbliċi jew privati oħra.
Artikolu 77
Kooperazzjoni
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-kooperazzjoni bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif speċifikat aktar fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom biex:
(a) |
iħejju u jimplimentaw il-proġetti tal-gruppi operazzjonali tal-EIP imsemmija fl-Artikolu 127(3); |
(b) |
iħejju u jimplimentaw LEADER; |
(c) |
jippromwovu u jappoġġaw skemi ta’ kwalità rikonoxxuti mill-Unjoni jew mill-Istati Membri u l-użu tagħhom mill-bdiewa; |
(d) |
jappoġġaw gruppi tal-produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali; |
(e) |
iħejju u jimplimentaw strateġiji tal-irħula intelliġenti, kif determinat mill-Istati Membri; |
(f) |
jappoġġaw forom oħra ta’ kooperazzjoni. |
2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ skont dan l-Artikolu biss biex jippromwovu forom ġodda ta’ kooperazzjoni, inkluż dawk eżistenti jekk tinbeda attività ġdida. Dik il-kooperazzjoni għandha tinvolvi mill-anqas żewġ atturi u għandha tikkontribwixxi biex jinkiseb wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).
3. Skont dan l-Artikolu l-Istati Membri jistgħu jkopru l-ispejjeż relatati mal-aspetti kollha tal-kooperazzjoni.
4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-appoġġ bħala ammont globali skont dan l-Artikolu li jkopri l-ispejjeż tal-kooperazzjoni u l-ispejjeż tal-operazzjonijiet implimentati, jew jistgħu jkopru biss l-ispejjeż tal-kooperazzjoni u jużaw il-fondi minn tipi oħra ta’ intervent għall-iżvilupp rurali, jew minn strumenti oħra ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni biex ikopru l-ispejjeż tal-operazzjonijiet implimentati.
Fejn l-appoġġ jitħallas bħala ammont globali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjoni implimentata tikkonforma mar-regoli u r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 70 sa 76 u 78.
Fil-każ ta’ LEADER, b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu:
(a) |
appoġġ għall-ispejjeż kollha eliġibbli għal appoġġ preparatorju skont l-Artikolu 34(1), punt (a) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji magħżula skont il-punti (b) u (c) ta’ dak il-paragrafu għandu jingħata biss bħala ammont globali skont dan l-Artikolu; u |
(b) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet implimentati li jikkonsistu f’investimenti jikkonformaw mar-regoli u r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni skont it-tip ta’ intervent għall-investimenti stabbiliti fl-Artikolu 73 ta’ dan ir-Regolament. |
5. L-Istati Membri ma għandhomx jappoġġaw skont dan l-Artikolu l-kooperazzjoni li tinvolvi biss il-korpi ta’ riċerka.
6. Fil-każ ta’ kooperazzjoni fil-kuntest tas-suċċessjoni tal-azjendi agrikoli, b’mod partikolari għat-tiġdid ġenerazzjonali fil-livell ta’ azjenda, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ biss lill-bdiewa li jkunu, jew li ser ikunu sa tmiem l-operazzjoni, laħqu l-età tal-pensjoni ddeterminata mill-Istat Membru f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu.
7. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal massimu ta’ seba’ snin. Dik il-kondizzjoni ma għandhiex tapplika għal LEADER u f’każijiet debitament ġustifikati għall-azzjonijiet kollettivi marbuta mal-ambjent u l-klima neċessarji biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f).
8. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-appoġġ għal:
(a) |
azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għal skemi ta’ kwalità għal rata waħda jew aktar li ma taqbiżx 70 % tal-ispejjeż eliġibbli; |
(b) |
l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali sa 10 % tal-produzzjoni annwali kummerċjalizzata tal-grupp jew tal-organizzazzjoni b’massimu ta’ EUR 100 000 fis-sena; dak l-appoġġ għandu jkun digressiv u limitat għall-ewwel ħames snin wara r-rikonoxximent. |
Artikolu 78
Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-iskambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u kif spjegat aktar fid-dettall fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) filwaqt li jqiegħdu fil-mira speċifikament il-protezzjoni tan-natura, l-ambjent u l-klima, inkluż l-edukazzjoni ambjentali u l-azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-iżvilupp tan-negozji u l-komunitajiet rurali.
2. L-appoġġ skont dan l-Artikolu jista’ jkopri l-ispejjeż ta’ azzjoni rilevanti għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, it-taħriġ u l-konsultazzjoni u forom oħra ta’ skambju ta’ għarfien u t-tixrid tal-informazzjoni, inkluż permezz tat-tfassil u l-aġġornament ta’ pjanijiet u studji bl-għan tal-iskambju tal-għarfien u t-tixrid tal-informazzjoni. Tali azzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).
3. L-appoġġ għal servizzi ta’ konsulenza għandu jingħata biss għal servizzi ta’ konsulenza li jikkonformaw mal-Artikolu 15(3).
4. Għall-istabbiliment ta’ servizzi ta’ konsulenza, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ fil-forma ta’ ammont fiss sa massimu ta’ EUR 200 000. Huma għandhom jiżguraw li l-appoġġ jingħata għal żmien limitat.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati taħt dan it-tip ta’ intervent jkunu bbażati fuq id-deskrizzjoni tal-AKIS prevista fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom skont l-Artikolu 114, punt (a)(i) u jkunu konsistenti magħha.
Artikolu 79
Għażla tal-operazzjonijiet
1. Wara konsultazzjoni mal-kumitat ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 124 (“il-kumitat ta’ monitoraġġ”), l-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali fejn rilevanti, jew korpi intermedji deżinjati għandhom jistabbilixxu l-kriterji tal-għażla għall-interventi marbuta mat-tipi ta’ intervent li ġejjin: l-investimenti, l-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ u ta’ bdiewa ġodda u l-bidu ta’ negozji rurali, il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-għarfien u t-tixrid tal-informazzjoni. Dawk il-kriterji tal-għażla għandu jkollhom l-għan li jiżguraw it-trattament ugwali tal-applikanti, l-użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji u l-immirar tal-appoġġ skont il-fini tal-interventi.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-kriterji tal-għażla għall-interventi ta’ investiment li jimmiraw b’mod ċar għal finijiet ambjentali jew li jitwettqu b’rabta mal-attivitajiet ta’ restawr.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, jista’ jiġi stabbilit metodu ta’ għażla differenti f’każijiet debitament ġustifikati wara konsultazzjoni mal-kumitat ta’ monitoraġġ.
2. Ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni jew tal-korpi intermedji deżinjati stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-gruppi ta’ azzjoni lokali msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2021/1060.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn l-appoġġ jingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-kriterji tal-għażla msemmija fil-paragrafu 1 għall-operazzjonijiet li jkunu rċevew ċertifikazzjoni tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont Orizzont 2020, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47), taħt Orizzont Ewropa jew taħt il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48), bil-kondizzjoni li dak l-operazzjonijiet ikunu konsistenti mal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
5. Operazzjoni sħiħa jew parti minnha tista’ tiġi implimentata barra mill-Istat Membru kkonċernat, inkluż barra mill-Unjoni, sakemm dik l-operazzjoni tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
Artikolu 80
Regoli speċifiċi għall-istrumenti finanzjarji
1. L-appoġġ fil-forma ta’ strumenti finanzjarji msemmi fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060 jista’ jingħata skont it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikoli 73 sa 78 ta’ dan ir-Regolament.
2. Fejn jingħata appoġġ fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ “strument finanzjarju”, “prodott finanzjarju”, “riċevitur finali”, “fond ta’ parteċipazzjoni”, “fond speċifiku”, “effett ta’ ingranaġġ”, “proporzjon multiplikatur”, “kostijiet ta’ ġestjoni” u “tariffi ta’ ġestjoni” kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u d-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, Kapitolu II, Taqsima II, ta’ dak ir-Regolament.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw il-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.
3. Skont l-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-kapital operatorju, inkluż il-kapital operatorju awtonomu, jista’ jkun nefqa eliġibbli skont l-Artikoli 73, 74, 76, 77 u 78 ta’ dan ir-Regolament, jekk huwa jikkontribwixxi għall-kisba ta’ mill-inqas objettiv speċifiku wieħed rilevanti għall-intervent kkonċernat. L-appoġġ għall-finanzjament tal-kapital operatorju awtonomu skont kwalunkwe wieħed minn dawk l-Artikoli jista’ jiġi pprovdut mingħajr ma jkun soġġett għar-rekwiżit li r-riċevitur finali jirċievi appoġġ għal nefqa oħra skont l-istess Artikolu.
Għall-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE, l-ammont totali ta’ appoġġ għall-kapital operatorju pprovdut lil riċevitur finali ma għandux jaqbeż għotja grossa ekwivalenti ta’ EUR 200 000 fuq kwalunkwe perijodu ta’ tliet snin fiskali.
4. B’deroga mill-Artikoli 73, 74, 76, 77 u 78, ir-rati ta’ appoġġ stabbiliti f’dawk l-Artikoli ma għandhomx japplikaw għall-finanzjament tal-kapital operatorju awtonomu.
5. In-nefqa eliġibbli ta’ strument finanzjarju għandha tkun l-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli mħallsa minbarra l-finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 115(5), jew, fil-każ ta’ garanziji, imwarrab għal kuntratti ta’ garanzija, mill-istrument finanzjarju fil-perijodu ta’ eliġibbiltà. Dak l-ammont għandu jikkorrispondi għal:
(a) |
il-pagamenti lir-riċevituri finali fil-każ ta’ self, investimenti ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità; |
(b) |
ir-riżorsi mwarrba għal kuntratti ta’ garanzija, kemm jekk pendenti kif ukoll jekk ikunu diġà mmaturaw, sabiex jiġu onorati sejħiet possibbli ta’ garanzija għat-telf, ikkalkulat abbażi ta’ proporzjon multiplikatur stabbilit għas-self ġdid żburżat sottostanti rispettiv jew investimenti ta’ ekwità fir-riċevituri finali; |
(c) |
il-pagamenti lir-riċevituri finali jew għall-benefiċċju tagħhom meta l-istrumenti finanzjarji jiġu kkombinati ma’ kontribuzzjonijiet oħra tal-Unjoni f’operazzjoni ta’ strument finanzjarju uniku skont l-Artikolu 58(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060; |
(d) |
il-pagamenti tat-tariffi ta’ ġestjoni u r-rimborż tal-ispejjeż ta’ ġestjoni mġarrba mill-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju. |
Meta strument finanzjarju jiġi implimentat matul perijodi ta’ programmazzjoni konsekuttivi, jista’ jingħata appoġġ lil riċevituri finali jew għall-benefiċċju tagħhom, inkluż spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni, ibbażati fuq ftehimiet li jkunu saru skont il-perijodu ta’ programmazzjoni preċedenti, dment li tali appoġġ ikun konformi mar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-perijodu ta’ programmazzjoni sussegwenti. F’każijiet bħal dawn, l-eliġibbiltà tan-nefqa ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għandha tiġi ddeterminata skont ir-regoli tal-perijodu ta’ programmazzjoni kkonċernat.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, punt (b), jekk l-entità li tibbenefika mill-garanziji ma tkunx żborżat l-ammont ippjanat ta’ self ġdid, ta’ investimenti ta’ ekwità jew kważi ekwità lir-riċevituri finali skont il-proporzjon multiplikatur, in-nefqa eliġibbli għandha titnaqqas proporzjonalment. Il-proporzjon multiplikatur jista’ jiġi rivedut meta dan ikun ġustifikat minn bidliet sussegwenti fil-kondizzjonijiet tas-suq. Tali reviżjoni ma għandux ikollha effett retroattiv.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, punt (d), ta’ dan il-paragrafu, it-tariffi ta’ ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni. Meta l-korpi li jimplimentaw fond ta’ parteċipazzjoni jintgħażlu permezz ta’ għoti dirett ta’ kuntratt skont l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-ammont tal-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni mħallsa lil dawk il-korpi li jista’ jiġi ddikjarat bħala nefqa eliġibbli għandu jkun soġġett għal limitu massimu ta’ 5 % tal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli żborżata lir-riċevituri finali f’self jew imwarrba għal kuntratti ta’ garanzija u sa 7 % tal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli lir-riċevituri finali f’investimenti ta’ ekwità u kważi ekwità.
Meta l-korpi li jimplimentaw fond speċifiku jintgħażlu permezz ta’ għoti dirett ta’ kuntratt skont l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-ammont tal-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni mħallsa lil dawk il-korpi li jista’ jiġi ddikjarat bħala nefqa eliġibbli għandu jkun soġġett għal limitu massimu ta’ 7 % tal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli żborżata lir-riċevituri finali f’self jew imwarrba għal kuntratti ta’ garanzija u sa 15 % tal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli lir-riċevituri finali f’investimenti ta’ ekwità u kważi ekwità.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, punt (d), fejn il-korpi li jimplimentaw fond ta’ parteċipazzjoni jew fondi speċifiċi jintgħażlu permezz ta’ offerta kompetittiva f’konformità mal-liġi applikabbli, l-ammont tal-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni għandu jiġi stabbilit fil-ftehim ta’ finanzjament u għandu jirrifletti r-riżultat tal-offerta kompetittiva.
Meta t-tariffi ta’ arranġamenti, jew kwalunkwe parti minnhom, ikunu imposti fuq ir-riċevituri finali, ma għandhomx jiġu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli.
Artikolu 81
L-użu tal-FAEŻR mogħti permezz ta’ InvestEU
1. L-Istati Membri jistgħu jallokaw, fil-proposta għal Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 118 jew fit-talba għall-emendar ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 119, ammont sa 3 % tal-allokazzjoni totali inizjali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK li għandu jiġi kkontribwit lil InvestEU, u mogħti permezz tal-garanzija tal-UE u ċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU. Il-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jkun fih ġustifikazzjoni għall-użu ta’ InvestEU u l-kontribut tiegħu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) u magħżula skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK.
L-ammont ikkontribwit għal InvestEU għandu jiġi implimentat f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/523.
2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-ammont totali kontribwit għal kull sena. Fil-każ ta’ talba għall-emendar ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK, dawk l-ammonti għandhom jikkonċernaw biss snin futuri.
3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għall-proviżjonament tal-parti tal-garanzija tal-UE skont il-kompartiment tal-Istat Membru u għaċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU, mal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2021/523. L-impenji baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull ftehim ta’ kontribuzzjoni jistgħu jsiru mill-Kummissjoni f’pagamenti parzjali annwali matul il-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2027.
4. Meta ftehim ta’ kontribuzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2021/523 għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu allokat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK ma jkunx ġie konkluż fi żmien erba’ xhur wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova dak il-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-Artikolu 118 ta’ dan ir-Regolament, l-ammont korrispondenti għandu jiġi riallokat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK wara l-approvazzjoni ta’ talba għall-emendar mill-Istat Membru ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 119 ta’ dan ir-Regolament.
Ftehim ta’ kontribuzzjoni għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu allokat f’talba għall-emendar ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK ippreżentata f’konformità mal-Artikolu 119 ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi konkluż simultanjament mal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova dak l-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
5. Meta ftehim ta’ garanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/523 ma jkunx ġie konkluż fi żmien disa’ xhur mill-approvazzjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni, il-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandu jiġi terminat jew jittawwal permezz ta’ ftehim reċiproku.
Meta l-parteċipazzjoni ta’ Stat Membru f’InvestEU titwaqqaf, l-ammonti kkonċernati mħallsa fil-fond ta’ proviżjonament komuni bħala proviżjonament għandhom jiġu rkuprati bħala dħul assenjat intern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju u l-Istat Membru għandu jressaq talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu biex juża l-ammonti rkuprati u l-ammonti allokati għal snin kalendarji futuri f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
It-terminazzjoni jew l-emendar tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandhom jiġu konklużi simultanjament mal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-emendar rilevanti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2026.
6. Meta ftehim ta’ garanzija, kif stabbilit fl-Artikolu 10(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/523 ma jkunx ġie implimentat kif xieraq fil-perijodu maqbul fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni, iżda mhux aktar minn erba’ snin mill-firma tal-ftehim ta’ garanzija, il-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandu jiġi emendat. L-Istat Membru jista’ jitlob li l-ammonti kkontribwiti għall-garanzija tal-UE skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u impenjati fil-ftehim ta’ garanzija iżda li ma jkoprux self sottostanti, investimenti ta’ ekwità jew strumenti oħra li jġorru riskju jiġu ttrattati skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
7. Ir-riżorsi ġġenerati mill-garanzija tal-UE jew li jistgħu jkunu attribwiti għall-ammonti kkontribwiti għaliha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 10(5), punt (a), tar-Regolament (EU) 2021/523 u għandhom jintużaw għall-appoġġ skont l-istess objettiv jew objettivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fil-forma ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji.
8. Il-limitu ta’ żmien tad-diżimpenn awtomatiku kif previst fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għall-ammonti li jridu jintużaw mill-ġdid fi Pjan Strateġiku tal-PAK skont il-paragrafi 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu għandu jibda fis-sena li fiha jsiru l-impenji baġitarji korrispondenti.
Artikolu 82
Adegwatezza u preċiżjoni tal-kalkolu tal-pagamenti
Meta jsiru pagamenti abbażi tal-ispejjeż addizzjonali u tal-introjtu mitluf skont l-Artikoli 70, 71 u 72, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu adegwati u preċiżi u jiġu stabbiliti minn qabel abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli. Għal dak l-għan, korpi li jkunu funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u li jkollhom l-għarfien espert xieraq għandhom iwettqu l-kalkoli jew jikkonfermaw l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli.
Artikolu 83
Forom ta’ għotjiet
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 70, 71, 72 u 75, l-għotjiet skont dan il-Kapitoli jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
(a) |
ir-rimborż ta’ spejjeż eliġibbli realment imġarrba minn benefiċjarju; |
(b) |
il-kostijiet ta’ unità; |
(c) |
is-somom f’daqqa; |
(d) |
il-finanzjament b’rata fissa. |
2. L-ammonti għall-forom ta’ għotjiet imsemmija fil-paragrafu 1, punti (b), (c) u (d), għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ wieħed mill-modi li ġejjin:
(a) |
metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq:
|
(b) |
abbozzi ta’ baġits stabbiliti skont il-każ u maqbula ex ante mill-korp li jagħżel l-operazzjoni; |
(c) |
f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni tal-kostijiet ta’ unità, tas-somom f’daqqa u tar-rati fissi korrispondenti applikabbli fil-politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni; |
(d) |
f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ kostijiet ta’ unità, somom f’daqqa u rati fissi korrispondenti applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni. |
3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-benefiċjarji għotjiet taħt il-kondizzjonijiet li jkunu jistgħu jitħallsu lura kompletament jew parzjalment kif speċifikat fid-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ u f’konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ħlasijiet lura mill-benefiċjarju għandhom isiru skont il-kondizzjonijiet miftiehma mill-awtorità ta’ ġestjoni u l-benefiċjarju; |
(b) |
l-Istati Membri għandhom jużaw mill-ġdid ir-riżorsi mħallsa lura mill-benefiċjarju għall-istess objettiv speċifiku tal-Pjan Strateġiku tal-PAK sal-31 ta’ Diċembru 2029 jew fil-forma ta’ għotjiet taħt kondizzjonijiet, fil-forma ta’ strument finanzjarju jew f’forma oħra ta’ appoġġ; l-ammonti mħallsa lura u l-informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid tagħhom għandhom jiġu inklużi fl-aħħar rapport annwali tal-prestazzjoni; |
(c) |
l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-riżorsi jinżammu f’kontijiet separati jew taħt kodiċijiet xierqa ta’ kontabbiltà; |
(d) |
ir-riżorsi tal-Unjoni mħallsa lura mill-benefiċjarji fi kwalunkwe ħin iżda li ma jintużawx mill-ġdid sal-31 ta’ Diċembru 2029, għandhom jitħallsu lura lill-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/2116. |
Artikolu 84
Setgħat delegati għal rekwiżiti addizzjonali għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’rekwiżiti addizzjonali għal dawk stipulati f’dan il-Kapitolu dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ appoġġ għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali:
(a) |
impenji ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 70 li jikkonċernaw ir-riżorsi ġenetiċi u t-trattament xieraq tal-annimali; |
(b) |
skemi ta’ kwalità msemmija fl-Artikolu 77 fir-rigward tal-ispeċifiċità tal-prodott finali, l-aċċess għall-iskema, il-verifika ta’ speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodott, it-trasparenza tal-iskema u t-traċċabbiltà tal-prodotti, kif ukoll ir-rikonoxximent mill-Istati Membri ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji. |
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 85
Nefqa tal-FAEG u tal-FAEŻR
1. Il-FAEG għandu jiffinanzja t-tipi ta’ intervent relatati ma’:
(a) |
pagamenti diretti stabbiliti fl-Artikolu 16; |
(b) |
interventi f’ċerti setturi stabbiliti fit-Titolu III, Kapitolu III. |
2. Il-FAEŻR għandu jiffinanzja t-tipi ta’ intervent imsemmija fit-Titolu III, Kapitolu IV, u l-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 94.
Artikolu 86
Eliġibbiltà tan-nefqa
1. In-nefqa għandha tkun eliġibbli:
(a) |
għal kontribuzzjoni mill-FAEG mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena tal-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Kummissjoni; |
(b) |
għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR mid-data tal-preżentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, iżda mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2023. |
2. In-nefqa li ssir eliġibbli bħala riżultat tal-emendar ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEG wara l-approvazzjoni ta’ dik l-emenda mill-Kummissjoni u mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 119(8).
3. In-nefqa li ssir eliġibbli bħala riżultat tal-emendar ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR mid-data tal-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tat-talba għall-emendar, jew mid-data ta’ notifika tal-modifika msemmija fl-Artikolu 119(9).
B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u mill-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jista’ jipprevedi li, fil-każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi jew bidla sinifikanti u f’daqqa fil-kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, l-eliġibbiltà tan-nefqa ffinanzjata mill-FAEŻR relatata mal-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tista’ tibda mid-data li fiha jkun seħħ l-avveniment.
4. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR jekk din tkun iġġarrbet minn benefiċjarju u tkun tħallset sal-31 ta’ Diċembru 2029. Barra minn hekk, in-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR biss jekk l-għajnuna rilevanti fil-fatt titħallas mill-aġenzija tal-pagamenti sal-31 ta’ Diċembru 2029.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-data tal-bidu tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż imġarrba mill-benefiċjarju. Id-data tal-bidu m’għandhiex tkun qabel l-1 ta’ Jannar 2023.
L-operazzjonijiet ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta jkunu tlestew fiżikament jew meta l-implimentazzjoni tagħhom tkun tlestiet kollha qabel ma titressaq l-applikazzjoni għall-appoġġ lill-awtorità ta’ ġestjoni, irrispettivament minn jekk ikunux saru l-pagamenti relatati kollha.
Madankollu, l-operazzjonijiet relatati mal-kultivazzjoni bikrija ta’ popolamenti ta’ nebbieta u l-kultivazzjoni ta’ popolamenti għadhom żgħar f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti u li jindirizzaw wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), kif definiti mill-Istat Membru, jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ anki jekk ikunu tlestew fiżikament qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-appoġġ lill-awtorità ta’ ġestjoni.
5. Kontribuzzjonijiet in natura u spejjeż ta’ deprezzament jistgħu jkunu eliġibbli għal appoġġ skont il-FAEŻR, soġġett għal kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 87
Allokazzjonijiet finanzjarji għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-ammont totali għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti li jista’ jingħata fi Stat Membru skont it-Titolu III, Kapitolu II, ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ sena kalendarja ma għandux jaqbeż l-allokazzjoni finanzjarja ta’ dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness V.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-ammont massimu li jista’ jingħata fi Stat Membru, f’sena kalendarja, skont it-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 2 ta’ dan ir-Regolament u qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, ma għandux jaqbeż l-allokazzjoni finanzjarja ta’ dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness VIII.
Għall-iskop tal-Artikoli 96, 97 u 98, l-allokazzjoni finanzjarja ta’ Stat Membru stabbilita fl-Anness V wara t-tnaqqis tal-ammonti stabbiliti fl-Anness VIII u qabel kwalunkwe trasferiment skont l-Artikolu 17 hija stabbilita fl-Anness IX.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 152 li jemendaw l-allokazzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Annessi V u IX biex jitqiesu l-iżviluppi relatati mal-ammont massimu totali tal-pagamenti diretti li jistgħu jingħataw, inkluż it-trasferimenti msemmija fl-Artikoli 17 u 103, it-trasferimenti tal-allokazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 88(5) u kwalunkwe tnaqqis meħtieġ biex jiġu ffinanzjati t-tipi ta’ intervent f’setturi oħra msemmija fl-Artikolu 88(6).
Madankollu, l-adattament tal-Anness IX ma għandu jqis l-ebda trasferiment f’konformità mal-Artikolu 17.
3. L-ammont tal-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għal kull intervent imsemmi fl-Artikolu 101 għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti stabbiliti fl-Artikolu 16 li jrid jingħata fi Stat Membru fir-rigward ta’ sena kalendarja jista’ jaqbeż l-allokazzjoni ta’ dak l-Istati Membru stabbilita fl-Anness V sal-istima tal-ammont tat-tnaqqis tal-pagamenti inkluża fil-Pjan Strateġiku tal-PAK skont l-Artikolu 112(3), punt (a), it-tieni subparagrafu.
Artikolu 88
Allokazzjonijiet finanzjarji għal ċerti tipi ta’ intervent f’ċerti setturi
1. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid hija allokata lill-Istati Membri kif stabbilit fl-Anness VII.
2. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura hija allokata lill-Istati Membri kif stabbilit fl-Anness X.
3. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-ħops allokata lill-Ġermanja għandha tkun EUR 2 188 000 għal kull sena finanzjarja.
4. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, għal kull sena finanzjarja, hija allokata kif ġej:
(a) |
EUR 10 666 000 għall-Greċja; |
(b) |
EUR 554 000 għal Franza; u |
(c) |
EUR 34 590 000 għall-Italja. |
5. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jittrasferixxu l-allokazzjonijiet finanzjarji totali msemmija fil-paragrafi 3 u 4 fl-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti. Dik id-deċiżjoni ma tistax tiġi riveduta.
L-allokazzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri trasferiti fl-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti ma għandhomx jibqgħu disponibbli għat-tipi ta’ intervent imsemmija fil-paragrafi 3 u 4.
6. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa 3 % tal-allokazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti diretti stabbiliti fl-Anness V, fejn rilevanti wara t-tnaqqis tal-allokazzjonijiet għall-qoton stabbiliti fl-Anness VIII, għat-tipi ta’ intervent f’setturi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu III, Taqsima 7.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu sa 5 %. F’dak il-każ, l-ammont li jikkorrispondi għal dik iż-żieda għandu jitnaqqas mill-massimu stabbilit fl-Artikolu 96(1), (2) jew (5) u ma għandux ikun aktar disponibbli għall-allokazzjoni ta’ interventi ta’ appoġġ akkoppjat għall-introjtu msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1.
L-ammont li jikkorrispondi għall-perċentwal tal-allokazzjonijiet tal-Istati Membri għal pagamenti diretti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu u użati għal tipi ta’ intervent f’setturi oħra għal sena finanzjarja partikolari għandu jitqies li huwa allokazzjoni tal-Istati Membri għal kull sena finanzjarja għal tipi ta’ intervent f’setturi oħra.
7. Fl-2025, l-Istati Membri jistgħu jirrevedu d-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 6 bħala parti minn talba għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom magħmula skont l-Artikolu 119.
8. L-ammonti stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK approvat li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 6 u 7 għandhom ikunu vinkolanti fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 89
Allokazzjonijiet finanzjarji għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali
1. L-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali skont dan ir-Regolament għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun EUR 60 544 439 600 fil-prezzijiet attwali f’konformità mal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093.
2. 0,25 % tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ddedikati lill-finanzjament tal-attivitajiet tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/2116, inkluż in-Network Ewropew għall-Politika Agrikola Komuni msemmi fl-Artikolu 126(2) ta’ dan ir-Regolament u l-EIP imsemmija fl-Artikolu 127 ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-attivitajiet jistgħu jirrigwardaw perijodi ta’ programmazzjoni preċedenti u perijodi sussegwenti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
3. Id-diżaggregazzjoni annwali skont l-Istat Membru tal-ammonti imsemmija fil-paragrafu 1, wara t-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2, tinsab fl-Anness XI.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 li jemenda l-Anness XI sabiex tirrevedi d-diżaggregazzjoni annwali għal kull Stat Membru biex jitqiesu l-iżviluppi rilevanti, inkluż it-trasferimenti msemmija fl-Artikoli 17 u 103, sabiex tagħmel aġġustamenti tekniċi mingħajr ma jinbidlu l-allokazzjonijiet globali, jew biex titqies kwalunkwe bidla oħra prevista minn att leġiżlattiv wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 90
Kontribuzzjoni mill-FAEŻR
Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK skont l-Artikolu 118(6) għandha tistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR għall-pjan. Il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli bl-esklużjoni tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 115(5).
Artikolu 91
Rati tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR
1. Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom jistabbilixxu fil-livell reġjonali jew nazzjonali rata ta’ kontribuzzjoni unika mill-FAEŻR applikabbli għall-interventi kollha.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, ir-rata massima tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għandha tkun:
(a) |
85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni anqas żviluppati; |
(b) |
80 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew; |
(c) |
60 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni fi tranżizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/1060; |
(d) |
43 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni l-oħra. |
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, ir-rata ta’ kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR, jekk ir-rata fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont il-paragrafu 2 hija inqas, għandha tkun:
(a) |
65 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għal pagamenti għal restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona skont l-Artikolu 71; |
(b) |
80 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għall-pagamenti skont l-Artikolu 70, għall-pagamenti skont l-Artikolu 72, għall-appoġġ għall-investimenti mhux produttivi msemmija fl-Artikolu 73, għall-appoġġ għall-proġetti tal-gruppi operazzjonali tal-EIP skont l-Artikolu 77(1), punt (a), u għal LEADER skont l-Artikolu 77(1), punt (b); |
(c) |
100 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għall-operazzjonijiet li qed jirċievu finanzjament minn fondi trasferiti lill-FAEŻR skont l-Artikoli 17 u 103. |
4. Ir-rata minima tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għandha tkun ta’ 20 % tan-nefqa pubblika eliġibbli.
5. In-nefqa pubblika eliġibbli msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandha teskludi l-finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 115(5).
Artikolu 92
Allokazzjonijiet finanzjarji minimi għal LEADER
1. Mill-inqas 5 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness XI għandha tkun riżervata lil LEADER.
2. Għall-perijodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, in-nefqa totali tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali għajr għal LEADER kif stabbilit fil-pjan finanzjarju skont l-Artikolu 112(2), punt (a), ma għandhiex taqbeż 95 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilita fl-Anness XI. Dak il-limitu massimu finanzjarju, ladarba jiġi approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119 għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 93
Allokazzjonijiet finanzjarji minimi għal interventi li jindirizzaw objettivi speċifiċi marbuta mal-ambjent u l-klima
1. Mill-inqas 35 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness XI għandha tkun riżervata għall-interventi li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward it-trattament xieraq tal-annimali, l-Artikolu 6(1), punt (i).
2. Għall-fini tad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni lejn il-perċentwal mogħti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkludu n-nefqa għall-interventi li ġejjin:
(a) |
100 % għall-impenji ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 70; |
(b) |
50 % għar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona msemmija fl-Artikolu 71; |
(c) |
100 % għall-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona msemmija fl-Artikolu 72; |
(d) |
100 % għall-investimenti skont l-Artikoli 73 u 74 marbuta ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, fl-Artikolu 6(1), punt (i). |
3. Għall-perijodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, in-nefqa totali tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali għajr għall-interventi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, kif stabbilit fil-pjan finanzjarju skont l-Artikolu 112(2), punt (a), ma għandhiex taqbeż 65 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness XI. Dak il-limitu massimu finanzjarju, ladarba approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119, għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.
4. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għan-nefqa għar-reġjuni ultraperiferiċi.
Artikolu 94
Allokazzjonijiet finanzjarji massimi għal assistenza teknika
1. Massimu ta’ 4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness XI jista’ jintuża biex jiffinanzja l-azzjonijiet tal-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 125.
Il-kontribuzzjoni mill-FAEŻR tista’ tiżdied sa 6 % għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK meta l-ammont totali ta’ appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali jkun sa EUR 1,1 biljun.
2. L-assistenza teknika għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa skont l-Artikolu 125(1), punt (e), tar-Regolament Finanzjarju fil-qafas tal-pagamenti interim skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Dik ir-rata fissa għandha tirrappreżenta l-perċentwal stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-assistenza teknika tan-nefqa totali ddikjarata.
Artikolu 95
Allokazzjonijiet finanzjarji minimi għall-appoġġ għal bdiewa żgħażagħ
1. Għal kull Stat Membru l-ammont minimu stabbilit fl-Anness XII għandu jkun riżervat biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (g). Abbażi tal-analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ punti qawwija, dgħufijiet, opportunitajiet u theddid (“l-analiżi SWOT”) u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati, l-ammont għandu jintuża għat-tipi ta’ intervent li ġejjin, jew għal wieħed minnhom jew għat-tnejn li huma:
(a) |
l-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ stipulat fl-Artikolu 30; |
(b) |
l-istabbiliment tal-bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 75(2), punt (a). |
2. Minbarra t-tipi ta’ intervent imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-ammont minimu msemmi f’dak il-paragrafu għal interventi ta’ investiment għal bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 73, dment li tiġi applikata rata ogħla ta’ appoġġ f’konformità mal-Artikolu 73(4), it-tieni subparagrafu, punt (a)(ii). Meta tintuża dik il-possibbiltà, massimu ta’ 50 % tan-nefqa għall-investimenti msemmija fl-ewwel sentenza għandha tinqata’ mill-ammont minimu li għandu jiġi riżervat.
3. Għal kull sena kalendarja, in-nefqa totali għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti minbarra l-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ, stabbilita fl-Artikolu 30 ma għandhiex taqbeż l-allokazzjoni finanzjarja għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja rilevanti kif stabbilit fl-Anness V, imnaqqsa mill-parti tal-Anness XII riżervata taħt l-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ għas-sena kalendarja rilevanti, kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom skont l-Artikolu 112(2), punt (a), u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.
4. Għall-perijodu kollu tal-pjan tal-PAK, in-nefqa totali tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali għajr dik għall-istabbiliment tal-bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 75(2), punt (a), ma għandhiex taqbeż il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness XI, imnaqqsa mill-parti tal-Anness XII riżervata għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 75(2), punt (a), għall-perijodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom skont l-Artikolu 112(2), punt (a), u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.
5. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-possibbiltà prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, is-sehem tan-nefqa għal interventi ta’ investiment għal bdiewa żgħażagħ b’rata ta’ appoġġ ogħla f’konformità mal-Artikolu 73(4), it-tieni subparagrafu, punt (a)(ii), li ma jaqbiżx 50 % kif stabbilit minn dak l-Istat Membru fil-pjan finanzjarju tiegħu f’konformità mal-Artikolu 112(2), punt (a), u approvat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119, għandu jingħadd għall-istabbiliment tal-limitu massimu finanzjarju msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 96
Allokazzjonijiet finanzjarji massimi għal appoġġ akkoppjat għall-introjtu
1. L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-intervent tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1, għandha tkun limitata għal massimu ta’ 13 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness IX.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri li, skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, użaw aktar minn 13 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II għal dak ir-Regolament għall-iskop ta’ appoġġ akkoppjat volontarju, jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 13 % tal-ammont stabbilit fl-Anness IX għal dan ir-Regolament għall-iskop tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu. Il-perċentwal li jirriżulta ma għandux jaqbeż il-perċentwal approvat mill-Kummissjoni għall-appoġġ akkoppjat volontarju fir-rigward tas-sena tat-talba 2018.
3. Il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi miżjud b’massimu ta’ żewġ punti perċentwali, dment li l-ammont li jikkorrispondi għall-perċentwali li jaqbeż it-13 % jiġi allokat għall-appoġġ għall-għelejjel li fihom il-proteini skont it-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1.
4. L-ammont inkluż fil-Pjan Strateġiku tal-PAK approvat li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ma jistax jinqabeż.
5. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw sa EUR 3 miljuni kull sena għall-finanzjament tal-appoġġ akkoppjat għall-introjtu.
6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-ammont massimu li jista’ jingħata fi Stat Membru qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament skont it-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1, ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ sena kalendarja ma għandux jaqbeż l-ammonti ffissati fil-Pjan Strateġiku tal-PAK skont dan l-Artikolu.
Artikolu 97
Allokazzjonijiet finanzjarji minimi għall-ekoskemi
1. Mill-inqas 25 % tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX għandhom ikunu riżervati għal kull sena kalendarja mill-2023 sal-2027 għall-ekoskemi msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, Subtaqsima 4.
2. Meta l-ammont tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR riżervat minn Stat Membru għall-interventi f’konformità mal-Artikoli 70, 72, 73 u 74, sa fejn dawk l-interventi jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, fl-Artikolu 6(1), punt (i), jaqbeż it-30 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR kif stabbilit fl-Anness XI għall-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu s-somma tal-ammonti li għandhom jiġu riżervati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. It-tnaqqis totali ma għandux ikun ogħla mill-ammont li bih jinqabeż il-perċentwal imsemmi fl-ewwel sentenza.
3. It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 2 ma jistax iwassal għal tnaqqis tal-ammont annwali li għandu jiġi riżervat għall-ekoskemi għall-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK skont il-paragrafu 1 b’aktar minn 50 %.
4. B’deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-ammont annwali li għandu jiġi riżervat skont il-paragrafu 1 b’mhux aktar minn 75 % jekk l-ammont totali ppjanat għall-interventi skont l-Artikolu 70 matul il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jammonta għal aktar minn 150 % tas-somma tal-ammonti li għandhom jiġu riżervati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu qabel l-applikazzjoni tal-paragrafu 2.
5. L-Istati Membri jistgħu, fis-snin kalendarji 2023 u 2024, f’konformità mal-Artikolu 101(3), jużaw ammonti riżervati f’konformità ma’ dan l-Artikolu għall-ekoskemi biex jiffinanzjaw f’dik is-sena interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, dment li l-possibbiltajiet kollha biex jintużaw il-fondi għall-ekoskemi jkunu ġew eżawriti,
(a) |
sa limitu massimu li jikkorrispondi għal 5 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness IX għas-sena kalendarja kkonċernata; |
(b) |
‘il fuq minn limitu massimu li jikkorrispondi għal 5 % tal-ammonti stabbilit fl-Anness IX għas-sena kalendarja kkonċernata, dment li l-kondizzjonijiet tal-paragrafu 6 jiġu ssodisfati. |
6. Meta japplikaw il-paragrafu 5, punt (b), l-Istati Membri għandhom jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom skont l-Artikolu 119 sabiex:
(a) |
iżidu l-ammonti riżervati skont dan l-Artikolu għall-ekoskemi għas-snin li jifdal tal-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b’ammont mill-inqas ekwivalenti għall-ammont użat għall-finanzjament ta’ interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, skont il-paragrafu 5, punt (b), ta’ dan l-Artikolu; jew |
(b) |
iżidu l-ammonti riżervati għall-interventi skont l-Artikoli 70, 72, 73 u 74, sa fejn dawk l-interventi jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward it-trattament xieraq tal-annimali, l-Artikolu 6(1), punt (i), b’ammont mill-inqas ekwivalenti għall-ammont użat għall-finanzjament ta’ interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, skont il-paragrafu 5, punt (b), ta’ dan l-Artikolu. Ammonti addizzjonali riżervati għal interventi skont l-Artikoli 70, 72, 73 u 74 skont dan il-paragrafu, ma għandhomx jitqiesu jekk Stat Membru juża l-opzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. |
7. Jekk Stat Membru, meta japplika l-paragrafu 5, punt (a), juża għall-perijodu totali 2023 sa 2024 ammont li jaqbeż 2,5 % tas-somma tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX għas-snin 2023 u 2024 biex jiffinanzja interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, huwa għandu jikkumpensa għall-ammonti li jaqbżu 2,5 % tas-somma tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX għas-snin 2023 u 2024 u użati għall-finanzjament f’dawk is-snin ta’ interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, billi jemenda l-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu skont l-Artikolu 119 sabiex:
(a) |
iżid l-ammonti riżervati skont dan l-Artikolu għall-ekoskemi għas-snin li jifdal tal-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b’ammont mill-inqas ekwivalenti għall-ammonti li jaqbżu 2,5 % tas-somma tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX għas-snin 2023 u 2024; jew |
(b) |
iżid l-ammonti riżervati għall-interventi skont l-Artikoli 70, 72, 73 u 74, sa fejn dawk l-interventi jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, fl-Artikolu 6(1), punt (i), b’ammont mill-inqas ekwivalenti għall-ammont li jaqbeż 2,5 % tas-somma tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX għas-snin 2023 u 2024. Ammonti addizzjonali riżervati għal interventi skont l-Artikoli 70, 72, 73 u 74 skont dan il-paragrafu ma għandhomx jitqiesu jekk Stat Membru juża l-opzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. |
8. L-Istati Membri jistgħu, fis-snin kalendarji 2025 u 2026, f’konformità mal-Artikolu 101(3), jużaw ammont sa limitu li jikkorrispondi għal 2 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness IX għas-sena kalendarja kkonċernata, u riżervati f’konformità ma’ dan l-Artikolu għall-ekoskemi biex jiffinanzjaw f’dik is-sena interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, dment li l-possibbiltajiet kollha biex jintużaw il-fondi għall-ekoskemi jkunu ġew eżawriti u l-kondizzjonijiet tal-paragrafu 9 huma ssodisfati.
9. Meta japplikaw il-paragrafu 8, l-Istati Membri għandhom jemendaw il-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom skont l-Artikolu 119 sabiex:
(a) |
iżidu l-ammonti riżervati skont dan l-Artikolu għall-ekoskemi għas-snin li jifdal tal-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK b’ammont mill-inqas ekwivalenti għall-ammont użat għall-ammont użat għall-finanzjament ta’ interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, skont il-paragrafu 8; jew |
(b) |
iżidu l-ammonti riżervati għall-interventi skont l-Artikoli 70, 72, 73 u 74, sa fejn dawk l-interventi jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, l-Artikolu 6(1), punt (i), b’ammont mill-inqas ekwivalenti għall-ammont użat għall-finanzjament ta’ interventi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu. Ammonti addizzjonali riżervati għal interventi skont l-Artikoli 70, 72, 73 u 74 skont dan il-paragrafu ma għandhomx jitqiesu jekk Stat Membru juża l-opzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. |
10. Għal kull sena kalendarja mis-sena kalendarja 2025, in-nefqa totali għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti minbarra l-ekoskemi ma għandhiex taqbeż l-allokazzjoni finanzjarja għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja rilevanti kif stipulat fl-Anness V, imnaqqsa b’ammont li jikkorrispondi għal 23 % tal-ammont fl-Anness IX, riżervat għall-ekoskemi skont dan il-paragrafu għas-snin kalendarji 2025 u l-2026, u li tikkorrispondi għal 25 % tal-ammont fl-Anness IX, riżervat għall-ekoskemi skont dan il-paragrafu għas-sena kalendarja 2027, fejn rilevanti kkoreġut mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3, 4, 6, 7 u 9 ta’ dan l-Artikolu, u kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom skont l-Artikolu 112(2), punt (a), u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.
11. Jekk l-Istati Membri japplikaw il-paragrafi 2, 3, 4, 6, 7 u 9 ta’ dan l-Artikolu għall-perijodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, in-nefqa totali tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali minbarra l-ammonti riżervati għall-interventi f’konformità mal-Artikoli 70, 72, 73 u 74, sakemm dawk l-interventi jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali, fl-Artikolu 6(1), punt (i), ma għandhomx jaqbżu t-total tal-kontribuzzjoni tal-FEAŻR għall-iżvilupp rurali għall-perijodu kollu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Anness XI, imnaqqsa mill-ammonti riżervati għall-interventi f’konformità mal-Artikoli 70, 72, 73 u 74, sakemm dawk l-interventi jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f) u, fir-rigward it-trattament xieraq tal-annimali, fl-Artikolu 6(1), punt (i), wara l-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 6, 7 u 9 ta’ dan l-Artikolu, kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom skont l-Artikolu 112(2), punt (a), u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 98
Allokazzjonijiet finanzjarji minimi għall-appoġġ ridistributtiv għall-introjtu
1. Mill-inqas 10 % tal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX għandhom jiġu riżervati annwalment għall-appoġġ ridistributtiv għall-introjtu msemmi fl-Artikolu 29.
2. Għal kull sena kalendarja, in-nefqa totali għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti minbarra l-appoġġ ridistributtiv għall-introjtu ma għandhiex taqbeż l-allokazzjoni finanzjarja għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja rilevanti kif stabbilit fl-Anness V, imnaqqsa b’ammont li jikkorrispondi għal 10 % tal-allokazzjoni finanzjarja għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja rilevanti kif stabbilit fl-Anness IX, fejn rilevanti kkoreġut wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 29(1), it-tieni subparagrafu, kif stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet finanzjarji tagħhom skont l-Artikolu 112(2), punt (a), u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118 jew l-Artikolu 119. Dak il-limitu massimu finanzjarju għandu jikkostitwixxi limitu massimu finanzjarju stabbilit mil-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 99
Kontribuzzjoni volontarja mill-allokazzjoni mill-FAEŻR għal azzjonijiet taħt LIFE u Erasmus+
Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw ċertu sehem tal-allokazzjoni mill-FAEŻR bħala ingranaġġ għall-appoġġ u biex itejbu l-Proġetti Strateġiċi tan-Natura integrati li jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet ta’ bdiewa kif previst skont ir-Regolament (UE) 2021/783 u biex jiffinanzjaw azzjonijiet fir-rigward tal-mobbiltà għat-tagħlim tranżnazzjonali tal-persuni fil-qasam tal-iżvilupp agrikolu u rurali b’attenzjoni fuq il-bdiewa żgħażagħ, u n-nisa fiż-żoni rurali, skont ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (49).
Artikolu 100
It-traċċar tan-nefqa marbuta mal-klima
1. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kontribut tal-politika għall-kisba tal-objettivi tat-tibdil fil-klima bl-użu ta’ metodoloġija sempliċi u komuni.
2. L-istima tal-kontribut lejn il-kisba tal-mira tan-nefqa għandha ssir permezz tal-applikazzjoni ta’ ponderazzjonijiet speċifiċi differenzjati fuq il-bażi ta’ jekk l-appoġġ jagħmilx kontribut sinifikanti jew moderat lejn il-kisba tal-objettivi relatati mat-tibdil fil-klima. Dawk il-ponderazzjonijiet għandhom ikunu kif ġej:
(a) |
40 % għan-nefqa skont l-appoġġ bażiku għall-introjtu u l-appoġġ komplementari għall-introjtu msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, Subtaqsimiet 2 u 3; |
(b) |
100 % għan-nefqa skont l-ekoskemi msemmija fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 2, Subtaqsima 4; |
(c) |
100 % għan-nefqa għall-interventi msemmija fl-Artikolu 93(1), għajr dawk imsemmija fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu; |
(d) |
40 % għan-nefqa għar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona msemmija fl-Artikolu 71. |
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati wara l-31 ta’ Diċembru 2025 f’konformità mal-Artikolu 152 li jemenda l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex timmodifika l-ponderazzjonijiet imsemmija fih fejn tali modifika tkun iġġustifikata għal traċċar aktar preċiż tan-nefqa fuq l-objettivi marbuta mal-ambjent u l-klima.
Artikolu 101
Allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi
1. Fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistipulaw allokazzjoni finanzjarja indikattiva għal kull intervent u għal kull sena. Din l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva għandha tirrappreżenta l-livell mistenni ta’ pagamenti skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK għall-intervent fis-sena finanzjarja rilevanti, minbarra l-pagamenti mistennija abbażi ta’ finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 115(5).
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għat-tipi ta’ intervent fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f), l-Istati Membri għandhom jistipulaw, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, allokazzjoni finanzjarja indikattiva għal kull settur u għal kull sena, li tirrappreżenta l-livell mistenni ta’ pagamenti għall-interventi f’dak is-settur għal kull sena finanzjarja, minbarra pagamenti mistenni abbażi tal-assistenza finanzjarja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 53.
3. L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi stipulati mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jipprevjenu lil dawk l-Istati Membri milli jużaw fondi minn dawk l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi bħala fondi għal interventi oħra mingħajr ma jemendaw il-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom skont l-Artikolu 119, soġġett għall-konformità ma’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari l-Artikoli 87, 88, 89, 90, 92 sa 98 u 102 tiegħu, u mar-Regolament (UE) 2021/2116, u b’mod partikolari mal-Artikolu 32(6), punt (b), tiegħu, kif ukoll mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti huma użati għal interventi oħra fil-forma ta’ pagamenti diretti; |
(b) |
l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-interventi għall-iżvilupp rurali huma użati għal interventi oħra għall-iżvilupp rurali; |
(c) |
l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-interventi fis-settur tal-apikultura u fis-settur tal-inbid jintużaw biss għal interventi oħra fl-istess settur; |
(d) |
l-allokazzjonijiet finanzjarji għal interventi f’setturi oħra msemmija fl-Artikolu 42, punt (f), huma użati għal interventi f’setturi oħra msemmija f’dak il-punt stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u tali użu ma jaffettwax programmi operazzjonali approvati. |
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, punt (a), l-Istati Membri li ddeċidew li jagħtu l-appoġġ bażiku għall-introjtu abbażi tal-intitolamenti għall-pagament skont l-Artikolu 23 jistgħu jżidu jew inaqqsu b’mod lineari l-ammonti li jridu jitħallsu abbażi tal-valur tal-intitolamenti attivati fis-sena kalendarja, fil-limiti tal-ammonti unitarji minimi u massimi ppjanati stabbiliti għall-interventi skont l-appoġġ bażiku għall-introjtu skont l-Artikolu 102(2).
Artikolu 102
Ammonti unitarji ppjanati u outputs ippjanati
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ammont unitarju wieħed jew iktar għall-kull intervent inkluż fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. L-ammont unitarju ppjanat jista’ jkun uniformi jew medju, kif iddeterminat mill-Istati Membri. L-”ammont unitarju uniformi ppjanat” huwa l-valur li mistenni jiġi mħallas għal kull output relatat. L-”ammont unitarju medju ppjanat” huwa l-valur medju tal-ammonti unitarji differenti li mistennija jitħallsu għall-outputs relatati.
Għal interventi koperti mis-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, ammonti unitarji uniformi għandhom jiġu stabbiliti, ħlief fejn l-ammonti unitarji uniformi mhumiex possibbli jew xierqa minħabba t-tfassil jew l-ambitu tal-intervent. F’tali każijiet, għandhom jiġu stabbiliti l-ammonti unitarji medji.
2. Għal tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammonti unitarji ppjanati massimi jew minimi jew it-tnejn li huma għal kull ammont unitarju ppjanat għal kull intervent.
L-”ammont unitarju massimu ppjanat” u l-”ammont unitarju minimu ppjanat” huma l-ammonti unitarji massimi u minimi li huma mistennija jiġu mħallsa għall-outputs relatati.
Meta jiġu stabbiliti l-ammonti unitarji ppjanati massimi jew minimi, jew it-tnejn li huma, l-Istati Membri jistgħu jiġġustifikaw dawk il-valuri bil-flessibbiltà meħtieġa għar-riallokazzjoni biex jiġu evitati fondi mhux użati.
L-ammont unitarju miksub imsemmi fl-Artikolu 134(5), l-ewwel subparagrafu, punt (c), jista’ biss ikun inqas mill-ammont unitarju ppjanat jew l-ammont unitarju minimu ppjanat meta tali ammont jiġi stabbilit, sabiex jiġi evitat eċċess tal-allokazzjonijiet finanzjarji għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 87(1).
3. Għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali, meta jiġu użati l-ammonti unitarji medji ppjanati, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont unitarju medju ppjanat massimu.
L-”ammont unitarju medju ppjanat massimu” huwa l-ammont massimu li medjament huwa mistenni li jitħallas għall-outputs relatati.
4. Fejn ammonti unitarji differenti huma stabbiliti għal intervent, il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw għal kull ammont unitarju rilevanti ta’ dak l-intervent.
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-outputs ippjanati annwali għal kull intervent kwantifikat għal kull ammont unitarju uniformi jew medju ppjanat. Fi ħdan intervent, l-outputs ippjanati annwali jistgħu jiġu pprovduti f’livell aggregat għall-ammonti unitarji kollha jew għal grupp ta’ ammonti unitarji.
Artikolu 103
Flessibbiltà bejn l-allokazzjonijiet tal-pagamenti diretti u l-allokazzjonijiet mill-FAEŻR
1. Bħala parti mill-proposta tiegħu għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 118(1), Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jittrasferixxi:
(a) |
sa 25 % tal-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tiegħu stabbilita fl-Anness V, fejn rilevanti wara tnaqqis tal-allokazzjonijiet għall-qoton stabbiliti fl-Anness VIII għas-snin kalendarji 2023 sal-2026, lill-allokazzjoni tiegħu għall-FAEŻR fis-snin finanzjarji 2024 sa 2027; jew |
(b) |
sa 25 % tal-allokazzjoni għall-FAEŻR tiegħu fis-snin finanzjarji 2024 sal-2027 lill-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tiegħu stabbilita fl-Anness V għas-snin kalendarji 2023 sal-2026. |
2. Il-perċentwal ta’ trasferiment mill-allokazzjoni tal-pagamenti diretti tal-Istat Membru lill-allokazzjoni tiegħu għall-FAEŻR imsemmi fil-paragrafu 1, punt (a), jista’ jiżdied bi:
(a) |
sa 15-il punt perċentwali jekk l-Istat Membru juża ż-żieda korrispondenti għall-interventi ffinanzjati mill-FAEŻR li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f); |
(b) |
sa 2 punti perċentwali jekk l-Istat Membru juża ż-żieda korrispondenti skont l-Artikolu 95(1), punt (b). |
3. Il-perċentwal ta’ trasferiment minn allokazzjoni ta’ Stat Membru għall-FAEŻR għall-allokazzjoni tiegħu għal pagamenti diretti msemmija fil-paragrafu 1, punt (b), jista’ jiżdied sa 30 % għall-Istati Membri b’pagamenti diretti għal kull ettaru inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni. Din il-kondizzjoni hija ssodisfata fil-każ tal-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
4. Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-perċentwal imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3, li jista’ jvarja skont is-sena kalendarja.
5. Fl-2025, l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 bħala parti minn talba għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 119.
TITOLU V
PJAN STRATEĠIKU TAL-PAK
KAPITOLU I
REKWIŻITI ĠENERALI
Artikolu 104
Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK skont dan ir-Regolament biex jimplimentaw l-appoġġ mill-Unjoni ffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).
2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Pjan Strateġiku tal-PAK uniku għat-territorju kollu tiegħu, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali u istituzzjonali tiegħu.
Meta l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istat Membru għandu jiżgura l-koerenza u l-konsistenza mal-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilit fil-livell nazzjonali. L-elementi stabbiliti fil-livell reġjonali għandhom jiġu riflessi b’mod xieraq fit-taqsimiet rilevanti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK kif stabbilit fl-Artikolu 107.
3. Abbażi tal-analiżi SWOT imsemmija fl-Artikolu 115(2) u valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 108, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija tal-intervent kif imsemmi fl-Artikolu 109 li fiha għandhom jiġu stabbiliti miri kwantitattivi u stadji importanti għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2). Il-miri għandhom jiġu stabbiliti bl-użu ta’ sett komuni ta’ indikaturi tar-riżultat stabbilit fl-Anness I.
Sabiex jilħqu dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-interventi bbażati fuq it-tipi ta’ intervent stabbiliti fit-Titolu III.
4. Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Artikolu 105
Iżjed ambizzjoni fir-rigward tal-objettivi marbuta mal-ambjent u mal-klima
1. Permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom u b’mod partikolari permezz tal-elementi tal-istrateġija tal-interventi msemmija fl-Artikolu 109(2), punt (a), il-mira tal-Istati Membri għandha tkun li jagħtu kontribut ġenerali akbar għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), b’paragun mal-kontribut ġenerali li jkun sar għall-kisba tal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 110(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 permezz tal-appoġġ skont il-FAEG u l-FAEŻR fil-perijodu mill-2014 sal-2020.
2. Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jispjegaw, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, kif biħsiebhom iwettqu l-kontribut globali akbar stabbilit fil-paragrafu 1. Dik l-ispjegazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni rilevanti, bħall-elementi msemmija fl-Artikolu 107(1), punti (a) sa (f), u fl-Artikolu 107(2), punt (b), kif ukoll it-titjib mistenni meta mqabbel mal-indikaturi tal-impatt rilevanti stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 106
Rekwiżiti proċedurali
1. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK abbażi ta’ proċeduri trasparenti, fejn applikabbli f’kollaborazzjoni mar-reġjuni tagħhom, skont il-qafas istituzzjonali u legali tagħhom.
2. Il-korp tal-Istat Membru responsabbli għat-tfassil tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jiżgura li:
(a) |
fejn applikabbli, l-awtoritajiet rilevanti fil-livell reġjonali jkunu involuti b’mod effettiv fit-tħejjija tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; u |
(b) |
l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-ambjent u l-klima jkunu involuti b’mod effettiv fit-tħejjija tal-aspetti marbuta mal-ambjent u l-klima tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
3. Kull Stat Membru għandu jorganizza sħubija mal-awtoritajiet kompetenti reġjonali u lokali. Is-sħubija għandha tinkludi mill-inqas is-sħab li ġejjin:
(a) |
l-awtoritajiet rilevanti fil-livell reġjonali u dak lokali, kif ukoll awtoritajiet pubbliċi oħra, inkluż l-awtoritajiet kompetenti għal kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi; |
(b) |
sħab ekonomiċi u soċjali, inkluż rappreżentanti tas-settur agrikolu; |
(c) |
korpi rilevanti li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili u fejn rilevanti l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, id-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni. |
L-Istati Membri għandhom jinvolvu b’mod effettiv lil dawk is-sħab fit-tħejjija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u għandhom jikkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż fir-rigward tal-istandards minimi msemmija fl-Artikolu 13, fejn xieraq.
4. L-Istati Membri, inkluż fejn applikabbli r-reġjuni tagħhom, u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw biex jiżguraw koordinazzjoni effettiva fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, filwaqt li jqisu l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ġestjoni kondiviża.
5. L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sħubija għandhom jitwettqu skont l-att delegat adottat abbażi tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
KAPITOLU II
KONTENUT TAL-PJAN STRATEĠIKU TAL-PAK
Artikolu 107
Kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
1. Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jinkludi taqsimiet dwar dan li ġej:
(a) |
il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet; |
(b) |
l-istrateġija tal-interventi; |
(c) |
l-elementi komuni għal diversi interventi; |
(d) |
il-pagamenti diretti, l-interventi f’ċerti setturi u interventi għall-iżvilupp rurali speċifikati fl-istrateġija; |
(e) |
pjanijiet tal-miri u pjanijiet finanzjarji; |
(f) |
is-sistema ta’ governanza u ta’ koordinazzjoni; |
(g) |
l-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-PAK; |
(h) |
fejn l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali, deskrizzjoni qasira dwar l-istruttura nazzjonali u reġjonali tal-Istat Membru, u b’mod partikolari liema elementi huma stabbiliti fil-livell nazzjonali u reġjonali. |
2. Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jinkludi l-Annessi li ġejjin:
(a) |
l-Anness I dwar l-evalwazzjoni ex ante u l-valutazzjoni ambjentali strateġika (VAS) imsemmija fid-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50); |
(b) |
l-Anness II dwar l-analiżi SWOT; |
(c) |
l-Anness III dwar il-konsultazzjoni tas-sħab; |
(d) |
fejn rilevanti, l-Anness IV dwar il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton; |
(e) |
l-Anness V dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali pprovdut fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; |
(f) |
fejn rilevanti, l-Anness VI dwar l-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali. |
3. Ir-regoli dettaljati dwar il-kontenut tat-taqsimiet u l-annessi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma stabbiliti fl-Artikoli 108 sa 115.
Artikolu 108
Valutazzjoni tal-ħtiġijiet
Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 107(1), punt (a), għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
sommarju tal-analiżi SWOT kif imsemmi fl-Artikolu 115(2); |
(b) |
identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1) u (2) abbażi tal-evidenza mill-analiżi SWOT; il-ħtiġijiet kollha li jirriżultaw mill-analiżi SWOT għandhom jiġu deskritti, irrispettivament minn jekk humiex ser jiġu indirizzati permezz tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jew le; |
(c) |
għall-objettiv speċifiku ta’ appoġġ għall-introjtu vijabbli u r-reżiljenza tal-azjendi agrikoli stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (a), valutazzjoni tal-ħtiġijiet fir-rigward ta’ distribuzzjoni aktar ġusta u immirar aktar effettiv u effiċjenti tal-pagamenti diretti, fejn rilevanti b’kont meħud tal-istruttura tal-azjendi agrikoli tagħhom, u fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju; |
(d) |
fejn rilevanti, analiżi tal-ħtiġijiet ta’ żoni ġeografiċi speċifiċi, bħar-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll iż-żoni muntanjużi u l-gżejjer; |
(e) |
prijoritizzazzjoni tal-ħtiġijiet, inkluż ġustifikazzjoni tajba tal-għażliet li jkunu saru li jkopru jekk rilevanti r-raġunijiet għaliex ċerti ħtiġijiet identifikati mhumiex indirizzati jew huma indirizzati parzjalment fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
Għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għandha tqis il-pjanijiet ambjentali u klimatiċi nazzjonali li jirriżultaw mill-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII.
L-Istati Membri għandhom jużaw għall-valutazzjoni tagħhom tal-ħtiġijiet data li hija reċenti u affidabbli u, fejn disponibbli, data diżaggregata skont il-ġeneru.
Artikolu 109
L-istrateġija tal-interventi
1. L-istrateġija tal-interventi msemmija fl-Artikolu 107(1), punt (b), għandha tistipula, għal kull objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 6(1) u (2) u indirizzat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK:
(a) |
miri u stadji importanti relatati għall-indikaturi tar-riżultat rilevanti użati mill-Istat Membru abbażi tal-valutazzjoni tiegħu tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 108. Il-valur ta’ dawk il-miri għandu jiġi ġġustifikat abbażi ta’ dik il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Fir-rigward tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), il-miri għandhom jiġu derivati mill-elementi tal-ispjegazzjoni mogħtija fil-paragrafu 2, punt (a), ta’ dan l-Artikolu; |
(b) |
l-interventi, fuq il-bażi tat-tipi ta’ intervent stabbiliti fit-Titolu III, li għandhom jitfasslu biex jindirizzaw is-sitwazzjoni speċifika fiż-żona kkonċernata, skont loġika ta’ intervent għaqlija, appoġġata mill-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 139, l-analiżi SWOT imsemmija fl-Artikolu 115(2) u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 108; |
(c) |
l-elementi li juru kif l-interventi jippermettu l-ksib tal-miri u kif inhuma koerenti u kompatibbli b’mod reċiproku; |
(d) |
l-elementi li juru li l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji lill-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK hija ġġustifikata u xierqa biex jinkisbu l-miri stabbiliti, u hija konsistenti mal-pjan finanzjarju msemmi fl-Artikolu 112. |
2. L-istrateġija tal-interventi għandha turi l-konsistenza tal-istrateġija u l-komplementarjetà tal-interventi fl-objettivi speċifiċi kollha stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) billi tipprovdi:
(a) |
ħarsa ġenerali lejn l-arkitettura ambjentali u klimatika tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li tiddeskrivi dan li ġej:
|
(b) |
fir-rigward tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (g), ħarsa ġenerali lejn l-interventi rilevanti u l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-bdiewa żgħażagħ stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK bħal dawk speċifikati fl-Artikolu 26(4), punt (a), l-Artikoli 30, 73 u 75 u l-Artikolu 77(6). B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirreferu għall-Artikolu 95 meta jippreżentaw il-pjan finanzjarju fir-rigward tat-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikoli 30, 73 u 75. Il-ħarsa ġenerali għandha tispjega wkoll f’termini ġenerali l-interazzjoni mal-istrumenti nazzjonali bil-ħsieb li tittejjeb il-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali f’dan il-qasam; |
(c) |
spjegazzjoni dwar kif l-interventi taħt l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu kif imsemmi fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1, huma konsistenti mad-Direttiva 2000/60/KE; |
(d) |
fir-rigward tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (a), ħarsa ġenerali lejn kif jiġi indirizzat l-għan ta’ distribuzzjoni aktar ġusta u immirar aktar effettiv u effiċjenti tal-appoġġ għall-introjtu li għandu jingħata lill-bdiewa skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni li tiġġustifika l-użu tad-deroga prevista fl-Artikolu 29(1), it-tieni subparagrafu. Dik il-ħarsa ġenerali għandha, fejn rilevanti, tindirizza wkoll il-konsistenza u l-komplementarjetà tat-territorjalizzazzjoni tal-appoġġ bażiku għall-introjtu msemmi fl-Artikolu 22(2) b’appoġġ taħt interventi oħra, b’mod partikolari l-pagamenti għal restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona msemmija fl-Artikolu 71; |
(e) |
ħarsa ġenerali lejn l-interventi relatati mas-settur, inkluż l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu msemmi fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima 3, Subtaqsima 1, u l-interventi f’ċerti setturi msemmija fit-Titolu III, Kapitolu III, li tipprovdi ġustifikazzjoni għall-immirar tas-setturi kkonċernati, il-lista ta’ interventi għal kull settur u l-komplementarjetà tagħhom; |
(f) |
fejn rilevanti, spjegazzjoni ta’ liema interventi huma maħsuba biex jikkontribwixxu għall-iżgurar ta’ approċċ koerenti u integrat għall-ġestjoni tar-riskju; |
(g) |
fejn rilevanti, deskrizzjoni tal-interazzjoni bejn l-interventi nazzjonali u reġjonali, inkluż id-distribuzzjoni tal-allokazzjonijiet finanzjarji għal kull intervent u għal kull fond; |
(h) |
ħarsa ġenerali lejn kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv speċifiku tat-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (i), inkluż il-kondizzjonijiet bażiċi u l-komplementarjetà bejn il-kundizzjonalità u l-interventi differenti; |
(i) |
spjegazzjoni ta’ kif l-interventi u l-elementi komuni għal diversi interventi jikkontribwixxu għas-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji finali u jnaqqsu l-piż amministrattiv. |
3. Meta l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali, l-istrateġija tal-intervent għandha tiżgura l-koerenza u l-konsistenza ta’ dawk l-elementi mal-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbilit fil-livell nazzjonali.
Artikolu 110
Elementi komuni għal diversi interventi
It-taqsima dwar l-elementi komuni għal diversi interventi msemmija fl-Artikolu 107(1), punt (c), għandha tinkludi:
(a) |
id-definizzjonijiet u l-kondizzjonijiet previsti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 4, kif ukoll ir-rekwiżiti minimi għall-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti skont l-Artikolu 18; |
(b) |
deskrizzjoni tal-użu tal-”assistenza teknika” msemmija fl-Artikolu 94 u l-Artikolu 125 u deskrizzjoni tan-network nazzjonali tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 126; |
(c) |
fir-rigward tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), id-definizzjoni ta’ żoni rurali użata fil-Pjan Strateġiku tal-PAK kif iddeterminata mill-Istati Membri; |
(d) |
informazzjoni oħra dwar l-implimentazzjoni, b’mod partikolari:
|
Artikolu 111
Interventi
It-taqsima dwar kull intervent speċifikat fl-istrateġija msemmija fl-Artikolu 107(1), punt (d), inkluż l-interventi stabbiliti fil-livell reġjonali, għandha tinkludi:
(a) |
it-tip ta’ intervent li fuqu huwa bbażat; |
(b) |
il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali; |
(c) |
id-disinn speċifiku jew ir-rekwiżiti ta’ dak l-intervent li jiżguraw kontribut effettiv lill-kisba tal-objettiv speċifiku jew lill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2); għall-interventi marbuta mal-ambjent u l-klima, l-artikolazzjoni mar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità għandha turi li l-prattiki huma komplementari u li ma hemmx duplikazzjoni; |
(d) |
il-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà; |
(e) |
l-indikaturi tar-riżultat kif stabbiliti fl-Anness I li għalihom l-intervent għandu jikkontribwixxi direttament u b’mod sinifikanti.; |
(f) |
għal kull intervent li huwa bbażat fuq it-tipi ta’ intervent elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, il-mod kif jirrispetta d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura kif speċifikat fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament u fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, u għal kull intervent li mhuwiex ibbażat fuq it-tipi ta’ intervent elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, jekk jirrispetta d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 6.5 jew l-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, u jekk iva, kif; |
(g) |
indikatur tal-output wieħed u l-outputs ippjanati annwali għall-intervent imsemmija fl-Artikolu 102(5); |
(h) |
l-ammonti unitarji uniformi jew medji annwali ppjanati msemmija fl-Artikolu 102(1) u, fejn rilevanti, l-ammonti unitarji ppjanati massimi jew minimi msemmija fl-Artikolu 102(2) u (3); |
(i) |
spjegazzjoni ta’ kif l-ammonti msemmija fil-punt (h) ta’ dan il-paragrafu ġew stabbiliti; |
(j) |
fejn applikabbli:
|
(k) |
l-allokazzjoni finanzjarja annwali għall-intervent imsemmija fl-Artikolu 101(1) jew, fil-każ tas-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f), l-allokazzjoni finanzjarja annwali għas-settur rilevanti msemmija fl-Artikolu 101(2), inkluż, fejn applikabbli, diżaggregazzjoni tal-ammonti ppjanati għall-għotjiet u l-ammonti ppjanati għall-istrumenti finanzjarji; |
(l) |
indikazzjoni ta’ jekk l-intervent huwiex barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE u huwiex soġġett għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. |
Il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-interventi taħt it-tip ta’ intervent fis-settur tal-apikultura msemmi fl-Artikolu 55(1), punti (a) u (c) sa (g), interventi taħt it-tip ta’ intervent fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 58(1), punti (h) sa (k), u għall-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-iskemi tal-kwalità skont it-tip ta’ intervent għall-kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 77.
Artikolu 112
Pjanijiet tal-miri u pjanijiet finanzjarji
1. Il-pjan tal-miri msemmi fl-Artikolu 107(1), punt (e), għandu jikkonsisti f’tabella rikapitulattiva li turi l-miri u l-istadji importanti msemmija fl-Artikolu 109(1), punt (a).
2. Il-pjan finanzjarju msemmi fl-Artikolu 107(1), punt (e), għandu jinkludi tabella ta’ ħarsa ġenerali li tipprevedi:
(a) |
l-allokazzjonijiet tal-Istat Membru għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 87(1), għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 88(1), għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-apikultura msemmi fl-Artikolu 88(2) u għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 89(3), bi speċifikazzjoni tal-ammonti annwali u ġenerali riservati mill-Istati Membri biex jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji minimi stabbiliti fl-Artikoli 92 sa 98; |
(b) |
it-trasferimenti tal-ammonti msemmija fil-punt (a) bejn it-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti u t-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali skont l-Artikolu 103 u kwalunkwe tnaqqis tal-allokazzjonijiet tal-Istat Membru għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ammonti għat-tipi ta’ intervent f’setturi oħra msemmija fit-Titolu III, Kapitolu III, Taqsima 7, skont l-Artikolu 88(6); |
(c) |
l-allokazzjonijiet tal-Istat Membru għat-tipi ta’ intervent fis-settur tal-ħops imsemmija fl-Artikolu 88(3) u għat-tipi ta’ intervent fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda msemmija fl-Artikolu 88(4), u jekk dawk it-tipi ta’ intervent mhumiex implimentati, id-deċiżjoni li jiġu inklużi l-allokazzjonijiet korrispondenti fl-allokazzjoni tal-Istat Membru għall-pagamenti diretti skont l-Artikolu 88(5); |
(d) |
fejn rilevanti, it-trasferiment tal-allokazzjonijiet tal-Istat Membru mill-FAEŻR għall-appoġġ skont InvestEU f’konformità mal-Artikolu 81 ta’ dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) 2021/783 jew skont ir-Regolament (UE) 2021/817 f’konformità mal-Artikolu 99 ta’ dan ir-Regolament; |
(e) |
Fejn rilevanti, l-ammonti ppjanati għar-reġjuni ultraperiferiċi. |
3. Minbarra l-paragrafu 2, pjan finanzjarju dettaljat għandu jipprevedi, għal kull sena finanzjarja u espress bħala tbassir tal-eżekuzzjoni tal-pagamenti tal-Istat Membru, it-tabelli li ġejjin konsistenti mal-Artikolu 111, punti (g) u (k):
(a) |
diżaggregazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-Istat Membru għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti wara t-trasferimenti kif speċifikat fil-paragrafu 2, punti (b) u (c), ibbażata fuq allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għal kull tip ta’ intervent u għal kull intervent, filwaqt li jiġu speċifikati għal kull intervent l-outputs ippjanati, l-ammonti unitarji medji jew uniformi ppjanati msemmija fl-Artikolu 102(1) u, fejn rilevanti, l-ammonti unitarji ppjanati massimi jew minimi, jew it-tnejn, imsemmija fl-Artikolu 102(2). Fejn applikabbli, id-diżaggregazzjoni għandu jinkludi l-ammont tar-riżerva tal-intitolamenti għal pagament. Għandha tiġi speċifikata l-istima tal-prodott totali tat-tnaqqis tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 17. Filwaqt li jitqies l-użu tal-istima tal-prodott tat-tnaqqis tal-pagamenti msemmi fl-Artikolu 17 u l-Artikolu 87(3), dawk l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, l-outputs ippjanati relatati u l-ammonti unitarji medji jew uniformi ppjanati korrispondenti għandhom jiġu stabbiliti qabel it-tnaqqis tal-pagamenti; |
(b) |
diżaggregazzjoni tal-allokazzjonijiet għat-tipi ta’ intervent imsemmija fit-Titolu III, Kapitolu III, għal kull intervent u b’indikazzjoni tal-outputs ippjanati jew fil-każ tas-setturi msemmija fl-Artikolu 42, punti (a), (d), (e) u (f) l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva għal kull settur b’indikazzjoni tal-outputs ippjanati espressi bħala għadd ta’ programmi operazzjonali għal kull settur; |
(c) |
diżaggregazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-Istat Membru għall-iżvilupp rurali wara t-trasferimenti lill-pagamenti diretti u minnhom kif speċifikat fil-punt (b), skont it-tip ta’ intervent u skont l-intervent, inkluż it-totali għall-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, filwaqt li tiġi indikata ukoll ir-rata ta’ kontribuzzjoni applikabbli tal-FAEŻR, diżaggregata għal kull intervent u għall kull tip ta’ reġjun fejn applikabbli. Fil-każ ta’ trasferiment ta’ fondi mill-pagamenti diretti, għandhom ikunu speċifikati l-intervent(i) jew il-parti mill-intervent iffinanzjat mit-trasferiment. Dik it-tabella għandha tispeċifika wkoll l-outputs ippjanati għal kull intervent u l-ammonti unitarji medji jew uniformi ppjanati msemmija fl-Artikolu 102(1), kif ukoll, fejn rilevanti, l-ammonti unitarji medji massimi ppjanati kif imsemmija fl-Artikolu 102(3). Fejn applikabbli, it-tabella għandha tinkludi wkoll diżaggregazzjoni tal-għotjiet u l-ammonti ppjanati għall-istrumenti finanzjarji. Għandhom jiġu speċifikati wkoll l-ammonti għall-assistenza teknika. |
Artikolu 113
Sistemi ta’ governanza u ta’ koordinazzjoni
It-taqsima dwar is-sistemi ta’ governanza u ta’ koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 107(1), punt (f), għandha tinkludi:
(a) |
l-identifikazzjoni tal-korpi ta’ governanza kollha msemmija fit-Titolu II, Kapitolu II, tar-Regolament (UE) 2021/2116 kif ukoll tal-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali; |
(b) |
l-identifikazzjoni u r-rwol tal-korpi intermedji msemmija fl-Artikolu 123(4) ta’ dan ir-Regolament; |
(c) |
informazzjoni dwar is-sistemi ta’ kontroll u l-pieni msemmija fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2116, li tinkludi:
|
(d) |
ħarsa ġenerali lejn l-istruttura tal-monitoraġġ u tar-rappurtar. |
Artikolu 114
Modernizzazzjoni
It-taqsima dwar l-elementi li jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 107(1), punt (g), għandha tenfasizza l-elementi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jappoġġaw il-modernizzazzjoni tal-agrikoltura u ż-żoni rurali u tal-PAK, u għandha tinkludi b’mod partikolari:
(a) |
ħarsa ġenerali lejn kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK ser jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv trażversali stabbiliti fl-Artikolu 6(2), b’mod partikolari permezz ta’:
|
(b) |
deskrizzjoni tal-istrateġija għall-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali u għall-użu ta’ dawk it-teknoloġiji għat-titjib tal-effettività u l-effiċjenza tal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
Artikolu 115
Annessi
1. L-Anness I għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 107(2), punt (a), għandu jinkludi sommarju tar-riżultati ewlenin tal-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 139 u l-istima ambjentali strateġika msemmija fid-Direttiva 2001/42/KE u kif dawn ġew indirizzati jew ġustifikazzjoni ta’ għaliex ma tqisux, u link għar-rapport sħiħ tal-evalwazzjoni ex ante u għar-rapport tal-istima ambjentali strateġika.
2. L-Anness II għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 107(2), punt (b), għandu jinkludi analiżi SWOT tas-sitwazzjoni attwali taż-żona koperta mill-Pjan Strateġiku tal-PAK.
L-analiżi SWOT għandha tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni attwali taż-żona koperta mill-Pjan Strateġiku tal-PAK u għandha tinkludi, għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1) u (2), deskrizzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni attwali taż-żona koperta mill-Pjan Strateġiku tal-PAK, fuq il-bażi ta’ indikaturi komuni tal-kuntest u informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva aġġornata oħra bħal pereżempju studji, rapporti ta’ evalwazzjoni tal-imgħoddi, analiżi settorjali u tagħlimiet meħuda minn esperjenzi preċedenti.
Fejn rilevanti, l-analiżi SWOT għandha tinkludi analiżi tal-aspetti territorjali, filwaqt li tenfasizza dawk it-territorji speċifikament fil-mira ta’ interventi, u analiżi tal-aspetti settorjali, b’mod partikolari għal dawk is-setturi li huma soġġetti għal interventi speċifiċi jew programmi.
Barra minn hekk, dik id-deskrizzjoni għandha, b’mod partikolari, tenfasizza fir-rigward ta’ kull objettiv ġenerali u speċifiku stabbilit fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) u (2):
(a) |
il-punti qawwija identifikati fiż-żona tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; |
(b) |
id-dgħufijiet identifikati fiż-żona tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; |
(c) |
l-opportunitajiet identifikati fiż-żona tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; |
(d) |
it-theddid identifikat fiż-żona tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
Għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(1), punti (d), (e) u (f), l-analiżi SWOT għandha tirreferi għall-pjanijiet nazzjonali li jirriżultaw mill-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII.
Għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6(1), punt (g), l-analiżi SWOT għandha tinkludi analiżi qasira tal-aċċess għall-art, il-mobbiltà tal-art u r-ristrutturar tal-art, l-aċċess għal finanzjament u krediti u aċċess għall-għarfien u għall-pariri.
Għall-objettiv trażversali stabbilit fl-Artikolu 6(2), l-analiżi SWOT għandha tipprovdi wkoll informazzjoni rilevanti dwar il-funzjonament tal-AKIS u l-istrutturi relatati.
3. L-Anness III għall-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 107(2), punt (c), għandu jinkludi l-eżiti tal-konsultazzjoni tas-sħab, u b’mod partikolari tal-awtoritajiet rilevanti fil-livell reġjonali u lokali, u deskrizzjoni qasira ta’ kif twettqet il-konsultazzjoni.
4. L-Anness IV tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 107(2), punt (d), għandu jipprovdi deskrizzjoni qasira tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u l-komplementarjetà tiegħu mal-interventi l-oħra tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
5. L-Anness V tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 107(2), punt (e), għandu jinkludi dan li ġej:
(a) |
deskrizzjoni qasira tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-interventi fl-iżvilupp rurali stabbiliti fit-Titolu III, Kapitolu IV, li huwa pprovdut fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż l-ammonti għal kull intervent u l-indikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament; |
(b) |
spjegazzjoni tal-komplementarjetà mal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; |
(c) |
indikazzjoni ta’ jekk il-finanzjament nazzjonali addizzjonali huwiex barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE u huwiex soġġett għal valutazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat; u |
(d) |
l-assistenza finanzjarja nazzjonali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 53. |
6. L-Anness VI tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fl-Artikolu 107(2), punt (f), għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali:
(a) |
il-pakkett finanzjarju annwali speċifiku għas-settur għal kull settur li għalih tingħata għajnuna nazzjonali tranżizzjonali; |
(b) |
fejn rilevanti, ir-rata unitarja massima ta’ appoġġ għal kull sena tal-perijodu; |
(c) |
fejn rilevanti, informazzjoni fir-rigward tal-perijodu referenzjarju modifikata f’konformità mal-Artikolu 147(2), it-tieni subparagrafu; |
(d) |
deskrizzjoni qasira tal-komplementarjetà tal-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali mal-interventi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
Artikolu 116
Setgħat delegati għall-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 152 sal-31 ta’ Diċembru 2023 li jemendaw dan il-Kapitolu fir-rigward tal-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-Annessi għalih. Dawk l-atti delegati għandhom ikunu strettament limitati biex jiġu indirizzati problemi mġarrba mill-Istati Membri.
Artikolu 117
Setgħat ta’ implimentazzjoni għall-kontenut tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-preżentazzjoni tal-elementi deskritti fl-Artikoli 108 sa 115 fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).
KAPITOLU III
APPROVAZZJONI U EMENDA TAL-PJAN STRATEĠIKU TAL-PAK
Artikolu 118
Approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
1. Kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni proposta għal Pjan Strateġiku tal-PAK, bil-kontenut imsemmi fl-Artikolu 107, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2022.
2. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjan Strateġiku tal-PAK propost fir-rigward tal-kompletezza tiegħu, il-konsistenza u l-koerenza tiegħu mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati bis-saħħa tiegħu u mar-Regolament (UE) 2021/2116, il-kontribut effettiv tiegħu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) u l-impatt tiegħu fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u fuq il-livell ta’ piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-amministrazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tindirizza, b’mod partikolari, l-adegwatezza tal-istrateġija tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-objettivi speċifiċi korrispondenti, il-miri, l-interventi u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji biex jiġu ssodisfati l-objettivi speċifiċi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK permezz tas-sett ta’ interventi propost fuq il-bażi tal-analiżi SWOT u l-evalwazzjoni ex ante.
3. Skont ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tindirizza osservazzjonijiet lill-Istati Membri fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, jirrevedi l-pjan propost.
4. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-Pjan Strateġiku tal-PAK propost sakemm l-informazzjoni meħtieġa tkun ġiet ippreżentata u l-Pjan ikun kompatibbli mal-Artikolu 9 u mar-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2021/2116 kif ukoll l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dawn. L-approvazzjoni għandha tkun ibbażata esklużivament fuq atti li huma legalment vinkolanti għall-Istati Membri.
5. L-approvazzjoni ta’ kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandha ssir sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru kkonċernat.
L-approvazzjoni ma għandhiex tkopri l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 113, punt (c), u fl-Annessi I sa IV tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 107(2), punti (a) sa (d).
F’każijiet debitament ġustifikati, Stat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK li ma fihx l-elementi kollha. F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika l-partijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li huma nieqsa u jipprovdi miri indikattivi u pjanijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 112 għall-Pjan Strateġiku tal-PAK sħiħ sabiex juri l-konsistenza u l-koerenza ġenerali tal-Pjan. L-elementi nieqsa tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni f’emenda tal-pjan skont l-Artikolu 119 fi skeda ta’ żmien li ma taqbiżx tliet xhur mid-data tal-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
6. Kull Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta’ Kumitat imsemmija fl-Artikolu 153.
7. Il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.
Artikolu 119
Emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
1. L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet biex jemendaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom.
2. It-talbiet għall-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandhom ikunu debitament iġġustifikati u għandhom b’mod partikolari juru l-impatt mistenni tal-bidliet fil-pjan fuq il-kisba tal-objettivi speċifiċi, stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2). Għandhom ikunu akkumpanjati mill-pjan emendat inkluż l-annessi aġġornati kif xieraq.
3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza tal-emenda ma’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati bis-saħħa tiegħu kif ukoll mar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-kontribut effettiv tiegħu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi.
4. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendar mitlub ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK propost dment l-informazzjoni meħtieġa tkun ġiet ippreżentata u l-pjan emendat ikun kompatibbli mal-Artikolu 9 u mar-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2021/2116, kif ukoll l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dawn.
5. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet fi żmien 30 jum ta’ xogħol mill-preżentazzjoni tat-talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa kollha.
6. L-approvazzjoni ta’ talba għall-emendar ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha ssir mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru kkonċernat.
7. Talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tista’ tiġi ppreżentata darba fis-sena kalendarja soġġett għal eċċezzjonijiet possibbli previsti f’dan ir-Regolament li jridu jiġu determinati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 122. Barra minn hekk, tul il-perijodu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jistgħu jiġu ppreżentati tliet talbiet ulterjuri għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal talbiet għal emendi biex jiġu ppreżentati l-elementi neqsin f’konformità mal-Artikolu 118(5).
Talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatata mal-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7), l-Artikolu 103(5) jew l-Artikolu 120 ma għandhiex tgħodd għal-limitazzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
8. Emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatat mal-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7) jew l-Artikolu 103(1) fir-rigward tal-FAEG għandu tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja wara s-sena tal-approvazzjoni tat-talba għall-emendar mill-Kummissjoni u wara l-emendar korrispondenti tal-allokazzjonijiet skont l-Artikolu 87(2).
Emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatat mal-Artikolu 103(1) fir-rigward tal-FAEG għandha tidħol wara l-approvazzjoni tat-talba għall-emendar mill-Kummissjoni u wara l-emendar korrispondenti tal-allokazzjonijiet skont l-Artikolu 89(4).
Talba għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatata mal-FAEG, għajr l-emendi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tidħol fis-seħħ minn data li tiġi ddeterminata mill-Istat Membru li tkun aktar tard mid-data tal-approvazzjoni tat-talba għal dak l-emendar mill-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data jew dati differenti tad-dħul fis-seħħ għal elementi differenti tal-emenda. Meta jistabbilixxu din id-data, l-Istati Membri għandhom iqisu l-limiti ta’ żmien għall-proċedura ta’ approvazzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu u l-ħtieġa tal-bdiewa u ta’ benefiċjarji oħra li jkollhom biżżejjed żmien biex iqisu l-emenda. Id-data ppjanata għandha tiġi indikata mill-Istat Membru flimkien mat-talba biex jiġi emendat il-Pjan Strateġiku tal-PAK u għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.
9. B’deroga mill-paragrafi 2 sa 8, 10 u 11 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jagħmlu u japplikaw modifiki għall-elementi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li jirrigwardaw l-interventi skont it-Titolu III, Kapitolu IV, inkluż il-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà ta’ tali interventi, li ma jwasslux għal bidliet fil-miri msemmija fl-Artikolu 109(1), punt (a). Huma għandhom jinnotifikaw tali modifiki lill-Kummissjoni saż-żmien li jibdew japplikawhom u jinkluduhom fit-talba li jmiss għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
10. Kull emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta’ kumitat imsemmija fl-Artikolu 153.
11. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 86, l-emendi għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għandu jkollhom effetti legali biss wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.
12. Il-korrezzjonijiet ta’ natura klerikali jew ta’ żbalji ovvji jew ta’ natura purament editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-politika u l-intervent ma għandhomx jitqiesu bħala talba għall-emendar skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’tali korrezzjonijiet.
Artikolu 120
Rieżami tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
Meta ssir emenda għal kwalunkwe wieħed mill-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII, kull Stat Membru għandu jivvaluta jekk il-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu jenħtieġx li jiġi emendat skont dan, b’mod partikolari l-ispjegazzjoni msemmija fl-Artikolu 109(2), punt (a)(v), u l-elementi ulterjuri tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija f’dik l-ispjegazzjoni. Kull Stat Membru għandu, fi żmien sitt xhur wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni tal-emenda fil-każ ta’ Direttiva elenkata fl-Anness XIII jew fi żmien sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni tal-emenda fil-każ ta’ Regolament elenkat fl-Anness XIII, jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tiegħu bi spjegazzjoni ta’ akkumpanjament u, jekk ikun meħtieġ, jippreżenta talba biex jemenda l-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu skont l-Artikolu 119(2).
Artikolu 121
Kalkolu tal-limiti taż-żmien għal azzjonijiet tal-Kummissjoni
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, meta jiġi stabbilit limitu ta’ żmien għal azzjoni tal-Kummissjoni, dak il-limitu ta’ żmien għandu jibda meta l-informazzjoni kollha li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa tiegħu tkun ġiet ippreżentata.
Dan il-limitu ta’ żmien m’għandux jinkludi:
(a) |
il-perijodu li jibda mid-data wara d-data li fiha l-Kummissjoni tibgħat l-osservazzjonijiet tagħha jew talba għal dokumenti riveduti lill-Istat Membru u jintemm fid-data li fiha l-Istat Membru jwieġeb lill-Kummissjoni; |
(b) |
għall-emendi relatati mal-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7) u l-Artikolu 103(5), il-perijodu għall-adozzjoni tal-att delegat għall-emendar tal-allokazzjonijiet skont l-Artikolu 87(2). |
Artikolu 122
Setgħat delegati dwar l-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li, f’konformità mal-Artikolu 152, tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan il-Kapitolu rigward:
(a) |
il-proċeduri u l-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK; |
(b) |
id-determinazzjoni ta’ każijiet ulterjuri li għalihom ma jgħoddx l-għadd massimu ta’ emendi msemmi fl-Artikolu 119(7). |
TITOLU VI
KOORDINAZZJONI U GOVERNANZA
Artikolu 123
Awtorità ta’ ġestjoni
1. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali għall-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħha.
L-Istati Membri jistgħu, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tagħhom, jiddeżinjaw awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali biex ikunu responsabbli għal uħud mill-kompiti, jew għall-kompiti kollha imsemmija fil-paragrafu 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll rilevanti tkun ġiet stabbilita b’tali mod li tiżgura allokazzjoni u separazzjoni ċari tal-funzjonijiet bejn l-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali u, fejn rilevanti, awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali u korpi oħra. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jiżguraw li s-sistema taħdem b’mod effettiv tul il-perijodu kollha tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
2. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun responsabbli li tiġġestixxi u timplimenta l-Pjan Strateġiku tal-PAK b’mod effiċjenti, effettiv u korrett. B’mod partikolari għandha tiżgura li:
(a) |
ikun hemm sistema ta’ informazzjoni elettronika kif imsemmija fl-Artikolu 130; |
(b) |
il-bdiewa, benefiċjarji oħra u korpi oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-interventi:
|
(c) |
il-bdiewa u benefiċjarji oħra kkonċernati jiġu pprovduti, fejn xieraq permezz tal-użu ta’ mezzi elettroniċi, b’informazzjoni ċara u preċiża dwar ir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni u l-istandards minimi tal-KAAT stabbiliti skont it-Titolu III, Kapitolu I, Taqsima 2, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti relatati mal-kundizzjonalità soċjali stabbiliti skont it-Titolu III, Kapitolu I, Taqsima 3, li għandhom jiġu applikati fil-livell tal-azjenda agrikola; |
(d) |
l-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 139 tikkonforma mas-sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ u li tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni; |
(e) |
il-pjan ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 140(4) huwa fis-seħħ u li l-evalwazzjonijiet ex post imsemmija f’dak l-Artikolu twettqu fil-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament, filwaqt li jiġi żgurat li dawn l-evalwazzjonijiet jikkonformaw mas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni u li huma ppreżentati lill-kumitat ta’ monitoraġġ u lill-Kummissjoni; |
(f) |
il-kumitat ta’ monitoraġġ jiġi provdut bl-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fid-dawl tal-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi tiegħu; |
(g) |
jitfassal ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, inkluż it-tabelli ta’ monitoraġġ aggregati, u, wara li r-rapport ikun ġie ppreżentat lill-kumitat ta’ monitoraġġ għall-opinjoni, jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2116; |
(h) |
jittieħdu azzjonijiet ta’ segwitu rilevanti fuq l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rapporti tal-prestazzjoni annwali; |
(i) |
l-aġenzija tal-pagamenti tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikolari dwar il-proċeduri operati u kwalunkwe kontroll imwettaq b’rabta mal-interventi magħżula għall-finanzjament, qabel ma jkunu awtorizzati l-pagamenti; |
(j) |
il-benefiċjarji tal-interventi ffinanzjati mill-FAEŻR, għajr l-interventi relatati maż-żona u mal-annimali, jirrikonoxxu l-appoġġ finanzjarju riċevut, inkluż bl-użu xieraq tal-emblema tal-Unjoni skont ir-regoli stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5; |
(k) |
isir reklamar għall-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż permezz tan-network nazzjonali tal-PAK, billi jiġu infurmati:
|
Għal appoġġ iffinanzjat mill-FAEG, kif xieraq, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtorità ta’ ġestjoni tuża l-għodda u l-istrutturi ta’ viżibilità u komunikazzjoni użati mill-FAEŻR.
3. Fejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, huma responsabbli għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa bejn dawk l-awtoritajiet bil-ħsieb li jiġu ggarantiti l-koerenza u l-konsistenza tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
4. L-awtorità ta’ ġestjoni nazzjonali jew, fejn rilevanti, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni reġjonali tista’ tiddelega kompiti lil korpi intermedji. F’dak il-każ, l-awtorità ta’ ġestjoni li tiddelega għandha żżomm responsabbiltà sħiħa għall-effiċjenza u l-korrettezza tal-ġestjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dawk il-kompiti u tiżgura li jkun hemm fis-seħħ id-dispożizzjonijiet xierqa biex il-korp intermedju jkun jista’ jikseb id-data u l-informazzjoni meħtieġa kollha għall-eżekuzzjoni ta’ dawk il-kompiti.
5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-informazzjoni, il-pubbliċità u r-rekwiżiti tal-viżibbiltà msemmija fil-paragrafu 2, punti (j) u (k). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).
Artikolu 124
Kumitat ta’ monitoraġġ
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kumitat nazzjonali biex iwettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fi żmien tliet xhur mid-data ta’ notifika lill-Istat Membru bid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova Pjan Strateġiku tal-PAK.
Kull kumitat ta’ monitoraġġ għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, li għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni ma’ kumitati ta’ monitoraġġ reġjonali meta jiġu stabbiliti skont il-paragrafu 5, dwar il-prevenzjoni tal-konflitti ta’ interess u dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trasparenza.
Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena u għandu jirrieżamina l-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lejn il-kisba tal-miri tiegħu.
Kull Stat Membru għandu jippubblika r-regoli ta’ proċedura u l-opinjonijiet tal-kumitat ta’ monitoraġġ.
2. Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ u għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi intermedjarji rilevanti u tar-rappreżentanti tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 106(3).
Kull membru tal-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jkollu vot.
L-Istat Membru għandu jippubblika l-lista tal-membri tal-kumitat ta’ monitoraġġ online.
Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jieħdu sehem fil-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ b’funzjoni konsultattiva.
3. Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jeżamina b’mod partikolari:
(a) |
il-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u fil-kisba tal-istadji importanti u tal-miri; |
(b) |
kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-azzjonijiet meħuda biex jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet, inkluż il-progress lejn is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji finali; |
(c) |
l-elementi tal-valutazzjoni ex ante elenkati fl-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u d-dokument ta’ strateġija msemmi fl-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament; |
(d) |
il-progress li jkun sar fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet, is-sinteżi tal-evalwazzjonijiet u kwalunkwe segwitu mogħti lis-sejbiet; |
(e) |
informazzjoni rilevanti relatata mal-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK ipprovduta min-network nazzjonali tal-PAK; |
(f) |
l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà; |
(g) |
il-bini tal-kapaċità amministrattiva għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-bdiewa u għal benefiċjarji oħra, fejn rilevanti. |
4. Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar:
(a) |
il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet; |
(b) |
ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni; |
(c) |
il-pjan ta’ evalwazzjoni u l-emendi tiegħu; |
(d) |
kwalunkwe proposta mill-awtorità ta’ ġestjoni għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. |
5. Fejn l-elementi huma stabbiliti fil-livell reġjonali, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jistabbilixxi kumitati ta’ monitoraġġ reġjonali biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-elementi reġjonali u jipprovdu lill-kumitat ta’ monitoraġġ nazzjonali b’informazzjoni f’dan ir-rigward. Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għal dawk il-kumitati ta’ monitoraġġ reġjonali, fir-rigward tal-elementi stabbiliti fil-livell reġjonali.
Artikolu 125
Assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta’ Stati Membri
1. Fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru, il-FAEŻR jista’ jappoġġa azzjonijiet li huma meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-appoġġ b’rabta mal-Pjan Strateġiku tal-PAK, inkluż l-istabbiliment u l-operat tan-networks nazzjonali tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 126(1). L-azzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu jistgħu jikkonċernaw perijodi ta’ programmazzjoni preċedenti u perijodi sussegwenti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
2. L-azzjonijiet tal-awtorità tal-Fond Ewlieni skont Artikolu 31(4), (5) u (6) tar-Regolament (UE) 2021/1060 jistgħu jiġu appoġġati wkoll dment li LEADER jinvolvi appoġġ mill-FAEŻR.
3. L-assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta’ Stati Membri ma għandhiex tiffinanzja lill-korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Artikolu 126
Networks nazzjonali u Ewropej tal-PAK
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi network nazzjonali għall-politika agrikola komuni (“network nazzjonali tal-PAK”) għan-networking tal-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet, tal-konsulenti, tar-riċerkaturi u atturi oħra tal-innovazzjoni, u atturi oħra fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-livell nazzjonali l-aktar tard 12-il xahar wara l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Kummissjoni. In-networks nazzjonali tal-PAK għandhom jibnu fuq l-esperjenza u l-prattiki eżistenti tan-networking fl-Istati Membri.
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Network Ewropew għall-politika agrikola komuni (“network Ewropew tal-PAK”) għan-networking tan-networks, l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-livell tal-Unjoni.
3. In-networking permezz tan-networks nazzjonali u Ewropej tal-PAK għandu jkollu l-objettivi li ġejjin:
(a) |
iżid l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u, fejn rilevanti, fit-tfassil tagħhom; |
(b) |
jakkumpanja l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u fit-tranżizzjoni għal mudell ta’ implimentazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni; |
(c) |
jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK; |
(d) |
jikkontribwixxi għall-informazzjoni tal-benefiċjarji pubbliċi u potenzjali dwar il-PAK u l-opportunitajiet ta’ finanzjament; |
(e) |
irawwem l-innovazzjoni fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u jappoġġa t-tagħlim bejn il-pari u l-inklużjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha, u l-interazzjoni bejniethom, fil-proċess tal-iskambju tal-għarfien u tal-bini tal-għarfien; |
(f) |
jikkontribwixxi għall-kapaċità u l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni; |
(g) |
jikkontribwixxu għat-tixrid tar-riżultati tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. |
L-objettiv fl-ewwel subparagrafu, punt (d), għandu jiġi indirizzat b’mod partikolari permezz tan-networks nazzjonali tal-PAK.
4. Il-kompiti tan-networks nazzjonali u Ewropej tal-PAK għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
il-ġbir, l-analiżi u t-tixrid tal-informazzjoni dwar azzjonijiet u prattiki tajbin implimentati jew appoġġati skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK kif ukoll analiżi dwar żviluppi fl-agrikoltura u l-oqsma rurali rilevanti għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2); |
(b) |
il-kontribut għall-bini tal-kapaċità għall-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u ta’ atturi oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, inkluż fir-rigward tal-proċessi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni; |
(c) |
il-ħolqien ta’ pjattaformi, fora u avvenimenti biex jiġu ffaċilitati l-iskambji ta’ esperjenza bejn il-partijiet ikkonċernati u t-tagħlim bejn il-pari, inkluż fejn rilevanti l-iskambji man-networks f’pajjiżi terzi; |
(d) |
il-ġbir tal-informazzjoni u l-iffaċilitar tat-tixrid tagħha kif ukoll in-networking tal-istrutturi u tal-proġetti ffinanzjati, bħall-gruppi ta’ azzjoni lokali msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-gruppi operazzjonali tal-EIP imsemmija fl-Artikolu 127(3) ta’ dan ir-Regolament u l-istrutturi u l-proġetti ekwivalenti; |
(e) |
l-appoġġ għal proġetti ta’ kooperazzjoni bejn il-gruppi operazzjonali tal-EIP imsemmija fl-Artikolu 127(3) ta’ dan ir-Regolament, il-gruppi ta’ azzjoni lokali msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew strutturi simili għall-iżvilupp lokali, inkluż kooperazzjoni tranżnazzjonali; |
(f) |
il-ħolqien ta’ rabtiet ma’ strateġiji jew networks oħra ffinanzjati mill-Unjoni; |
(g) |
il-kontribut għall-iżvilupp ulterjuri tal-PAK u t-tħejjija ta’ kwalunkwe perijodu sussegwenti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK; |
(h) |
fil-każ tan-networks nazzjonali tal-PAK, il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tan-network Ewropew tal-PAK u l-kontribut għalihom; |
(i) |
fil-każ tan-network Ewropew tal-PAK, il-kooperazzjoni mal-attivitajiet tan-networks nazzjonali tal-PAK u l-kontribuzzjoni għalihom. |
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-network Ewropew tal-PAK. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 153(2).
Artikolu 127
Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli
1. L-għan tal-Isħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli (EIP) għandu jkun li jistimola l-innovazzjoni u jtejjeb l-iskambju tal-għarfien.
L-EIP għandha tappoġġa lill-AKIS, billi tikkollega l-politiki u l-istrumenti biex tħaffef l-innovazzjoni.
2. L-EIP għandha tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2).
Hija għandha b’mod partikolari:
(a) |
toħloq valur miżjud billi torbot aħjar ir-riċerka u l-prattiki tal-biedja u billi tinkoraġġixxi l-użu aktar mifrux tal-miżuri ta’ innovazzjoni disponibbli; |
(b) |
tikkollega l-atturi u l-proġetti ta’ innovazzjoni; |
(c) |
tippromwovi t-traspożizzjoni aktar mgħaġġla u aktar mifruxa ta’ soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika, inkluż l-iskambji bejn il-bdiewa; u |
(d) |
tinforma lill-komunità xjentifika dwar il-ħtiġijiet ta’ riċerka tal-prattika tal-biedja. |
3. Il-gruppi operazzjonali tal-EIP, appoġġati bit-tip ta’ intervent ta’ kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 77, għandhom jiffurmaw parti mill-EIP. Kull grupp operazzjonali tal-EIP għandu jfassal pjan għal proġett innovattiv li għandu jiġi żviluppat jew implimentat. Il-proġett innovattiv għandu jkun ibbażat fuq il-mudell ta’ innovazzjoni interattiva li, bħala prinċipji ewlenin, għandha: